Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0754

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

/* COM/2012/0754 final - 2012/0350 (NLE) */

52012PC0754

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom /* COM/2012/0754 final - 2012/0350 (NLE) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-kuntest tal-proposta

110 || Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha Bħal ma jsir kull sena, skont l-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq rapport tal-Eurostat, għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju.

120 || Il-kuntest ġenerali F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet jirriżulta direttament mill-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tal-pagi tas-servizzi ċivili nazzjonali (indikatur speċifiku), mill-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (Indiċi Internazzjonali), kif ukoll mill-paritajiet ekonomiċi stabbiliti mill-Eurostat. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku nazzjonali tal-amministrazzjonijiet ċentrali tal-Istati Membri. Eurostat ikkalkola dan l-indikatur fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) tal-Anness XI. L-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jikkalkula l-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-UE. Il-Eurostat fassal dan l-indiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjoni jistabbilixxu l-ekwivalenzi bejn il-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjonijiet mogħtija fi Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u ta' dawk mogħtija fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi bejn il-kapaċità tal-akkwist tal-pensjonijiet mogħtija fil-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u ta' dawk mogħtija fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika.

130 || Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu aġġustati r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet.

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt

|| Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

211 || Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta ġew diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont l-aktar proċeduri xierqa.

212 || Sommarju tat-tweġibiet riċevuti u l-mod ta' kif ġew ikkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonsultati.

|| Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

229 || Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ għarfien espert estern.

230 || Il-valutazzjoni tal-impatt - Il-proposta għandha l-għan li taġġusta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra.

Elementi legali tal-proposta

305 || Is-sommarju tal-azzjoni proposta F'konformità mal-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist fir-remunerazzjoni tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll dwar il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jirriżultaw id-diversi ponderazzjonijiet. AĠĠUSTAMENT TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-bidla medja fil-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza, imkejla permezz tal-indikatur speċifiku, hija ekwivalenti għal -1.1%. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell ikkalkulata mill-Eurostat għall-perjodu ta’ referenza, imkejla permezz tal-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell, hija ta’ 2.8%. F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-valur tal-aġġustament jinkiseb permezz tal-multiplikazzjoni tal-indikatur speċifiku mal-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell kif ikkalkulat mill-Eurostat. L-aġġustament propost lir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 1.7%. Skont l-Artikolu 3(5) tal-Anness XI, l-ebda ponderazzjoni mhija applikabbli fil-Belġju jew fil-Lussemburgu. AĠĠUSTAMENT TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET BARRA MILL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, l-aġġustamenti tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet jiġu kkalkulati billi jiġi mmultiplikat l-aġġustament fil-Belġju u l-Lussemburgu bil-bidliet fiż-żidiet u fir-rati tal-kambju. Il-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-remunerazzjoni kif stabbilit fir-Regolament ġew ikkalkulati kif ġej: - Ponderazzjonijiet għall-UFFIĊJALI li jinsabu barra l-Belġju u l-Lussemburgu: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li fl-1 ta' Lulju jistabbilixxu, l-ekwivalenzi bejn il-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjoni mħallsa fi Brussell u ta' dik imħallsa fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. Il-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni ta' uffiċjali u aġenti oħra impjegati fl-Istati Membri barra l-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skont ir-relazzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. - Ponderazzjonijiet għall-PENSJONIJIET barra l-Belġju u l-Lussemburgu u piżijiet differenzjati għat-TRASFERIMENTI: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu, fl-1 ta’ Lulju, l-ekwivalenzi bejn il-kapaċità tal-akkwist tal-pensjonijiet mogħtija fil-Belġju u ta' dawk mogħtija fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-ponderazzjonijiet ikkalkulati għall-pensjonijiet ta’ individwi li joqogħdu f’pajjiżi barra mill-Belġju u mil-Lussemburgu f'diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tal-proporzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Skont l-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-ponderazzjonijiet huma direttament applikabbli għat-trasferimenti tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra. Skont l-Artikolu 20 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-ponderazzjonijiet japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti li tikkorrispondi mad-drittijiet akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-ponderazzjonijiet: Id-data ta’ dħul fis-seħħ ta' dawn il-ponderazzjonijiet hija l-1 ta' Lulju għall-postijiet kollha minbarra dawk il-postijiet li għandhom żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, li għalihom il-ponderazzjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Mejju jekk iż-żieda fl-għoli tal-ħajja tkun ta' aktar minn 6.3 %, jew fl-1 ta' Mejju jekk din tkun ta' aktar minn 12.6 % Il-bidliet fl-għoli tal-ħajja f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu jitkejlu permezz tal-bidla fl-indiċijiet impliċiti. Dawn l-indiċijiet jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jiġi mmultiplikat bl-ammont tal-bidla fil-parità ekonomika. Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-aġġustament hi aktar kmieni għal dawk il-postijiet imsemmija fir-Regolament. - Ponderazzjonijiet għall-Kroazja Mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-koeffiċjenti korrettivi msemmija fl-Artikolu 3(5) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu applikati għall-uffiċjali tal-UE u impjegati oħra fil-Kroazja.

310 || Il-bażi legali Ir-Regolamenti tal-Persunal, u b’mod partikolari l-Anness XI tagħhom, jikkostitwixxu l-bażi legali. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kunsill (2011/866/UE) tad-19 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom hija kkontestata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, u hija suġġetta għal azzjoni għall-annullament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ressqet azzjoni għan-nuqqas ta' azzjoni dwar l-aġġustament annwali tal-2011. Madankollu, minħabba l-fatt li skont il-każistika stabbilita l-atti legali tal-Unjoni jgawdu mill-preżunzjoni ta' legalità sakemm ma jiġux dikjarati nulli u bla effett mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni użat l-aġġustament annwali tal-2010 bħala bażi għal aġġustament annwali tal-2012. F'każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa' l-azzjoni tal-Kummissjoni, ir-Regolament propost ikun irid jiġi sussegwentement rivedut skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-klawsola ta’ eċċezzjoni Il-Kummissjoni vvalutat l-aktar dejta soċjali u ekonomika riċenti u kkonkludiet li ma kien hemm la deterjorament serju u lanqas wieħed f’daqqa fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni Ewropea wara l-preżentazzjoni tar-Rapport tal-31 ta' Awwissu 2012 (COM (2012) 476) li tista' tiġġustifika xi bidla għall-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport. Għalhekk, il-kriterji legali tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma ġewx sodisfatti, u l-Kummissjoni tqis li mhux xieraq li titressaq proposta taħt l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

329 || Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

|| Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

331 || - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill.

332 || Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal.

|| Għażla ta' strumenti

341 || L-istrument propost: Regolament.

342 || Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill.

Implikazzjonijiet baġitarji

401 || L-impatt tal-adattament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu.

2012/0350 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikoli 64, 92 u 132 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Sabiex jiggarantixxi li l-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni tiżviluppa b’mod parallel ma’ dik tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni għandhom jiġu aġġustati skont ir-reviżjoni annwali tas-sena 2012;

(2)       Il-koeffiċjenti korrettivi għandhom jiġu introdotti għall-Kroazja li jkunu applikabbli mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, id-data tal-'1 ta’ Lulju 2010' imniżżla fit-tieni inċiż tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal hi sostitwita bid-data tal-'1 ta' Lulju 2012'.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Artikolu 3

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra jkunu kif indikat fil-kolonna 2 tat-tabella ta' hawn taħt.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u aġenti oħra se jkunu indikati kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet ikunu kif indikati fil-kolonna 4 tat-tabella ta' hawn taħt.

B’effett mis-16 ta’ Mejju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet ikunu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella ta' hawn taħt. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk l-Istati Membri tkun is-16 ta’ Mejju 2012.

Mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni, trasferimenti u l-pensjonijiet ikunu kif indikat fit-tabella li ġejja.

Artikolu 4

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għal-liv tal-ġenituri msemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 42(a) tar-Regolamenti tal-Persunal ikun ta’ EUR 927.23 u ta' EUR 1236.30 għall-ġenituri waħedhom.

Artikolu 5

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont bażiku għall-allowance tal-familja msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ikun ta' EUR 173.42.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont għall-allowance għat-tfal dipendenti msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 378.94.

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ikun ta’ EUR 257.11.

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ikun ta’ EUR 92.57.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 513.98.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 134 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jkun ta' EUR 369.49.

Artikolu 6

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun aġġustat kif ġej:

EUR 0 għal kull kilometru bejn  0 u 200 km

EUR 0.3854 għal kull kilometru bejn     201 u 1 000 km

EUR 0.6423 għal kull kilometru bejn     1,001 u 2 000 km

EUR 0.3854 għal kull kilometru bejn     2,001 u 3 000 km

EUR 0.1283 għal kull kilometru bejn     3,001 u 4 000 km

EUR 0.0619 għal kull kilometru bejn     4,001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn     10 000 km.

Ma' din l-allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

– EUR 192.70 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km;

– EUR 385.37 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun akbar minn 1 450 km.

Artikolu 7

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’:

– EUR 39.84 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall-allowance tal-familja;

– EUR 32.12 għall-uffiċjali li m’għandhomx dritt għall-allowance tal-familja.

Artikolu 8

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance tal-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandu jkun:

– EUR 1133.94 għal ħaddiem intitolat għall-allowance tal-familja;

– EUR 674.24 għal ħaddiem li mhuwiex intitolat għall-benefiċċju tal-familja.

Artikolu 9

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-benefiċċju tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1359.92, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2719.85 u l-benefiċċju standard għandu jkun ta’ EUR 1236.30.

Artikolu 10

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Artikolu 11

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun:

– EUR 852.92 għal aġent intitolat għall-allowance tal-familja;

– EUR 505.67 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-benefiċċju tal-familja.

Artikolu 12

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, fir-rigward tal-allowance tal-qgħad imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, il-limitu inferjuri jkun ta’ EUR 1019.95, il-limitu superjuri jkun ta’ EUR 2039.88 u l-allowance standard tkun ta’ EUR 927.23.

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, fir-rigward tal-allowance tal-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, il-limitu inferjuri jkun ta’ EUR 897.33 u l-limitu superjuri jkun ta’ EUR 2111.36.

Artikolu 13

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[1] għandhom ikunu ta' EUR 388.67, EUR 586.65, EUR 641.41 u EUR 874.46.

Artikolu 14

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[2] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5.610551.

Artikolu 15

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Artikolu 16

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004 għandu jkun:

- EUR 134.08 fix-xahar għall-uffiċjali fi Grad C4 jew C5,

- EUR 205.58 fix-xahar għall-uffiċjali kklassifikati fil-Grad C1, C2 jew C3.

Artikolu 17

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2012 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[3]

L-oqsma u l-attivitajiet kollha jistgħu jkunu kkonċernati.

1.3.        Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

1.3.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Li jiġi żgurat li l-poter tal-akkwist tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi tal-UE jiżviluppaw b'mod parallel mat-tibdil fil-poter tal-akkwist ta' uffiċjali pubbliċi fl-Istati Membri, kif imsemmi fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

1.4.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

ý Proposta/inizjattiva b'durata mhux limitata

– Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu mill-1 ta' Lulju tal-2012,

– segwita b'operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.5.        Il-metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[4]

ý Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni: PMO

2.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

2.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

· Il-proposta għandha impatt finanzjarju fuq il-linji baġitarji kollha marbuta man-nefqa fuq il-persunal fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenżiji kollha.

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Għadd [Deskrizzjoni……………………...……….] || AD/AMD ([5]) || minn pajjiżi tal-EFTA[6] || minn pajjiżi kandidati[7] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| XX.01.01.01 u l-Kapitolu 11, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari || AMD || LE || LE || LE || LE

2.1.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

2.1.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa Amministrattiva" XX.01.01.01 u l-Kapitolu 11, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Snin sussegwenti || L-AMMONT TOTALI

DĠ: <…….> ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

TOTAL DĠ <….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 50.2 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || Mhux disponibbli

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Snin sussegwenti || L-AMMONT TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 sal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 50.2 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || Mhux disponibbli

Ħlasijiet || 50.2 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || 100.4 || Mhux disponibbli

2.1.1.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

2.1.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

2.1.2.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprazzjonijiet amministrattivi

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

2.1.2.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' riżorsi umani

2.1.3.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– ý  Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

2.1.4.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn terzi

2.2.        L-impatt stmat fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ý  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju deskritt hawn taħt:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ý         fuq dħul mixellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tad-dħul tal-baġit || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġit li jinsab għaddej bħalissa || Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva

Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Snin sussegwenti

Kontribuzzjoni tal-Pensjoni skont l-Artikolu 410 || 477.0 || 4.1 || 8.1 || 8.1 || 8.1 || 8.1 || 8.1 || 8.1

Taxxa skont l-Artikolu 400 || 633.1 || 5.4 || 10.8 || 10.8 || 10.8 || 10.8 || 10.8 || 10.8

Taxxa speċjali skont l-Artikolul 410 || 65.5 || 0.6 || || || || || ||

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

L-impatt fuq id-dħul huwa kkalkulat abbażi taċ-ċifri tal-baġit għall-2012.

[1]                      Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jiddetermina l-kategoriji tal-uffiċjali li jieħdu l-allowances għal xogħol bix-shift, u r-rati u l-kundizzjonijiet ta’ dawn (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1). Ir-Regolament kif komplut bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, tat-13.5.1987, p. 6).

[2]                      Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jqiegħed il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).

[3]               ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività).

[4]               Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[5]               AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[6]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association).

[7]               Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

Top