This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0355
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Council Decision 2008/971/EC as regards the inclusion of forest reproductive material of the 'qualified' category within the scope of that Decision and the updating of the name of the authorities responsible for the approval and control of the production
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni
/* COM/2012/0355 final - 2012/0172 (COD) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni /* COM/2012/0355 final - 2012/0172 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar
il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-
foresti[1]
tirregola l-kummerċjalizzazzjoni interna tal-materjal riproduttiv
tal-ispeċi tal-pjanti elenkati minn dik id-Direttiva. Biex
tiffaċilita l-kummerċ u twieġeb mal-ewwel għat-talba
tal-kummerċjalizzazzjoni, dik id-Direttiva tipprevedi l-possibilità
għall-Kunsill biex jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni
tal-importazzjoni tal-materjal riproduttiv minn pajjiżi terzi taħt
sistema ta’ ekwivalenza. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT L-Istati Membri u l-partijiet interessati
pproponew lill-Kummissjoni biex tippreżenta dan l-aġġornament biex
tiffaċilita, b'mod partikolari l-importazzjoni ta' materjal riproduttiv
tal-foresta u biex twieġeb mal-ewwel għat-talba ta'
kummerċjalizzazzjoni b'mod partikolari għal pjantaġġuni
tas-siġar li qed jiżdiedu ħafna, maħsuba
għall-produzzjoni tal-enerġija/bijomassa. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE[2] ipprovdiet il-lista
tal-pajjiżi li għandhom jiġu rikonoxxuti
għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ekwivalenza
għall-importazzjoni u l-kundizzjonijiet determinati li taħthom
għandu jiġi importat lejn l-Unjoni l-materjal riproduttiv tal-foresti
tas-"sors identifikat" u l-kategoriji "magħżula"
prodotti f'dawk il-pajjiżi. Abbażi ta' tagħrif ġdid
riċevut mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u
l-Iżvilupp (OECD) dwar l-adozzjoni ta' "Skema tal-OECD
għaċ-ċertifikazzjoni ta' Materjal Riproduttiv għall-Foresti
Użat fil-Kummerċ Internazzjonali" aġġornata,
il-materjal iċċertifikat uffiċjalment taħt il-kategorija
"kwalifikat" mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz elenkat minn dik
id-Deċiżjoni għandu jiġi kkunsidrat ekwivalenti wkoll
għall-ħażna taż-żerriegħa u tal-pjanti li
jikkonformaw mad-Direttiva 1999/105/KE, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti
fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni huma sodisfatti. Għandu
jkun xieraq li tiżdied il-kategorija "kwalifikat"
għas-"sors identifikat" u "magħżula"
għall-kategoriji. Skont tagħrif provdut mill-Iskema OECD
imsemmija hawn fuq (Anness – Lista tal-Awtoritajiet Nazzjonali Nominati
fil-Pajjiżi membri tal-Iskema), l-ismijiet tal-awtoritajiet responsabbli
għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni tal-Istati Uniti
tal-Amerika (US), il-Kroazja (HR), in-Norveġja (NO), is-Serbja (RS) u
t-Turkija (TR), kif elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2008/971/KE, inbidlu. Minħabba dan, l-Anness I ta' dik
id-Deċiżjoni għandu jiġi emendat skont dan. Fl-Anness II għandha tiżdied
kundizzjoni addizzjonali speċifika għall-kategorija
"kwalifikati" biex tippermetti l-implementazzjoni armonizzata
tad-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi
modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill
90/220/KEE[3].
Dan ikun meħtieġ biex jassigura li, kif stipulat
fl-Artikolu 3(2) ta' dik id-Deċiżjoni, il-ħażna
taż-żerriegħa u tal-pjanti rispettivi uffiċjalment
ċertifikati minn dawk l-awtoritajiet tkun meqjusa ekwivalenti għal
ħażna ta' żerriegħa u pjanti li jikkonformaw mad-Direttiva
1999/105/KE. 2012/0172 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill
2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv
tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni
ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem
tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll
tal-produzzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2008/971/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ekwivalenza
ta’ Materjal Riproduttiv tal-Foresti prodott f’pajjiżi terzi[4], tiddetermina l-kundizzjonijiet
li taħthom il-materjal riproduttiv tal-foresti tas-"sors
identifikat" u l-kategoriji "magħżula" prodotti
f’pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni,
għandhom jiġu importati lejn l-Unjoni. (2) Ir-regoli nazzjonali
għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti
fl-Istati Uniti tal-Amerika, l-Iżvizzera, il-Kanada, il-Kroazja,
in-Norveġja, is-Serbja, u t-Turkija jipprevedu spezzjoni uffiċjali
fuq il-post li għandha titwettaq matul il-ġbir u l-ipproċessar
taż-żrieragħ u l-produzzjoni tan-nebbiet għat-tħawwil.
(3) Skont dawk ir-regoli,
is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ materjal
bażiku u l-produzzjoni sussegwenti tal-materjal riproduttiv minn dan
il-materjal bażiku għandhom isegwu l-Iskema tal-OECD
għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti
użat fil-Kummerċ Internazzjonali (l-Iskema tal-OECD
taż-żrieragħ u l-pjanti tal-foresti). Barra minn hekk, dawk
ir-regoli jeħtieġu li ż-żrieragħ u n-nebbiet
għat-tħawwil tas-“sors identifikat” u tal-kategoriji
“magħżula” u tal-kategorija "kwalifikati" jkunu
uffiċjalment iċċertifikati u l-pakketti
taż-żrieragħ ikunu uffiċjalment magħluqa skont
l-Iskema tal-OECD taż-żrieragħ u l-Pjanti tal-foresti. (4) Eżami ta' dawn ir-regoli
fir-rigward tal-kategorija "kwalifikati" wera li l-kundizzjonijiet
għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku jissodisfaw ir-rekwiżiti
stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999
dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti[5]. Barra minn hekk,
bl-eċċezzjoni għall-kondizzjonijiet rigward il-kwalità
taż-żerriegħa, il-purità tal-ispeċi u l-kwalità tan-nebbiet
għat-tħawwil, ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi jeħtieġu
l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet applikabbli
għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil
tal-kategorija l-ġdida "kwalifikati" bħal dawk stabbiliti
fid-Direttiva 1999/105/KE. Jirriżulta għalhekk li r-regoli
għaċ-ċertifikazzjoni ta' materjal tal-foresta tal-kategorija
"kwalifikati" fl-Istati Uniti tal-Amerika, l-Iżvizzera,
il-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, is-Serbja, u t-Turkija għandha
titqies bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva
1999/105/KE, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II
tad-Deċiżjoni 2008/971/KE fir-rigward taż-żerriegħa u
n-nebbiet għat-tħawwil, huma sodisfatti. (5) Fir-rigward materjal
tal-kategorija "kwalifikati", dawk il-kundizzjonijiet għandhom
jinkludu, id-dispożizzjoni ta' tagħrif dwar jekk il-prodotti
ġewx ġenetikament modifikati jew le. Tali tagħrif għandu
jiffaċilita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva
2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001
dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati
ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE[6], jew fejn applikabbli,
fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat
ġenetikament[7]
u r-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u
l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u
t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn
organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE[8]. (6) Barra minn hekk, l-ismijiet
ta’ xi awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll
tal-produzzjoni, kif elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni
2008/971/KE nbidlu. (7) Id-Deċiżjoni
2008/971/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2008/971/KE hija
emendata kif ġej: (1) Fl-Artikolu 1, l-ewwel
paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Din id-Deċiżjoni tiddetermina
l-kundizzjonijiet li taħthom il-materjal riproduttiv tal-foresti
tal-kategoriji "sors identifikat", "magħżula" u
"kwalifikati" prodotti f’pajjiż terz elenkati fl-Anness I
għandhom jiġi importati lejn l-Unjoni." (2) Fl-Artikolu 3,
il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: "2. Iż-żrieragħ u
n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji "sors identifikat" u
"magħżula" u "kwalifikati" tal-ispeċi
elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 1999/105/KE, prodotti fil-pajjiżi
terzi elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni u
ċċertifikati uffiċjalment mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz
elenkati f’dak l-Anness, għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti
għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil li
jikkonformaw mad-Direttiva 1999/105/KE, sakemm jiġu sodisfatti
l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-AnnessII ta' din id-Deċiżjoni. (3) L-Annessi I u II huma emendati
skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha
f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tapplika
mill-1 ta' Jannar 2013. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni
2008/971/KE huma emendati kif ġej: (1) L-Anness I huwa sostitwit b’dan
li ġej: "ANNESS I Pajjiżi
u awtoritajiet Pajjiż (*) || L-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni 1 || 2 CA || National Forest Genetic Resources Centre/ Centre national des ressources génétiques forestières Natural Resources Canada/Ressources naturelles Canada Canadian Forest Service-Atlantic/Service canadien des forêts -Atlantique P.O. Box 4000, FREDERICTON, NB E3B 5P7 CH || Federal Office for the Environment (FOEN) Department of the Environment, Transport, Energy and Communications (DETEK) Forest Division Federal Plant Protection Service Zürcherstraße 111 CH-8903 BIRMENSDORF HR || Croatian Forest Research Institute – CFI Division of Genetics, Forest Tree Breeding and Seed Science Cvetno naselje 41 10450 Jastrebarsko Ministry of Regional Development, Forestry and Water Management Department for Forest Protection and Forest Reproductive Material Trg kralja Petra Krešimira IV br. 1 10 000 Zagreb NO || Norwegian Forest and Landscape Institute P.O. Box 115 N-1431 AAS Norwegian Forest Seed Center P.O. Box 118 N-2301 HAMAR SR || Ministry of Agriculture, Forestry and Water Management Ministry of AFW - Directorate for Forest Omladinskih brigada 1 Novi Beograd TR || Ministry of Forestry Forest Tree Seeds and Tree Breeding Research Directorate Orman Bak awligi Arastima Planlama ve Koord. Dai. Bsk. Orman Genel Müdürlügü, 2N° lu Bina TR-06560 GAZI- ANKARA US || USA United States Department of Agriculture, Forest Service Cooperative Forestry National Seed Laboratory 5675 Riggins Mill Road Dry Branch, Georgia 31020 OFFICIAL STATE CERTIFICATION AUTHORITIES (Authorized to issue OECD certificates through cooperative agreement with USDA Forest Service) Washington State Crop Improvement Association, Inc. 1610 NE Eastgate Blvd, Suite 610 Pullman, Washington 99163 (*) CA – Il-Kanada, CH – l-Isvizzera HR
– il-Kroazja, NO – in-Norveġja, SR – is-Serbja, TR – It-Turkija, US –
L-Istati Uniti tal-Amerika." (2) Fl-Anness II, tiżdied
il-Parti li ġejja: "C. Kundizzjonijiet marbuta
mal-kategorija "kwalifikati" taż-żrieragħ u n-nebbiet
għat-tħawwil prodotti fil-pajjiżi terzi Fir-rigward taż-żrieragħ jew
nebbiet għat-tħawwil tal-kategorija "kwalifikati",
it-Tikketta tal-OECD u t-tikketta jew id-dokument tal-fornitur għandha
tiddikjara jekk kienx hemm modifika ġenetika jew le fil-produzzjoni
tal-materjal bażiku." [1] ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17 [2] ĠU L 354, 23.12.2008,
p. 83 [3] ĠU L106, 17.4.2001, p. 1 [4] ĠU L 345, 23.12.2008,
p. 83. [5] ĠU L 11, 15.1.2000, p.17. [6] ĠU L 106, 17.4.2001,
p. 1. [7] ĠU L 268, 18.10.2003,
p. 1. [8] ĠU L 268, 18.10.2003,
p. 24.