Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XP0325

Deċiżjoni li ma' tiġix opposta miżura ta' implimentazzjoni: sistema ta' evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru fuq ċerti inġenji tal-ajru Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jopponiex l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża biex tidderoga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1332/2011 tal-Kummissjoni fir-rigward tal-użu ta' verżjoni ġdida tas-softwer tas-sistema ta' evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II) fuq ċerti inġenji tal-ajru mibnija ġodda (D020967/02 – 2012/2745 (RPS))

ĠU C 353E, 3.12.2013, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/75


L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
Deċiżjoni li ma' tiġix opposta miżura ta' implimentazzjoni: sistema ta' evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru fuq ċerti inġenji tal-ajru

P7_TA(2012)0325

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jopponiex l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża biex tidderoga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1332/2011 tal-Kummissjoni fir-rigward tal-użu ta' verżjoni ġdida tas-softwer tas-sistema ta' evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II) fuq ċerti inġenji tal-ajru mibnija ġodda (D020967/02 – 2012/2745 (RPS))

2013/C 353 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni (D020967/02),

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fl-4 ta' Ġunju 2012 mill-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, immirat lejn il-premessa 9 tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2012, fejn talbitu jiddikjara li mhux se joġġezzjona għall-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tas-27 ta' Lulju 2012,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (1), u partikolarment l-Artikolu 14(6) u (7) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 88(4)(d) u l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a (6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fil-11 ta' Settembru 2012,

A.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni jipprevedi li tali deċiżjoni ma tibqax applikabbli fil-31 ta' Jannar 2013 u billi jixraq li, f'dawn il-kundizzjonijiet, l-adozzjoni tagħha ma tiġix ittardjata;

1.

Jiddikjara li mhux se jopponi l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għall-informazzjoni, lill-Kunsill.


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  U L 184, 17.7.1999, p. 23.


Top