EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0519

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

/* COM/2012/0519 final - 2012/0248 (NLE) */

52012PC0519

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet /* COM/2012/0519 final - 2012/0248 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Abbażi tal-mandat li ngħatalha mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat mar-Repubblika tal-Madagaskar bil-ħsieb li ġġedded il-Protokoll għall-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fl-10 ta' Mejju 2012. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' sentejn (2) li jibda mid-data tal-iffirmar tiegħu.

B'mod aktar speċifiku, il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għal 96 bastiment, imqassmin kif ġej:

40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni;

34 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ ta' aktar minn 100 TG;

22 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ ta' inqas minn 100 TG.

Għandu jiġi ddefinit il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri.

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill jadotta dan ir-Regolament.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-Istati Membri ġew ikkonsultati qabel in-negozjati fil-kuntest tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar is-Sajd kif ukoll fil-kuntest ta’ laqgħat tekniċi. Minn dawn il-konsultazzjonijiet ġie konkluż li jkun ta’ benefiċċju li jinżamm protokoll tas-sajd mal-Madagaskar. Minbarra dan, il-Kummissjoni bbażat xogħolha, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta' valutazzjoni ex post li twettqet minn esperti esterni indipendenti u li ġiet iffinalizzata f'Novembru 2011.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-Protokoll il-ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija ntbagħat lill-Kunsill sabiex dan japprova l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Intbagħat ukoll lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew għall-finijiet tal-konklużjoni tiegħu.

2012/0248 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Fil-15 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim ta’ sħubija”).

(2)       Fl-10 ta’ Mejju 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-ftehim ta’ sħubija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll il-ġdid”). Dan il-Protokoll il-ġdid jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar għandu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(3)       Fil-[…], il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni Nru .../2012/UE[2] dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

(4)       Il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid.

(5)       Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità[3], f’każ li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll il-ġdid ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. F’każ li ma tintbagħatx risposta sa' data ta' skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul il-perjodu kkonċernat. Jeħtieġ li din l-iskadenza tiġi stabbilita.

(6)       Minħabba li l-Protokoll fis-seħħ jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2012, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:

Tip ta' bastiment || Stat Membru || Opportunitajiet tas-sajd

Bastimenti tas-sajd bit-tartarun || Spanja || 21

Franza || 18

L-Italja || 1

Ammont totali ta' bastimenti tas-sajd bit-tartarun || 40

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (b’tunnellaġġ ta’ aktar minn 100 TG) || Spanja || 17

Franza || 9

Il-Portugall || 5

Ir-Renju Unit || 3

Ammont totali ta' bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ iktar minn 100 TG || 34

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (b’tunnellaġġ ta’ 100 TG jew anqas) || Franza || 22

Ammont totali ta' bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ 100 TG jew inqas || 22

2.           Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar.

3.           Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni tqis it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd magħmulin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.           L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom skont il-Ftehim, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta' għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw kollha.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u, l-aktar kmieni, mill-1 ta' Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               Adottat fl-24 ta' April 2012 mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali.

[2]               ĠU C …*.

[3]               ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.

Top