This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0439
Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion of the Agreement providing a general framework for enhanced cooperation between the European Union and the European Organisation for the Safety of Air Navigation
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru
/* COM/2012/0439 final - 2012/0213 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru /* COM/2012/0439 final - 2012/0213 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fis-6 ta’ Ottubru 2011,
il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni fejn ġiet awtorizzata tiftaħ
negozjati mal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni
bl-Ajru (Eurocontrol) sabiex tikkonkludi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni
Ewropea (UE) u l-Eurocontrol. Il-Ftehim għandu jirrikonoxxi
l-prinċipji tal-Ajru Uniku Ewropew (SES), notevolment ir-rwol tal-UE
bħala l-uniku regolatur għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM)
u l-użu tal-għarfien espert tekniku tal-Eurocontrol biex jgħin
lill-UE twettaq titjib fl-ATM fl-Ewropa skont il-qafas legali tal-SES u biex
jappoġġa lill-UE fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-SES u
politiki relatati oħrajn (l-ambjent, it-tibdil fil-klima u
r-riċerka). Il-Ftehim għandu wkoll jiffaċilita aktar riformi
istituzzjonali tal-Eurocontrol, pereżempju, fl-istabbiliment ta’
relazzjoni ġdida bejn l-Eurocontrol u l-Aġenzija Ewropea
tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), u jipprovdi qafas għal kwistjonijiet
potenzjalment sensittivi bħal kooperazzjoni ċivili-militari
pan-Ewropea. Abbażi tad-direttivi ta’ negozjati
tal-mandat, fl-24 ta’ April 2012 ġie inizjalat abbozz ta’
Ftehim miż-żewġ partijiet. L-abbozz ta’ Ftehim propost jiddefinixxi
t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u
l-Eurocontrol sabiex jappoġġaw lill-UE fl-implimentazzjoni u
l-iżvilupp ta’ ATM skont il-qafas legali tal-SES u politiki tal-UE
relatati. L-għanijiet huma: li jsir kontribut għal implimentazzjoni
f’waqtha u konsistenti tal-SES fi ħdan l-UE u fi Stati li jaqblu li jkunu
marbuta bl-SES; li tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni ċivili-militari
meħtieġa dwar l-ATM fl-SES u l-użu tal-għarfien espert
tal-Eurocontrol f'dawn l-oqsma; li jkun iffaċilitat l-involviment ta’
Stati li mhumiex Membri tal-UE fl-SES. Barra minn hekk, l-abbozz ta’ Ftehim
għandu l-għan li jiżgura sinerġiji u jevita d-duplikazzjoni
tal-ħidma tal-EASA fl-affarijiet tal-ATM marbuta mas-sikurezza u
kwistjonijiet ambjentali u biex jikkunsidra d-dimensjoni pan-Ewropea tal-Eurocontrol. L-abbozz ta’ Ftehim propost jelenka l-oqsma
ta’ kooperazzjoni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ SES, SESAR u
politiki oħrajn tal-UE relatati li se jiġu definiti aktar f’annessi
separati tal-Ftehim. L-abbozz ta’ Ftehim propost jiddefinixxi l-forom
u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn il-partijiet
inkluż il-proċessi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati.
Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim se jkun responsabbli
għall-ġestjoni u l-funzjonament tiegħu. Barra minn hekk,
l-iffinanzjar tal-attivitajiet huwa definit skont ir-regoli applikabbli
għall-baġits rispettivi tal-partijiet. Il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill biex
jadotta: ·
deċiżjoni li tawtorizza l-iffirmar
tal-Ftehim u l-applikazzjoni proviżorja tiegħu qabel id-dħul
fis-seħħ; ·
ladarba tkun ġiet adottata din l-ewwel
deċiżjoni, deċiżjoni oħra li permezz tagħha
jiġi konkluż il-Ftehim bil-ħsieb li dan jidħol
fis-seħħ, abbażi tal-kunsens tal-Parlament Ewropew,. 2. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill
proposti huma t-tnejn ibbażati fuq l-Artikolu 100,
il-paragrafu 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u
l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim hija bbażata fuq
l-Artikolu 218, il-paragrafu 5 tat-TFUE, filwaqt li
d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni hija bbażata
fuq l-Artikolu 218, il-paragrafu 6. Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni
msaħħa bejn l-UE u l-Eurocontrol huwa strument legali vinkolanti
effiċjenti li jrawwem kooperazzjoni teknika bejn iż-żewġ
partijiet. Jistabbilixxi qafas ġenerali li jippermetti l-istabbilment ta’
attivitajiet kooperattivi fil-qasam tal-ATM u politiki relatati. Il-ftehim
propost ma jimponi l-ebda piż amministrattiv jew finanzjarju addizzjonali
fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri. 2012/0213 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li
jipprovdi qafas ġenerali għal kooperazzjoni msaħħa bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni
bl-Ajru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2),
flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament
Ewropew[1], Billi: (1) Il-Kummissjoni Ewropea
nnegozjat, f’isem l-Unjoni, il-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali
għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (minn hawn
’il quddiem “il-Ftehim”). (2) Il-Ftehim ġie ffirmat fi
(...), suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar
tard. (3) Il-Ftehim għandu jkun
approvat mill-Unjoni. (4) Huwa meħtieġ li
jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali
għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit
permezz tal-Ftehim, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali
għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru huwa b’dan
approvat f'isem l-Unjoni. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż
mad-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina
l-persuna/i awtorizzata/i biex tagħti/jagħtu, f’isem l-Unjoni,
in-notifika pprovduta fl-Artikolu 13, 2 tal-Ftehim, sabiex ikun espress
il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim. Artikolu 3 L-Unjoni għandha tiġi
rrappreżentata mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz
tal-Artikolu 7 tal-Ftehim. Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni
mal-Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill, għandha tiddetermina
l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat
Konġunt, inkluż fir-rigward tal-adozzjoni tal-Annessi tal-Ftehim u
l-emendi ta’ dawn l-Annessi. . 2. Il-Kummissjoni tista’ tieħu kwalunkwe
azzjoni xierqa skont l-Artikoli 5, 6, 8, 9, 10 u 11 tal-Ftehim. Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandha tinforma
lill-Kunsill regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Artikolu 6 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada
tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C , , p. .