This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XG1229(01)
EU Drugs Strategy (2013-20)
Strateġija tal-UE dwar id-Drogi (2013-2020)
Strateġija tal-UE dwar id-Drogi (2013-2020)
ĠU C 402, 29.12.2012, p. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/1 |
Strateġija tal-UE dwar id-Drogi (2013-2020)
2012/C 402/01
PREFAZJU
1. |
Din l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi tipprovdi l-qafas politiku ġenerali u l-prijoritajiet għal politika tal-UE dwar id-drogi identifikati mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, għall-perijodu 2013-2020. Il-qafas, l-għan u l-objettivi ta’ din l-Istrateġija ser iservu bħala bażi għal żewġ Pjani ta’ Azzjoni konsekuttivi ta’ erba’ snin tal-UE dwar id-Drogi. |
2. |
Din l-Istrateġija dwar id-Drogi hi bbażata l-ewwel u qabel kollox fuq il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE u, f’kull rigward, issostni l-valuri fundaturi tal-Unjoni: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. L-għan tagħha hu li tipproteġi u ttejjeb il-benesseri tas-soċjetà u tal-individwu, li tipproteġi s-saħħa pubblika, li toffri livell għoli ta’ sigurtà għall-pubbliku ġenerali u li tieħu approċċ bilanċjat, integrat u bbażat fuq l-evidenza fir-rigward tal-fenomenu tad-drogi. |
3. |
L-Istrateġija hi bbażata wkoll fuq il-liġi internazzjonali, il-konvenzjonijiet rilevanti tan-NU (1) li jipprovdu l-qafas legali internazzjonali biex jiġi indirizzat il-fenomenu ta’ drogi illeċiti u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi tieħu kont ta’ dokumenti politiċi rilevanti tan-NU, inkluża d-Dikjarazzjoni Politika tan-NU u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali lejn Strateġija Integrata u Bbilanċjata għall-Ġlieda kontra l-Problema Dinjija tad-Drogi, adottata fl-2009, li tiddikjara li t-tnaqqis fid-domanda għad-drogi u t-tnaqqis fil-provvista tad-drogi huma elementi reċiprokament rinfurzanti fil-politika dwar drogi illeċiti u d-Dikjarazzjoni Politika tan-NU dwar l-HIV/AIDS. L-Istrateġija ġiet abbozzata abbażi tal-prinċipji li jinsabu fit-Trattat ta’ Lisbona u skont il-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri individwali. Ingħatat attenzjoni debita għas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, billi din l-Istrateġija tal-UE hi intenzjonata li żżid il-valur lill-istrateġiji nazzjonali. L-Istrateġija għandha tiġi implimentatata f'konformità ma' dawn il-prinċipji u kompetenzi. Barra minn hekk, l-Istrateġija tirrispetta bis-sħiħ il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. |
4. |
Sal-2020, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet fil-qasam ta’ drogi illeċiti, inkoraġġiti u kkoordinati permezz ta’ din l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi, għandhom ikunu kisbu impatt globali fuq aspetti kruċjali tas-sitwazzjoni tad-drogi fl-UE. Huma għandhom jiżguraw livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-istabilità u tas-sigurtà soċjali, permezz ta’ implimentazzjoni koerenti, effettiva u effiċjenti ta’ miżuri, interventi u approċċi għat-tnaqqis fid-domanda u fil-provvista ta’ drogi fil-livell nazzjonali, tal-UE u dak internazzjonali, u billi jiġu mminimizzati l-konsegwenzi negattivi potenzjali mhux intenzjonati assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet. |
5. |
Il-fenomenu tad-drogi huwa kwistjoni nazzjonali u internazzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata f’kuntest globali. F’dan ir-rigward, l-azzjoni kkoordinata mwettqa fil-livell tal-UE għandha rwol importanti. Din l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi tipprovdi qafas komuni u bbażat fuq l-evidenza għar-rispons għall-fenomenu tad-drogi fi ħdan u barra l-UE. Billi tipprovi qafas għal azzjonijiet konġunti u komplementari, l-Istrateġija tiżgura li r-riżorsi investiti f’dan il-qasam jintużaw b’mod effettiv u effiċjenti, filwaqt li jittieħed kont tal-limitazzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji u l-kapaċitajiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE. |
6. |
L-Istrateġija għandha l-għan li tikkontribwixxi għal tnaqqis fid-domanda għad-drogi u l-provvista tad-drogi fi ħdan l-UE, kif ukoll tnaqqis fir-rigward tar-riskji u ħsara għas-saħħa u s-soċjetà kkawżati mid-drogi permezz ta’ approċċ strateġiku li jappoġġa u jikkomplementa l-politiki nazzjonali, li jipprovdi qafas għal azzjonijiet ikkoordinati u konġunti u li jifforma l-bażi u l-qafas politiku għall-kooperazzjoni esterna tal-UE f’dan il-qasam. Dan ser jinkiseb permezz ta’ approċċ integrat, ibbilanċjat u bbażat fuq l-evidenza. |
7. |
Fl-aħħar nett, din l-Istrateġija tibni fuq it-tagħlimiet li nkisbu mill-implimentazzjoni ta’ Strateġiji preċedenti tal-UE dwar id-Drogi u Pjani ta’ Azzjoni assoċjati, inklużi s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet mill-evalwazzjoni esterna tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2005-2012, filwaqt li jittieħed kont ta’ żviluppi politiċi u azzjonijiet oħra rilevanti fil-livell tal-UE u dak internazzjonali fil-qasam tad-drogi. |
I. Introduzzjoni
8. |
L-Istrateġija tinkludi approċċi ġodda u tindirizza sfidi ġodda li ġew identifikati f’dawn l-aħħar snin, inklużi:
|
9. |
L-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi huma:
|
10. |
L-Istrateġija tibni fuq il-kisbiet (2) imwttqa mill-UE fil-qasam tad-drogi illeċiti u hi informata minn valutazzjoni kontinwa u komprensiva tas-sitwazzjoni attwali tad-drogi b’mod partikolari dik mogħtija mill-EMCDDA, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-ħtieġa ta’ rispons proattiv għall-iżviluppi u l-isfidi. |
11. |
L-Istrateġija hi strutturata madwar żewġ oqsma ta’ politika; tnaqqis fid-domanda għad-drogi u tnaqqis fil-provvista tad-drogi, u tliet temi trasversali; (a) il-koordinazzjoni, (b) il-kooperazzjoni internazzjonali u (c) ir-riċerka, l-informazzjoni u l-evalwazzjoni. Iż-żewġ Pjani ta’ Azzjoni konsekuttivi tagħha, abbozzati minn Presidenzi korrispondenti fl-2013 u fl-2017, ser jipprovdu lista ta’ azzjonijiet speċifiċi bi skeda ta’ żmien, partijiet responsabbli, indikaturi u għodod għall-valutazzjoni. |
12. |
B'kont debitu meħud tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tad-drogi u l-ħtiġijiet tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija, ser jingħażlu għadd limitat ta' azzjonijiet immirati f'kull wieħed miż-żewġ oqsma ta' politika u t-tliet temi trasversali, għall-inklużjoni fil-Pjani ta' Azzjoni abbażi ta' kriterji li jinkludu dawn li ġejjin:
|
13. |
Bħala salvagwardja għall-iffokar kontinwu fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u tal-Pjani ta' Azzjoni li jakkumpanjawha, kull Presidenza, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u l-kontribut tekniku mill-EMCDDA u l-Europol għandha tindirizza l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li jeħtieġu segwitu fl-HDG matul il-Presidenza u għandha twettaq monitoraġġ tal-progress. Il-Kummissjoni, waqt li tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u disponibbli mill-EMCDDA, l-Europol u korpi oħra tal-UE kif ukoll is-soċjetà ċivili, għandha tipprovdi rapporti ta' progress biennali, bil-għan li tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u l-Pjan(i) ta' Azzjoni tagħha. |
14. |
Il-Kummissjoni, waqt li tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u disponibbli mill-EMCDDA, l-Europol, korpi u istituzzjonijiet oħra rilevanti tal-UE u s-soċjetà ċivili, sal-2016 ser tibda valutazzjoni esterna tal-Istrateġija ta' nofs it-term, bil-għan li jitħejja t-tieni Pjan ta' Azzjoni għall-perijodu 2017-2020. Malli jiġu konklużi l-Istrateġija dwar id-Drogi u l-Pjani ta' Azzjoni tagħha sal-2020, il-Kummissjoni ser tibda evalwazzjoni esterna ġenerali tal-implimentazzjoni tagħhom. Din l-evalwazzjoni għandha tieħu kont ukoll tal-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri, l-EMCDDA, l-Europol, u istituzzjonijiet u korpi rilevanti oħra tal-UE, is-soċjetà ċivili, u evalwazzjonijiet preċedenti biex jingħata kontribut u rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp futur tal-politika tal-UE dwar id-drogi. |
15. |
Biex jinkisbu l-objettivi tagħha u tiġi żgurata l-effiċjenza, l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020, kull meta jkun possibbli, ser tuża strumenti u korpi eżistenti li joperaw fil-qasam tad-drogi fil-mandat rispettiv, jew li huma rilevanti għal aspetti ewlenin tiegħu, kemm fl-UE (b'mod partikolari l-EMCDDA, l-Europol, l-Eurojust, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u l-kollaborazzjoni ma' korpi barra mill-UE (bħall-UNODC, il-WCO, il-WHO u l-Grupp Pompidou). Il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew ser jiżguraw li l-attivitajiet tal-UE fil-qasam tad-drogi illeċiti jkunu kkoordinati u li jikkomplementaw lil xulxin. |
16. |
Għandhom jiġu allokati riżorsi adatti u mmirati għall-implimentazzjoni tal-objettivi ta' din l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi, fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali. |
II. Qasam ta' politika: tnaqqis fid-domanda għad-drogi
17. |
It-tnaqqis fid-domanda għad-drogi jikkonsisti f'firxa ta' miżuri ta' importanza ugwali u reċiprokament rinforzanti, li jinkludu l-prevenzjoni (ambjentali, universali, selettiva u indikata), kxif u intervent minn kmieni, tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara, trattament, riabilitazzjoni u reintegrazzjoni soċjali, u l-irkupru. |
18. |
Fil-qasam tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi, l-objettiv tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 hu li tikkontribwixxi għat-tnaqqis miżurabbli fl-użu ta' drogi illeċiti u żieda fl-età tal-ewwel użu, sabiex jonqos u jiġi eliminat l-użu problematiku tad-drogi, id-dipendenza mid-drogi u r-riskji u d-danni soċjali u għas-saħħa marbuta mad-drogi permezz ta' approċċ integrat, multidixxiplinari u bbażat fuq l-evidenza, u billi tippromwovi u tissalvagwardja l-koerenza bejn il-linji ta' politika dwar is-saħħa, dawk soċjali u tal-ġustizzja. |
19. |
Fil-qasam tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi huma identifikati l-prijoritajiet li ġejjin (mhux elenkati fl-ordni ta' prijorità):
|
III. Qasam ta' politika: tnaqqis fil-provvista tad-drogi
20. |
It-tnaqqis fil-provvista tad-drogi jinkludi l-prevenzjoni u d-diswżjoni u l-isfrattar tal-kriminalità relatata mad-drogi, b'mod partikolari, il-kriminalità organizzata, permezz tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi, l-interdizzjoni u l-konfiska ta' assi kriminali, l-investigazzjonijiet u l-ġestjoni tal-fruntieri. |
21. |
Fil-qasam tat-tnaqqis tal-provvista tad-drogi, l-objettiv tal-Istrateġija 2013-2020 tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 hu li tikkontribwixxi għal tnaqqis miżurabbli tad-disponibbiltà ta' drogi illeċiti, permezz tal-isfrattar tat-traffikar tad-drogi illeċiti, l-iżmantellament ta' gruppi kriminali organizzati li huma involuti fil-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi, l-użu effiċjenti tas-sistema tal-ġustizzja kriminali, l-infurzar tal-liġi effettiv immexxi mill-intelligence u kondiviżjoni akbar ta' intelligence. Fil-livell tal-UE, l-enfasi ser titqiegħed fuq kriminalità organizzata transkonfinali ta' skala kbira relatata mad-drogi. |
22. |
Fil-qasam tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi huma identifikati l-prijoritajiet li ġejjin (mhux elenkati fl-ordni ta' prijorità):
|
IV. Tema trasversali: Koordinazzjoni
23. |
Fil-qasam tal-politika tal-UE dwar id-drogi, l-objettiv tal-koordinazzjoni huwa doppju, jiġifieri li jiġu żgurati s-sinerġiji, il-komunikazzjoni u skambju effettiv ta' informazzjoni u ta' fehmiet b'appoġġ għall-objettivi tal-politika, waqt li fl-istess ħin tinkoraġġixxi diskors politiku attiv u analiżi tal-iżviluppi u l-isfidi fil-qasam tad-drogi fil-livell tal-UE u dak internazzjonali. Hija meħtieġa koordinazzjoni fi u fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, u korpi oħra rilevanti Ewropej u s-soċjetà ċivili min-naħa l-waħda, u bejn l-UE, korpi internazzjonali u pajjiżi terzi min-naħa l-oħra. |
24. |
Fil-qasam tal-koordinazzjoni huma identifikati l-prijoritajiet li ġejjin (mhux elenkati fl-ordni ta' prijorità):
|
V. Tema trasversali: kooperazzjoni internazzjonali
25. |
Il-kooperazzjoni internazzjonali hija qasam prinċipali fejn l-UE żżid il-valur lill-isforzi tal-Istati Membri fil-koordinazzjoni tal-linji ta' politika dwar id-drogi u fl-indirizzar tal-isfidi. Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE fil-qasam tad-drogi huma bbażati fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà kondiviża, il-multilateraliżmu, lapproċċ integrat, ibbilanċjat u bbażat fuq l-evidenza, l-integrazzjoni tal-iżvilupp, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità umana u r-rispett għall-konvenzjonijiet internazzjonali. |
26. |
L-objettiv tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali hu li b'mod komprensiv u bbilanċjat ikomplu jissaħħu id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet ta' drogi. |
27. |
L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi hija parti minn approċċ ġenerali li jippermetti lill-UE titkellem b'vuċi waħda fl-arena internazzjonali u mal-pajjiżi sħab. L-UE ser tibqa' impenjata għall-kooperazzjoni internazzjonali u d-dibattitu dwar il-prinċipji fundamentali tal-politika dwar id-drogi, u b'mod attiv tikkondividi il-kisbiet tal-approċċ tal-UE fil-politika dwar id-drogi li hu bbilanċjat bejn it-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u t-tnaqqis tal-provvista tad-drogi, ibbażat fuq l-evidenza xjentifika u l-intelligence kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Dan jeħtieġ koerenza bejn il-linji ta' politika u l-azzjonijiet fil-livell tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni esterna dwar it-tnaqqis tad-domanda għad-drogi, inkluż it-tnaqqis tar-riskju u l-ħsara, it-tnaqqis tal-provvista tad-drogi, l-iżvilupp alternattiv, l-iskambju u t-trasferiment tal-għarfien u l-involviment tal-atturi tal-istat kif ukoll dawk li mhumiex. |
28. |
L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jiggarantixxu l-integrazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u l-objettivi tagħha fil-qafas tal-politika barranija ġenerali tal-UE bħala parti minn approċċ komprensiv li jagħmel użu sħiħ mid-diversità ta' linji ta' politika u strumenti diplomatiċi, politiċi u finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-UE b'mod koerenti u kkoordinat. Ir-Rappreżentant Għoli appoġġata mis-SEAE għandha tiffaċilita dan il-proċess. |
29. |
L-approċċ tal-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tad-drogi għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ u jappoġġa l-isforzi tal-pajjiżi terzi sabiex jittrattaw l-isfidi għas-sikurezza, is-sigurtà u s-saħħa pubblika. Dan ser isir permezz tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi speċifikati f'din l-Istrateġija u l-pjani ta' azzjoni sussegwenti, inklużi l-iżvilupp alternattiv, it-tnaqqis fid-domanda għad-drogi, it-tnaqqis fil-provvista tad-drogi, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u b'kont meħud ukoll tal-inizjattivi reġjonali. Minħabba l-impatt tal-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi fuq l-istabbiltà interna u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiżi tal-oriġini u tat-transitu, l-azzjonijiet ser jimmiraw ukoll il-korruzzjoni, ir-riċiklaġġ tal-flus u r-rikavati mill-kriminalità relatati mad-drogi. |
30. |
Fil-qasam tal-koordinazzjoni internazzjonali huma identifikati l-prijoritajiet li ġejjin (mhux elenkati fl-ordni ta' prijorità):
|
VI. Tema trasversali: informazzjoni, riċerka, monitoraġġ u evalwazzjoni
31. |
L-objettiv tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 fil-qasam tal-informazzjoni, ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni hu li tikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi u tal-impatt tal-miżuri sabiex tipprovdi evidenza soda u komprensiva għall-linji ta' politika u l-azzjonijiet. Barra minn hekk, l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 tikkontribwixxi għal tixrid aħjar tar-riżultati tal-monitoraġġ, ir-riċerka u l-evalwazzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali filwaqt li tiżgura t-tisħiħ tas-sinerġiji, l-allokazzjoni bilanċjata tar-riżorsi finanzjarji u tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi. Dan jista' jinkiseb permezz tal-armonizzazzjoni ta' metodoliġiji, netwerking u kooperazzjoni aktar mill-qrib. |
32. |
Fil-qasam tal-informazzjoni, ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni huma identifikati l-prijoritajiet li ġejjin (mhux elenkati fl-ordni ta' prijorità):
|
(1) Il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-protokoll tal-1972, il-Konvenzjoni dwar Sustanzi Psikotropiċi (1971) u l-Konvenzjoni kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (1988).
(2) Rapport dwar il-valutazzjoni indipendenti tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2005-2012 u l-pjani ta’ azzjoni tagħha, disponibbli fi http://ec.europa.eu/justice/anti-drugs/files/rand_final_report_eu_drug_strategy_2005-2012_en.pdf
(3) TUE, Artikolu 4