EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XP0303

It-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Lulju 2012 dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali

ĠU C 349E, 29.11.2013, p. 100–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/100


Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012
It-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali

P7_TA(2012)0303

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali

2013/C 349 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-leġiżlazzjoni tal-UE qed tkun immirata aktar lejn l-iżgurar tal-kwalità tal-ikel u, fost il-prodotti friski tal-ħalib kollha, il-ġelat artiġjanali huwa prodott eċċellenti fir-rigward tal-kwalità u tas-sikurezza tal-ikel, li jtejjeb il-profil tal-prodotti agroalimentari ta' kull Stat Membru individwali,

B.

billi l-konsumaturi qed jagħżlu aktar ikel tajjeb għas-saħħa, aktar nutrittiv u ta' togħma aħjar li huma miskuba permezz ta’ metodi tradizzjonali li m’għandhomx impatt fuq l-ambjent,

C.

billi s-settur jimpjega b’mod dirett madwar 300 000 impjegat, il-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, f’madwar 50 000 ġelaterija fl-Ewropa kollha u l-konsum tal-ġelat gradwalment qed isir inqas staġjonali, li jirriżulta f’fatturat matul is-sena kollha ta' mijiet ta' miljuni ta' euro,

1.

Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-prodott ta' kwalità li jirrappreżenta l-ġelat artiġjanali bħala settur li fih l-ekonomija tal-UE tista’ tikkompeti u bħala opportunità li għandha tkun sfruttata, minħabba l-kriżi attwali li qed taffettwa wkoll is-settur tal-ħalib, fost oħrajn;

2.

Iwaqqaf il-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali, li għandu jiġi ċċelebrat fl-24 ta’ Marzu, biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ dan il-prodott u għall-iżvilupp tat-tradizzjoni gastronomika ta’ dan is-settur;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tal-5 ta' Lulju 2012 (P7_PV(2012)07-05(ANN2)).


Top