Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0464

    Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

    /* COM/2012/0464 final - 2011/0341/a (COD) */

    52012PC0464

    Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE /* COM/2012/0464 final - 2011/0341/a (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Fid-29 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss għall-perjodu 2014-2020[1]: baġit għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 li fost affarijiet oħra tipproponi Programm doganali ġdid. Il-programm Dwana 2020 ser jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv[2], bit-tisħiħ tal-funzjonament tal-unjoni doganali.

    L-unjoni doganali tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha permezz tal-ġbir ta’ dazji, tariffi u taxxi[3]. Din tirrekjedi li l-merkanzija li toriġina minn pajjiżi terzi tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni qabel ma tkun tista’ timxi b’mod ħieles fl-Unjoni. Dan jimplika l-ġestjoni ta’ kuljum ta’ volumi kbar ta’ kummerċ – il-ġestjoni ta' seba'(7) dikjarazzjonijiet tad-dwana kull sekonda - li tkun teħtieġ li l-uffiċċji doganali jilħqu bilanċ bejn il-faċilitazzjoni tal-kummerċ għal finijiet ta’ negozju u l-ħarsien taċ-ċittadini kontra riskji għas-sigurtà u s-sikurezza tagħhom. Dan l-għan jista’ jintlaħaq biss permezz ta’ kooperazzjoni operattiva intensa bejn l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri, bejniethom u awtoritajiet oħra, mal-kummerċ u partijiet terzi oħra.

    Il-programm propost se jappoġġja l-kooperazzjoni l-aktar bejn l-awtoritajiet doganali u l-partijiet ikkonċernati l-oħra. Dan huwa l-programm suċċessur tal-Programm Dwana 2013 li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013. Il-programm propost ser jappoġġja l-kooperazzjoni doganali fl-Unjoni raggruppata, min-naħa waħda, madwar netwerking uman u l-bini ta’ kompetenzi, u min-naħa l-oħra madwar il-bini ta’ kapaċitajiet fl-IT. L-ewwel raggruppament jippermetti l-iskambju ta’ prattiki tajba u għarfien operattiv bejn l-Istati Membri u inċidentalment pajjiżi parteċipanti oħra fil-programm. Permezz ta’ dan tal-aħħar il-programm jista’ jiffinanzja infrastruttura u sistemi xierqa tal-IT li jippermettu li amministrazzjonijiet doganali fl-Unjoni jevolvu f’amministrazzjonijiet kompletament elettroniċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-programm huwa ġġenerat bit-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri fiż-żieda tad-dħul u fil-ġestjoni ta' flussi tal-kummerċ li qegħdin ikunu dejjem aktar kumplessi, filwaqt li jnaqqsu l-kosti tal-iżvilupp tal-għodod għal dawn il-finijiet.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    2.1.        Konsultazzjonijiet u kompetenzi

    Fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm Dwana 2013[4], kuntrattur analizza l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-programm. Intużat dejta ta' monitoraġġ li kienet disponibbli minn attivitajiet differenti filwaqt li saru konsultazzjonijiet ma' rappreżentanti kummerċjali.

    Kuntrattur ieħor wettaq studju tal-qafas possibbli tal-programm Dwana tal-ġejjieni[5]: l-isfidi, l-objettivi u l-alternattivi ta’ politika possibbli tiegħu, inkluża analiżi komprensiva tal-isfidi, il-problemi strutturali u t-titjib possibbli futur tal-funzjonament tal-unjoni doganali. Għal din tal-aħħar, saru konsultazzjonijiet ma’ esperti tad-dwana fuq livelli differenti. Is-sejbiet ta' dan l-istudju ġew diskussi mar-rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti f'werkxop li ġie organizzat f'Lulju tal-2011. Bi tħejjija għal dawn il-werkxops, fir-rebbiegħa tal-2011 ġiet organizzata diskussjoni fil-laqgħa rilevanti tal-Kumitati tal-programm[6] fejn il-pajjiżi parteċipanti ġew mitluba jidentifikaw il-punti b’saħħithom ewlenin tal-programm u kif tista’ tittejjeb l-effiċjenza tal-programm.

    B’kunsiderazzjoni tal-importanza tal-attivitajiet relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni, sar studju separat fuq l-istrateġija ta’ implimentazzjoni ġejjiena għall-iskambju ta’ informazzjoni. Dan l-istudju ġie ppreżentat f’werkxops għall-Uffiċjali tal-Informazzjoni Ewlenin tal-amministrazzjonijiet doganali f’Ġunju 2011.

    Tħejjiet valutazzjoni tal-impatt li tanalizza l-kontinwazzjoni tal-programmi ta' Dwana 2013 u din ġiet approvata mill-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt fit-22 ta' Settembru tal-2011.

    Ir-rakkomandazzjonijiet għat-tfassil u t-titjib ulterjuri tal-programm ġew ikkunsidrati fl-iżvilupp tal-proposta dwar il-programm ġejjieni. Il-proposta tal-programm tinkludi għodod ġodda, prinċipalment dwar il-kooperazzjoni fir-rigward ta' kompiti operazzjonali. Qegħdin jittieħdu miżuri biex tittejjeb id-distribuzzjoni tar-riżultati tal-attivitajiet tal-programm permezz ta' metodi ta' kollaborazzjoni onlajn u għal monitoraġġ aħjar tar-riżultati tal-programm.

    2.2.        Valutazzjoni tal-impatt

    B’kunsiderazzjoni tal-kuntest politiku ġenerali u l-problemi ġejjiena fil-qasam doganali fid-deċennju li ġej, ġew analizzati għadd ta’ alternattivi ta’ politika, li tqabblu fil-valutazzjoni tal-impatt li tinsab mal-programmi attwali.

    (1) Xenarju bażi: l-issuktar tal-programm bl-objettivi u d-diżinn attwali tiegħu.

    (2) Il-programm ma jiġix issuktat: il-programm ma jitkompliex u l-finanzjament tal-UE ma jibqax jiġi pprovdut għall-għodod tal-IT, l-azzjonijiet konġunti jew l-attivitajiet ta’ taħriġ li jappoġġjaw il-kooperazzjoni fil-qasam doganali.

    (3) Żieda fl-appoġġ għall-obbligi legali tal-UE bħall-Kodiċi Doganali Modernizzat (KDM): Din l-alternattiva ta’ politika testendi x-xenarju bażi u t-tfassil speċifiku tal-programm sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ġodda li jinħolqu mill-ambjent doganali li qiegħed jevolvi, fosthom il-Kodiċi tal-Unjoni Doganali (KUD)[7]. Din l-alternattiva tkopri l-iskjerament tas-sistemi l-ġodda tal-IT kif definiti fil-leġiżlazzjoni doganali tal-UE, bl-introduzzjoni gradwali ta’ mudell ta’ żvilupp kondiviż għas-sistemi tal-IT u l-modernizzazzjoni tal-governanza, l-arkitettura u t-teknoloġija sottostanti.

    (4) Żieda fl-appoġġ għall-obbligi legali tal-UE u appoġġ finanzjarju għall-bini ta’ kapaċitajiet tekniċi: Minbarra l-komponenti tal-alternattiva ta’ qabel, din l-alternattiva tinkludi skema ta’ appoġġ finanzjarju li tippermetti li l-Istati Membri jitolbu appoġġ għall-akkwist ta’ tagħmir għall-kontroll tal-konfini tal-art, il-baħar jew l-ajru, pereżempju skeners jew tagħmir tal-laboratorju. Dan jappoġġja lill-Istati Membri sabiex jissodisfaw id-domandi ta’ tħaffif u simplifikazzjoni tal-kontrolli fil-kuntest tat-teknoloġiji li qegħdin jevolvu.

    (5) Żieda fl-appoġġ għall-obbligi legali tal-UE b’ambjent kondiviż tal-IT immassimizzat: Minbarra l-komponenti tal-alternattiva 3, din l-alternattiva tappoġġja d-dwana tal-UE sabiex tieħu l-vantaġġ minn żvilupp u operat kondiviż fuq skala sħiħa tas-sistemi Ewropej tal-IT għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE bħall-KDM u leġiżlazzjonijiet oħra relatati mad-dwana. Din l-alternattiva tiggarantixxi iżjed appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiżviluppaw u jużaw is-sistemi kollha meħtieġa għal ambjent doganali elettroniku pan-Ewropew u għan-negozju sabiex jiġu konnessi ma’ dawk is-sistemi.

    Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat l-alternattiva 3 "Żieda fl-appoġġ tal-obbligi legali tal-UE bħall-Kodiċi Doganali Mmodernizzat (KDM)" bħala l-alternattiva ppreferuta. Din hija konformi mal-proposta għal baġit ġdid għall-Ewropa 2020 u hija l-aktar alternattiva aċċettabbli għall-Istati Membri. L-alternattiva “Żieda fl-appoġġ għall-obbligi legali tal-UE u appoġġ finanzjarju għall-bini ta’ kapaċitajiet tekniċi” ma nżammitx għaliex l-akkwist ta’ tagħmir espress fil-komponent tal-bini ta’ kapaċitajiet tekniċi jista’ jiġi kofinanzjat permezz ta’ programmi oħra, inklużi l-Fondi Strutturali Reġjonali, fil-waqt li tiġi żgurata l-koerenza mal-prijoritajiet tal-Programm Dwana 2020 propost.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    3.1.        Bażi legali

    Il-proposta Dwana 2020 hija msejsa fuq l-artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jsejjaħ għal azzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea rigward il-kooperazzjoni doganali u l-unjoni doganali tal-UE.

    3.2.        Sussidjarjetà u Proporzjonalità

    Azzjoni fuq livell tal-Unjoni pjuttost milli fuq livell nazzjonali hija meħtieġa għar-raġunijiet li ġejjin:

    · L-unjoni doganali hija kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Bit-trasferiment tas-setgħat tagħhom lill-Unjoni, l-Istati Membri ipso facto qablu li jkun aħjar li azzjonijiet fil-qasam doganali jiġu implimentati fuq livell tal-Unjoni. Madankollu, il-qafas legali tal-Unjoni fih innifsu ma jiggarantix biżżejjed il-funzjonament tajjeb tal-unjoni doganali. Għandu jiġi kumplimentat minn miżuri ta’ appoġġ kif previst mill-programm Dwana sabiex jiġi garantit li l-leġiżlazzjoni doganali tal-UE tiġi applikata b’mod konverġenti u armonizzat.

    · Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta’ natura transkonfinali, u jinvolvu u jaffettwaw kull wieħed mis-27 Stat Membru, u għalhekk huma ma jistgħux jitwettqu b’mod effikaċi u effiċjenti minn Stati Membri individwali. Hija meħtieġa azzjoni tal-UE sabiex issaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tax-xogħol doganali, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq intern u tiġi appoġġjata l-protezzjoni effikaċi tal-konfini esterni tal-UE.

    · F’dan ir-rigward, l-azzjoni tal-UE hija ġustifikata sabiex tiżgura l-funzjonament xieraq u iżjed żvilupp tal-unjoni doganali u l-qafas regolatorju komuni tagħha, billi ntwera li din hija l-iżjed tweġiba effiċjenti u effikaċi tal-UE għan-nuqqasijiet u l-isfidi fl-implimentazzjoni tal-unjoni doganali u l-kooperazzjoni doganali tal-UE.

    · Mill-aspett ekonomiku, azzjoni fuq livell tal-UE hija ferm aktar effiċjenti. Is-sinsla tal-kooperazzjoni doganali hija netwerk ta’ komunikazzjoni dedikata b’garanzija għolja. Huwa joħloq interkonnessjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali f’madwar 5,000[8] punt ta’ konnessjoni Din in-netwerk tal-IT tiżgura li kull amministrazzjoni nazzjonali tkun teħtieġ li tikkonnettja darba biss ma’ din l-infrastruttura komuni sabiex tkun tista’ tiskambja kwalunkwe tip ta’ informazzjoni. Jekk infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jkollhom jikkollegaw 26 darba mas-sistemi nazzjonali ta’ kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra.

    Il-Kummissjoni għandha, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-programm, skont l-Artikolu 17 tat-TUE, teżerċita funzjonijiet ta' koordinazzjoni, eżekuttivi u maniġerjali, kif stabbilit fit-Trattati. Ghaldaqstant, il-programm Dwana 2020 huwa konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (kif stabbiliti fl-Art. 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TEU).

    3.3.        Strument

    B’konformità mal-konklużjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt rilevanti, huwa xieraq li jsir intervent tal-UE permezz ta’ programm ta’ finanzjament. B’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni pożittiva li nkisbet mill-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm Dwana 2013, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi programm Dwana 2020 bħala suċċessur.

    F'konformità mal-politika leġiżlattiva tal-Kummissjoni li ġiet adottata fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-programm ta' finanzjament suċċessur qiegħed jiġi propost bħala regolament.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Iż-żmien tar-reviżjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE huwa konness mal-proposta għal Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid, kif emendat fis-6 ta' Lulju 2012[9]. Skont din il-proposta, f’dan ir-Regolament dwar il-Programm Dwana 2020 hemm qafas baġitarju ta’ EUR 548.080 000 (fi prezzijiet attwali) għall-perjodu 2014-2020.

    Il-Programm Dwana 2020 se jiġi implimentat permezz ta’ metodu ta’ ġestjoni ċentrali diretta u b’mod ibbażat fuq il-prijoritajiet. Il-programmi ta’ ħidma jiġu stabbiliti – flimkien mal-partijiet interessati – billi jiġu stipulati l-prijoritajiet għal perjodu speċifiku.

    5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

    5.1.        Annotazzjonijiet għal dispożizzjonijiet legali speċifiċi

    5.1.1.     Kapitolu I: Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Il-kamp ta' applikazzjoni tal-programm huwa orjentat b’mod speċifiku lejn il-funzjonament tal-unjoni doganali tal-UE. Dan ser ikun miftuħ għal parteċipazzjoni min-naħa tal-Istati Membri, il-Pajjiżi Kandidati u Kandidati potenzjali. B’konformità mal-politika ġenerali tal-Unjoni f’dan ir-rigward, il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat se jkollhom ukoll il-possibbiltà li jieħdu sehem fil-programm taħt ċerti kundizzjonijiet. Finalment, jistgħu jipparteċipaw ukoll ‘esperti esterni’ f’azzjonijiet speċifiċi (pereżempju rappreżentanti ta’ awtoritajiet oħra, organizzazzjonijiet kummerċjali, nazzjonali u internazzjonali, u possibilment esperti oħra), jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-għanijiet tal-programm.

    L-għanijiet tal-programm Doganali 2020 jindirizzaw il-problemi li ġew identifikati u l-isfidi mistennija fil-qasam tad-dwana għad-deċennju li ġej. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jsaħħaħ is-suq intern permezz ta' unjoni doganali effiċjenti u effettiva.

    Sabiex tingħata tweġiba adegwata għall-isfidi futuri fil-qasam doganali fl-Unjoni, ġie identifikat l-objettiv speċifiku li ġej għall-programm: l-appoġġ għall-iffunzjonar tal-unjoni doganali, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet doganali tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħrajn, u l-uffiċjali u l-esperti esterni tagħhom. Il-programm ser ikollu l-prijoritajiet li ġejjin:

    1. l-appoġġ tat-tħejjija, l-applikazzjoni koerenti u l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, bil-ħsieb tat-tisħiħ tal-unjoni doganali f’termini ta’ effiċjenza, effikaċja u uniformità.

    2. it-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji Ewropej permezz tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu, u t-tnaqqis tal-kosti ta’ konformità u l-piż amministrattiv, u l-ħarsien minn kompetizzjoni mhux ekwa,

    3. l-appoġġ lid-dwana għall-ħarsien taċ-ċittadini, is-sikurezza u s-sigurtà u l-ambjent.

    4. l-iżgurar tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri;

    5. il-kontribuzzjoni għall-iffunzjonar effiċjenti tal-awtoritajiet kompetenti permezz tat-titjib tal-kapaċità amministrattiva tagħhom,

    6. il-prevenzjoni tal-frodi u t-titjib tal-kompetittività, is-sigurtà u s-sikurezza bit-titjib tal-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet governattivi oħra, operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom,

    5.1.2.     Kapitolu II: Azzjonijiet eliġibbli

    It-tipi ta’ azzjonijiet ikkunsidrati eliġibbli għal finanzjament taħt il-programm huma simili għal dawk taħt il-programm attwali, jiġifieri:

    · Azzjonijiet Konġunti li l-għan tagħhom huwa l-iskambju ta’ għarfien u prattiki tajba bejn uffiċjali tad-dwana tal-pajjiżi parteċipanti;

    · Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej[10] li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-acċess għal dejta komuni;

    · Attivitajiet ta’ taħriġ li jwasslu għall-bini ta’ kompetenzi umani għall-uffiċjali tad-dwana madwar l-Ewropa.

    Ġew introdotti modifiki f’ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet.

    · Il-programm Dwana 2020 se jinkludi ċerti għodod ġodda ta’ azzjoni konġunta:

    · It-timijiet esperti huma forom strutturati ta’ kooperazzjoni, li jiġbru kompetenzi u/jew jindirizzaw attivitajiet operazzjonali speċifiċi. Jistgħu jitwaqqfu b’karattru nonpermanenti jew permanenti u jistgħu jirċievu appoġġ bħal servizzi ta’ kollaborazzjoni onlajn, assistenza amministrattiva u faċilitajiet ta’ infrastruttura u tagħmir għat-tisħiħ tat-twettiq u s-suċċess ta’ azzjoni.

    · L-azzjonijiet għall-bini ta’ kapaċitajiet fl-amministrazzjoni pubblika jappoġġjaw lill-awtoritajiet doganali li jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet partikolari, li jistgħu jkunu n-nuqqas ta’ għarfien, kompetenzi, nuqqasijiet organizzattivi jew kwalunkwe nuqqas ieħor li jistgħu jiġu superati permezz ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ imfassla apposta li jiġu pprovduti minn pajjiżi imsieħba u/jew uffiċjali tal-Kummissjoni.

    · L-attivitajiet ta' valutazzjoni komparittiva u gruppi ta' tmexxija ma għadhomx imsemmija espliċitament fil-lista ta' Azzjonijiet Konġunti għaliex dawn jistgħu jitqiesu bħala gruppi ta' proġett bi skop partikolari rispettivament l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki għall-iżvelar ta' skop ta' opportunitajiet jew il-koordinazzjoni u t-tmexxija ta' attivitajiet ta' programm f'qasam partikolari.

    · Għal dak li jirrigwarda s-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej, il-programm il-ġdid jiddefinixxi l-“komponenti tal-Unjoni” bħala assi u servizzi tal-IT li jikkonċernaw xi wħud mill-Istati Membri jew kollha kemm huma u huma l-proprjetà jew jiġu akkwistati mill-Kummissjoni. Dawn il-komponenti tal-Unjoni huma deskritti fil- punt 2 tal-Anness tal-att legali propost. Il-“komponenti nazzjonali” kollha huma komponenti li mhumiex “komponenti tal-Unjoni”. Huma jiġu żviluppati, installati u operati minn Stati Membri, u għalhekk huma soġġetti għall-finanzjament u r-responsabbiltà tal-Istati Membri.

    Id-definizzjoni mill-ġdid tal-komponenti tal-Unjoni għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-prattika li qiegħda tinbidel tal-iżvilupp tas-sistemi tal-IT. Attwalment kull Stat Membru huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tiegħu skont speċifikazzjonijiet komuni, li jirriżultaw f’27 żvilupp għal kull sistema, 27 interfaċċja kummerċjali, 27 skeda ta’ żvilupp, 27 grupp ta’ diffikultajiet relatati mal-proġett jew operattivi, eċċ. B’mod partikolari fid-dawl tal-kriżi ekonomika finanzjarja, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT għandu jsir b’iktar effiċjenza.

    Din l-evoluzzjoni għandha l-mira li ttejjeb il-konsistenza tad-dejta u l-applikazzjoni ta’ regoli billi tqarreb b’mod gradwali lejn żvilupp tal-IT iżjed kondiviż (għarfien, dejta, komponenti tal-IT). Se twassal għal metodi ta’ ħidma mtejba pereżempju permezz ta’ mmudellar tal-proċess ta’ negozju u speċifikazzjonijiet itjeb ta’ kwalità iżda se ġġib ukoll iżjed standardizzazzjoni pereżempju bl-armonizzazzjoni tal-interfaċċji għall-kummerċjanti. L-approċċ ġdid lejn komponenti tal-Unjoni ser jillimita r-riskju għal żvilupp u pjanijiet ta' skjerament diverġenti. Jipprovdi wkoll mezzi addizzjonali għall-kontroll tal-finalizzazzjoni tal-proġett peress li pjanijiet komuni jevitaw li l-inqas membru fil-katina tal-iżvilupp jiddetermina d-dħul fl-operat tal-proġett kollu.

    5.1.3.     Kapitolu IV: Implimentazzjoni

    Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni. Effettivament se jiġi adottat programm ta’ ħidma annwali skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[11].

    5.2.        Simplifikazzjoni

    5.2.1.     X’kien il-kontribut tal-proposta għas-simplifikazzjoni?

    (a) Koerenza mar-regolament finanzjarju

    Il-proposta tal-programm hija koerenti fis-sħiħ mar-regolament finanzjarju u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu. L-għotjiet u l-akkwisti huma l-istrumenti finanzjarji ewlenin użati biex jiġi implimentat il-programm. Il-programm jinkorpora l-miżuri ta’ simplifikazzjoni proposti fil-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-regolament finanzjarju, prinċipalment ir-rikors għal somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż ta’ unitajiet. Fid-dawl tal-importanza tal-ipproċessar tal-ispejjeż ta’ sussistenza u vvjaġġar imħallsa taħt il-programm, il-programm se jintroduċi miżuri ta’ simplifikazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid f’dan il-qasam.

    (b) Koerenza bejn il-programmi Dwana u Fiscalis 2013

    Il-ġestjoni tal-programmi Dwana u Fiscalis ta’ qabel kienet ġiet kompletament allinjata abbażi ta’ regoli ta’ akkwist u mudelli ta’ għotja identiċi, gwidi ta’ ġestjoni komuni u sistemi bbażati fuq l-IT. Il-mudell ta’ ġestjoni jinkludi proċeduri sempliċi u ċari għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ programm. Il-grupp ta’ ġestjoni ta’ programm tal-Kummissjoni huwa assistit minn gruppi ta’ ġestjoni ta’ programm fl-amministrazzjonijiet doganali u tat-taxxa differenti li jaġixxu bħala faċilitatur u l-ewwel punt ta’ kuntatt għad-dwani, li rispettivament huma l-uffiċjali tat-taxxa fl-Istati Membri. Il-mudell ta’ ġestjoni jippermetti l-użu ta’ attivitajiet fuq perjodu qasir ta’ żmien, billi jirreaġixxi malajr għal ħtiġijiet emerġenti ġodda, waqt li fl-istess ħin iħares il-koerenza bejn l-attivitajiet differenti. L-Istati Membri esprimew is-sodisfazzjon tagħhom bil-mudell ta’ ġestjoni tal-programm fl-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu.

    Meta titqies il-konverġenza mill-qrib taż-żewġ programmi u oltre l-għan ta' simplifikazzjoni tal-proposta għall-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020[12], fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet programm FISCUS wieħed bħala suċċessur tal-programmi Dwana u Fiscalis 2013[13]. Fid-dawl tal-unanimità tal-Istati Membri, li huma favur li l-programm uniku jinqasam, il-Kummissjoni, filwaqt li żammet mal-pożizzjoni tagħha kontra l-qasam, ipproponiet proposta emendata b'żewġ testi leġiżlattivi għall-programmmi Dwana u Fiscalis 2020 rispettivament. Minkejja l-introduzzjoni ta' dawn it-testi leġiżlattivi separati, iż-żamma tal-konverġenza bejn iż-żewġ programmi ser tkun prijorità għall-Kummissjoni, u fejn xieraq, din ser tiġi segwita ulterjorment fl-implimentazzjoni tal-programmi Dwana u fiscalis 2020.

    (c) Il-programm ikkunsidra l-esternalizzazzjoni?

    Ġiet ikkunsidrata l-possibbiltà li l-programm futur jiġi implimentat permezz ta’ aġenzija eżekuttiva. Aġenzija tista' tingħata s-setgħa sabiex teżegwixxi kompiti bħall-għażla tal-attivitajiet taħt il-programm, il-preparazzjoni amministrattiva u s-segwitu tal-attivitajiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet, l-għotjiet u ksib ta' sistemi tal-IT. Madankollu, it-tali aġenzija eżekuttiva żżid saff addizzjonali għall-istruttura tal-governanza, iżżid l-ispejjeż tal-koordinazzjoni u l-kontrolli, tikkomplika u ttawwal t-teħid ta' deċiżjonijiet billi żżid proċeduri amministrattivi ġodda. Barra minn hekk, ikollha impatt negattiv fuq il-livell ta' għarfien fi ħdan il-Kummissjoni u żżid ir-riskju ta' frammentazzjoni tal-kontenut fir-rigward tal-aspetti amministrattivi. Din l-opzjoni ma ġġibx il-benefiċċji kummerċjali mistennija u għalhekk twarrbet.

    F’xenarju alternattiv, ġie kkunsidrat ukoll it-trasferiment tal-attivitajiet rilevanti kollha tal-IT lill-amministrazzjonijiet nazzjonali bl-eċċezzjoni tan-netwerk CCN/CSI u s-servizzi relatati tiegħu. F’dan ix-xenarju hemm riskju għoli li gradwalment jista’ jkun hemm il-ħtieġa tat-twaqqif ta’ iżjed strutturi ta’ governanza ċentrali. L-impatt li jirriżulta jkun simili għall-effetti tal-waqfien tal-programm li jqiegħed f'riskju l-effiċjenza u l-effikaċja tal-amministrazzjonijiet tad-dwana, joffri sfida għall-unformità tal-unjoni doganali u b'hekk it-trattament ugwali tal-operaturi tas-suq. B’kunsiderazzjoni tal-impatti negattivi fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni tal-programm, dan ix-xenarju twarrab ukoll.

    (d) Il-programm juża għodod ta’ IT komuni għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-kuntratturi?

    Il-programmi Dwana 2013 u Fiscalis 2013 diġà jużaw għodod sabiex jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-attivitajiet tal-programm u tan-nefqa relatata permezz ta’ Għodda għar-Rappurtar ta’ Attivitajiet (ART) komuni. Din ser tissokta.

    5.2.2.     Il-kejl tal-prestazzjoni tal-proposta

    Il-prestazzjoni tal-programm se titkejjel bl-użu ta’ sett koerenti ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, l-impatt, ir-riżultati u l-output konnessi mal-objettivi u l-prijoritajiet ġenerali u speċifiċi tal-programm u l-bini tal-konnessjoni mal-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Kummissjoni. Il-lista dettaljata tal-indikaturi tal-impatt, ir-riżultati u l-produzzjoni hija disponibbli fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-programmi rilevanti. Il-Kummissjoni identifikat miri għal uħud mill-outputs tal-programm, oħrajn ser ikunu kkompletati permezz ta' azzjonijiet fi ħdan il-programm Dwana 2013. Il-miri tal-outputs kollha ser jiġu identifikati qabel il-bidu tal-programm Dwana 2020 mill-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kumitat tal-programm.

    5.2.3.     Il-proposta tal-programm hija koerenti mal-politika ġenerali tal-Kummissjoni

    Il-programm se jikkontribwixxi lejn l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 bit-tisħiħ tas-Suq Uniku, iż-żieda tal-produttività tas-settur pubbliku u ż-żamma tal-progress tekniku u l-innovazzjoni fl-amministrazzjonijiet, u billi jippromwovi l-impjieg. Huwa ser jappoġġja inizjattiva ewlenin dwar l-aġenda diġitali għall-Ewropa[14] u l-inizjattiva ewlenija dwar l-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda[15]. Il-programm se jappoġġja wkoll l-Att dwar is-Suq Uniku[16] u jippromwovi t-tkabbir u l-innovazzjoni bl-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) fil-fruntiera b'mod konformi tal-istrateġija IPR[17] komprensiva riċenti. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-Istati Membri, il-programm se jappoġġja l-ġbir ta' dazji u diversi tariffi fuq il-kummerċ, u sorsi kollaborattivi għall-ġlieda kontra l-frodi[18]. L-unjoni doganali hija l-parti operazzjonali tal-politika kummerċjali tal-UE, u l-programm għalhekk jgħin jimplimenta l-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali, il-ġbir ta' dazji, u l-applikazzjoni ta' miżuri kummerċjali (bħal regoli tal-oriġini), embargos, u restrizzjonijiet oħra li huma konformi mal-istrateġija kummerċjali tal-UE[19]. Aktar reċentament, id-dwana ngħatalha rwol fil-protezzjoni tal-ambjent (rigward inter alia l-esportazzjoni illegali tal-iskart, il-kimiki, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, qtugħ illegali tas-siġar u l-konvenzjoni tas-CITES). Fl-aħħar nett, l-azzjoni doganali u l-kooperazzjoni bejn id-dwani, il-pulizija u awtoritajiet oħra tal-infurzar jikkontribwixxu aktar għas-sigurtà interna tal-UE kif rifless fil-pjan ta' azzjoni għall-Istrateġija dwar is-Sigurtà Interna[20] u fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma[21].

    2011/0341/a (COD)

    Proposta emendata għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikulari l-Artikolu 33 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)       Il-programm ta' azzjoni multiannwali għad-dwana li kien japplika qabel l-2014 ikkontribwixxa b’mod sinifikanti sabiex jiffaċilita u jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta’ natura transkonfinali, u jinvolvu u jaffettwaw kull wieħed mis-27 Stat Membru, u għalhekk huma ma jistgħux jitwettqu b’mod effikaċi u effiċjenti minn Stati Membri individwali. Il-programm Dwana 2020, implimentat mill-Kummissjoni, joffri qafas tal-Unjoni lill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jiżviluppaw dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun ħafna aktar kosteffettiv milli kieku kull Stat Membru jwaqqaf qafas ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi żgurat li jkun hemm tkomplija ta' dan il-programm billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam.

    (2)       L-attivitajiet tal-programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropea, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali doganali u l-inizjattivi komuni ta’ taħriġ, huma mistennija li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv[22]. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet doganali jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji u jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, il-programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tal-unjoni doganali.

    (3)       Sabiex jappoġġja l-proċess ta’ adeżjoni u assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li għandhom jissieħbu u dawk kandidati kif ukoll il-kandidati potenzjali u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat[23] jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. B’kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, il-programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali tal-pajjiżi terzi, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f’ċerti attivitajiet. Il-ħolqien tas-SEAE taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli u Viċi-President (RGħVP) jista' jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika u l-koerenza f'qasam li huwa komponent relvanti tal-istrateġiji u l-azzjonijiet esterni tal-UE, kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll fuq dik multilaterali.

    (4)       L-għanijiet tal-programm iqisu l-problemi u l-isfidi identifikati għad-dwana fid-deċennju li ġej. Il-programm għandu jkompli jkollu rwol f'oqsma vitali bħal fl-implimentazzjoni koerenti tad-dwana u l-liġi relatata fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-enfasi tal-programm ser tkun fuq il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, is-salvagwardja tas-sikurezza u s-sigurtà, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, fost l-oħrajn permezz ta sforzi kollaborattivi fil-ġlieda kontra l-frodi u ż-żieda tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet doganali.

    (5)       Intwera li l-għodod tal-programm li applikaw qabel l-2014 kienu adegwati u għalhekk inżammu. Fid-dawl tal-ħtieġa għal kooperazzjoni operazzjonali aktar strutturata, inżiedu għodod addizzjonali, jiġifieri t-timijiet ta' esperti magħmula minn esperti tal-Unjoni u esperti nazzjonali sabiex iwettqu kompiti konġunti f'oqsma speċifiċi u azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi li għandhom jipprovdu assistenza speċjalizzata lil dawk il-pajjiżi parteċipanti li jkunu jeħtieġu bini tal-kapaċità amministrattiva.

    (6)       Is-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej għandhom rwol importanti fit-tisħiħ tas-sistemi doganali fl-Unjoni u għalhekk għandhom jibqgħu jiġu ffinanzjati mill-programm. Barra dan, għandu jkun hemm il-possibilità li fil-programm jiġu inklużi sistemi ġodda ta’ informazzjoni relatata mad-dwana mwaqqfa taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej għandhom, fejn xieraq, jissejsu fuq mudelli ta' żvilupp kondiviżi u l-arkitettura tal-IT.

    (7)       Il-bini ta' kompetenza umana fil-forma ta' taħriġ komuni għandu jitwettaq permezz tal-programm. L-uffiċjali tad-dwana jeħtieġu li jżidu u jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom meħtieġa biex iservu l-ħtiġijiet tal-Unjoni. Il-programm għandu jkun essenzjali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet umani permezz ta’ appoġġ imtejjeb ta’ taħriġ li fil-mira tiegħu jkollu l-uffiċjali tad-dwana kif ukoll operaturi ekonomiċi. Għal dan il-fini, l-approċċ attwali tal-Unjoni għat-taħriġ komuni li prinċipalment kien ibbażat fuq l-iżvilupp ċentrali tat-tagħlim elettroniku għandu jiżviluppa fi programm ta’ appoġġ multidimensjonali għat-taħriġ għall-Unjoni.

    (8)       Il-programm għandu jkopri perjodu ta’ seba’ snin sabiex id-durata tiegħu tiġi allinjata ma’ dik tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru xxx of xxx li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[24].

    (9)       Għall-perjodu sħiħ tal-programm, għandu jiġi stabbilit pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, kif mifhum fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/YY/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u fuq ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja waqt il-proċedura baġitarja annwali.

    (10)     B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-2010[25] għall-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament, għandhom jiġu kondiviżi riżorsi ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni jekk l-attivitajiet maħsuba tal-programm ikollhom l-għan li jilħqu objettivi li huma komuni għal diversi strumenti ta’ finanzjament bl-esklużjoni, madankollu, ta’ finanzjament doppju. Azzjonijiet fi ħdan dan il-programm għandhom jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni fl-appoġġ tal-funzjonament tal-unjoni doganali.

    (11)     Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni finanzjarja ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adotatti b’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru xxx/20xx ta’ xxx dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru xxx/20xx ta’ xxx li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru xxx/20xx ta’ xxx (għandhom jiġu miżjuda r-referenzi tar-regolament finanzjarju l-ġdid u tal-att ta’ implimentazzjoni).

    (12)     L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri xierqa fiċ-ċiklu tal-infiq kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn xieraq, penalitajiet.

    (13)     Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-finijiet tat-tfassil tal-programmi ta' ħidma annwali. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[26].

    (14)     Billi l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri t-tfassil ta' programm multiannwali għat-titjib tal-funzjonament tal-unjoni doganali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li ma jistgħux iwettqu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni neċessarji għat-twettiq tal-programm b'mod effiċjenti, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 TEU. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    (15)     Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Dwana 2020 għall-implimentazzjoni tal-programm.

    (16)     Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data tirregola l-ipproċessar ta’ dejta personali mwettqa fl-Istati Membri fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti magħżula mill-Istati Membri. Ir-Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu[i] fir-rigward tal-ipproċessar ta' data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data, jirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta . Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti isir skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabilit fid-Direttiva 95/46/KE u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni isir skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    (17)     Dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013)[27], Għaldaqstant, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi revokata,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Kapitolu I Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1 Suġġett

    1.           Programm multiannwali "Dwana 2020" ("il-programm") qiegħed jiġi stabbilit b'dan bħala appoġġ għall-funzjonament tal-unjoni doganali.

    2.           Il-programm għandu jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020.

    Artikolu 2 Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (2) “awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli doganali jew tat-taxxa;

    (3) “Esperti esterni” tfisser:

    (a) rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi inklużi pajjiżi mhux parteċipanti fil-programm skont tal-Artikolu 3(2)1 u 3(2)2;

    (b) operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom;

    (c) rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u oħrajn rilevanti.

    Artikolu 3 Parteċipazzjoni fil-programm

    1.           Il-pajjiżi parteċipanti għandhom ikunu l-Istati Membri u l-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 2 bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu.

    2.           Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    (1) il-pajjiżi li għandhom jissieħbu, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet Qafas, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew Ftehimiet simili rispettivi;

    (2) il-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-kundizzjoni li dawk il-pajjiżi jkunu laħqu livell suffiċjenti ta’ approssimazzjoni tal-metodi legiżlattivi u amministrattivi rilevanti għal dawk tal-Unjoni. Il-pajjiżi msieħba kkonċernati għandhom jipparteċipaw fil-programm skont id-dispożizzjonjiet li għandhom jiġu determinati ma’ dawk il-pajjiżi wara t-twaqqif ta’ Ftehimiet Qafas li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni.

    Artikolu 4 Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-programm

    Esperti esterni jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f’attivitajiet taħt il-programm kull fejn dan ikun ta’ siwi għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 5. Dawn l-esperti għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li huma rilevanti għall-attivitajiet speċifiċi.

    Artikolu 5 Għan ġenerali u objettiv speċifiku

    1.           L-għan ġenerali tal-programm huwa li jsaħħaħ is-suq intern permezz ta' unjoni doganali effiċjenti u effettiva.

    2.           L-għan speċifiku tal-programm għandu jkun l-appoġġ għall-iffunzjonar tal-unjoni doganali, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet doganali tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħrajn, u l-uffiċjali u l-esperti esterni tagħhom.

    3.           L-ilħuq ta' dan il-għan għandu jitkejjel abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

    (1) id-disponibbiltà tan-Netwerk ta' Komunikazzjoni Komuni għas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej;

    (2) l-informazzjoni min-naħa tal-parteċipanti f'azzjonijiet tal-programm u utenti tal-programm.

    Artikolu 6 Prijoritajiet

    Il-prijoritajiet tal-programm għandhom ikunu kif ġej:

    (1) l-appoġġ tat-tħejjija, l-applikazzjoni koerenti u l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, bil-ħsieb tat-tisħiħ tal-unjoni doganali f’termini ta’ effiċjenza, effikaċja u uniformità.

    (2) it-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji Ewropej permezz tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu, u t-tnaqqis tal-kosti ta’ konformità u l-piż amministrattiv, u l-ħarsien minn kompetizzjoni mhux ekwa,

    (3) l-appoġġ lid-dwana għall-ħarsien taċ-ċittadini, is-sikurezza u s-sigurtà u l-ambjent.

    (4) l-iżgurar tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri;

    (5) il-kontribuzzjoni għall-iffunzjonar effiċjenti tal-awtoritajiet kompetenti permezz tat-titjib tal-kapaċità amministrattiva tagħhom,

    (6) il-prevenzjoni tal-frodi u t-titjib tal-kompetittività, is-sigurtà u s-sikurezza bit-titjib tal-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet governattivi oħra, operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

    Kapitolu II Azzjonijiet eliġibbli

    Artikolu 7 Azzjonijiet eliġibbli

    Il-programm għandu jipprovdi, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 14, appoġġ finanzjarju għat-tipi ta’ azzjoni li ġejjin:

    (1) Azzjonijiet konġunti:

    (a) seminars u werkxops;

    (b) gruppi ta’ proġett, ġeneralment magħmula minn numru limitat ta’ pajjiżi, li jkunu operattivi waqt perjodu ta’ żmien limitat li l-għan tagħhom ikun l-ilħuq ta’ għan predefinit b’riżultat deskritt b’mod preċiż

    (c) żjarat ta’ ħidma organizzati mill-pajjiżi parteċipanti jew pajjiż terz sabiex l-uffiċjali jkunu jistgħu jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien taghhom fil-kwistjonijiet doganali; għaż-żjarat ta’ ħidma organizzati minn pajjiżi terzi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza biss (akkomodazzjoni u gratifika għal kull jum ) huma eliġibbli taħt il-programm;

    (d) azzjonijiet konġunti mwettqa minn gruppi konġunti magħmula minn uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Pajjiżi Parteċipanti għall-analiżi tal-prattiki doganali, l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe diffikultà fl-implimentazzjoni ta’ regoli u, fejn xieraq, sabiex isiru suġġerimenti għall-adattament tar-regoli tal-Unjoni u metodi ta’ ħidma;

    (e) gruppi esperti, li huma forom strutturati ta’ kooperazzjoni, b’karattru nonpermanenti jew permanenti, il-ġbir ta’ kompetenzi għat-twettiq ta’ kompiti f’kampi speċifiċi jew it-twettiq ta’ attivitajiet operattivi, possibilment bl-appoġġ ta’ servizzi ta’ kollaborazzjoni onlajn, assistenza amministrattiva u faċilitajiet ta’ infrastruttura u tagħmir;

    (f) azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċitajiet fl-amministrazzjoni pubblika u ta’ appoġġ;

    (g) studji;

    (h) proġetti ta’ komunikazzjoni;

    (i) kwalunkwe attività oħra ta’ appoġġ għall-objettiv ġenerali u speċifiku stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6

    (2) bini tal-kapaċitajiet fl-IT: żvilupp, manutenzjoni, l-operat u l-kontroll tal-kwalità tal-komponenti tal-Unjoni tas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness u Sistemi ta' Informazzjoni Ewoprej ġodda stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

    (3) Il-bini ta’ kompetenzi umani: azzjonijiet ta’ taħriġ komuni għall-appoġġ tal-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa relatati mad-dwana.

    Artikolu 8 Dispożizzonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni għal azzjonjiet konġunti

    1.           Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li jiġu nominati uffiċjali bi profil u kwalifiki adegwati sabiex jipparteċipaw f’azzjonijiet konġunti.

    2.           Il-Pajjiżi Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti, b’mod partikolari billi jqajmu għarfien fl-awtoritajiet doganali dwar dawk l-azzjonijiet u billi jiżguraw li jsir użu ottimali tar-riżultati ġġenerati.

    Artikolu 9 Dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni għas-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej

    1.           Il-Kummissjoni u l–pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej imsemmija fil-punt 1 tal-Anness jiġu żviluppati, operati u miżmuma b’mod xieraq.

    2.           Il-Kummissjoni għandha tikkoordina, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, dawk l-aspetti tat-twaqqif u l-funzjonament ta’ komponenti tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni tas-sistemi u l-infrastruttura msemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness li huma meħtieġa għall-iżgurar tal-operabilità, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu tagħhom.

    Artikolu 10 Dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni għal taħriġ komuni

    1.           Il-pajjiżi parteċipanti għandhom, fejn xieraq, jintegraw kontenut ta’ taħriġ konġunt, inkluż moduli ta’ tagħlim elettroniku, programmi ta’ taħriġ u standards ta’ taħriġ li fuqhom ikun hemm ftehim komuni fil-programmi nazzjonali tagħhom ta’ taħriġ.

    2.           Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom jirċievu t-taħriġ tal-bidu u dak kontinwu meħtieġ sabiex jiksbu ħiliet u għarfien professjonali komuni skont il-programmi ta’ taħriġ.

    3.           Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jipprovdu t-taħriġ lingwistiku meħtieġ sabiex l-uffiċjali jaċċertaw livell suffiċjenti ta’ kompetenza lingwistika sabiex jipparteċipaw fil-programm.

    Kapitolu III Qafas Finanzjarju

    Artikolu 11 Qafas finanzjarju

    1.           Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jkun ta’ EUR 548 080 000 (fi prezzijiet attwali).

    2.           L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħuq tal-objettivi tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm ikunu relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjez l-oħra kollha ta’ assistenza amministrattiva u teknika magħmula mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programm.

    Artikolu 12 Tipi ta’ intervent

    1.           Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-programm skont ir-Regolament Finanzjarju.

    2.           L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-attivitajiet previsti fl-Artikolu 7 għandu jieħu l-forma ta’:

    (1) għotjiet;

    (2) kuntratti ta’ akkwist pubbliku;

    (3) rimborż ta’ spejjeż magħmula minn esperti esterni msemmija fl-Artikolu 4

    3.           Ir-rata ta’ kofinanzjament għal għotjiet għandha tasal sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli fejn dawn tal-aħħar ikunu spejjeż ta’ vvjaġġar u akkomodazzjoni, spejjeż konnessi mal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u gratifiki għal kull jum. Dik ir-rata għandha tapplika għall-azzjonijiet eliġibbli kollha bl-eċċezzjoni tal-gruppi esperti. Għal din il-kategorija ta’ azzjonijiet eliġibbli, il-programmi ta’ ħidma annwali se jispeċifikaw ir-rata applikabbli ta’ kofinanzjament meta dawn l-azzjonijiet ikunu jeħtieġu l-għoti ta’ għotjiet.

    Artikolu 13 Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    4.           Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b’verifiki effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu bi żball u, fejn xieraq, b’penalitajiet amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonali u dissważivi.

    5.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu verifika, fuq il-bażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, tal-benefiċjarji ta' għotjiet, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont il-programm.

    6.           L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/1996 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[28] bil-għan li jiġi stabbilit jekk ikunx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jkun jikkonċerna finanzjament milI-Unjoni.

    Kapitolu IV Setgħat ta’ Implimentazzjoni

    Artikolu 14 Programm ta’ ħidma

    1.           Sabiex timplimenta l-programm il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali li għandhom jistabblixxu l-għanijiet li jkunu jridu jitwettqu, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkun fihom ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni u skeda indikattiva ta' implimentazzjoni. Għall-għotjiet, il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

    2.           Fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali, il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ komuni fir-rigward tal-politika doganali. Regolarment dan l-approċċ għandu jiġi rivedut u jiġi stabbilit fi sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Grupp dwar il-Politika Doganali, magħmul minn amministrazzjonijiet doganali mill-Istati Membri jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni ser iżżomm lill-Grupp ta' Politika Doganali informat b'mod regolari bil-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tal-programm.

    Artikolu 15 Proċedura ta’ kumitat

    1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Kapitolu V Monitoraġġ u Evalwazzjoni

    Artikolu 16 Monitoraġġ tal-azzjonijiet tal-programm

    Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, timmonitorja l-programm u l-azzjonijiet tiegħu sabiex issegwi l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa.

    Artikolu 17 Evalwazzjoni

    1.           Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni finali tal-programm, fir-rigward tal-aspetti msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Ir-riżultati għandhom jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar rinnovament, modifika jew sospensjoni possibbli ta’ programmi sussegwenti. Evalwatur indipendenti estern għandu jwettaq dawn l-evalwazzjonijiet.

    2.           Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu, dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet tal-programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-programm sa mhux iżjed tard minn nofs l-2018. Dan ir-rapport għandu jindirizza b’mod addizzjonali s-simplifikazzjoni, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi, kif ukoll il-kontribut tal-programm għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

    3.           Il-Kummissjoni għandha twaqqaf rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar l-aspetti msemmija fil-paragrafu 2 kif ukoll l-impatt fuq perjodu twil u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-programm mhux iżjed tard mill-aħħar tal-2021.

    4.           Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jipprovdu, fuq talba tal-Kummissjoni, id-dejta u l-informazzjoni kollha rilevanti bl-għan li jikkontribwixxu għar-rapporti ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu u dawk finali tal-Kummissjoni.

    Kapitolu VI Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 18 Revoka

    Id-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE hi b’dan irrevokata b’effett mill-1 ta' Jannar 2014.

    Madankollu, l-obbligi finanzjarji relatati ma’ azzjonijiet li għandhom jintlaħqu taħt din id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn din id-Deċiżjoni sakemm jitlestew.

    Artikolu 19 Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    ANNESS

    Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej u l-komponenti tagħhom tal-Unjoni

    1.           Is-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej huma dawn li ġejjin:

    (1) in-netwerk ta’ komunikazzjonijiet komuni/l-interface tas-sistemi komuni (CCN/CSI – CCN2), CCN mail3, is-CSI bridge, l-http bridge, CCN LDAP u l-għodod relatati, il-portal tal-web CCN, il-monitoraġġ CCN;

    (2) sistemi ta’ appoġġ, b’mod partikolari l-għodda tal-konfigurazzjoni tal-applikazzjoni għal CCN, l-għodda għar-rapportar ta’ attivitajiet (ART2), il-ġestjoni elettronika Taxud ta’ proġett onlajn (TEMPO), l-għodda ta’ ġestjoni tas-servizzi (SMT), is-sistema ta’ ġestjoni tal-utent (UM), is-sistema BPM, id-dashboard tad-disponibilità u l-AvDB, il-portal tal-ġestjoni tas-servizzi tal-IT, il-ġestjoni tal-aċċess ta’ direttorju u tal-utent,

    (3) L-Ispazju ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-programm (PICS);

    (4) is-sistemi tal-moviment doganali, b’mod partikolari s-Sistema (Ġdida) ta’ Tranżitu Komputerizzata ((N)CTS), NCTS TIR għar-Russja, is-Sistema ta’ Kontroll tal-Esportazzjoni (ECS) u s-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni (ICS). L-applikazzjonijiet/komponenti li ġejjin qegħdin jappoġġjaw dawn is-sistemi: is-sistema għall-iskambju ta’ dejta ma’ pajjiżi terzi (SPEED bridge), in-Nodu Konvertitur Edifact SPEED (SPEED-ECN), l-Applikazzjoni Standard tat-Test SPEED (SSTA), l-Applikazzjoni Standard tat-Test ta’ Tranżitu (STTA), l-Applikazzjoni tat-Test ta’ Tranżitu (TTA), is-Servizzi Ċentrali/Dejta ta' Referenza (CSRD2), is-Servizzi Ċentrali/Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni (CS/MIS);

    (5) is-Sistema Komunitarja tal-Ġestjoni tar-Riskju (CRMS) li tkopri l-Formoli ta' Informazzjoni dwar ir-Riskju (RIF) u d-dominji funzjonali tal-Profili Komuni CPCA;

    (6) is-Sistema tal-Operaturi Ekonomiċi (EOS) li tkopri r-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI), l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO), is-Servizzi Regolari tat-Trasport Marittimu (RSS) u r-rikonoxximent reċiproku mad-dominji funzjonali tal-pajjiżi msieħba. Is-Servizz Ġeneriku tal-Web huwa komponent ta’ appoġġ għal din is-sistema;

    (7) is-sistema tariffarja (TARIC3) li hija sistema ta’ dejta ta’ referenza għal applikazzjonijiet oħra bħas-sistema tal-ġestjoni tal-kwoti (QUOTA2), is-sistema ta’ ġestjoni u monitoraġġ tas-sorveljanza (SURV2), is-sistema Ewropea ta’ Informazzjoni li Torbot Dwar it-Tariffa (EBTI3), l-Inventarju Doganali Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi (ECICS2). In-Nomenklatura Magħquda (NM) u l-applikazzjonijiet tas-sospensjonijiet (Sospensjonijiet) qegħdin jiġġestixxu l-informazzjoni legali b’konnessjoni diretta mas-sistema tariffarja;

    (8) l-applikazzjonijiet għal finijiet ta’ kontroll, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kampjuni (SMS) u s-Sistema ta' Informazzjoni għall-Proċeduri ta' Pproċessar (ISPP);

    (9) is-Sistema kontra l-Falsifikazzjoni u kontra l-Piraterija (COPIS);

    (10) is-Sistema ta’ Disseminazzjoni tad-Dejta (DDS2) li tiġġestixxi l-informazzjoni kollha li hija aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-Internet;

    (11) is-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS);

    2.           Il-komponenti tal-Unjoni tas-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej huma:

    (1) l-assi tal-IT bħall-hardwer, is-softwer u l-konnessjonijiet tan-netwerk tas-sistemi identifikati inkluża l-infrastruttura tad-dejta assoċjata;

    (2) is-servizzi IT meħtieġa sabiex jappoġġjaw l-iżvilupp, iż-żamma, it-titjib u l-operat tas-sistemi identifikati;

    (3) u kwalunkwe elementi oħra li, għal raġunijiet ta’ effiċjenza, sikurezza u razzjonalizzazzjoni, huma identifikati mill-Kummissjoni bħala komuni għall-pajjiżi parteċipanti

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    It-titolu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Il-qasam jew l-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB

                  1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    Objettiv(i)

                  1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

                  1.7.    Il-metodu jew metodi ta’ ġestjoni previsti

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

                  2.1.    Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

                  2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

                  2.3.    Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

    3.           VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    L-intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja jew il-linji tal-baġit tan-nefqa affettwati

                  3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

                  3.2.1. Is-sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

                  3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

                  3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

                  3.2.5. Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

                  3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.        It-titolu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE.

    1.2.        Il-qasam jew l-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB[29]

    Politika Doganali 1404

    1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[30]

    X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

    1.4.        Objettivi

    1.4.1.     L-għan jew l-għanijiet strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Il-programm propost se jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv permezz[31] (1) tat-tisħiħ tal-funzjonament tas-Suq Uniku, (2) tal-provvista ta’ qafas għall-appoġġ ta’ attivitajiet li jtejbu l-produttività tas-settur pubbliku u (3) tat-tmexxija 'l quddiem tal-progress u l-innovazzjoni tekniċi fl-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali u Ewropej.

    L-unjoni doganali hija fundamentali għas-suq intern. Is-suq intern mingħajr konfini għall-merkanzija jeħtieġ li l-merkanzija li toriġina minn pajjiżi terzi tikkonforma ma’ formalitajiet u rekwiżiti oħra mad-dħul jew meta tiġi rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni; wara dan, tista’ tiċċirkola mingħajr xkiel fil-konfini esterni tal-UE. Id-dwani jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ġusti u kompetittivi tas-suq intern permezz tal-applikazzjoni uniformi ta’ regoli u regolamenti komuni. Huwa jappoġġja l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-suq intern pereżempju bl-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (IPR) fuq il-konfini (ara wkoll il-pjan Ewropew kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija[32] u l-istrateġija l-ġdida għall-IPR fis-Suq Uniku kif ġie adottat reċentement mill-Kummissjoni). Ir-rispons għal konsultazzjoni pubblika reċenti[33] dwar il-futur tas-suq inetrn jissuġġerixxi aspettattivi għolja fost il-federazzjonijiet tal-industrija dwar iktar azzjoni tal-UE kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija. Id-dwana għandha rwol fundamentali fl-infurzar effettiv tal-IPR, kif ġie kkonfermat minn statistiki dwar attivitajiet doganali tal-IPR[34]. Barra dan il-programm se jappoġġja varjetà kbira ta’ miżuri ta’ politika fil-qafas tal-unjoni doganali. Pereżempju, il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE u l-Istati Membri permezz tal-ġbir ta’ dazji u tariffi u taxxi varji fuq il-kummerċ, u sforzi kollaborattivi għall-ġlieda kontra l-frodi. Fl-2010, madwar 12.3% (15.7 biljun euro) tal-baġit tal-UE kienu jikkorrispondu għal riżorsi proprji addizzjonali[35]. L-unjoni doganali hija l-parti operattiva tal-Politika Kummerċjali tal-UE, billi timplimenta ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali, tiġbor id-dazji, u tapplika miżuri kummerċjali (bħal regoli ta’ oriġini), embargi u restrizzjonijet oħra. Id-dokument ta’ diskussjoni Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija: Il-politika tal-kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020[36] ippubblikat f’Novembru tal-2010, jissottolinea l-aġenda għal kooperazzjoni doganali internazzjonali fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali u fl-Organizzazzjoni Dinjija Doganali. Dan jenfasizza li proċeduri doganali effiċjenti jnaqqsu l-ispejjeż ta’ konformità għall-operaturi tas-suq, jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu, u jgħinu sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ sigurtà, sikurezza u ta' IPR li dejjem qegħdin jiżdiedu.

    Ir-rwol tal-unjoni doganali fil-kontribut għas-sigurtà interna tal-UE dejjem qed isir iżjed prominenti, u se jkompli jikber, kif rifless fil-pjan ta’ azzjoni għall-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna[37] u fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Programm ta’ Stokkolma[38]. Barra dan, l-azzjoni u l-kooperazzjoni doganali bejn id-dwani, il-pulizija u awtoritajiet oħra tal-infurzar jikkontribwixxu għall-ilħuq tas-sigurtà globali bħall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-kriminalità organizzata transkonfinali, u t-terroriżmu.

    1.4.2.     L-għan jew l-għanijiet speċifiċi u l-attività jew l-attivitajiet ABM/ABB kkonċernati

    Objettivi speċifiċi u attività/jiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

    L-attività tal-ABB ikkonċernata hija l-Politika Doganali (1404). L-objettiv speċifiku tal-programm se jkun dan li ġej:

    l-appoġġ għall-iffunzjonar tal-unjoni doganali, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet doganali tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħrajn, u l-uffiċjali u l-esperti esterni tagħhom.

    1.4.3.     Ir-riżultat(i) u l- impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Mil-lat doganali, l-Istati Membri, bit-trasferiment tas-setgħat tagħhom lill-UE – billi l-unjoni doganali hija kompetenza esklużiva tal-UE – ipso facto ftiehmu li l-azzjonijiet fil-qasam doganali jiġu applikati aħjar fil-livell tal-UE. Madankollu, il-qafas legali tal-UE fih innifsu ma jiżgurax il-funzjonament tajjeb tal-unjoni doganali. L-assistenza permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ kif ipprovduti mill-programm Dwana hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni doganali tal-UE tiġi applikata b’mod konverġenti u armonizzata, sabiex b’hekk it-trattament tal-operaturi tas-suq, il-prevenzjoni tal-frodi u l-obbligi legali ma jvarjawx.

    Barra dan, ħafna mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta’ natura transkonfinali, li jinvolvu u jaffettwaw is-27 Stat Membru kollha u għalhekk ma jistgħux jitwettqu b'mod effettiv u effiċjenti minn Stati Individwali. L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa sabiex issaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tax-xogħol doganali, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet tas-suq intern u jiġi appoġġjat il-ħarsien effettiv tal-konfini tal-UE.

    Il-kondiviżjoni tas-solidarjetà u r-responsabbiltà huma l-prinċipji sottostanti tal-finanzjament għall-unjoni doganali. Is-sitwazzjonijiet fejn il-ħtieġa għal miżuri effettivi taqbeż il-ħila ta’ Stati Membri partikolari li jipprovduhom huma ta’ detriment għall-Unjoni b’mod ġenerali. L-intervent tal-UE huwa meħtieġ sabiex jiġi ppreservat il-ġid pubbliku tal-UE fejn id-domanda tal-UE (pereżempju għas-sigurtà) ma tkunx tista’ tiġi pprovduta b’mod adegwat mis-servizz ta’ provvista ta’ Stat Membru partikolari. F’każijiet bħal dawn, l-azzjoni tal-UE tiġi tradotta f’finanzjament konġunt tal-bini ta’ kapaċitajiet sabiex tiġi sodisfatta d-domanda għal kontroll effettiv minkejja l-kapaċità limitata ta’ provvista ta’ Stati Membri speċifiċi.

    1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-programm se jsir sabiex jiġi żgurat li r-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-programm ikunu ġew applikati tajjeb u sabiex jiġi verifikat jekk il-programm ikunx qed jirnexxi fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Se jitwaqqaf qafas ta’ monitoraġġ, inkluż: loġika ta’ investigazzjoni, sett komprensiv ta’ indikaturi, metodi ta’ kejl, pjan ta’ ġbir ta’ dejta, proċess ċar u strutturat ta’ rapportar u monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu u finali.

    Il-prestazzjoni tal-programm se titkejjel bl-użu ta’ sett koerenti ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, l-impatt, ir-riżultati u l-output konnessi mal-objettivi u l-prijoritajiet ġenerali u speċifiċi tal-programm u l-bini tal-konnessjoni mal-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Kummissjoni. Il-lista dettaljata tal-indikaturi tal-impatt, ir-riżultati u l-produzzjoni hija disponibbli fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-programmi rilevanti. DĠ TAXUD identifika l-miri għal ċerti outputs tal-programm. Madankollu għal ċertu objettivi oħra dan għadu mhux fattibbli f’dan il-perjodu. Il-miri ta’ dawk l-outputs se jiġu identifikati qabel il-bidu tal-programm Dwana 2020 minn DĠ TAXUD u se jiġu ppreżentati lill-Kumitat tal-Programm għall-approvazzjoni fil-qafas tal-proċedura tal-programm ta’ Ħidma Annwali.

    L-objettivi ġenerali u speċifiċi ser jitkejlu, fost l-oħrajn, bħala d-disponibbiltà tan-Netwerk ta' komunikazzjoni Komuni għas-sistemi ta' Informazzjoni Ewropej u l-mira tad-disponibbiltà ser tkun ta' 97 %.

    1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.     Ir-rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġiu sodisfatti fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

    Il-proposta tikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjonijiet varji oħra tal-Unjoni kif elaborat taħt il-Kapitolu 1.4.1

    1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Huwa ta’ benefiċċju akbar li jinbdew azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni milli fil-livell tas-27 Stat Membru kif deskritt fid-dettall fil-Kapitolu 3.2 tal-memorandum spjegattiv.

    1.5.3.     It-tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Mil-lat ekonomiku, azzjoni fil-livell tal-UE hija ħafna iżjed effiċjenti. Is-sinsla tal-kooperazzjoni doganali hija netwerk ta’ komunikazzjoni dedikata sigura ħafna li hija operattiva sa mill-ewwel programmi ta’ kooperazzjoni doganali fil-bidu tas-snin 90. Huwa joħloq interkonnessjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali u nazzjonali f’madwar 5 000[39] punt ta’ konnessjoni Din in-netwerk tal-IT tiżgura li kull amministrazzjoni nazzjonali tkun teħtieġ li tikkonnettja darba biss ma’ din l-infrastruttura komuni sabiex tkun tista’ tiskambja kwalunkwe tip ta’ informazzjoni. Jekk infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli, l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri jkollhom jingħaqdu 26 darba mas-sistemi nazzjonali ta’ kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra.

    Pedamenti oħra tal-programm huma attivitajiet li jlaqqgħu flimkien uffiċjali tad-dwana bl-għan li jiskambjaw l-aħjar prattiki, sabiex, pereżempju, jitgħallmu minn xulxin, janalizzaw problema jew ifasslu gwida. Li kieku l-Istati Membri kien ikollhom jitgħallmu minn xulxin billi jiżviluppaw l-attivitajiet proprji barra l-umbrella tal-programm, kollha kienu jiżviluppaw il-grupp ta' għodod u l-modi ta’ ħidma tagħhom. Li kieku s-sinerġiji bejn l-attivitajiet kienu jintilfu u ma kinux jiġu implimentati attivitajiet komuni b’mod sistematiku fil-livell tas-27 Stat Membru. Huwa ħafna iżjed effiċjenti li, bl-appoġġ tal-programm, il-Kummissjoni taġixxi bħala sensar tal-attività bejn il-pajjiżi parteċipanti.

    Valur miżjud importanti ieħor huwa wieħed ta’ natura mhux tanġibbli. Il-programm kien strumentali sabiex jinħoloq sens ta’ interess komuni, billi stimola l-fiduċja reċiproka u ġġenera spirtu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-oqsma doganali.

    1.5.4.     Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

    Il-ġestjoni tal-programmi Fiscalis 2020 u Dwana 2020 ser jiġu allinjati kulfejn possibbli. Il-programmi jikkondividu netwerk komuni għall-implimentazzjoni ta' Sistemi tal-IT Ewropej, pjattaforma għal kollaborazzjoni onlajn (PICS) u għodda komuni għar-Rappurtar ta' Attività (ART2). Il-metodoloġiji applikati għall-Bini tal-Kapaċità Umana huma kondiviżi wkoll bejn iż-żewġ programmi.

    Wieħed mix-xenarji ta’ politika mfassal għall-qasam doganali jipprevedi appoġġ finanzjarju lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri sabiex jakkwistaw tagħmir u jibnu l-kapaċità teknika tagħhom. Pjuttost milli jfasslu skema finanzjarja għal dan il-fini taħt il-programm Dwana 2020, l-Istati Membri jistgħu jirrivolġu ruħhom għall-programmi oħra, inklużi Fondi Strutturali Reġjonali sabiex tiġi appoġġjata din il-ħtieġa.

    Skont l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programmi DĠ HOME dwar il-Prevenzjoni ta’ u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) u l-Prevenzjoni, it-Tħejjija u l-Ġestjoni tal-Konsegwenzi ta’ Atti Terroristiċi u Riskji Oħra Relatati mas-Sigurtà (CIPS)[40] il-mudell ta’ ġestjoni tal-programm Dwana u Fiscalis 2013 “joffri l-iżjed prospettivi promettenti għat-titjib tal-ġestjoni ta’ ISEC/CIPS billi jippermetti li jkun hemm rispons ta’ malajr u flessibbli għal ħtiġijiet operattivi”.

    Is-sinsla għas-sistemi trans-Ewropej tal-IT hija n-netwerk CCN/CSI, li qiegħda tintuża wkoll mill-OLAF għall-iskambju (u l-ħżin) ta' informazzjoni fuq l-irregolaritajiet u l-frodi. Għal dan il-fini ż-żewġ DĠs jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala.

    1.6.        It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

    X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

    – ¨  Proposta/Inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

    – X  Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2023 (mill-2021 sal-2023 biss għall-approprjazzjonijet ta' pagament)

    ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien mhux limitat

    – Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn [SSSS] sa [SSSS],

    – segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.        Il-metodu/metodi ta’ ġestjoni previst(i)[41]

    X Il-ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

    ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

    ¨         aġenziji eżekuttivi

    ¨         korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[42]

    ¨         korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    ¨         persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

    ¨ Il-ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

    Jekk hemm indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

    Kummenti

    /

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-programm se jsir sabiex jiġi żgurat li r-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-programm ikunu ġew applikati kif xieraq (funzjoni ta' awditjar). Il-proposti għall-attivitajiet ta' azzjoni konġunta huma mmonitorjati fuq bażi permanenti permezz ta' database onlajn, Għodda għar-Rappurtar tal-Attivitajiet – (Activity Reporting Tool (ART2)), li tinkludi l-proposti u l-attivitajiet korrispondenti tagħhom. L-istess għodda tippermetti lill-benefiċjarji tal-għotjiet mogħtija taħt il-programm, primarjament l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri, biex jirrapportaw onlajn l-ispejjeż iffinanzjati mill-għotja biex jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' azzjoni konġunta. Kull sena l-Istati Membri bagħtu rapport finanzjarju lill-Kummissjoni li qegħdin jużaw l-Għodda għar-Rappurtar tal-Attivitajiet.

    Għall-attivitajiet ta' Bini ta' Kapaċitajiet tal-IT u tat-Taħriġ li huma ffinanzjati permezz ta’ akkwist, japplikaw ir-regoli standard ta’ rapportar u monitoraġġ.

    Il-programm se jiġi evalwat darbtejn. Ir-riżultati għall-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu se jkunu disponibbli sa nofs l-2018 u dawk tal-evalwazzjoni finali tal-programm lejn l-aħħar tal-2021. L-Istati Membri, bħala l-benefiċjarji ewlenin tal-programm se jkollhom parti importanti fil-ġbir tad-dejta jew billi jipprovdu informazzjoni fil-livell tal-għodod individwali (prinċipalment permezz ta’ ART2) jew fuq l-impatt usa’ tal-programm (jew billi jipparteċipaw f’eżerċizzji tal-kejl tal-perċezzjonijiet jew permezz tal-ħruġ ta’ rapporti).

    S'issa, l-eżerċizzji ta’ evalwazzjoni tal-programmi eżistenti, b’mod predominanti indirizzaw primarjament partijiet interessati tal-programm, jiġifieri awtoritajiet doganali u l-esperti tagħhom li huma l-pubbliku destinatarju tal-programm. B’kunsiderazzjoni tal-importanza li jiġu kkonsultati wkoll il-partijiet interessati li huma esterni għall-programm (jiġifieri l-operaturi ekonomiċi) dwar l-impatti li l-programm għandu fuqhom u sa liema punt huma jibbenefikaw pereżempju minn kooperazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet doganali, din id-dimensjoni ta' impatti indiretti se tiġi inkluża f'evalwazzjonijiet futuri tal-programm.

    2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.     Ir-riskju jew riskji identifikati

    Ir-riskji potenzjali għall-implimentazzjoni tal-għotjiet huma relatati ma’:

    – L-implimentazzjoni inkorretta tal-ftehim ta’ għotja ffirmat mal-konsorzju tal-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati. Il-livell ta’ riskju huwa kkunsidrat baxx, billi l-benefiċjarji huma amministrazzjonijiet pubbliċi tal-pajjiżi parteċipanti.

    – L-Istati Membri jiddikjaraw spejjeż għal attività li ma tkunx approvata taħt il-programm

    – L-Istati Membri jiddikjaraw darbtejn l-istess spejjeż

    Ir-riskji potenzjali għall-implimentazzjoni tal-kuntratti ta' akkwist konklużi taħt l-ambitu tal-programm huma relatati ma':

    – In-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-akkwist

    – Il-ħlas ta’ fattura għal riżultati li ma jeżistux

    2.2.2.     Il-metodu jew metodi ta’ kontroll previsti

    L-elementi ewlenin tal-istrateġija ta’ kontroll applikata huma:

    1. Kontroll finanzjarju komuni għall-oqsma kollha tan-nefqa:

    Verifiki ex-ante tal-impenji:

    L-impenji kollha fid-DĠ TAXUD jiġu verifikati mill-kap tal-Unità tar-HR u l-Finanzi. Konsegwentement, 100 % tal-ammonti impenjati jiġu koperti mill-verifika ex-ante. Il-proċedura tagħti livell għoli ta’ garanzija dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

    Verifika ex-ante tal-ħlasijiet:

    Il-ħlasijiet kollha jiġu vverifikati ex-ante skont ir-regolamenti finanzjarji u proċeduri stabbiliti. Dan il-kontroll fid-dettall jitwettaq minn verifikatur finanzjarju u uffiċjal awtorizzanti.

    Barra minn hekk, mill-inqas ħlas wieħed (mill-kategoriji kollha ta’ infiq) kull ġimgħa jintgħażel b’mod aleatorju għal verifika ex-ante fid-dettall imwettqa mill-kap tal-Unità tar-HR u l-Finanzi. Ma hemm l-ebda mira għal dak li jirrigwarda l-kopertura, billi l-għan ta’ din il-verifika huwa l-verifika “aleatorja” tal-ħlasijiet sabiex jiġi verifikat li l-ħlasijiet kollha jkunu preparati b’konformità mar-rekwiżiti. Il-ħlasijiet li jifdal jiġu pproċessati skont ir-regoli fis-seħħ fuq bażi ta’ kuljum.

    Dikjarazzjonijiet tal-AOSD:

    L-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni b’Sottodelegazzjoni kollha jiffirmaw dikjarazzjonijiet li jappoġġjaw ir-Rapport tal-Attivitajiet Annwali għas-sena kkonċernata. Dawn id-dikjarazzjonijiet ikopru l-operazzjonijiet taħt il-programm. L-AOSD jiddikjaraw li l-operazzjonijiet konnessi mal-implimentazzjoni tal-baġit ikunu twettqu skont il-prinċpji tal-ġestjoni finanzjarja soda, li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti jkunu pprovdew garanzija sodisfaċenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li r-riskji assoċjati ma' dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew identifikati u rraportati tajjeb u li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni jkunu ġew implimentati.

    2. Kontrolli addizzjonali għal kuntratti ta' akkwist:

    Jiġu applikati l-proċeduri ta’ kontroll għal akkwist definiti fir-Regolament Finanzjarju. Kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist jiġi stabbilit wara l-proċedura stabbilita ta’ verifika mis-servizzi tal-Kummissjoni għal ħlas, b’kunsiderazzjoni tal-obbligi kuntrattwali u l-ġestjoni finanzjarja u ġenerali soda. Miżuri kontra l-frodi (kontrolli, rapporti, eċċ) huma previsti fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji. Jitfasslu termini dettaljati ta’ referenza u mill-bażi ta’ kull kuntratt speċifiku. Il-proċess ta’ aċcettazzjoni jsegwi b’mod rigoruż il-metodoloġija TAXUD TEMPO: ir-riżultati jiġu riveduti, jekk ikun meħtieġ emendati u finalment aċcettati (jew miċħuda) b’mod espliċitu. Ma tista’ titħallas l-ebda fattura mingħajr “ittra ta’ aċcettazzjoni”.

    Il-proċedura sabiex isiru ordnijiet u għall-aċċettazzjoni ta' riżultati tkopri wkoll il-ġestjoni ta' assi Kull ass jiġi ordnat u aċċettat konsegwentement u mdaħħal f'għodda korporattiva tal-IT tal-Kummissjoni Ewropea (ABAC assets) fil-valur tal-akkwist tiegħu. Id-diprezzament huwa awtomatiku u msejjes fuq ir-regoli kontabilistiċi tal-Kummissjoni.

    Verifika teknika għal akkwist

    Id-DĠ TAXUD iwettaq kontrolli fuq ir-riżultati u jissorvelja l-operat u s-servizzi mwettqa mill-kuntratturi. Iwettaq ukoll verifiki tal-kwalità u s-sigurtà tal-kuntratturi tagħhom fuq bażi regolari. Il-verifiki tal-kwalità jivverifikaw il-konformità tal-proċessi effettivi tal-kuntratturi mar-regoli u l-proċeduri definiti fil-pjanijiet ta’ kwalità tagħhom. Il-verifiki tal-kwalità jiffukaw fuq il-proċessi speċifiċi, il-proċeduri u l-istabbiliment.

    Kontroll amministrattiv ex-post fuq in-naħa operazzjonali u dik finanzjarja

    Meta jintemm kull kuntratt, il-fajl kollu jiġi vverifikat mill-unitajiet operazzjonali u finanzjarji qabel ma jingħalaq formalment.

    3. Kontrolli addizzjonali għall-għotjiet

    Il-ftehim ta’ għotja ffirmat mill-benefiċjarji tal-programm (l-amministrazzjonijiet doganali fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati) jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-finanzjament ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-għotja, inkluż kapitolu dwar il-metodi ta’ kontroll. L-amministrazzjonijiet parteċipanti kollha impenjaw ruħhom li jirrispettaw ir-regoli finanzjarji u amministrattivi tal-Kummissjoni dwar l-ispejjeż.

    L-attivitajiet li għalihom il-benefiċjarji tal-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni mill-għotjiet huma identifikati f’database onlajn (ART2 – Għodda għar-Rapportar ta’ Attivitajiet). L-Istati Membri jirraportaw l-infiq tagħhom fl-istess database li għandu numru ta’ kontrolli inkorporati għat-tnaqqis tal-iżbalji. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jirraportaw spejjeż għal attivitajiet li għalihom ikunu ġew mistiedna u jistgħu jagħmlu dan darba biss.

    Minbarra l-kontrolli li huma inkorporati fis-sistema ta’ rapportar, id-DĠ TAXUD iwettaq kontrolli fuq dokumenti u verifiki fuq il-post fuq bażi ta’ kampjuni. Dawn il-kontrolli jitwettqu ex-post u jissejsu fuq kampjuni bbażati fuq ir-riskju.

    L-istrateġija ta’ kontroll tippermetti li l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji tal-għotja jinżamm kemm jista’ jkun limitat u proporzjonali mal-baġit allokat u r-riskji perċepiti.

    L-effett ta' miżuri ta' simplifikazzjoni, bħas-sostituzzjoni ta' kosti reali minn ammonti sħaħ, x'aktarx li jkun wieħed marġinali f'termini ta' gwadann baġitarju. Il-benefiċċju ewlieni tiegħu ser ikun fil-livell ta' gwadanni fl-effiċjenza u piż amministrattiv imnaqqas kemm fl-Istati Membri u kemm għall-Kummissjoni.

    4. Kosti u benefiċċji tal-kontrolli

    Il-kontrolli stabbiliti jippermettu li d-DĠ TAXUD ikollu garanzija biżżejjed tal-kwalità u r-regolarità tal-infiq u jnaqqas ir-riskji ta’ nonkonformità. Il-profondità tal-valutazzjoni tilħaq il-livell tlieta[43] għall-Azzjonijiet Konġunti u l-livell erbgħa[44] għall-kuntratti tal-akkwist. Il-benefiċċju tal-miżuri tal-istrateġija ta' kontroll ta' hawn huwa t-tnaqqis tar-riskji potenzjali għal taħt it-2 % tal-baġit globali u l-ilħuq tal-benefiċjarji kollha. Kwalunkwe miżura addizjonali għal iżjed tnaqqis ta’ riskji tista’ tirriżulta fi spejjeż għolja b’mod sproporzjonat u għalhekk mhumiex previsti tali miżuri. Id-DĠ TAXUD jikkunsidra li ma hemm l-ebda varjazzjoni bejn il-programm preżenti u attwali mil-lat ta’ kontroll u se japplika l-istess strateġija ta’ kontroll għall-programm 2020. L-ispejjeż involuti għall-implimentazzjoni tal-istrategija ta’ kontroll ta’ hawn fuq huma limitati għal 2,60 %[45] tal-baġit u huwa mistenni li dan il-proporzjon ma jinbidilx.

    Il-programm tal-istrateġija ta’ kontroll huwa kkunsidrat bħala wieħed effiċjenti sabiex jillimita r-riskju tan-nonkonformità għal anqas minn 2 % u proporzjonali mar-riskji involuti.

    2.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Minbarra l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi kollha ta’ kontroll regolatorju, id-DĠ se jfassal strateġija kontra l-frodi konformi mal-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex jiġi żgurat inter alia li l-kontrolli relatati tiegħu kontra l-frodi jkunu kompletament konformi mal-CAFS u li l-approċċ għall-ġestjoni tar-riskju ta' frodi tiegħu jkun immirat għall-identifikazzjoni tal-oqsma ta' riskju ta' frodi u r-rispons adegwat. Fejn hu neċessarju se jitwaqqfu gruppi ta' netwerking u għodod adegwati tat-TI apposta biex jiġu analizzati l-każijiet ta' frodi marbuta mal-programm Dwana 2020.

    3.           VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.        L-intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja jew il-linji tal-baġit tan-nefqa affettwati

    · Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

    Skont l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Deskrizzjoni………………………...…….] || Diff/Mhux diff. ([46]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[47] || mill-pajjiżi kandidati[48] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    || || || || || ||

    · Linji ġodda tal-baġit mitluba

    Skont l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff/Mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    1 || 14.04.03 – Dwana 2020 || Diff. || LE || IVA || LE || LE

    || || || || || ||

    1 || 14.01.04.05 Programm doganali 2020 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva || Mhux diff || LE || LE || LE || LE

    3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa[49]

    3.2.1.     Is-sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

    DĠ: TAXUD || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021-2023 || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || ||

    14.0403 – Dwana 2020 || Impenji || (1) || 71.740 || 73.860 || 75.970 || 78.080 || 80.300 || 82.610 || 84.820 || || 547.380

    Pagamenti || (2) || 14.348 || 47.055 || 62.779 || 68.162 || 70.083 || 72.072 || 74.103 || 138.778 || 547.380

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett għal programmi speċifiċi[50] || ||

    14.010405 || || (3) || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || || 0.700

    Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ TAXUD || Impenji || =1+1(a)+3 || 71.840 || 73.960 || 76.070 || 78.180 || 80.400 || 82.710 || 84.920 || || 548.080

    Pagamenti || =2+2(a)+3 || 14.448 || 47.155 || 62.879 || 68.262 || 70.183 || 72.172 || 74.203 || 138.778 || 548.080

    Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 71.740 || 73.860 || 75.970 || 78.080 || 80.300 || 82.610 || 84.820 || || 547.380

    Pagamenti || (5) || 14.348 || 47.055 || 62.779 || 68.162 || 70.083 || 72.072 || 74.103 || 138.778 || 547.380

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || 0.100 || || 0.700

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-Intestatura 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 71.840 || 73.960 || 76.070 || 78.180 || 80.400 || 82.710 || 84.920 || || 548.080

    Pagamenti || =5+ 6 || 14.448 || 47.155 || 62.879 || 68.262 || 70.183 || 72.172 || 74.203 || 138.778 || 548.080

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “Nefqa amministrattiva”

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

    DĠ: TAXUD ||

    Ÿ Riżorsi umani || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 70.672

    Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 2.730

    DĠ TAXUD TOTALI || || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 73.402

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-Intestatura 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 73.402

    || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021-2023 || TOTAL

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-Intestatura 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 82.326 || 84.446 || 86.556 || 88.666 || 90.886 || 93.196 || 95.406 || || 621.482

    Pagamenti || 24.934 || 57.641 || 73.365 || 78.748 || 80.669 || 82.658 || 84.689 || 138.778 || 621.482

    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    – Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

    f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 ||  2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    RIŻULTATI

    Tip ta’ riżultati[51] || Spiża medja tar-riżultat || Numru ta' riżultati || Spiża || Numru ta' riżultati || Spiża || Numru ta' riżultati || Spiża || Numru ta' riżultati || Spiża || Numru ta' riżultati || Spiża || Numru ta' riżultati || Spiża || Numru ta' riżultati || Spiża || L-għadd totali ta’ riżultati || Totali totali

    Objettiv Speċifiku: Għall-appoġġ għall-funzjonament tal-unjoni doganali, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet doganali tagħhom, l-uffiċjali u l-esperti esterni tagħhom

    || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Bini tal-kapaċitajiet fl-IT || Numru ta’ Kuntratti tal-IT || || Madwar 30 ||  57.360 || || 59.470 || || 61.580 || || 63.700 || || 65.910 || || 68.220 || || 70.440 || ||  446.680

    Azzjonijiet konġunti || Numru ta’ avvenimenti organizzati || || Madwar 450 ||  11.570 || || 11.570 || || 11.570 || || 11.570 || || 11.570 || || 11.570 || || 11.570 || ||  80.990

    Bini tal-Kapaċitajiet Umani || Numru ta’ taħriġ || || Għadu jrid jiġi kkonfermat || 2.810 || ||  2.820 || ||  2.820 || ||  2.810 || ||  2.820 || ||  2.820 || ||  2.810 || ||  19.710

    || || || || || || || || || || || || || || || ||

    SPIŻA TOTALI || || || ||  71.740 104.400 || || 73.860 || || 75.970 || || 78.080 || || 80.300 || || 82.610 || || 84.820 || || 547.380

    3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.2.1.  Sommarju

    – Il-proposta teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

    INESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

    Riżorsi umani || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 10.096 || 70.672

    Nefqa amministrattiva oħra || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 0.390 || 2.730

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal- tal-qafas finanzjarju pluriennali || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 73.402

    Barra l-INTESTATURA 5[52] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

    Riżorsi umani || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    TOTAL || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 10.486 || 73.402

    3.2.2.2.  L-istima tar-riżorsi umani meħtieġa

    – Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ rizorsi umani, kif spjegat hawn isfel:

    L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

    || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

    Ÿ Karigi tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

    14 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 65 || 65 || 65 || 65 || 65 || 65 || 65

    14 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    14 01 05 01 (Riċerka indiretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[53]

    14 01 02 01 (CA, INT, TA, SNE mill-“pakkett globali”) || 17 || 17 || 17 || 17 || 17 || 17 || 17

    14 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    14 01 04 05 [54] || - fil-Kwartieri Ġenerali[55] || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    - fid-delegazzjonijiet || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    14 01 05 02 (AK, ENS, INT għar-Riċerka indiretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    10 01 05 02 (AK, INT, ENS għar-riċerka diretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    Linji oħra tal-baġit (speċifika) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

    TOTAL || 82 || 82 || 82 || 82 || 82 || 82 || 82

    14 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu ta’ baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-Direttorat Ġenerali li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie trasferit lejn id-Direttorat Ġenerali, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-Direttorat Ġenerali li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

    Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji || Attivitajiet ta’ ġestjoni tal-programm, stricto senso[56], u attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-programm bħal studji, żvilupp, manutenzjoni u operat tas-sistemi Ewropej tal-IT

    Persunal estern || Assistenza lill-attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-programm bħal studji, żvilupp, manutenzjoni u operat tas-sistemi Ewropej tal-IT

    3.2.3.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    – Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2020.

    3.2.4.     Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    – Il-proposta ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi

    3.2.5.     Stima tal-impatt fuq id-dħul

    – Il-proposta għandha implikazzjonijiet potenzjali fuq id-dħul:

    · L-impatt tal-programm jista' jolqot id-dħul tal-UE indirettament billi dwani mtejba u aktar effiċjenti huma mistennija li jwasslu għal, fost l-oħrajn, li jinġabru aktar dazji doganali. Madanakollu, dan l-effett mhuwiex kwantifikabbli.

    · Fil-każ li jiġu applikati penali (imsemmija fl-artikolu 13). dawn ser jiġu bbaġittjati bħala dħul ġenerali mill-baġit tal-UE

    [1]               COM (2011)500 Finali tad-29 ta’ Ġunju 2011, Baġit għall-Ewropa 2020.

    [2]               COM (2010) 2020 finali tat-3 ta’ Marzu 2010: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

    [3]               Fl-2010, madwar 12.3% (EUR 15.7 biljun) tal-baġit tal-UE ġew minn riżorsi proprji addizzjonali. Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, Rapport Tematiku dwar l-istrateġija tal-kontroll doganali fl-Istati Membri – Kontroll tar-riżorsi proprji tradizzjonali, p.3.

    [4]               Evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu ta’ Dwana 2013: http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/common/publications/studies/customs2013_mid_term_report_en.pdf

    [5]               DELOITTE, The future business architecture for the Customs Union and Cooperative Model in the Taxation Area in Europe (L-arkitettura futura tan-negozju għall-Unjoni Doganali u l-Mudell Kooperattiv fil-Qasam Doganali fl-Ewropa).

    [6]               Minuti tad-9 laqgħa tal-Kumitat Doganali fil-11 ta’ April 2011

    [7]               Il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, COM(2012)64 tal-20 ta' Frar 2012.

    [8]               Il-punti ta' konnessjoni doganali u tat-taxxa meta jittieħdu kollha f'salt

    [9]               COM(2012) 388 final

    [10]             Qabel kienu msejħa Sistemi tal-IT Trans-Ewropej

    [11]             ĠU L 55, 28.2.2011, p 13.

    [12]             COM(2011) 398 Finali tad-29 ta’ Ġunju 2011.

    [13]             COM(2011) 706 Finali tad-9 ta’ Novembru 2011.

    [14]             COM (2010) 245 Finali/2, Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

    [15]             COM(2010) 682 tat-23 ta' Novembru 2010, Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi .

    [16]             COM (2011) 0206 finali.

    [17]             COM (2011) 287, Suq Uniku għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali - li jagħti spinta lill-kreattivita u innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi ta' kwalità għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa.

    [18]             Dan il-programm ser ikun kumplimentari għall-programm Erkole II (2014-2020), il-Kummissjoni (2011)914 finali, programm li ser ikun iddedikat b'mod speċifiku għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    [19]             COM(2010) 612. Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija: Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020

    [20]             COM (2010) 673 finali, Brussell, 22.11.2010, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa iżjed sikura.

    [21]             COM (2010) 171 finali Brussell, 20.4.2010, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Il-kisba ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma.

    [22]             COM(2010) 2020.

    [23]             COM (2004)373

    [24]             Għandu jitlesta

    [25]             COM (2010)700

    [26]             ĠU 28.2.2011 L 55/13

    [27]             ĠU L 154, 14.6.2007, p. 25

    [28]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    [29]             ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Skont l-Attività).

    [30]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [31]             COM (2010) 2020 finali tat-3 ta’ Marzu 2010: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

    [32]             Adottat mill-Kunsill fl-2008 (2008/C 253/01).

    [33]             SEC(2011) 467 finali, 13.4.2011. Deskrizzjoni ġenerali tat-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Komunikazzjoni “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”.

    [34]             http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/ statistics/statistics_2010.pdf.

    [35]             Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, Rapport Tematiku dwar l-istrateġija tal-kontroll doganali fl-Istati Membri – Kontroll tar-riżorsi proprji tradizzjonali, p.3.

    [36]             COM (2010) 612, Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija, paġna 12.

    [37]             COM (2010) 673 finali, Brussell, 22.11.2010, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa iżjed sikura.

    [38]             COM (2010) 171 finali Brussell, 20.4.2010, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Il-kisba ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma.

    [39]             Il-punti ta' konnessjoni Doganali u tat-Taxxa meta jittieħdu kollha f'salt

    [40]             COM (2005) 124 tas-6 ta’ April 2005 għandu baġit ta’ 745 miljun euro fil-qafas finanzjarju tal-2007-2013.

    [41]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [42]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [43]             Profondità tal-kontrolli – livell tlieta: kontroll b’referenza għal informazzjoni korroborattiva kompletament indipendenti

    [44]             Profondità tal-kontrolli – livell erbgħa: kontroll b’referenza għal u inkluż aċċess għad-dokumentazzjoni sottostanti li hija disponibbli fl-istadju tal-proċess inkwistjoni.

    [45]             Il-kost jinkludi l-għadd ta' FTE li jwettqu l-kontrolli mmultiplikati bil-kost medju tal-persunal; nefqa marbuta ma' awditjar estern, nefqa marbuta mal-manutenzjoni tas-sistema ART.

    [46]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati

    [47]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [48]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent

    [49]             L-infiq huwa espress fi prezzijiet kurrenti.

    [50]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

    [51]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu provduti (pereżempju: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ).

    [52]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

    [53]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Esperti Nazzjonali Ssekondati;

    [54]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (qabel kienu linji "BA").

    [55]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

    [56]             In-numru ta’ karigi involuti fl-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-programm strictu senso huwa limitat għal 18.

    Top