Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0280

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id- Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    /* COM/2012/0280 final - 2012/0150 (COD) */

    Brussell, 6.6.2012

    COM(2012) 280 final

    2012/0150(COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    {SWD(2012) 166 final}
    {SWD(2012) 167 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-kriżi finanzjarja poġġiet taħt prova severa l-abbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni li jimmaniġġjaw problemi f’istituzzjonijiet bankarji. Sadanittant, swieq finanzjarji fl-Unjoni saru integrati sal-punt li xokkijiet domestiċi fi Stat Membru wieħed malajr jistgħu jiġu trażmessi lill-Istati Membri l-oħra.

    F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni 1 f’Ottubru 2010 li tispjega l-pjanijiet għal qafas tal-Unjoni għall-immaniġġjar tal-kriżijiet fis-settur finanzjarju. Il-qafas jkun jgħammar lill-awtoritajiet b'għodod komuni u effettivi u b'setgħat biex jittrattaw kriżijiet bankarji minn qabel, is-salvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u jimminimizzaw l-iskopertura tal-kontribwenti għal telf minn insolvenzi.

    Fil-livell internazzjonali, il-mexxejja tal-G20 sejħu għal “reviżjoni tar-reġimi ta' riżoluzzjoni u l-liġijiet tal-falliment fid-dawl tal-esperjenza reċenti biex jiġi żgurat li dawn jippermettu stralċ ordinat ta' istituzzjonijiet transfruntieri kbar u kumplessi.” 2 . F'Cannes f'Novembru 2011, huma approvaw l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) "Attributi ewlenin ta' Reġimi Effettivi ta' Riżoluzzjoni għal Istituzzjonijiet Finanzjarji" ('Attributi Ewlenin") 3 . Dawn jistabbilixxu l-elementi prinċipali li l-FSB jikkunsidra li huma neċessarji għal reġim effettiv ta’ riżoluzzjoni. L-implimentazzjoni tagħhom għandha tippermetti lill-awtoritajiet jirriżolvu istituzzjonijiet finanzjarji b'mod ordnat mingħajr skopertura għall-kontribwenti għal telf minn għajnuna għas-solvenza, filwaqt li tinżamm il-kontinwità tal-funzjonijiet ekonomiċi vitali tagħhom. F’Ġunju 2012, il-G20 huwa ppjanat li jibda l-ħidma fuq l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fil-ġurisdizzjonijiet differenti. 

    F'Ġunju 2010, il-Parlament Ewropew adotta rapport fuq inizjattiva proprja dwar rakkomandazzjonijiet dwar l-immaniġġjar transfruntier tal-kriżijiet fis-settur bankarju 4 . Enfasizza l-bżonn ta' qafas għall-Unjoni kollha tal-immaniġġjar tal-banek f’diffikultà finanzjarja u rrakkomanda li tikber l-integrazzjoni u l-koerenza fir-rekwiżiti tar-riżoluzzjoni u l-arranġamenti applikabbli għal istituzzjonijiet transfruntieri. F'Diċembru 2010, il-Kunsill (ECOFIN) adotta konklużjonijiet 5 li jsejħu għal qafas tal-Unjoni għall-prevenzjoni, l-immaniġġjar u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet. Il-konklużjonijiet jenfasizzaw li l-qafas għandu japplika fir-rigward tal-banek ta’ kull daqs, itejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera u jikkonsisti minn tliet pilastri (miżuri preparatorji u preventivi, intervent bikri u għodod u setgħat tar-riżoluzzjoni). Dawn għandhom "ikollhom l-għan li jipproteġu l-istabbiltà finanzjarja billi jipproteġu lill-pubbliku u l-fiduċja fis-suq; iqegħdu l-prevenzjoni u l-preparazzjoni l-ewwel; jipprovdu għodod kredibbli għar-riżoluzzjoni; jippermettu azzjoni rapida u deċiżiva; inaqqsu l-periklu morali u jimminimizzaw sal-massimu possibbli l-ispejjeż kumplessivi għall-fondi pubbliċi, billi jiżguraw il-qsim ġust tal-piż fost il-partijiet interessati tal-istituzzjonijiet finanzjarji; jikkontribwixxu għal riżoluzzjoni bla xkiel ta’ gruppi transfruntieri; jiżguraw iċ-ċertezza legali; u, jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni."

    Barra minn dan, grupp ta' livell għoli wasal biex jirrapporta għand il-Kummissjoni fit-tieni nofs tal-2012 dwar jekk minn barra r-riformi strutturali li għaddejjin, riformi strutturali tal-banek tal-Unjoni jsaħħux l-istabbiltà finanzjarja u jtejbux l-effiċjenza u l-protezzjoni tal-konsumatur 6 . Il-proposti tal-grupp se jiġu vvalutati separatament mat-tlestija tax-xogħol.

    Finalment, fit-30 ta' Mejju 2012 il-Kummissjoni indikat li kienet ser tagħti bidu għal proċess li "jfassal il-passi ewlenin li jwasslu għal unjoni ekonomika u monetarja sħiħa (inkluż) fost l-oħrajn l-avviċinament għal unjoni bankarja b'superviżjoni finanzjarja integrata u għal skema unika ta' garanziji tad-depożiti" 7 .

    2.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Fil-perjodu bejn l-2008 u l-2012 is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw għadd ta' konsultazzjonijiet u diskussjonijiet ma' esperti u partijiet interessati ewlenin dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek. Bħala l-aħħar konsultazzjoni pubblika qabel l-adozzjoni tal-proposta, f’Jannar 2011 ġie ppubblikat għal konsultazzjoni Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jiddeskrivi fid-dettall il-potenzjal tal-alternattivi politiċi li qed jiġu kkunsidrati mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-konsultazzjoni ntemmet fit-3 ta' Marzu 2011. Fuq waħda mill-għodod ta' riżoluzzjoni, l-hekk imsejħa għodda tal-ippleġġjar intern jew tat-tniżżil fil-valur tad-dejn, f'April 2012 ġew organizzati diskussjonijiet immirati ma' esperti mill-Istati Membri, mill-industrija bankarja, mid-dinja akkademika u mid-ditti legali. Id-diskussjonijiet konċernaw l-parametri ewlenin tal-għodda tat-tniżżil fil-valur tad-dejn, inkluż b'mod partikolari l-iskattaturi tar-riżoluzzjoni, l-ambitu tal-ippleġġjar intern, il-livell minimu potenzjali tagħha, ir-riżoluzzjoni ta' gruppi kif ukoll l-anterjorità. Dokumenti relatati għal konsultazzjonijiet pubbliċi jinsabu fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea 8 . 

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ħejjiet il-proposta leġiżlattiva mehmuża. Is-servizzi tal-Kummissjoni ħejjew ukoll Valutazzjoni tal-Impatt (VI) għall-proposta, li tinsab fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea 9 .

    Il-kummenti mill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt (Impact Assessment Board - IAB) espressi fl-ewwel u fit-tieni opinjoni tiegħu f'Mejju u Ġunju 2011 ġew ikkunsidrati. Barra minn hekk, it-test tal-VI ġie aġġornat biex jirrifletti l-aħħar żviluppi fil-fora internazzjonali kif ukoll biex jinkorpora r-riżultati tad-diskussjonijiet dwar l-għodda tal-ippleġġjar intern li saret f'April 2012. B'mod konkret, il-VI riveduta ttejjeb il-preżentazzjoni fil-kuntest legali u istituzzjonali billi tiddeskrivi r-responsabbiltajiet tas-superviżuri nazzjonali u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u r-relazzjonijiet bejn il-proposta għal ippleġġjar intern u r-rekwiżiti ppjanti fid-DRK IV. It-test tal-VI jispjega aħjar il-kontenut tal-alternattivi, b'mod partikolari dak relatat mal-għodda tal-ippleġġjar intern/tniżżil fil-valur tad-dejn. Ukoll, żiedu l-impatti tal-għodda tal-ippleġġjar intern fuq l-ispejjeż tal-finanzjament għall-banek u għad-ditti mhux finanzjarji (SMEs). Tħejjiet taqsima relatata mal-koerenza tal-proposta ma' proposti regolatorji oħra. Fl-aħħarnett, l-arranġamenti tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kienu ċċarati aktar billi ġew identifikati l-aktar indikaturi rilevanti li għandhom jiġu mmonitorjati.



    Il-VI tikkonkludi dan li ġej:

    Il-qafas ta' riżoluzzjoni bankarja tal-Unjoni se jilħaq l-objettivi li tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja, jitnaqqas il-periklu morali, jiġu protetti d-depożituri u s-servizzi bankarji kritiċi, jiġu ffrankati flus pubbliċi u jiġi protett is-suq intern għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

    Il-qafas huwa mistenni jkollu impatt soċjali pożittiv: l-ewwel, billi jnaqqas il-probabbiltà ta' kriżi bankarja sistemika u jevita t-telf fil-benesseri ekonomiku li jsegwi kriżi bankarja; u, it-tieni, billi tiġi mminimizzata l-iskopertura tal-kontribwenti għal telf minn għajnuna għall-insolvenza lil istituzzjonijiet.

    L-ispejjeż tal-qafas jiġu minn żieda possibbli fl-ispejjeż tal-finanzjament għal istituzzjonijiet minħabba t-tneħħija taċ-ċertezza impliċita ta' għajnuna mill-istat, u mill-ispejjeż relatati mal-fondi ta' riżoluzzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jittrażmettu dawk iż-żidiet fl-ispejjeż lill-konsumaturi jew lill-azzjonisti billi jbaxxu r-rati fuq id-depożiti, iżidu r-rati fuq is-self u t-tariffi bankarji jew inaqqsu r-redditi fuq l-ekwità. Madankollu, il-kompetizzjoni tista' tnaqqas l-abbiltà tal-istituzzjonijiet li jgħaddu l-ispejjeż kollha. Il-benefiċċji potenzjali tal-qafas f'termini ta' benessri ekonomika fit-tul ta' żmien f’termini ta’ tnaqqis tal-probabbiltà ta’ kriżi sistemika huma sostanzjalment ogħla mill-ispiża potenzjali.

    3.Spjegazzjoni ġenerali: Qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni

    Ħtieġa għal qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni effettiv

    Banek u ditti tal-investiment (minn hawn 'il quddiem l-istituzzjonijiet) jipprovdu servizzi vitali għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-ekonomija inġenerali (bħal teħid ta' depożiti , self u tħaddim ta' sistemi tal-pagamenti). Fil-biċċa l-kbira joperaw abbażi tal-fiduċja, u malajr jistgħu ma jibqgħux vijabbli jekk il-konsumaturi u l-kontropartijiet tagħhom jitilfu l-fiduċja fl-abbiltà tagħhom li jissodisfaw l-obbligi tagħhom. F’każ ta’ fallimenti, isir stralċ tal-banek skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza. Madankollu, l-estent ta' interdipendenzi bejn l-istituzzjonijiet joħloq ir-riskju ta’ kriżi sistemika meta problemi f'bank wieħed jistgħu jinfirxu mas-sistema kollha. Minħabba dan ir-riskju sistemiku u l-funzjoni ekonomika importanti li għandhom l-istituzzjonijiet, il-proċedura normali ta’ insolvenza tista' ma tkunx xierqa f'xi każi u n-nuqqas ta’ għodod effettivi biex jiġu mmaniġġjati l-istituzzjonijiet fi kriżi, ta' spiss wisq ħoloq il-ħtieġa li jintużaw fondi pubbliċi biex terġa' tinkiseb il-fiduċja, anke f'istituzzjonijiet relattivament żgħar sabiex l-effett domino tal-istituzzjonijiet li jfallu ma jitħalliex jagħmel ħsara serja fl-ekonomija reali.

    Għalhekk, huwa meħtieġ qafas ta' politika effettiva għall-immaniġġjar tal-fallimenti tal-banek b’mod ordnat u biex jiġi evitat il-kontaġju f'istituzzjonijiet oħra. L-għan ta’ dan il-qafas politiku huwa li l-awtoritajiet rilevanti jiġu mgħammra b'għodod komuni u effettivi u setgħat biex jindirizzaw kriżijiet bankarji minn qabel, jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u jimminimizzaw l-iskopertura tal-kontribwenti għat-telf.

    Preparazzjoni u prevenzjoni, intervent bikri u riżoluzzjoni

    Għal dan il-għan, il-firxa ta' setgħat disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti għandha tikkonsisti minn tliet elementi: (i) passi preparatorji u pjanijiet biex jitnaqqsu r-riskji ta’ problemi potenzjali (preparazzjoni u prevenzjoni 10 ); (ii) fil-każ ta' problemi ġodda, setgħat li jwaqqfu s-sitwazzjoni li tkun qed tiddeterjora tal-bank fi stadju bikri sabiex tiġi evitata insolvenza (intervent bikri); u (iii) jekk insolvenza ta’ istituzzjoni tippreżenta tħassib f'dak li għandu x'jaqsam mal-interess pubbliku ġenerali (definit fl-Artikoli 27 u 28), mezz ċar għar-riorganizzazzjoni jew l-istralċ tal-bank b'mod ordinat filwaqt li jiġu ppreżervati l-funzjonijiet kruċjali tiegħu u tiġi limitata sal-massimu possibli kull skopertura tal-kontribwenti għal telf minn insolvenza (riżoluzzjoni). Flimkien, dawn is-setgħat jikkostitwixxu qafas effettiv għall-irkupru u, fejn xieraq, ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet. Billi r-riskju maħluq minn kwalunkwe bank individwali għall-istabbiltà finanzjarja ma jistax jiġi kompletament aċċertat minn qabel, dawn is-setgħat għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti fir-rigward ta’ kwalunkwe bank, irrispettivament mid-daqs tiegħu jew l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu.

    Riżoluzzjoni - reġim ta' insolvenza speċjali għall-istituzzjonijiet

    Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, kumpaniji bankarji u mhux bankarji f’diffikulatijet finanzjarji huma soġġetti għal proċeduri ta' falliment normali. Dawn il-proċeduri jippermettu jew ir-riorganizzazzjoni tal-kumpanija (li timplika tnaqqis, miftiehem mal-kredituri, tal-piż tad-dejn tagħha) jew il-likwidazzjoni tagħha u l-allokazzjoni tat-telf lill-kredituri, jew it-tnejn. Fil-każijiet kollha, il-kredituri u l-azzjonisti ma jitħallsux bis-sħiħ. Madankollu, l-esperjenza minn kriżijiet bankarji differenti tindika li l-liġijiet tal-insolvenza mhux dejjem ikunu adattati biex jittrattaw b'mod effiċjenti mal-falliment tal-istituzzjonijiet finanzjarji sakemm dawn ma jqisux adegwatament il-ħtieġa li jiġi evitat taqlib fl-istabbiltà finanzjarja, jinżammu s-servizzi essenzjali jew jiġu protetti d-depożituri. Barra minn hekk, proċeduri ta' insolvenza huma twal u fil-każ ta' riorganizzazzjoni, jeħtieġu negozjati kumplessi u ftehim mal-kredituri, b'xi detriment potenzjali għal debituri u kredituri f'termini ta' dewmien, spejjeż u eżitu.

    Ir-riżoluzzjoni tikkonstitwixxi alternattiva għal proċeduri normali ta’ insolvenza u tipprovdi mezz biex issir ristrutturazzjoni jew stralċ ta' bank li jkun qed ifalli u li l-falliment tiegħu joħloq tħassib fir-rigward tal-interess pubbliku ġenerali (jhedded l-istabbiltà finanzjarja, il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tal-bank u/jew is-sikurezza ta' depożiti, assi tal-klijenti u fondi pubbliċi) 11 . Għalhekk, ir-riżoluzzjoni għandha tinkiseb, għall-istituzzjonijiet, riżultati simili għal dawk ta' proċeduri ta' insolvenza normali filwaqt li tqis ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, f’termini ta’ allokazzjoni tat-telf għall-azzjonisti u l-kredituri, filwaqt li tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja u tillimita l-iskopertura tal-kontribwenti għal telf minn għajnuna għas-solvenza. Fil-proċess, għandha tiżgura wkoll iċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-prevedibbiltà fir-rigward tat-trattament tal-azzjonisti u l-kredituri bankarji u tippreżerva valur li nkella jista' jintilef f'falliment. Barra minn hekk, bit-tneħħija taċ-ċertezza impliċita tal-ipleġġjar iffinanzjata pubblikament għal istituzzjonijiet, l-alternattiva tar-riżoluzzjoni għandha tinkoraġġixxi lill-kredituri mhux assigurati jivvalutaw aħjar ir-riskju assoċjat mal-investimenti tagħhom. Barra minn hekk, pjanta tal-arranġamenti tal-finanzjament nazzjonali għal riżoluzzjoni konformi mar-regoli għall-għajnuna mill-Istat ser tiżgura li l-għanijiet kumplessivi tal-qafas tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jintlaħqu.

    Bilanċ bejn il-prevedibbiltà għall-investituri u d-diskrezzjoni għall-awtoritajiet

    Sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-proprjetà eżistenti, bank għandu jidħol f'riżoluzzjoni f'punt li jkun qrib ħafna tal-insolvenza, jiġifieri meta jkun f'xifer il-falliment. Madankollu, l-għażla dwar il-punt ta’ dħul f'riżoluzzjoni jista' jiddependi minn bosta varjabbli u fatturi marbuta mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq jew il-likwidità idjosinkratika jew kwistjonijiet tas-solvenza, u dan jimplika l-ħtieġa għal grad ta’ diskrezzjoni għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Bl-istess mod, l-azzjonijiet konkreti li għanhom jittieħdu fir-riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu prediterminati fir-rigward tal-ebda bank iżda minflok għandhom jittieħdu abbażi taċ-ċirkostanzi konkreti.

    Qafas tal-Unjoni b'għodod, prinċipji u proċeduri simili huwa meħtieġ biex jipprovdi konverġenza suffiċjenti tal-mod kif l-awtoritajiet nazzjonali jimplimentaw riżoluzzjoni. Fit-tfassil ta' dan il-qafas, irid jinstab bilanċ bejn id-diskrezzjoni meħtieġa għas-superviżuri biex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' kull każ partikolari u biex tkun żgurata l-parità u biex tiġi preżervata l-integrità tas-suq uniku. L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tkun vestita bi rwol ċar li toħroġ linji gwida u standards tekniċi li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, li tipparteċipa fl-ippjanar ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet transfruntieri kollha, u biex twettaq medjazzjoni vinkolanti bejn l-awtoritajiet nazzjonali f'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar l-applikazzjoni tal-qafas.

    Fl-aħħarnett, riżoluzzjoni b'suċċess teħtieġ fondi suffiċjenti, pereżempju biex jinħarġu garanziji jew jiġi pprovdut self għal żmien qasir biex il-partijiet kritiċi ta' entità riżolvuta tingħatalhom għajnuna biex jerġgħu jsiru vijabbli. Dawn il-fondi għandhom, bħala prinċipju, jiġu pprovduti mis-settur bankarju b'mod ġust u proporzjonat u safejn possibbli (meta titqies l-ispiża ekonomika) ikunu kkontribwiti minn qabel. Flimkien, dawn il-passi jiżguraw li rrispettivament mill-azzjoni ta' riżoluzzjoni xierqa li tittieħed, l-ispejjeż tagħha jiġu primarjament sostnuti mill-istituzzjonijiet infushom u s-sidien u l-investituri tagħhom.

    Is-suq intern - Trattament ta' gruppi transfruntieri

    Gruppi transfruntieri huma komposti minn istituzzjonijiet stabbiliti fi Stati Membri differenti. Il-qafas tar-riżoluzzjoni jirrikonoxxi l-eżistenza tal-gruppi transfruntieri fl-Ewropa bħala wieħed mill-muturi ewlieni għall-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni. Il-qafas jistabbilixxi regoli speċjali għall-gruppi transfruntieri li jkopru l-preparazzjoni u l-prevenzjoni (Artikoli 7, 8, 11, 12 u 15), l-intervent bikri (Artikolu 25) u l-fażi tar-riżoluzzjoni (Artikoli 80 sa 83). Jistabbilixxi wkoll regoli għat-trasferiment ta' assi bejn entitajiet affiljati ma' grupp fi żminijiet ta' stress finanzjarju (Artikoli 16 sa 22).

    Ir-regoli tal-gruppi jimmiraw li jibbilanċjaw l-interess tal-kisba, fejn meħtieġ, ta' riżoluzzjoni effiċjenti għall-grupp kollu mal-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja kemm fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp kif ukoll fl-Unjoni. Metodi effiċjenti għar-riżoluzzjoni ta’ gruppi transfruntieri huma l-uniku mod biex tinkiseb l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u konsegwentement jitjieb il-funzjonament tas-Suq Uniku fi żminijiet ta’ kriżi wkoll. B'mod partikolari, u mingħajr ma titraskura l-ħtieġa tas-salvagwardji għal Stati Membri ospitanti, riżoluzzjoni rapida u effiċjenti ta' grupp li timminimizza t-telf tal-valur għall-grupp għandha tkun żgurata billi jingħata rwol prominenti lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

    Minkejja r-rwol prominenti mogħti lill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-gruppi, l-interessi tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ospitanti se jitqiesu b'mod suffiċjenti permezz ta': a) l-istabbiliment ta' arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni permezz tal-ħolqien tal-kulleġġi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni; b) ir-rikonoxximent li l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp għandha titqies meta jittieħdu deċiżjonijiet relattivi għal gruppi; c) it-tfassil ta' proċess tat-teħid tad-deċiżjoni ċar li jippermetti lill-awtoritajiet kollha jwasslu l-opinjonijiet tagħhom filwaqt li jiżgura li tittieħed deċiżjoni waħda fir-rigward ta' riżoluzzjoni ta' grupp; u d) l-istabbiliment ta' mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitti bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni (medjazzjoni tal-ABE).

    L-ABE 12 sejra twettaq rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti kif previst fir-Regolament Nru 1093/2010, ir-Regolament tal-ABE, partikolarment l-Artikolu 19. F'dan il-kuntest japplikaw ir-regoli rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-Artikoli 38 u44(1).

    Dawk il-mekkaniżmi kollha għandhom jiżguraw li r-riżoluzzjoni ta' grupp, jew l-għoti ta' għajnuna finanzjarja bejn istituzzjonijiet affiljati, ma jkun ta' ħsara għal ebda parti mill-grupp u li l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru fejn tinsab sussidjarja ma tiġix injorata.

    4.L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    4.1.Bażi legali

    Il-bażi legali għal din il-proposta hija l-Artikolu 114 tat-TFUE, li tippermetti l-adozzjoni ta' miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

    Il-proposta tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment sal-limitu meħtieġ biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom l-istess għodod u proċeduri li jindirizzaw nuqqasijiet sistemiċi. B’dan il-mod, il-qafas armonizzat għandu jrawwem l-istabbiltà finanzjarja fi ħdan is-Suq Intern billi jiżgura kapaċità minima għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet fl-Istati Membri kollha u billi jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali meta jittrattaw il-falliment ta’ gruppi transfruntiera.

    L-Artikolu 114 tat-TFUE huwa għalhekk il-bażi legali xierqa.

    4.2.Sussidjarjetà

    Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5.3 tat-TFUE, fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

    Azzjoni fil-livell tal-Unjoni biss tista' tiżgura li l-Istati Membri jużaw miżuri suffiċjentement kompatibbli biex jittrattaw mal-falliment ta' istituzzjonijiet. Għalkemm is-settur bankarju tal-Unjoni huwa integrat ħafna, sistemi biex jittrattaw kriżijiet bankarji huma abbażi nazzjonali u huma sinifikament differenti. Ħafna sistemi legali nazzjonali attwalment ma jikkonferixxux is-setgħat meħtieġa għall-awtoritajiet biex iwettqu stralċ ta' istituzzjonijiet finanzjarji f'manjiera ordinata filwaqt li jippreżervaw dawk is-servizzi essenzjali għall-istabbiltà finanzjarja u jimminimizzaw l-iskopertura tal-kontribwenti għal telf minn għajnuna għas-solvenza. Tali leġiżlazzjoni nazzjonali diverġenti mhijiex xierqa biex tiġi ttrattata b’mod xieraq id-dimensjoni transfruntiera tal-kriżijiet u tikkumplikaw kwalunkwe arranġamenti għal kooperazzjoni bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u dak ospitanti.

    Barra minn hekk, differenzi sostanzjali fil-proċeduri nazzjonali għal riżoluzzjoni jistgħu jirriżultaw f’riskji mhux aċċettabbli għall-istabbiltà finanzjarja u jipperikolaw ir-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transfruntieri. Peress li l-ħolqien ta' arranġamenti adegwati tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-Unjoni jeħtieġu armonizzazzjoni sinifikanti tal-prassi u l-proċeduri nazzjonali, huwa xieraq li l-Unjoni għandha tipproponi l-azzjoni leġiżlattiva neċessarja. Madankollu, ir-riżoluzzjoni hija marbuta mill-qrib ma’ oqsma mhux armonizzati tal-liġi nazzjonali, bħall-insolvenza u l-liġi tal-proprjetà. Għalhekk, Direttiva hija l-istrument legali xieraq billi hija meħtieġa traspożizzjoni biex ikun żgurat li l-qafas huwa implimentat b'mod li jikseb l-effett maħsub, fi ħdan l-ispeċifiċitajiet tal-liġi nazzjonali rilevanti.

    4.3.Proporzjonalità 

    Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tat-Trattati.

    Fil-prinċipju, bank fallut għandu jiġi soġġett għal proċeduri normali ta' insolvenza bħal kwalunkwe negozju ieħor. Madankollu, is-settur bankarju huwa differenti mill-biċċa l-kbira tas-setturi kummerċjali l-oħra, peress li jwettaq funzjonijiet kritiċi fl-ekonomija u huwa partikolarment vulnerabbli għal kriżijiet sistemiċi. Minħabba dawn il-karatteristiċi, il-likwidazzjoni ta’ bank jista’ jkollha konsegwenzi aktar serji minn ikollu l-ħruġ mis-suq ta' negozji oħra. Dan jista' jiġġustifika r-rikors għal regoli u proċeduri speċjali f’każ ta’ kriżi bankarja.

    Peress li l-importanza sistemika ta' falliment bankarju ma tistax tiġi determinata b'ċertezza sħiħa bil-quddiem, il-qafas propost għall-immaniġġjar tal-kriżijiet għandu japplika fil-prinċipju għall-istituzzjonijiet bankarji kollha, irrispettivament mid-daqs u l-kumplessità tagħhom. Jekk ikun hemm ċertezza li l-falliment ta’ xi istituzzjoni ta' daqs globali, importanza għas-suq u interkonnettività globali, jikkawża tfixkil sinifikanti fis-sistema finanzjarja globali u konsegwenzi ekonomiċi ħżiena f'firxa ta' pajjiżi, huwa wkoll ċar li l-falliment simultanju fi kriżi mifruxa, ta' ħafna istituzzjonijiet żgħar li jiffurmaw parti sinifikanti mis-settur bankarju f’pajjiż jistgħu jkollhom daqstant effetti devastanti fuq l-ekonomija. Il-qafas għalhekk jiżgura li s-superviżuri u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom regoli u proċeduri speċjali biex jittrattaw b'mod effiċjenti mal-falliment jew kważi falliment ta' kwalunkwe bank f’ċirkostanzi ta’ riskju sistemiku. Madankollu, ir-riskju, id-daqs u l-interkonnessitività ta' bank se jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali fil-kuntest tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u meta jużaw l-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom, jaċċertaw ruħhom li r-reġim jiġi applikat b'mod xieraq.

    Id-dispożizzjonijiet huma għalhekk proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet. Barra minn hekk, limitazzjonijiet għad-dritt għal proprjetà li l-eżerċizzju tas-setgħat proposti jista' jinvolvi jrid ikun konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif interpretata mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Huwa għal din ir-raġuni li l-punt ta’ dħul f'riżoluzzjoni għandu jkun kemm jista’ jkun qrib l-insolvenza, u l-użu tas-setgħat tar-riżoluzzjoni għandu jkun limitat sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tal-interess ġenerali, jiġifieri tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.

    4.4.Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

    4.4.1.Suġġett u kamp ta' applikazzjoni (Artikolu 1)

    Il-proposta tindirizza l-immaniġġjar tal-kriżijiet (il-preparazzjoni, l-irkupru u r-riżoluzzjoni) fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha u ċerti impriżi tal-investiment. L-ambitu tal-proposta huwa identiku għal dak tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital 13 (DRK), li tarmonizza r-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji inklużi fi grupp bankarju u d-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment għandhom ikunu parti tal-qafas peress, kif muri fil-falliment ta’ Lehman Brothers, il-falliment tagħhom jista' jkollu konsegwenzi serji u sistemiċi. . Barra minn hekk, is-setgħat tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw ukoll għal kumpaniji b'parteċipazzjoni fejn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja waħda jew aktar jew ditta ta' investiment jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni b'relazzjoni mal-entità prinċipali tkun meħtieġa għar-riżoluzzjoni ta' xi sussidjarja jew aktar tagħha jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu.

    4.4.2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni (Artikolu 3)

    Il-proposta teħtieġ li l-Istati Membri jagħtu setgħat ta' riżoluzzjoni lill-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi biex jiżguraw li l-għanijiet tal-qafas ikunu jistgħu jintlaħqu fil-ħin. Il-proposta ma tispeċifikax l-awtorità partikolari li għandha tinħatar bħala l-awtorità tar-riżoluzzjoni, għax dan mhuwiex meħtieġ biex tkun żgurta riżoluzzjoni effettiva u jista' jinterferixxu mal-ordnijiet kostituzzjonali u amministrattivi tal-Istati Membri. Għalhekk huwa f'idejn l-Istati Membri li jaħtru bħala l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tagħhom, pereżempju, il-banek ċentrali nazzjonali, tas-superviżuri finanzjarji, l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, il-ministeri tal-finanzi jew l-awtoritajiet speċjali.

    L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jeħtieġ li jkollhom biżżejjed għarfien espert u riżorsi biex jimmaniġġjaw riżoluzzjonijiet bankarji f’livell nazzjonali u transfruntier. Minħabba l-probabbiltà ta’ kunflitti ta’ interess, hija mandata s-separazzjoni funzjonali tal-attivitajiet tar-riżoluzzjoni minn attivitajiet oħra ta' kwalunkwe awtorità nominata.

    4.4.3.Rkupru u pjanijiet ta' riżoluzzjoni (Artikoli 5 sa 13)

    Azzjoni bikrija bbażata fuq pjanijiet ta’ rkupru tista’ tevita l-eskalazzjoni tal-problemi u tnaqqas ir-riskju ta' falliment ta' bank. L-istituzzjonijiet ser ikunu meħtieġa jfasslu pjanijiet ta’ rkupru li jistipulaw arranġamenti u miżuri li jppermettulhom jieħdu azzjoni bikrija biex jirrestawraw l-vijabilità fit-tul tagħhom fil-każ ta’ deterjorament materjali tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Il-gruppi se jkunu meħtieġa jiżviluppaw pjanijiet kemm fuq il-livell ta' grupp u għall-istituzzjonijiet individwali fi ħdan il-grupp. Is-superviżuri se jivvalutaw u japprovaw il-pjanijiet ta’ rkupru.

    Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni se jippermettu li istituzzjoni tiġi riżolvuta filwaqt li tiġi mminimizzata l-iskopertura tal-kontribwenti għal telf minn għajnuna għas-solvenza u jiġu protetti funzjonijiet ekonomiċi vitali. Pjan ta' riżoluzzjoni, ippreparat mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f’kooperazzjoni mas-superviżuri fi żminijiet normali, se jistabbilixxi l-alternattivi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni f’firxa ta’ xenarji, inklużi kriżi sistemika. Dawn il-pjanijiet għandhom jinkludi dettalji dwar l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u modi biex tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi. Pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp se jinkludu pjan għall-grupp kif ukoll pjanijiet għal kull istituzzjoni fi ħdan il-grupp.

    4.4.4.Setgħat biex jindirizzaw jew jitneħħew impedimenti għar-riżolvibbiltà (Artikoli 14 sa 16)

    L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw jekk istituzzjoni jew il-grupp mhuwiex riżolvibbli abbażi tal-pjan ta' riżoluzzjoni. Jekk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jidentifikaw impedimenti sinifikanti għar-riżolvabbiltà ta' istituzzjoni jew grupp, huma jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjoni jew il-gruppi jieħu miżuri sabiex jiffaċilita riżovabbiltà tiegħu.

    Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu fost l-oħrajn: li titnaqqas il-kumplessità permezz ta' bidliet legali jew strutturi operattivi sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jistgħu jiġu legalment u ekonomikament isseparati minn funzjonijiet oħra; ifasslu ftehimiet tas-servizz ikopru t-tħaddim tal-funzjonijiet kritiċi; jillimitaw l-iskoperturi individwali u aggregati massimi: jimponu rekwiżiti ta' rappurtar; jillimitaw jew itemmu attivitajiet eżistenti jew proposti; jirrestrinġu jew jipprevjenu l-iżvilupp ta’ linji ta' negozju jew prodotti ġodda; u joħorġu strumenti kapitali konvertibbli addizzjonali.

    Il-valutazzjoni tar-riżolvabbiltà għal gruppi tiddependi fuq il-koordinazzjoni, il-konsultazzjoni u l-valutazzjoni konġunta tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-gruppi mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji, awtoritajiet rilevanti kompetenti l-oħra u l-ABE.

    L-ABE ser ikollha rwol importanti biex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riżolvabbiltà u l-użu tas-setgħat preventivi mill-awtoritajiet rilevanti jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha. B'mod konkret, li jkollha bżonn tabbozza standards tekniċi li jiddefinixxu l-parametri meħtieġa għall-valutazzjoni tal-impatt sistemiku tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u ser ikollha bżonn tabbozza standards tekiniċi li jispeċifikaw il-kwistjonijiet li jridu jiġu eżaminati biex tiġi vvaluta r-riżolvabbiltà ta' istituzzjoni jew grupp.

    4.4.5.Għajnuna finanzjarja intragrupp (Artikoli 17-23)

    Il-proposta għandha l-għan li tegħleb restrizzjonijiet legali attwali għall-provvediment ta' għajnuna finanzjarja minn entità għall-oħra fi ħdan grupp. Istituzzjonijiet li joperaw fi struttura ta’ grupp se jkunu jistgħu jidħlu fi ftehimiet li jipprovdu għajnuna finanzjarja (fil-forma ta’ self, fil-forniment ta’ garanziji, jew il-forniment ta’ assi għall-użu bħala kollateral fi tranżazzjoni) lil entitajiet oħra fi ħdan il-grupp li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji. Għajnuna finanzjarja bikrija bħal dawn tista' tindirizza problemi finanzjarji li jkunu qed jiżviluppaw fil-membri individwali tal-grupp. Il-ftehim jista' jiġi sottomess għall-approvazzjoni bil-quddiem tal-laqgħat tal-azzjonisti tal-entitajiet parteċipanti kollha skont il-liġi nazzjonali u tawtorizza lill-korpi maniġerjali biex jekk ikun meħtieġ jipprovdu għajnuna finanzjarja skont it-termini tal-ftehim. Fuq din il-bażi, fiċ-ċertezza legali ser tiżdied għax ser ikun ċar meta u kif tali għajnuna finanzjarja tista’ tingħata. Il-ftehimiet huma volontarji u b'hekk jippermettu lill-gruppi bankarji jivvalutaw jekk tali arranġamenti jkunux fl-interess tal-grupp (grupp jista' jkun ftit jew wisq integrat u jsegwi ftit jew wisq strateġija komuni) u biex jidentifikaw kumpaniji li għandhom ikunu parti għall-ftehim (jista’ jkun xieraq li jiġu teskludi kumpaniji li jsegwu attivitajiet iżjed riskjużi).

    Bħala salvagwardja, is-superviżur ta' min jagħmel it-trasferiment se jkollu s-setgħa jipprojbixxi jew jirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja skont il-ftehim meta dak it-trasferiment jhedded il-likwidità jew is-solvenza ta' min jagħmel it-trasferiment jew l-istabbiltà finanzjarja.

    4.4.6.Intervent bikri – Immaniġġjar speċjali (Artikoli 23-26)

    Il-proposta tespandi s-setgħat tas-superviżuri li jintervjenu fi stadju bikri f’każijiet fejn is-sitwazzjoni finanzjarja jew is-solvenza ta’ istituzzjoni tkun qiegħda tiddeterjora. Is-setgħat ikkontemplati fil-proposta jissupplimentaw dawk ikkonferiti fuq is-superviżuri skont l-Artikolu 136 tad-DRK. Dawn is-setgħat ma jidderogaw l-ebda dritt jew obbligu proċedurali stabbilit skont il-Liġi tal-Kumpaniji.

    Is-setgħat tal-intervent bikri jinkludu s-setgħa li istituzzjoni tintalab timplimenta arranġamenti u miżuri stabbiliti fil-pjan ta' rkupru; tfassal programm ta' azzjoni u skeda għall-implimentazzjoni tiegħu; titlob lill-maniġment isejjaħ, jew isejjaħ direttament, laqgħa tal-azzjonisti, jipproponi l-aġenda u l-adozzjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet; u titlob lill-istituzzjoni tfassal pjan għar-ristrutturar tad-dejn mal-kredituri tagħha.

    Barra minn hekk, is-supeviżuri ser ikollhom is-setgħa jaħtru maniġer speċjali għal perjodu limitat, meta s-solvenza ta' istituzzjoni titqies li tkun f'riskju suffiċjenti. Id-dmir prinċipali ta’ maniġer speċjali huwa li jirrestawra s-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u l-immaniġġjar sod u prudenti tal-operat tagħha. Maniġer speċjali ser jieħu post il-maniġment tal-istituzzjoni u jkollu l-poteri tiegħu kollha mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-azzjonist ordinarji. Is-setgħa li jinħatar maniġer speċjali ser isservi bħala element ta’ dixxiplina għall-maniġment u l-azzjonisti u bħala mezz biex trawwem soluzzjonijiet mis-settur privat għal problemi li, jekk ma jiġux indirizzati, jistgħu jwasslu għall-falliment ta' istituzzjoni.

    4.4.7.Kundizzjonijiet tar-riżoluzzjoni (Artikolu 27)

    Il-proposta tistabbilixxi parametru komuni biex tiskatta l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni. L-awtoritajiet għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni meta istituzzjoni tkun insolventi jew tkun qrib ħafna l-insolvenza sal-punt li jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni l-istituzzjoni ssir insolventi fil-futur qrib.

    Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li miżuri intrużivi jiġu skattati biss meta interferenza fid-drittijiet tal-partijiet interessati tkun iġġustifikata. Għalhekk il-miżuri tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu implimentati biss jekk l-istituzzjoni tkun qed tfalli jew probabbli li tfalli, u ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni oħra li tirrestawra l-istituzzjoni fi żmien xieraq. Barra minn hekk, l-intervent permezz ta' miżuri ta' riżoluzzjoni jrid jiġi ġġustifikat minn raġunijiet ta’ interess pubbliku kif definit fl-Artikolu 28.

    4.4.8.Prinċipji Ġenerali – B’mod partikolari li l-ebda kreditur ma jmur agħar (Artikolu 29) 

    Il-qafas jistabbilixxi għadd ta’ prinċipji ġenerali li jridu jiġu rispettati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Dawn il-prinċipji jirreferu, fost l-oħrajn, għall-allokazzjoni tat-telf u t-trattament tal-azzjonisti u l-kredituri u għall-konsegwenzi li l-użu tal-għodod jista' jkollu fuq l-immaniġġjar tal-istituzzjoni.

    Il-qafas jistabbilixxi li t-telf, ladarba identifikat permezz tal-proċess tal-valwazzjoni (Artikolu 30) għandu jiġi allokat bejn l-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni skont il-ġerarkija tal-pretensjonijiet stabbilita minn kull reġim nazzjonali ta' insolvenza. Madankollu, u kif intqal indikat aktar 'il fuq (ara l-intestatura 3) ir-reġimi normali tal-insolvenza ma jikkunsidrawx biżżejjed l-istabbiltà finanzjarja jew tħassib ieħor ta' interess pubbliku. Għalhekk, il-qafas ta' riżoluzzjoni jistabbilixxi ċerti prinċipji għall-allokazzjoni tat-telf li jkollhom jiġu rispettati irrispettivament minn x'jistabbilixxi kull reġim nazzjonali tal-insolvenza. Dawn il-prinċipji huma: a) li t-telf għandu l-ewwel jiġi allokat bis-sħiħ lill-azzjonisti u mbagħad lill-kredituri u b) li l-kredituri tal-istess klassi jistgħu jiġu ttrattati b’mod differenti jekk ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ interess pubbliku u partikolarment sabiex tiġi sostnuta l-istabbiltà finanzjarja. Dawn il-prinċipji japplikaw għall-għodod kollha ta' riżoluzzjoni. Barra minn hekk, u fir-rigward tal-għodda tal-ippleġġjar intern, il-qafas jistabbilixxi l-ġerarkija aktar dettaljata tal-pretensjonijiet (Artikolu 43). Din il-ġerarkija aktar dettaljata se tikkomplimenta u fejn meħtieġ tieħu post dik stabbilita f'kull liġi nazzjonali tal-insolvenza.

    F'dawk il-każijiet fejn il-kredituri jirċievu inqas f’termini ekonomiċi, milli li kieku l-istituzzjoni ġiet illikwidata taħt proċeduri normali ta' insolvenza, l-awtoritajiet iridu jiżguraw li dawn il-kredituri jirċievu d-differenza. Dan il-kumpens, jekk hemm, għandujitħallas mill-fond ta' riżoluzzjoni. Il-prinċipju li t-telf għandu ikun l-ewwel allokat lill-azzjonisti u mbagħad lill-kredituri, flimkien mal-fatt li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni trid tittieħed qabel ma tintuża kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubbliku straordinarja, huwa fil-prinċipju strumentali biex tiġi żgurata l-effettività tal-għan li titnaqqas l-iskopertura tal-kontribwenti għat-telf (Artikolu 29).

    4.4.9.Valwazzjoni (Artikolu 30) 

    L-implimentazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni hija bbażata fuq valutazzjoni tal-valur reali tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li tkun ser tfalli. Għal dan il-għan, il-qafas jinkorpora valwazzjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-"valur tas-suq". Dan se jiżgura li t-telf jiġi rikonoxxut fil-mument meta l-istituzzjoni tidħol f'riżoluzzjoni.

    Il-valwazzjoni għandha ssir minn espert indipendenti, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta' urġenza, f'liema każ l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jipproċedu b'valwazzjoni provviżorja li wara tiġi kkumplimentata minn valwazzjoni definittiva bl-involviment ta' espert indipendenti. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ngħataw is-setgħat meħtieġa biex jimmodifikaw l-azzjonijiet tagħhom ta' riżoluzzjoni 14 skont diskrepanzi possibbli, jekk ikun hemm, bejn il-valwazzjoni provviżorja u dik definittiva. 

    4.4.10.Għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni (Artikoli 31-64)

    Meta l-kundizzjonijiet biex tiskatta riżoluzzjoni jiġu ssodisfati, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ser ikollhom is-setgħa japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni li ġejjin:

    (a)il-bejgħ ta' negozju;

    (b)istituzzjoni tranżitorja;

    (c)separazzjoni tal-assi;

    (d)ippleġġjar intern.

    Sabiex japplikaw dawk għodod, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ser ikollhom is-setgħa jieħdu l-kontroll ta’ istituzzjoni li tkun falliet jew waslet biex tfalli, jieħdu r-rwol tal-azzjonisti u l-maniġers, jittrasferixxu assi u obbligazzjonijiet u jinfurzaw kuntratti.

    L-għodod tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati weħidhom jew flimkien. Kollha jinvolvu grad ta’ ristrutturar tal-bank. Ristrutturar bħal dan mhux karatteristika li jakkumpanja l-ippleġġjar intern biss. L-għodda tas-separazzjoni tal-assi trid tiġi applikata fiċ-ċirkostanzi kollha flimkien ma' għodod oħrajn (Artikolu 32). Meta applikabbli, l-użu ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni jrid ikun konsistenti mal-Qafas tal-Għajnuna Statali tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, kwalunkwe rikors għal għajnuna pubblika u/jew l-użu tal-fondi ta' riżoluzzjoni bħala assistenza fir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu ser ikollhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u se jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern.

    Il-proposta stipulat sett minimu ta' għodod tar-riżoluzzjoni li l-Istati Membri kollha għandhom jadottaw. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali se jkunu jistgħu jżommu, barra minn hekk, għodod u setgħat nazzjonali speċifiċi biex jittrattaw ma' istituzzjonijiet li qed ifallu jekk dawn ikun kompatibbli mal-prinċipji u l-għanijiet tal-qafas tar-riżoluzzjoni tal-Unjoni u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jekk dawn ma joħolqux ostakoli għal riżoluzzjoni effetiva tal-gruppi 15 . L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni ser ikunu jistgħu jużaw dawk l-għodod u setgħat nazzjonali biss jekk jiġġustifikaw li l-ebda għodod (waħidha jew flimkien) inkluża fil-qafas tal-Unjoni ma tippermettilhom jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni effettiva.

    L-għodda tal-bejgħ ta' negozju tippermetti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jbiegħu istituzzjoni sħiħa jew parti min-negozju tagħha fuq termini kummerċjali, mingħajr ma jkunu jeħtieġu l-kunsens tal-azzjonisti jew mingħajr ma jikkonformaw mar-rekwiżiti proċedurali li kieku jkunu japplikaw. Safejn hu possibbli fiċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkummerċjalizzaw l-istituzzjoni jew il-partijiet tan-negozju tagħha li huma għall-bejgħ.

    L-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja tippermetti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jittrasferixxu n-negozju, jew parti minnu, ta' istituzzjoni f'entità kkontrollata pubblikament. L-istituzzjoni tranżitorja trid tkun liċenzjata skont id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali u trid titħaddem bħala negozju kummerċjali fi ħdan kwalunkwe limiti preskritti mill-qafas tal-għajnuna mill-Istat. L-operati ta' istituzzjoni tranżitorja huma temporanji, bil-għan li n-negozju jinbiegħ lis-settur privat meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa.

    L-iskop tas-separazzjoni tal-assi huwa li jippermetti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jittrasferixxu assi indeboliti jew problematiċi f'vettura tal-immaniġġjar tal-assi ħalli jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati u mħaddma matul iż-żmien. L-assi għandhom jiġu trasferiti bil-valur tas-suq jew ekonomiku fit-tul (skont l-Artikolu 30) sabiex kwalunkwe telf jiġi rikonoxxut fil-mument meta jseħħ it-trasferiment. Sabiex jiġi mminimizzat it-tfixkil fil-kompetizzjoni u r-riskji ta’ periklu morali, din l-għodda għandha tintuża biss flimkien ma’ għodod oħrajn ta' riżoluzzjoni.

    Għodda tal-ippleġġjar intern (Artikoli 37 sa 51)

    L-għodda tal-ippleġġjar intern ser tagħti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni s-setgħa li jniżżlu 'l isfel il-pretensjonijiet ta' kredituri mhux iggarantiti ta’ istituzzjoni li qed tfalli u biex jikkonvertu pretensjonijiet ta' debitu f'ekwità. L-għodda tista' tintuża biex tiġi rikapitalizzata istituzzjoni li qed tfalli jew waslet biex tfalli, u b'hekk tippermetti lill-awtoritajiet jirristrutturawha permezz tal-proċess tar-riżoluzzjoni u jirrestawraw l-vijabbiltà tagħha wara r-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar. Dan jippermetti l-awtoritajiet aktar flessibilità fir-reazzjoni tagħhom għall-falliment ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar u kumplessi. Tkun akkumpanjata mit-tneħħija tal-maniġment responsabbli għall-problemi tal-istituzzjoni, u l-implimentazzjoni ta' pjan tar-restorazzjoni tal-operat.

    L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu ppleġġjar intern tal-obbligazzjonijiet kollha tal-istituzzjoni. Madankollu, hemm xi obbligazzjonijiet li se jkunu esklużi ex-ante (bħal obbligazzjonijiet iggarantiti, depożiti koperti u obbligazzjonijiet b’maturità reżidwa ta’ anqas minn xahar). Eċċezzjonalment u fejn hemm ħtieġa ġġustifikata li jiġu żgurati l-operazzjonijiet kritiċi tal-istituzzjoni u l-linji ewlenin tal-operat tagħha jew l-istabbiltà finanzjarja (Artikolu 38) l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teskludi l-obbligazzjonijiet tad-derivattivi. L-applikazzjoni armonizzata tal-esklużjoni possibbli fil-livell tal-Unjoni tkun żgurata mill-atti delegati tal-Kummissjoni.

    Sabiex tiġi applikata l-għodda tal-ippleġġjar intern huwa meħtieġ li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom ammont suffiċjenti ta' obbligazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ tagħhom li jistgħu jkunu suġġetti għas-setgħat tal-ippleġġjar intern. L-ammont minimu se jkun proporzjonat u adattat għall-kategoriji kollha tal-istituzzjonijiet fuq il-bażi tar-riskju tagħhom jew il-kompożizzjoni tas-sorsi tal-finanzjament tagħhom (Artikolu 39). L-applikazzjoni armonizzata tar-rekwiżit minimu fil-livell tal-Unjoni tkun żgurata mill-atti delegati tal-Kummissjoni. Bħala eżempju, u fuq il-bażi ta’ evidenza minn kriżi finanzjarja reċenti u tas-simulazzjonijiet mudell li twettqu, perċentwali xieraq ta' obbligazzjonijiet totali li jistgħu jkunu soġġetti għal ippleġġjar intern jistgħu jkunu daqs 10% tal-obbligazzjonijiet totali (minbarra l-kapital regolatorju).

    Kif spjegat f'4.4.8, l-Artikoli 43 u 44 jistabbilixxu l-ġerarkija dettaljata li tikkomplementa u fejn meħtieġ tieħu post dik stabbilita f'kull liġi nazzjonali tal-insolvenza. Fil-prinċipju, il-pretensjonijiet tal-azzjonisti għandhom jiġu eżawriti qabel dawk tal-kredituri subordinati. Huwa biss meta dawk il-pretensjonijiet ikunu eżawriti li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jimponu telf fuq pretensjonijiet ta' preferenza (l-Artikoli 43 u 44). Madankollu, jista' jkun hemm ċirkostanzi meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jinterferixxu fid-drittijiet tal-kredituri mingħajr ma jkunu eżawrew il-pretensjonijiet tal-azzjonisti. Dawn iċ-ċirkostanzi huma speċifiċi għall-għodda tal-ippleġġjar intern u jistgħu jseħħu meta jkun mnejn li istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkollha xi kapital residwu (skont il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni, istituzzjoni tkun qed tfalli jew probabbli tfalli jekk tkun użat il-kapital kollu tagħha jew sostanzjalment kollu). F'dan il-każ, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu, wara li jkunu allokaw it-telf lill-azzjonisti u naqqsu jew ikkanċellaw il-biċċa l-kbira tal-pretensjonijiet tal-azzjonisti, jikkonvertu f’kapital obbligazzjonijiet subordinati u, jekk meħtieġ dawk ta' preferenza. Din il-konverżjoni għandha sseħħ f'manjiera li tnaqqas serjament il-pretensjonijiet li jkun fadal tal-azzjonijisti.

    4.4.11.Restrizzjonijiet fuq it-terminazzjoni u s-salvagwardji għal kontropartijiet (Artikoli 68-73 u 77)

    Għall-applikazzjoni effikaċi tal-għodod tar-riżoluzzjoni, huwa neċessarju li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jitħallew jimponu waqfien temporanju fuq l-eżerċizzju u d-drittijiet tal-kredituri u l-kontropartijiet li jinforzaw pretensjonijiet u jagħlqu, jgħaġġlu jew inkella jitterminaw kuntratti meta istituzzjoni tkun qed tfalli. Tali sospensjoni temporanja, li ma tistax iddum aktar mill-5 ta' filgħaxija tal-jum tan-negozju ta' wara, tagħti lill-awtoritajiet perjodu ta' żmien biex jidentifikaw u jivvalurizzaw dawk il-kuntratti li jeħtieġ li jiġu trasferiti għand terza parti solventi, mingħajr ir-riskju li l-kuntratti finanzjarji jibdlu l-valur u l-ambitu hekk kif il-kontropartijiet jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' terminazzjoni. Id-drittijiet ta' terminazzjoni għal dawk il-kontrapartijiet li jibqgħu mal-istituzzjoni falluta jerġgħu fid-dħul fis-seħħ fi tmiem is-sospensjoni. Madankollu, it-trasferiment għand terza parti b'saħħitha ma għandux jikkwalifika bħala avveniment ta' inadempjenza li jiskatta d-drittijiet ta' terminazzjoni.

    Dawn ir-restrizzjonijiet meħtieġa fuq id-drittijiet kuntrattwali huma bbilanċjati b’salvagwardji għall-kontropartijiet li jipprevjenu lill-awtoritajiet milli jifirdu obbligazzjonijiet, drittijiet u kuntratti marbuta: taħt trasferiment parzjali ta' propjetà, arranġamenti marbuta jridu jew jiġu ttrasferiti kollha, jew ma jiġu ttrasferiti xejn. L-arranġamenti jinkludu ftehimiet ta’ netting tal-għeluq, arranġamenti ta' tpaċija, arranġamenti ta' trasferimenti ta' titoli bħala kollateral finanzjarju, arranġamenti tas-sigurtà u arranġamenti ta' finanzi strutturati.

    4.4.12.Restrizzjoni fuq proċeduri ġudizzjarji (Artikoli 77 u 78)

    Skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-partijiet konċernati għandhom id-dritt għal proċess xieraq u li jkollhom rimedju effettiv kontra l-miżuri li jaffettwawhom. Għalhekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja. Madankollu, sabiex jiġu protetti terzi persuni li jkunu xtraw assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni bis-saħħa tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet u biex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, l-analiżi ġudizzjarja ma għandha taffettwa l-ebda att amministrattiv u/jew tranżazzjoni konkluża fuq il-bażi tad-deċiżjoni annullata. Rimedji għal deċiżjoni inġusta għandhom għalhekk ikunu limitati għall-għoti ta’ kumpens għad-danni mġarrba mill-persuni affettwati.

    Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi pprevenut il-bidu jew it-tfittix ta' azzjonijiet ġuridiċi oħra fir-rigward ta' bank li jkun taħt riżoluzzjoni. Għal dan il-għan, il-qafas jipprovdi li, qabel l-imħallef nazzjonali jiftaħ il-proċeduri ta' insolvenza fir-rigward ta' istituzzjoni, jinnotifika lill-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar kwalunkwe applikazzjoni; L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha d-dritt, fi żmien 14-il ġurnata min-notifika, tiddeċiedi tiħux azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni konċernata.

    4.4.13.Riżoluzzjoni transfruntiera (l-Artikoli 80-83)

    Il-qafas tal-irkupru u r-riżoluzzjoni jikkunsidra n-natura transfruntiera ta’ xi gruppi bankarji, bil-għan li jinħoloq qafas komprensiv u integrat għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek fl-Unjoni.

    Għaldaqstant, pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni għandhom jitħejjew, jiġu miftiehma u implimentati għall-grupp kollu filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-istruttura ta' kull grupp u d-diviżjoni bejn ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali osptinati u dawk tad-domiċilju. Dan se jsir permezz ta' miżuri li se jirrikjedu kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-ħolqien ta' inċentivi għall-applikazzjoni ta' approċċ ta' grupp fil-fażijiet kollha tat-tħejjija, l-irkupru u r-riżoluzzjoni.

    Kulleġġi tar-riżoluzzjoni se jiġu stabbiliti bi tmexxija ċara u bil-parteċipazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). L-ABE sejra tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet u timmedja jekk meħtieġ. L-għan tal-kulleġġi huwa li jikkoordinaw l-miżuri preparatorji u ta' riżoluzzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ħalli jiżguraw l-aqwa soluzzjonijiet fil-livell tal-Unjoni.

    4.4.14.Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi (Artikoli 84-89)

    Minħabba li ħafna istituzzjonijiet u gruppi bankarji tal-Unjoni huma attivi f'pajjiżi terzi, qafas effettiv għal riżoluzzjoni jeħtieġ li jipprovdi għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. Il-proposta tipprovdi lill-awtoritajiet tal-Unjoni bis-setgħat meħtieġa biex isostnu azzjonijiet barranin ta' riżoluzzjoni ta' banek barranin falluti billi jimplimentaw it-trasferimenti tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom li jkunu jinsabu fi jew irregolati mil-liġi tal-ġurisdizzjoni tagħhom. Madankollu, tali sostenn jingħata biss jekk l-azzjoni barranija tkun żgurat trattament ugwali u ġust tad-depożituri u l-kredituri lokali u ma theddidx l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Unjoni għandhom ikollhom ukoll is-setgħa li japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni fuq fergħat nazzjonali ta' istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi fejn tkun meħtieġa riżoluzzjoni separata għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja jew il-protezzjoni ta' depożituri lokali. Il-proposta tipprovdi li s-sostenn għal azzjonijiet ta' riżoluzzjoni barranin jingħata fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom ftehim ta’ kooperazzjoni mal-awtorità ta' riżoluzzjoni barranija. Tali ftehimiet għandhom ikunu mezz biex jiġu żgurati pjanar, teħid ta' deċiżjonijiet u koordinazzjoni internazzjonali effettivi fir-rigward ta' gruppi internazzjonali.

    L-ABE għandha tiżviluppa u tidħol f'qafas ta' arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkonkludu arranġamenti bilaterali li sa fejn ikun possibbli jkunu konformi mal-qafas ta' arranġamenti tal-ABE.

    4.4.15.Finanzjament tar-riżoluzzjoni (Artikoli 90-99)

    Ir-riżoluzzjoni tippermetti qsim aħjar tal-piż tal-ispejjeż tar-riżoluzzjoni bejn l-azzjonisti u l-kredituri fil-proċess tar-riżoluzzjoni meta proċeduri ta’ insolvenza jitqiesu mhux xierqa fid-dawl tar-riskji possibbli għall-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, dan jista’ ma jkunx dejjem suffiċjenti u jista' jkollu jiġi ssupplimentat minn fondi addizzjonali sabiex, pereżempju, tiġi pprovduta likwidità lil bank tranżitorju. Abbażi tal-esperjenza tal-passat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ finanzjament mill-istituzzjonijiet infushom sabiex tiġi mminimizzata l-iskopertura tal-kontribwenti għat-telf minn għajnuna għas-solvenza. L-Artikoli 90 sa 99 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

    L-Artikolu 89 jipprovdi għall-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ finanzjament f’kull Stat Membru. Il-finijiet li jistgħu jintużaw għalihom huma elenkati fl-Artikolu 89, il-paragrafu 2 u jvarjaw minn garanziji għal self jew kontribuzzjonijiet. It-telf huma primarjament imġarrab mill-azzjonisti u l-kredituri, iżda arranġamenti finanzjarji oħra ma jistgħux jiġu esklużi fil-prinċipju.

    L-Artikolu 90 jistipula r-regoli dwar kontribuzzjonijiet għall-iffinanzjar l-arranġamenti, u jinvolvi taħlita ta’ kontribuzzjonijiet ex ante, issuplimentati minn kontribuzzjonijiet ex post u, fejn indispensabbli, faċilitajiet ta’ self minn istituzzjonijiet finanzjarji jew il-bank ċentrali. Sabiex jiġi żgurat li dejjem ikun hemm fondi disponibbli, u minħabba l-proċikliċità assoċjata mal-finanzjament ex post, hija stabbilita mira ta' livell minimu tal-fond, li għandha tintlaħaq permezz ta' kontribuzzjonijiet ex ante fuq medda ta’ 10 snin. Abbażi ta' kalkolazzjoni mudell, mira minima ottimali tal-livell tal-fond hija stabbilita għal 1% tad-depożiti koperti.

    Sabiex titjieb ir-reżiljenza tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament, l-Artikolu 97 jipprevedi dritt għall-arranġamenti nazzjonali li jissellfu mingħand kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. Sabiex jiġi rifless it-tqassim tal-kompetenzi bejn id-diversi awtoritajiet nazzjonali fir-riżoluzzjoni ta' gruppi, l-Artikolu 98 jistipula regoli dwar il-kontribuzzjonijiet rispettivi tal-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament għar-riżoluzzjoni tal-gruppi. Din il-kontribuzzjoni se tkun ibbażata fuq dik li kienet miftiehma qabel fil-kuntest tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp. L-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament, flimkien ma’ mekkaniżmi ta' self u l-mutwalizzazzjoni tal-arranġamenti nazzjonali fil-każ ta' riżoluzzjoni ta’ gruppi transfruntieri (Artikolu 98) joħolqu sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ finanzjament.

    L-Artikolu 99 jittratta r-rwol tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti (SGD) fil-qafas tar-riżoluzzjoni. L-iSGD jistgħu jintalbu jikkontribwixxu għal riżoluzzjoni f’żewġ modi.

    L-ewwel, l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jridu jikkontribwixxu lejn l-iżgurar tal-aċċess kontinwu għad-depożiti koperti. L-iskemi ta' garanzija tad-depożiti huma attwalment stabbiliti fl-Istati Membri kollha skont id-Direttiva 94/19/KE. Huma jikkumpensaw lid-depożituri fil-livell ta' konsumatur sa EUR 100,000 fir-rigward ta’ depożiti mhux disponibbli, qabel jiġu surrogati lilhom fi proċeduri ta’ likwidazzjoni. B’kuntrast, riżoluzzjoni tevita n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ depożiti koperti, li hija preferibbli mil-lat tad-depożituri. Huwa għalhekk mixtieq li l-iSGD jikkontribwixxu għal ammont ekwivalenti għat-telf li kien ikollhom iġarrbu fi proċeduri normali ta' falliment, kif rifless fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 99. Sabiex jipprovdu għal finanzjament suffiċjenti, qed tiġi introdotta l-klassifikazzjoni tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti fil-ġerarkija tal-pretensjonijiet, bl-iSGD jikklassifikaw pari passu ma’ pretensjonijiet mhux preferuti u mhux iggarantiti. Il-kontribuzzjoni tal-iSGD trid issir fi flus sabiex jassorbu t-telf li jappartjeni għad-depożiti koperti.

    It-tieni nett, filwaqt li l-Istati Membri jridu tal-inqas jużaw l-iSGD bl-iskop li jipprovdu flus biex jiżguraw aċċess kontinwu għal depożiti koperti, huma jżommu diskrezzjoni rigward kif jiffinanzjaw ir-riżoluzzjoni: jistgħu jiddeċiedu li joħolqu arranġamenti ta' finanzjament separati mill-iSGD jew jużaw l-iSGD tagħhom ukoll bħala arranġamenti ta' finanzjament skont l-Artikolu 91. Fil-fatt, hemm sinerġiji bejn l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti u r-riżoluzzjoni. Meta qafas ta' riżoluzzjoni li jillimita l-kontaġju jkun fis-seħħ, dan inaqqas l-għadd ta' fallimenti ta' banek u għalhekk il-probabbiltà ta' ħlas mill-iSGD. Għalhekk il-proposta tippermetti lill-Istati Membri jużaw l-iSGD għall-finanzjament tar-riżoluzzjonijiet sabiex jinħolqu ekonomiji ta' skala. Meta ż-żewġ arranġamenti jkunu separati, l-iSGD ikunu responsabbli għall-protezzjoni tad-depożituri koperti sal-punt u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 99, il-paragrafi 1 sa 4, filwaqt li finanzjament supplimentari jiġi pprovdut minn arranġamenti ta’ finanzjament separati stabbiliti skont l-Artikolu 91. B’kuntrast, fejn jagħżlu arranġament ta' finanzjament uniku, dan ikun ikopri kemm it-telf li jaffettwa d-depożiti koperti kif ukoll finijiet oħrajn taħt l-Artikolu 92. F'dak il-każ, l-iSGD ikollhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha tal-kontribuzzjonijiet, is-self u l-mutwalizzazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 93 sa 98.

    Fi kwalunkwe każ, jekk wara kontribuzzjoni mill-iSGD, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tfalli fi stadju aktar tard u l-iSGD ma jkollhiex fondi biżżejjed biex tħallas lura lid-depożituri, l-iSGD għandu jkollha arranġamenti fis-seħħ sabiex tiġbor l-ammonti korrispondenti minnufih mingħand il-membri tagħha.

    X'aktarx li jkun hemm għajnuna mill-Istat fl-intervent tal-fondi ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mit-tip ta’ arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament (jiġifieri fond ta' riżoluzzjoni separat mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti jew billi l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti tintuża bħala fond ta' riżoluzzjoni).

    4.4.16.Konformità mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE

    Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għar-Regolamenti li jistabbilixxu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS 16 . F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar id-Dikjarazzjonijiet relatati mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE li għamlet matul l-adozzjoni tar-Regolamenti li jwaqqfu l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fejn intqal: “fir-rigward tal-proċess għall-adozzjoni ta' standards regolatorji, il-Kummissjoni tenfasizza n-natura unika tas-settur tas-servizzi finanzjarji, li jkompli mal-istruttura Lamfalussy u li kien speċifikament rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni 39 għat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk ir-restrizzjonijiet fuq ir-rwol tagħha meta tadotta atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni humiex skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE.”

    4.4.17.Bidliet fid-Direttiva tal-Istralċ, id-Direttivi tal-Liġi tal-Kumpaniji u r-Regolament dwar l-ABE (Artikoli 104 – 111)

    Id-Direttiva 2001/24/KE tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku u għall-infurzar tal-miżuri ta' riorganizzazzjoni jew stralċ fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom fergħat fi Stati Membri oħra. Id-Direttiva tfittex li tiżgura li istituzzjoni ta' kreditu u l-fergħat tagħha fi Stati Membri oħra jiġu riorganizzati jew stralċati skont il-prinċipji tal-unità u l-universalità u b'hekk tiżgura li jkun hemm sett wieħed biss ta' proċeduri ta' insolvenza u li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu tiġi trattata bħala entità waħda. L-unità u l-universalità tal-proċeduri jiżguraw trattament ugwali tal-kredituri irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, il-post tar-residenza jew id-domiċilju. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-kredituri fil-proċessi tar-riżoluzzjoni wkoll, id-Direttiva 2001/24/KE hija emendata biex testendi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha għal ditti tal-investiment u għall-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni lil kwalunkwe entità koperta mir-reġim ta’ riżoluzzjoni.

    Id-Direttivi tal-Unjoni dwar il-Liġi tal-Kumpaniji fihom regoli għall-protezzjoni tal-azzjonisti u l-kredituri. Xi wħud minn dawn ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni rapida mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

    It-Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji teħtieġ li kwalunkwe żieda fil-kapital f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata jiġu approvati mil-laqgħa ġenerali, filwaqt li d-Direttiva 2007/36 (Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonijisti) teħtieġ perjodu ta' konvokazzjoni ta' 21 jum għal dik il-laqgħa. Ir-restawrar rapidu tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu permezz ta’ żieda kapitali għalhekk mhijiex possibbli. Għalhekk il-proposta temenda d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonijisti biex tippermetti lil-laqgħa ġenerali tiddeċiedi bil-quddiem li se japplika perjodu ta' konvokazzjoni iqsar għal laqgħa ġenerali li tiddeċiedi dwar żieda tal-kapital f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Din l-awtorizzazzjoni se jkun parti mill-pjan ta' rkupru. Dan se jippermetti azzjoni rapida filwaqt li żżomm intatti s-setgħat deċiżjonali tal-azzjonisti.

    Barra minn hekk, id-Direttivi dwar il-Liġi tal-Kumpaniji jeħtieġu li żieda jew tnaqqis fil-kapital, fużjonijiet u diviżjonijiet ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-azzjonisti u li japplikaw drittijiet ta' prelazzjoni kull meta l-kapital jiżdied b’korrispettiv fi flus. Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-Offerti ta’ Xiri teħtieġ offerti mandatorji meta kwalunkwe persuna – inkluż l-Istat - jakkwista ishma aktar mil-limitu massimu tal-kontroll f'kumpanija elenkata (normalment 30-50%). Sabiex jiġu indirizzati dawn l-ostakli, il-proposta tippermetti lill-Istati Membri jidderogaw minn dawn id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-kunsens tal-kredituri jew l-azzjonisti jew inkella tiġi mfixkla r-riżoluzzjoni effettiva u rapida.

    Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni jkunu rappreżentati fis-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja stabbilita mir-Regolament N°1093/2010 u biex jiġi żgurat l-ABE jkollha l-kompetenza meħtieġa biex twettaq il-kompiti previsti f’din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu jiġi emendat sabiex jinkludu l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni kif definit f'din id-Direttiva, fil-kunċett ta' awtoritajiet kompetenti stabbilit f'dak ir-Regolament.

    4.4.18.Dħul fis-seħħ

    Id-Direttiva se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-ĠU.

    F'konformità mal-prattika komuni, l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva hija stabbilita għal 18-il xahar, jiġifieri l-31 ta' Diċembru 2014.

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-għodda tal-ippleġġjar intern huma soġġetti għal perjodu itwal ta' żmien għat-trasposizzjoni u għandhom jibdew jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2018. Dik id-data tqis iċ-ċikli tal-maturità osservati tad-dejn eżistenti, il-ħtieġa li jiġi evitaw id-diżingranaġġ u l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jimplimentaw rekwiżiti ġodda għall-kapital sal-2018.

    Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' implimentazzjoni b'tabbelli ta' korrelazzjoni. Dan huwa ġġustifikata fid-dawl tal-kumplessità tad-Direttiva, li tkopri suġġetti differenti u huwa probabbli li tkun teħtieġ pluralità ta’ miżuri implimentattivi u fid-dawl tal-fatt li xi Stati Membri diġà adottaw leġiżlazzjonijiet li parzjalment jimplimentaw din id-Direttiva.

    5.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    L-alternattivi politiċi ta' hawn fuq se jkollhom implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

    Il-proposta preżenti teħtieġ lill-ABE (i) tiżviluppa madwar 23 standard tekniku u 5 linji gwida (ii) tieħdu sehem fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni, jieħdu deċiżjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' qbil u teżerċita medjazzjoni vinkolanti u (iii) tipprovdi għar-rikonoxximent ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 85 u tikkonkludi qafas nonvinkolanti ta' arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 88. L-istandards tekniċi għandhom jitlestew sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, li qed jiġi pproġettat li tidħol fis-seħħ bejn Ġunju u Diċembru 2013. Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi kompiti fit-tul għall-ABE li se jeħtieġu l-ħolqien ta’ 5 karigi addizzjonali (aġenti temporanji) sa mill-2014. Barra minn hekk, 11-il espert nazzjonali sekondat "SNE" huma previsti biex iwettqu kompiti temporanji limitati għall-2014 u l-2015.

    2012/0150 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea 17 ,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 18 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 19 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Il-kriżi finanzjarja li bdiet fl-2008 uriet li hemm nuqqas sinifikanti ta' għodod adegwati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu ttrattati b'mod effettiv l-istituzzjonijiet ta' kreditu mhux sodi jew li qed ifallu. Dawn l-għodod huma, b'mod partikolari, meħtieġa sabiex jipprevjenu l-insolvenza jew biex meta sseħħ insolvenza jimminimizzaw ir-riperkussjonijiet negattivi billi jippreżervaw il-funzjonijiet sistemikament importanti tal-istituzzjoni konċernata. Matul il-kriżi, dawn l-isfidi kienu fattur ewlieni li ġiegħel lill-Istati Membri sabiex isalvaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu billi jużaw fondi pubbliċi.

    (2)Is-swieq finanzjarji tal-Unjoni huma integrati u interkonnessi ferm, b’ħafna istituzzjonijiet ta’ kreditu joperaw b’mod estensiv lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Huwa probabbli li l-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu transfruntiera jaffettwa l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Istati Membri differenti fejn topera. L-inabbiltà tal-Istati Membri li jieħdu l-kontroll ta' istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli u jirriżolvuha b’mod li effettivament jipprevjeni ħsara sistemika usa’ tista’ thedded il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri u l-kredibbiltŕ tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija, għalhekk, kundizzjoni essenzjali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

    (3)Attwalment ma hemm l-ebda armonizzazzjoni tal-proċeduri sabiex jiġu riżolti istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell tal-Unjoni. Xi Stati Membri japplikaw għall-istituzzjonijiet ta' kreditu l-istess proċeduri li japplikaw lill-impriżi insolventi l-oħra, u f'ċerti każijiet adattawhom għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Hemm differenzi sostanzjali, proċedurali u konsiderevoli bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-insolvenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-kriżi finanzjarja esponiet li proċeduri ta’ insolvenza korporattiva ġenerali mhumiex dejjem adattati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu minħabba li mhux dejjem jiżguraw ir-rapidità tal-intervent, il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-preżervazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja.

    (4)Huwa għalhekk meħtieġ reġim sabiex l-awtoritajiet jiġu pprovduti bl-għodod sabiex jintervjenu b’mod bikri u malajr biżżejjed f'istituzzjoni mhux soda jew li qed tfalli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi essenzjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu, fil-waqt li jiġi minimizzat l-impatt ta' falliment ta' istituzzjoni fuq is-sistema finanzjarja u jiġi żgurat li azzjonisti u kredituri jġarrbu telf xieraq. Setgħat ġodda għandhom jippermettu lill-awtoritajiet iżommu aċċess mhux interrott għad-depożiti u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament, ibigħu l-porzjonijiet vijabbli tad-ditta fejn xieraq, u jqassmu t-telf f’manjiera li hija ġusta u prevedibbli. Dawn l-għanijiet għandhom jgħinu sabiex tiġi evitata d-destabilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji u jiġu minimizzati spejjeż għall-kontribwenti.

    (5)Xi Stati Membri diġà promulgaw bidliet leġiżlattivi li jintroduċu mekkaniżmi biex jirriżolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu li qed ifallu; oħrajn indikaw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu dawn il-mekkaniżmi jekk ma jiġux adottati f’livell tal-Unjoni. Huwa probabbli li differenzi nazzjonali fil-kundizzjonijiet, is-setgħat u l-proċessi għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu jikkostitwixxu ostakli għall-operat mingħajr intoppi tas-suq intern u jfixklu l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali meta jittrattaw ma' gruppi bankarji transfruntieri li qed ifallu. Dan huwa partikolarment veru fejn approċċi differenti jfissru li l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx l-istess livell ta’ kontroll jew l-istess abbiltà li jirriżolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dawn id-differenzi fir-reġimi ta' riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw ukoll l-ispejjeż ta’ finazjament bankarju b’mod differenti fl-Istati Membri differenti u potenzjalment joħolqu distorsjonijiet kompetittivi bejn il-banek. Reġimi ta' riżoluzzjoni effettivi fl-Istati Membri kollha huma meħtieġa wkoll sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu ristretti fl-eżerċizzju ta’ stabiliment li jiġu mis-suq uniku permezz tal-kapaċità finanzjarja tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom li jimmaniġġja l-falliment tagħhom.

    (6)Dawn l-ostakli għandhom jiġu eliminati u għandhom jiġu adottati regoli sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tas-suq intern ma jiġux mhedda. Għal dak il-għan, ir-regoli li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet għandhom isiru soġġetti għal regoli ta’ armonizzazzjoni minimi komuni.

    (7)Ladarba l-għanijiet tal-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċessi għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk minħabba l-effetti ta’ falliment ta’ kwalunkwe istituzzjoni fl-Unjoni kollha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    (8)Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-servizzi finanzjarji kif ukoll l-ogħla livell possibbli ta' stabbiltà finanzjarja fil-firxa sħiħa ta’ istituzzjonijiet, ir-reġim tar-riżoluzzjoni ma għandux japplika biss għall-istituzzjonijiet ta' kreditu iżda anke għal ditti ta' investiment soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti mid-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu 20 . Ir-reġim għandu japplika wkoll għall-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarji u kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarji mħallta li hemm proveddiment għalihom fid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , kumpaniji b'parteċipazzjoni b'attività mħallta u istituzzjonijiet finanzjarji, fejn tal-aħħar ikunu sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment. Il-kriżi uriet li l-insolvenza ta’ entità affiljata ma’ grupp jista’ jkollha impatt rapidu fuq is-solvenza tal-grupp kollu u, għaldaqstant ikollha wkoll implikazzjonijiet sistemiċi proprji. L-awtoritajiet għandu għalhekk ikollhom ukoll mezzi effettivi ta’ azzjoni fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet sabiex jipprevjenu l-kontaġju u jipproduċu skema ta’ riżoluzzjoni konsistenti għall-grupp kollu, minħabba li l-insolvenza ta’ entità affiljata ma' grupp jista’ jkollha impatt rapidu fuq is-solvenza tal-grupp kollu.

    (9)L-użu tal-għodda u s-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti f'din id-Direttiva jistgħu jfixklu d-drittijiet tal-azzjonisti u l-kredituri. B’mod partikolari, is-setgħa tal-awtoritajiet li jittrasferixxu l-ishma jew l-assi kollha jew parti minnhom ta' istituzzjoni lil akkwirent privat mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti jaffettwa d-drittijiet tas-sjieda tal-azzjonisti. Barra minn hekk, is-setgħa li jiġi deċiż liema obbligazzjonijiet jiġu ttrasferiti minn istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli abbażi tal-għanijiet tal-iżgurar tal-kontiwità tas-servizzi u li jiġi evitat effett ħażin fuq l-istabbiltà finanzjara jista’ jaffettwa t-trattament ugwali tal-kredituri.

    (10)L-Awtoritajiet Nazzjonali għandhom iqisu r-riskju, id-daqs u l-interkonnessitività ta' istituzzjoni fil-kuntest tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u meta jużaw l-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom, jaċċertaw ruħhom li r-reġim jiġi applikat b'mod xieraq.

    (11)Sabiex tiġi żgurata r-rapidità meħtieġa ta’ azzjoni, tiġi ggarantita l-indipendenza minn atturi ekonomiċi u jiġu evitati kunflitti ta’ interess, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti fir-rigward ta' riżoluzzjoni skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi xierqa jiġu allokati lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni. In-nomina ta' awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex teskludi delegar taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' riżoluzzjoni. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li tiġi preskritta l-awtorità eżatta li l-Istati Membri għandhom jaħtru bħala l-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Filwaqt li l-armonizzazzjoni ta’ dak l-aspett tiffaċilita l-koordinazzjoni, fl-istess ħin tinterferixxi konsiderevolment mas-sistemi kostituzzjonali u amministrattivi tal-Istati Membri. Grad suffiċjenti ta’ koordinazzjoni xorta jista’ jinkiseb b’rekwiżit inqas intrużiv: l-awtoritajiet nazzjonali kollha involuti fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet għandhom jiġu rrappreżentati f'kulleġġi tar-riżoluzzjoni, fejn isseħħ koordinazzjoni fil-livell transfruntier jew tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu liberi li jagħżlu liema awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u għall-eżerċizzju tas-setgħat previsti f’din id-Direttiva.

    (12)Fid-dawl tal-konsegwenzi li l-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment jista’ jkollha fuq is-sistema finanzjarja u l-ekonomija ta’ Stat Membru kif ukoll il-ħtieġa possibbli li jintużaw fondi pubbliċi sabiex tiġi riżolta kriżi, il-Ministeri tal-Finanzi jew ministeri rilevanti oħra fl-Istati Membri għandhom jiġu involuti mill-qrib, fi stadju bikri, fil-proċess tal-immaniġġjar u r-riżoluzzjoni tal-kriżi.

    (13)Resoluzzjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew gruppi li joperaw madwar l-Unjoni teħtieġ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' risoluzzjoni fi ħdan kulleġġi ta' superviżjoni u riżoluzzjoni fl-istadji kollha koperti minn din id-Direttiva, mill-preparazzjoni ta' pjannijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni sar-riżoluzzjoni reali ta' istituzzjoni. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva fir-rigward ta' istituzzjonijiet, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha, bħala l-aħħar rimedju, taqdi rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti. Għal dak il-għan, l-ABE għandha tingħata s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet li jeħtieġu lill-awtoritajiet nazzjonali jieħdu jew jastjenu minn azzjonijiet speċifiċi skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78//KE 22 .

    (14)Sabiex tiżgura approċċ uniformi u konsistenti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, l-ABE għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta linji gwida, u telabora standards regolatorji u tekniċi li jiġu approvati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (15)Sabiex jittrattaw b'mod effiċjenti ma' istituzzjonijiet li qed ifallu, l-awtoritajiet għandu jkollhom is-setgħa jimponu miżuri preventivi u preparatorji.

    (16)Huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet kollha jħejju u jaġġornaw regolarment pjanijiet ta' rkupru li jistabbilixxu miżuri li għandhom jittieħdu minn dawk l-istituzzjonijiet taħt ċirkostanzi jew xenarji differenti. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu dettaljati u bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi applikabbli f’firxa ta’ xenarji robusti u severi. Ir-rekwiżit li jitħejja pjan ta’ rkupru għandu madankollu jiġi applikat proporzjonalment u jirrifletti l-importanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp. F’dak il-kuntest, il-kontenut meħtieġ għandu jqis ukoll in-natura tas-sorsi tal-finanzjament tal-istituzzjoni u l-grad safejn l-appoġġ tal-grupp ikun disponibbli b’mod kredibbli. Istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa li jissottomettu l-pjanijiet tagħhom lil superviżuri għal valutazzjoni kompleta, inkluż jekk il-pjanijiet humiex komprensivi u jistgħux jirristawraw b'mod fattibbli l-vijabbiltà tal-istituzzjoni, fil-ħin, anke f'perjodi ta' stress finanzjarju.

    (17)Fejn istituzzjoni ma tippreżentax pjan ta' rkupru adegwat, is-superviżuri għandu jkollhom is-setgħa jesiġu lil dik l-istituzzjoni tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tirranġa n-nuqqasijiet tal-pjan, inkluż li tagħmel tibdil fil-mudell tan-negozju tagħha jew fl-istrateġija ta' finanzjament tagħha. Dak ir-rekwiżit jista' jaffettwa l-libertà tat-twettiq tan-negozju kif garantit mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-limitazzjoni ta' dak id-dritt fundamentali huwa madankollu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istabbiltà finanzjarja u biex jiġu protetti d-depożituri u l-kredituri. Aktar speċifikament, din il-limitazzjoni hija meħtieġa sabiex jissaħħaħ negozju tal-istituzzjonijiet u jiġi evitat li l-istituzzjonijiet jikbru eċċessivament jew jieħdu riskji eċċessivi mingħajr ma jkunu kapaċi negħlbu l-ostakoli u t-telf u jirrestawraw il-bażi kapitali tagħhom. Il-limitazzjoni hija wkoll proporzjonata peress li azzjoni preventiva biss tista’ tiżgura li jittieħdu prekawzjonijiet adegwati u għalhekk tikkonforma mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    (18)L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta' riżoluzzjoni effettiva. L-awtoritajiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jippjanaw kif il-funzjonijiet essenzjali ta’ istituzzjoni jew ta’ grupp transfruntier jistgħu jiġu iżolati mill-bqija tan-negozju u ttrasferiti sabiex jiġu żgurati l-preżervazzjoni u l-kontinwazzjoni ta’ funzjonijiet essenzjali. Ir-rekwiżit li jitħejja pjan ta’ riżoluzzjoni għandu madankollu jiġi ssimplifikat u jirrifletti l-importanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp.

    (19)L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom is-setgħa jitolbu bidliet fl-istruttura u l-organizzazzjoni ta' istituzzjonijiet jew gruppi sabiex ineħħu impedimenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-entitajiet konċernati. Minħabba n-natura potenzjalment sistemika tal-istituzzjonijiet kollha, huwa kruċjali sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, li l-awtoritajiet ikollhom il-possibbiltà jirrisolvu kwalunkwe istituzzjoni. Sabiex jiġi rispettat id-dritt li jitwettaq negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet għandha tkun limitat biss għal dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu ssimplifikati l-istruttura u l-operati tal-istituzzjoni biex titjieb r-riżoluzzjoni tagħha. Barra minn dan, kwalunkwe miżura imposta għal dawn l-għanijiet għandha tkun konsistenti mal-liġi tal-UE. Il-miżuri la għandhom ikunu direttament u lanqas indirettament diskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità, u għandhom jiġu ġġustifkati mir-raġuni prevalenti li qed jitwettqu fl-interess pubbliku u tal-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni tteħditx fl-interess pubbliku ġenerali, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, li jaġixxu fl-interess pubbliku ġenerali, għandhom ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet tagħhom ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jiltaqgħu ma' impedimenti għall-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni jew għall-abbiltà tagħhom li jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom. Barra minn hekk, azzjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet. Meta jiddeterminaw il-miżuri li għandhom jittieħdu, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku 23 .

    (20)Il-miżuri proposti sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew grupp ma għandhomx jipprevjenu lill-istituzzjonijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbilment mogħti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (21)Il-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni ma għandhomx jissoponu aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew skopertura tal-kontribwenti għar-riskju tat-telf. Aċċess għal faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali, inklużi faċilitajiet ta' likwidità ta' emerġenza, ma għandux jitqiesu bħala għajnuna ta' finanzjament pubblika straordinarja sakemm l-istituzzjoni tkun solventi fil-mument tal-forniment tal-likwidità, u tali forniment ta' likwidità ma jkunx parti minn pakkett ta' għajnuna akbar; li l-faċilità tkun kompletament garantita b'kollateral li għalih jiġi applikat tnaqqis, skont il-kwalità u l-valur fis-suq tiegħu, li l-bank ċentrali jimponi rata ta' interess ta' penalità fuq il-benefiċjarju; u li l-miżura titieħed fuq l-inizjattiva tal-bank ċentrali nnifsu, u b'mod partikolari ma tkunx sostnuta b'xi kontrogaranzija mill-Istat.

    (22)L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja minn entità waħda fi grupp transfruntier lil entità oħra fl-istess grupp hija attwalment ristretta minn għadd ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet huma ddisinjati sabiex jipproteġu lill-kredituri u l-azzjonisti ta’ kull entità. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet ma jqisux l-interdipendenza tal-entitajiet tal-istess grupp jew l-interess tal-grupp. Fil-livell internazzjonali, il-kunċett tal-interess tal-grupp ġie żviluppat permezz tal-ġurisprudenza jew regoli legali f’ċerti sistemi ġuridiċi biss. Dan il-kunċett iqis, minbarra l-interess ta’ kull entità individwali fi grupp, l-interess indirett li kull entità fi grupp għandha fil-prosperità tal-grupp sħiħ. Madankollu, dan huwa differenti minn Stat Membru għall-ieħor u ma jipprovdix iċ-ċertezza ġuridika meħtieġa. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit taħt liema kondizzjonijiet għajnuna finanzjarja tista’ tiġi ttrasferit bejn entitajiet fi grupp bankarju transfruntier bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu kemm hu. L-għajnuna finanzjarja bejn l-entitajiet fi grupp għandha tkun volontarja. Huwa xieraq li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment ma jitqegħedx direttament jew indirettament taħt il-kundizzjoni mill-Istati Membri tal-eżistenza ta’ ftehim li tingħata għajnuna finanzjarja.

    (23)Sabiex tiġi ppriżervata l-istabbiltà finanzjarja, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrimedjaw id-deterjorazzjoni ta’ sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ istituzzjoni qabel ma l-istituzzjoni tilħaq punt fejn l-awtoritajiet ma jkollhom l-ebda alternattiva oħra ħlief li jirriżolvuha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw setgħat ta’ intervent bikri, inkluża s-setgħa li korp tal-maniġment ta’ istituzzjoni jiġi ssostitwit minn maniġer speċjali; dan iservi bħala mezz biex issir pressjoni fuq l-istituzzjoni inkwistjoni sabiex tieħu miżuri sabiex tirrestawra s-sodezza finanzjarja tagħha u/jew tirriorganizza n-negozju tagħha sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħha fi stadju bikri. Il-kompitu tal-maniġer speċjali għandu jkun li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u jippromwovi soluzzjonijiet sabiex titranġa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni. Il-ħatra ta' maniġer speċjali ma għandhiex madankollu tidderoga xi drittijiet tal-azzjonisti jew is-sidien jew obbligi proċedurali stabbiliti skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni jew nazzjonali u għandha tirrispetta l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jew l-Istati Membri marbuta mal-protezzjoni tal-investiment. Dawn is-setgħat ta' intervent bikri għandhom jinkludu dawk diġà speċifikati skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu 24 għal ċirkostanzi oħra minn barra dawk ikkunsidrati bħala intervent bikri kif ukoll oħrajn ikkunsidrati meħtieġa sabiex tiġi rrestawrata s-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni.

    (24)Il-qafas ta' riżoluzzjoni għandu jipprovdi għad-dħul f'waqtu tar-riżoluzzjoni qabel istituzzjoni finanzjarja ssir insolventi fuq il-karta tal-bilanċ u qabel tispiċċa kompletament fix-xejn l-ekwità kollha. Ir-riżoluzzjoni għandha tinbeda meta ditta ma tibqax vijabbli jew x'aktarx ma tibqax aktar vijabbli u miżuri oħra kienu insuffiċjenti biex jiġi evitat l-falliment. Il-fatt li istituzzjoni ma tissodisfawx ir-rekwiżiti għal awtorizzazzjoni ma għandux jiġġustifika minnu nnifsu d-dħul ta' riżoluzzjoni, speċjalment jekk l-istituzzjoni tkun għadha jew x 'aktarx għadha vijabbli. Istituzzjoni għandha titqies qed tfalli jew x'aktarx tfalli meta tkun jew x'aktarx ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti kapitali għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni minħabba li tkun ġarrbet jew x'aktarx ser iġġarrab telf li ser inaqqas il-fondi proprji kollha jew sostanzjalment, meta l-assi tal-istituzzjoni jkunu jew ser isiru anqas mill-obbligazzjonijiet, meta l-istituzzjoni tkun jew tkun ser issir inkapaċi tħallas l-obbligi tagħha hekk kif isisru dovuti, jew meta l-istituzzjoni tkun teħtieġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Il-ħtieġa għal għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali ma għandhiex fiha nnfisha tkun kondizzjoni li turi b'mod suffiċjenti li istituzzjoni hija jew ser issir, fil-futur qarib, inkapaċi tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti. Sabiex tiġi ppriżervata l-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari f'każ ta' skarżezza ta' likwidità sistemika, garanziji tal-Istati fuq faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew garanziji tal-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa ma għandhomx jiskattaw qafas ta' riżoluzzjoni jekk jintlaħqu għadd ta' kundizzjonijiet. Partikolarment miżuri ta' garanziji tal-Istat jeħtieġ li jiġu approvati skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat u ma għandhomx ikunu parti minn pakkett akbar ta' għajnuna, u l-użu tal-miżuri ta' garanzija għandu jkun strettament għal żmien limitat. Fiż-żewġ każijiet, il-bank jeħtieġ ikun solventi.

    (25)Is-setgħat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw ukoll għal kumpaniji b'parteċipazzjoni fejn kemm il-kumpanija b'parteċipazzjoni kif ukoll l-istituzzjoni sussidjarja jkunu qed ifallu jew probabbli jfallu. Barra minn hekk u minkejja l-fatt li kumpanija b'parteċipazzjoni tista' ma tkunx qed tfalli jew probabbli tfalli, is-setgħat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw għall-kumpanija b'parteċipazzjoni meta istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja waħda jew aktar, jew ditta ta' investiment tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni b'relazzjoni mal-kumpanija b'parteċipazzjoni tkun meħtieġa għar-riżoluzzjoni ta' xi sussidjarja jew aktar tagħha jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu.

    (26)Meta istituzzjoni tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sett minimu armonizzat ta' għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni. L-eżerċizzju tagħhom għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet, għanijiet, u prinċipji ġenerali komuni. Ladarba l-awtorita ta' riżoluzzjoni tkun ħadet id-deċiżjoni li tqiegħed l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, għandhom jiġu esklużi l-proċeduri normali ta’ insolvenza. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkonferixxu, fuq l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, setgħat u għodod addizzjonali ma' dawk mogħtija lilhom skont din id-Direttiva. L-użu ta' dawn l-għodod u setgħat addizzjonali, madankollu għandu jikkonforma mal-prinċipji ta' riżoluzzjoni u l-għanijiet kif stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-użu ta' dawn l-għodod jew setgħat ma għandux jaffettwa r-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transfruntieri u għandu jiżgura li l-azzjonisti jġarrbu telf.

    (27)Sabiex jiġi evitat periklu morali, kwalunkwe istituzzjoni insolventi għandha tkun tista’ toħroġ mis-suq, irrispettivament mid-daqs u l-interkonnessjonijiet tagħha, mingħajr ma tikkawża taqlib sistemiku. Istituzzjoni li tkun qed tfalli għandha fil-prinċipju tiġi likwidata skont proċeduri normali ta' insolvenza. Madankollu, il-likwidazzjoni skont proċeduri normali ta’ insolvenza tista’ tipperikola l-istabbiltà finanzjarja, titterrompi l-provvista ta’ servizzi essenzjali, u taffettwa l-protezzjoni tad-depożituri. F’dan il-każ hemm interess pubbliku fl-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni. L-għanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk ikunu li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ servizzi finanzjarji essenzjali, li tinżamm l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, li jitnaqqas il-periklu morali billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika għal istituzzjonijiet li qed ifallu, u sabiex jiġu protetti d-depożituri.

    (28)Dejjem għandu jitqies l-istralċ ta' istituzzjoni insolventi permezz ta' proċeduri normali ta' insolvenza qabel ma tkun tista' tittieħed deċiżjoni li l-istituzzjoni tinżamm bħala negozju avvjat. Istituzzjoni insolventi għandha tinżamm bħala negozju avvjat kemm jista' jkun bl-użu ta’ fondi privati. Dan jista’ jinkiseb jew permezz ta’ bejgħ jew fużjoni ma’ akkwirent mis-settur privat jew permezz ta’ tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew wara l-konversjoni tad-dejn tagħha għal ekwità, sabiex isseħħ rikapitalizzazzjoni.

    (29)Fl-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jaċċertaw ruħhom li azzjonisti u kredituri jġarrbu sehem xieraq mit-telf, li l-maniġers jiġu ssostitwiti, li l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jiġu mminimizzati, u li l-kredituri kollha tal-istituzzjoni insolventi li huma tal-istess klassi jiġu ttrattati b’mod simili. Meta l-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni jinvolvi l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat, l-interventi għandhom jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat. Għajnuna mill-Istat tista’ tkun involuta, fost l-oħrajn, fejn il-fondi tar-riżoluzzjoni jew il-fondi ta' garanzija tad-depożiti jintervjenu biex jgħinu fir-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu.

    (30)Il-limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-azzjonisti u l-kredituri għandhom ikunu f’konformità mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk jiġu applikati biss lil dawk l-istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu jew probabbli li jfallu, u dan biss meta jkun neċessarju biex jintlaħaq l-għan tal-istabbiltà finanzjarja fl-interess ġenerali. Partikolarment, l-għodod ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati fejn l-istituzzjoni ma tistax tiġi stralċjata taħt proċeduri normali ta’ insolvenza mingħajr ma tiġi distabbilizzata s-sistema finanzjarja u l-miżuri jkunu neċessarji sabiex jiġi żgurat trasferiment rapidu u l-kontinwazzjoni ta' funzjonijiet sistemikament importanti u fejn ma hemm l-ebda prospett raġonevoli għal kwalunkwe soluzzjoni privata alternattiva, inklużi kwalunkwe żieda fil-kapital mill-azzjonisti eżistenti jew minn kwalunkwe parti terza biżżejjed biex tiġi restawrata l-vijabbiltà sħiħa tal-istituzzjoni.

    (31)Interferenza mad-drittijiet tas-sjieda ma għandhiex tkun sproporzjonata. Bħala konsegwenza, l-azzjonisti u l-kredituri affettwati ma għandhomx iġarrbu iktar telf minn dawk li kienu jġarrbu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata fiż-żmien meta ttieħted id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. Fil-każ ta' trasferiment parzjali ta' assi ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej privat jew bank tranżitorju, il-parti residwa tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Sabiex jiġu protetti l-azzjonisti u l-kredituri li jitħallew fil-proċeduri tal-istralċ tal-istituzzjoni, dawn għandhom ikunu intitolati jirċievu bi ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom fil-proċeduri tal-istralċ mhux inqas minn dak li huwa stmat li kienu jirkupraw kieku l-istituzzjoni kollha ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

    (32)Għall-iskop li jiġi protett id-dritt tal-azzjonisti u l-kredituri li jirċievi mhux inqas minn dak li kienu jirċievu f'proċeduri normali ta' stralċ, għandhom jiġu stabbiliti obbligi ċari fir-rigward tal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni u żmien suffiċjenti għandu jitħalla biex issir stima xierqa tat-trattament li kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Għandu jkun hemm il-possibbiltà li tali valwazzjoni tinbeda diġà fil-fażi ta' intervent bikri. Qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq stima tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni u tat-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu taħt il-proċeduri normali ta’ insolvenza. Tali valwazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja flimkien mad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni biss. Barra minn hekk, għandu jkun hemm obbligu li jwettaq, wara li jkunu ġew applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni, paragun ex post bejn it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu fil-fatt ġew mogħtija u t-trattament li kienu jirċievu taħt proċeduri normali ta’ insolvenza. Jekk ikun determinat li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu rċevew, fil-ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom, inqas mill-ammont li kienu jirċievu taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas tad-differenza. B'kuntrast mal-valwazzjoni ta' qabel l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandu jkun possibbli li dan il-paragun jiġi kontestat separatament mid-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jitħallew ħielsa jiddeċiedu dwar il-proċedura ta' kif l-azzjonisti u l-kredituri jitħallsu kwalunkwe differenza li tkun ġiet ddeterminata fit-trattament. Din id-differenza, jekk ikun hemm, għandha titħallas mill-arranġamenti finanzjarji stabbiliti skont din id-direttiva.

    (33)Huwa importanti li t-telf jiġi rrikonoxxut mal-falliment tal-istituzzjoni. Il-prinċipju ta' gwida għall-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjonijiet li qed ifallu għandu jkun il-valur tagħhom fis-suq fil-mument meta l-għodod tar-riżoluzzjoni jiġu applikati u sakemm is-swieq ikunu qed jiffunzjonaw sew. Meta s-swieq verament ma jkunux qed jiffunzjonaw sew, il-valwazzjoni tista’ titwettaq fuq il-valur ekonomiku fit-tul ta' żmien debitament ġustifikat tal-assi u l-obbligazzjonijiet. Għandu jkun possibbli, għar-raġunijiet ta' urġenza, li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jagħmlu valwazzjoni rapida tal-assi jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni li qed tfalli. Dik il-valwazzjoni għandha tkun proviżorja u għandha tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti.

    (34)Azzjoni rapida hija meħtieġa sabiex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u jiġi mminimizzat il-kontaġju. Ladarba istituzzjoni titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx idumu sabiex jieħdu azzjoni xierqa. Iċ-ċirkostanzi li fihom jista' jseħħ falliment ta’ istituzzjoni, u b'mod partikolari billi titqies l-urġenza possibbli tas-sitwazzjoni, għandhom jippermettu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jimponu obbligu li l-ewwel jintużaw is-setgħat ta’ intervent bikri.

    (35)L-għodod ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati qabel kwalunkwe injezzjoni ta’ kapital mis-settur pubbliku jew għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ekwivalenti lill-istituzzjoni. Dan, madankollu, ma għandux jimpedixxi l-użu, għall-iskop tal-iffinanzjar tar-riżoluzzjoni, ta' fondi mill-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jew ta' fondi ta' riżoluzzjoni. F'dan ir-rigward, l-użu ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew ta' fondi ta' riżoluzzjoni, inkluż fondi ta’ garanzija tad-depożiti, biex tiġi mgħejjuna r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu se jiġi vvalutat skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat.

    (36)L-għodod ta' riżoluzzjoni għandhom jinkludu l-bejgħ tan-negozju lil xerrej privat, l-istabbiliment ta' istituzzjoni tranżitorja, is-separazzjoni tal-assi l-ħżiena minn dawk tajba tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli, u l-ippleġġjar intern tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli.

    (37)Fejn l-għodod tar-riżoluzzjoni jkunu ntużaw sabiex jiġu ttrasferiti s-servizzi sistemikament importanti jew in-negozju vijabbli ta’ istituzzjoni għal entità soda bħal akkwirent mis-settur privat jew istituzzjoni tranżitorja, il-parti reżidwa tal-istituzzjoni għandha tiġi likwidata f’qafas ta’ żmien xieraq wara li tkun ġiet ikkunsidrata kwalunkwe ħtieġa għall-istituzzjoni li qed tfalli li tipprovdi servizzi jew appoġġ sabiex l-akkwirent jew l-istituzzjoni tranżitorja tkun tista' tkompli twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati permezz ta’ dak it-trasferiment.

    (38)L-għodda ta' bejgħ ta’ negozju għandha tippermetti lill-awtoritajiet ibigħu l-istituzzjoni jew parti minn negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti. Meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' negozju, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu arranġament għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dik l-istituzzjoni jew parti min-negozju tagħha f'proċess miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju, waqt li jimmiraw lejn il-massimizzazzjoni tal-prezz tal-bejgħ safejn possibbli.

    (39)Għall-iskop li jiġi protett id-dritt tal-azzjonisti u l-kredituri li jirċievu mhux anqas minn dak li kienu jirċievu fi proċeduri normali ta' insolvenza, kwalunkwe introjtu mit-trasferiment parzjali ta' assi għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni. Fil-każ ta' trasferiment tal-ishma kollha jew tal-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha tal-istituzzjoni, kwalunkwe introjtu mit-trasferiment għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-istituzzjoni falluta. L-introjtu għandu jiġi kkalkulat nett bl-ispejjeż li jinħolqu mill-falliment tal-istituzzjoni u mill-proċess tar-riżoluzzjoni.

    (40)Sabiex jitwettaq il-bejgħ tan-negozju bla telf ta’ żmien u tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja, il-valutazzjoni tax-xerrej ta' parteċipazzjoni kwalifikanti għandha titwettaq mingħajr dewmien b'deroga mill-iskadenzi stabbiliti bid-Direttiva 2006/48/KE.

    (41)Informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ istituzzjoni li qed tfalli u n-negozjati ma’ akkwirenti potenzjali qabel l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju x'aktarx li tkun ta' importanza sistemika. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, id-divulgazzjoni lill-pubbliku ta’ din l-informazzjoni meħtieġa mid-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) 25 tista' tiġi ttardjata saż-żmien meħtieġ sabiex tiġi ppjanata u strutturata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni skont id-dewmien permess taħt ir-reġim tal-abbuż tas-suq.

    (42)Bħala istituzzjoni kkontrollata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, istituzzjoni tranżitorja jkollha bħala l-għan prinċipali tagħha li tiżgura li servizzi finanzjarji essenzjali jkomplu jiġu pprovduti lill-klijenti tal-istituzzjoni insolventi u li attivitajiet finanzjarji essenzjali jkomplu jitwettqu. L-istituzzjoni tranżitorja għandha tiġi operata bħala negozju avvjat vijabbli u għandha titqiegħed lura fis-suq kemm jista’ jkun malajr jew tiġi stralċjata jekk ma tkunx vijabbli.

    (43)L-għodda tas-separazzjoni tal-assi għandha tippermetti lill-awtoritajiet jittrasferixxu assi bi prestazzjoni baxxa jew danneġġati lil vettura separata. Din l-għodda għandha tintuża biss flimkien ma’ għodod oħra sabiex jiġi evitat vantaġġ kompetittiv mhux mistħoqq għall-istituzzjoni li qed tfalli.

    (44)Reġim ta’ riżoluzzjoni effettiv għandu jnaqqas l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni li tkun qed tfalli li jġarrbu l-kontribwenti. Għandu jiżgura wkoll li anki istituzzjonijiet kbar u sistemiċi jkunu jistgħu jiġu riżolti mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. L-għodda tal-ippleġġjar intern tilħaq dak il-għan billi tiżgura li l-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni jsofru telf xieraq u jġarrbu parti xierqa minn dawk l-ispejjeż. Għal dan il-għan, il-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja rrakkomanda li s-setgħat statutorji tat-tnaqqis fil-valur tad-dejn għandhom jiġu inklużi f'qafas għar-riżoluzzjoni, bħala alternattiva addizzjonali flimkien ma’ għodod oħra tar-riżoluzzjoni.

    (45)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa sabiex jallokaw telf lill-kredituri f’firxa ta' ċirkostanzi, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern kemm fejn l-għan huwa li l-istituzzjoni li qed tfalli tiġi riżolta bħala negozju avvjat, kif ukoll fejn ikun hemm prospett realistiku li l-vijabbiltà tal-istituzzjoni tista' tiġi restawrata u fejn servizzi sistemikament importanti jiġu ttrasferiti lil istituzzjoni tranżitorja u l-parti reżidwa tal-istituzzjoni tieqaf topera u tiġi stralċjata.

    (46)Fejn l-għodda tal-ippleġġjar intern tiġi applikata bil-għan li jiġi restawrat il-kapital tal-istituzzjoni li qed tfalli sabiex tkun tista’ tkompli topera bħala negozju avvjat, ir-riżoluzzjoni permezz tal-ippleġġjar intern għandha dejjem tiġi akkompanjata mis-sostituzzjoni tal-maniġment u ristrutturar sussegwenti tal-istituzzjoni u l-attivitajiet tagħha b’mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet tal-falliment tagħha. Dak ir-ristrutturar għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju. Fejn applikabbli, tali pjanijiet jeħtieġ li jkunu kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jissottomettu lill-Kummissjoni skont il-qafas tal-Unjoni għall-għajnuna mill-Istat. Partikolarment, flimkien mal-miżuri mmirati biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni, il-pjan għandu jinkludi miżuri li jillimitaw għall-minimu l-għajnuna u l-kondiviżjoni tal-piżijiet u miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

    (47)Mhuwiex xieraq li tiġi applikata l-għodda tal-ippleġġjar intern fuq pretensjonijiet safejn dawn ikunu ggarantiti, ikkollateralizzati jew iggarantiti mod ieħor. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-għodda tal-ippleġġjar intern tkun effettiva u tikseb l-għanijiet tagħha, huwa tajjeb li tkun tista’ tiġi applikata għal firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti ta’ istituzzjoni li qed tfalli. Madankollu, huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti tipi ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti mill-ambitu tal-applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern. Għar-raġunijiet ta' politika pubblika u ta' riżoluzzjoni effettiva, l-għodda tal-ippleġġjar intern ma għandhiex tapplika għal dawk id-depożiti li huma protetti skont id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti 26 , għall-obbligazzjonijiet lejn l-impjegati tal-istituzzjoni li qed tfalli jew għal pretensjonijiet kummerċjali relatati ma’ oġġetti u servizzi meħtieġa għall-funzjonament ta’ kuljum tal-istituzzjoni.

    (48)Id-depożituri li jkollhom depożiti garantiti mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżerċizzju tal-għodda tal-ippleġġjar intern. L-iskema tal-garanziji tad-depożiti, madankollu, tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-proċess tar-riżoluzzjoni sal-punt li kienet tagħmel li kieku kellha tikkumpensa lid-depożituri. L-eżerċizzju tas-setgħat tal-ippleġġjar intern se jiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, li hija r-raġuni ewlenija għaliex ġew stabbiliti l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti. In-nuqqas ta' previżjoni tal-involviment ta' dawk l-iskemi f'każijiet bħal dawn jikkostitwixxi vantaġġ inġust fil-konfront tal-bqija tal-kredituri li jkunu soġġetti għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

    (49)Ġeneralment, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern b'mod li jirrispetta t-trattament pari passu tal-kredituri u l-klassifika statutorja tal-pretensjonijiet taħt il-liġi applikabbli tal-insolvenza. It-telf għandu l-ewwel jiġi assorbit minn strumenti regolatorji tal-kapital u għandu jiġi allokati lill-azzjonisti jew permezz ta' kanċellazzjoni ta' ishma jew permezz ta’ dilwizzjoni severa. Fejn dawk l-istrumenti ma jkunux biżżejjed, dejn subordinat għandu jiġi kkonvertit jew jitnaqqas. Fl-aħħarnett, obbligazzjonijiet ta' preferenza għandhom jiġu kkonvertiti jew imnaqqsa jekk il-klassijiet subordinati jkunu ġew konvertiti jew mnaqqsa għal kollox.

    (50)Sabiex jiġi evitat li l-istituzzjonijiet jistrutturaw l-obbligazzjonijiet tagħhom b’mod li jimpedixxi l-effettività tal-għodda tal-ippleġġjar intern huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom il-ħin kollu ammont aggregat ta' fondi proprji, dejn subordinat u obbligazzjonijiet ta' preferenza soġġett għall-għodda tal-ippleġġjar intern espressi bħala perċentwali tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni, li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji għall-finijiet tad-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ukoll ikunu jistgħu jeħtieġu li dan il-perċentwali jkun totalment jew parzjalment magħmul minn fondi proprji u dejn subordinat.

    (51)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li strumenti kapitali tal-Grad 1 u l-Grad 2 Addizzjonali jassorbu bis-sħiħ it-telf hekk kif l-istituzzjoni tal-ħruġ issir nonvijabbli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f'dak il-punt għandhom ikunu meħtieġa jnaqqsu għal kollox il-valur ta’ dawk l-istrumenti, jew ibiddluhom fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, fil-punt tan-nonvijabbiltà u qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni oħra. Għal dan il-għan, il-punt tan-nonvijabbiltà għandu jinftiehem bħala l-punt li fih l-awtorità nazzjonali rilevanti tiddetermina li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jew il-punt li fih l-awtorità tiddeċiedi li l-istituzzjoni ma tibqax vijabbli jekk dawk l-istrumenti kapitali ma jitnaqqsilhomx il-valur. Il-fatt li l-istrumenti se jitnaqqsilhom il-valur jew jiġu kkonvertiti mill-awtoritajiet fiċ-ċirkostanzi meħtieġa minn din id-Direttiva għandu jiġi rikonoxxut fit-termini li jirregolaw l-istrument, u fi kwalunkwe prospett jew dokumenti ta' offerta pubblikati jew provduti f'konnessjoni mal-istrumenti.

    (52)L-għodda tal-ippleġġjar intern, li żżomm l-istituzzjoni bħala negozju avvjat, għandha timmassimizza l-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri, itejjeb iċ-ċertezza u tażżigura lill-kontropartijiet. Sabiex iserħħu moħħ l-investituri u l-kontropartijiet tas-suq u sabiex jiġi minimizzat l-impatt tagħha huwa meħtieġ li l-għodda tal-ippleġġjar intern ma tkunx tista' tiġi applikata qabel l-1 ta' Jannar 2018.

    (53)L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat legali kollha li, f'kombinazzjonijiet differenti, jistgħu jiġu eżerċitati meta jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Dawn għandhom jinkludu s-setgħat ta' trasferiment tal-ishma, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli lejn entità oħra bħal istituzzjoni oħra jew istituzzjoni tranżitorja, setgħat biex tnaqqas il-valur jew tikkanċella ishma, jew tnaqqas il-valur jew tikkonverti dejn ta’ istituzzjoni li tkun qed tfalli, is-setgħa li tissostitwixxi l-maniġment u s-setgħa li timponi moratorju temporanju fuq il-pagament tal-pretensjonijiet. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll setgħat supplimentari, inkluża s-setgħa li tintalab il-kontinwità ta’ servizzi essenzjali minn partijiet oħra ta’ grupp.

    (54)Mhuwiex meħtieġ li jiġu preskritti l-mezzi eżatti li permezz tagħhom l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jintervjenu fl-istituzzjoni insolventi. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom l-għażla bejn li jieħdu l-kontroll permezz ta’ intervent dirett fl-istituzzjoni jew permess ta’ ordni eżekuttiva. Għandhom jiddeċiedu skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Ma jidhirx li huwa meħtieġ għal kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri li jiġi impost mudell uniku f’dan l-istadju.

    (55)Il-qafas tar-riżoluzzjoni għandu jinkludi rekwiżiti proċedurali sabiex jiġi żgurat li l-miżuri tar-riżoluzzjoni jiġu notifikati sew u jsiru pubbliċi. Madankollu, minħabba li l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-konsulenti professjonali tagħhom matul il-proċess tar-riżoluzzjoni x’aktarx tkun sensittiva, qabel ma d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni ssir pubblika, din l-informazzjoni għandha tiġi soġġetta għal reġim effettiv ta’ kunfidenzjalità.

    (56)Awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom setgħat anċillari sabiex tiġi żgurata l-effettività tat-trasferiment tal-ishma jew l-istrumenti tad-dejn u l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet. Dawk is-setgħat għandhom jinkludu s-setgħa li jitneħħew id-drittijiet ta' partijiet terzi mill-istrumenti jew l-assi trasferiti, is-setgħa li jiġu infurzati l-kuntratti u li jiġi provdut għall-kontinwità tal-arranġamenti vis-à-vis ir-reċipjent tal-assi u l-ishma trasferiti. Madankollu d-drittijiet tal-impjegati li jtemmu kuntratt ta’ impjieg ma għandhomx jiġu affettwati. Lanqas ma għandu jiġi affettwat id-dritt ta’ parti li ttemm kuntratt għal raġunijiet oħra minn barra s-sempliċi sostituzzjoni tal-istituzzjoni li qed tfalli ma' istituzzjoni ġdida. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom ukoll is-setgħat anċillari li jirrikjedu li l-istituzzjoni reżidwa, li qed tiġi stralċjata taħt proċedura normali ta’ insolvenza, tipprovdi s-servizzi meħtieġa sabiex l-istituzzjoni li lilha ġew trasferiti assi jew ishma permezz tal-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, tkun tista’ topera n-negozju tagħha.

    (57)Skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-partijiet konċernati għandhom id-dritt għal proċess xieraq u li jkollhom rimedju effettiv kontra l-miżuri li jaffettwawhom. Għalhekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja. Madankollu, billi din id-Direttiva hija intenzjonata li tkopri sitwazzjonijiet ta’ urġenza estrema, u billi s-sospensjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jfixklu l-kontinwità tal-funzjonijiet essenzjali, huwa neċessarju li jiġi pprovdut li t-tressiq ta’ kwalunkwe applikazzjoni għal reviżjoni interim u kwalunkwe ordni tal-qorti ma tistax tissospendi l-infurzar tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni. Madankollu, sabiex jiġu protetti terzi persuni li jkunu xtraw assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni bis-saħħa tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet u biex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, l-analiżi ġudizzjarja ma għandha taffettwa l-ebda att amministrattiv u/jew tranżazzjoni konkluża fuq il-bażi tad-deċiżjoni annullata. Rimedji għal deċiżjoni inġusta għandhom għalhekk ikunu limitati għall-għoti ta’ kumpens għad-danni mġarrba mill-persuni affettwati.

    (58)Huwa fl-interess ta’ riżoluzzjoni effiċjenti, u sabiex jiġu evitati l-kunflitti dwar il-ġuriżdizzjoni, li ma tinfetaħ jew titkompla l-ebda proċedura normali ta’ insolvenza għall-istituzzjoni li qed tfalli waqt li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni tagħha jew tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni. Huwa għalhekk utli u meħtieġ li jiġu sospiżi għal perjodu limitat ta’ żmien ċerti obbligi kuntrattwali sabiex l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha ż-żmien tpoġġi fil-prattika l-għodod tar-riżoluzzjoni.

    (59)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, meta jittrasferixxu assi u obbiligazzjonijiet lil akkwirent mis-settur privat jew lill-istituzzjoni tranżitorja, ikollhom perjodu adegwat sabiex jidentifikaw kuntratti li jeħtieġ li jiġu ttrasferiti, huwa xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-drittijiet tal-kontrapartijiet li jagħlqu, jaċċelleraw jew inkella jtemmu kuntratti finazjarji qabel ma jsir it-trasferiment. Din ir-restrizzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu stampa vera tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li qed tfalli, mingħajr il-bidliet fil-valur u l-kamp ta' applikazzjoni li l-eżerċizzju estensiv tad-drittijiet tat-terminazzjoni jkun jinvolvi. Sabiex ma tinterferixxix aktar milli meħtieġ mad-drittijiet kuntrattwali tal-kontropartijiet, ir-restrizzjoni fuq id-drittijiet tat-terminazzjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni, u d-drittijiet għat-terminazzjoni li joriġinaw minn kwalunkwe inadempjenza oħra, inkluża inadempjenza ta’ pagament jew il-ħolqien ta' marġini, għandhom jibqgħu.

    (60)Sabiex jiġu preservati arranġamenti leġittimi fis-suq kapitali fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi assi, drittijiet u obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta’ istituzzjoni li qed tfalli, huwa xieraq li jiġu inklużi salvagwardji sabiex jiġi evitat li jinqasmu obbligazzjonijiet, drittijiet u kuntratti konnessi. Din ir-restrizzjoni fuq prassi magħżula fir-rigward ta' kuntratti konnessi għandha tkun estiża għal kuntratti mal-istess kontraparti koperti minn arranġamenti ta’ garanzija, arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju għat-trasferimenti tat-titoli, arranġamenti ta’ tpaċija, arranġamenti ta' saldu abbażi tal-valur nett u arraġamenti finanzjarji strutturati. Fejn tapplika s-salvagwardja, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu marbuta jittrasferixxu l-kuntratti konnessi kollha fi ħdan arranġament protett, jew iħalluhom kollha fil-bank fallut residwu. Dawn is-salvagwardji għandhom jiżguraw li t-trattament regolatorju tal-kapital ta’ skoperturi koperti minn ftehim tal-kalkolu tal-valur nett għall-finijiet tad-Direttiva 2006/48/KE ma jiġix affettwat.

    (61)Meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom ħsieb li jittrasferixxu sett ta’ kuntratti konnessi, u t-trasferiment ma jistax ikun effettiv fir-rigward tal-kuntratti kollha inklużi fis-sett minħabba li xi drittijiet jew obbligazzjonijiet koperti bil-kuntratti huma rregolati mil-liġi tat-territorju barra l-Unjoni, it-trasferiment ma għandux isir. Kwalunkwe trasferiment bi ksur ta' din ir-regola, għandu jkun null.

    (62)Filwaqt li l-iżgurar li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom l-istess għodod u setgħat għad-dispożizzjoni tagħhom se jiffaċilita azzjoni koordinata fil-każ ta’ falliment ta’ grupp transfruntier, aktar azzjoni tidher meħtieġa sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni u jiġu evitati reazzjonijiet nazzjonali frammentati. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu meħtieġa jikkonsultaw ma’ xulxin u jikkooperaw meta jirriżolvu entitajiet affiljati f’kulleġġi ta' riżoluzzjoni bil-ħsieb li jiftiehmu dwar skema ta’ riżoluzzjoni ta' grupp. Il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu stabbiliti madwar il-qalba tal-kulleġġi superviżuri eżistenti permezz tal-inklużjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, u l-involviment meta xieraq tal-Ministeri tal-Finanzi, għal entitajiet fi grupp. Fil-każ ta’ kriżi, il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni għandu jipprovdi forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni ta' miżuri ta’ riżoluzzjoni.

    (63)Ir-riżoluzzjoni ta’ gruppi transfruntieri għandha ssib bilanċ bejn il-ħtieġa, fuq naħa waħda, għal proċeduri li jqisu l-urġenza tas-sitwazzjoni u jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti, ġusta u fil-ħin għall-grupp kollu u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li titħares l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni differenti għandhom jaqsmu l-fehmiet tagħhom fil-kulleġġ tar-riżoluzzjoni. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni proposti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom ikunu ppreparati u diskussi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali differenti fil-kuntest tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp. Il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jinkorporaw il-fehmiet tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri kollha li fihom huwa attiv il-grupp, sabiex jiffaċilitaw deċiżjonijiet rapidi u konġunti kull fejn possibbli. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp dejjem għandhom iqisu l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp. Dan għandu jiġi żgurat mill-possibbiltà tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru li fih hija stabbilita s-sussidjarja li toġġezzjona għad-deċiżjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-grupp, mhux biss dwar l-adegwatezza tal-azzjonijiet u l-miżuri tar-riżoluzzjoni iżda wkoll minħabba l-ħtieġa li tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja f'dak l-Istat Membru. Kwalunkwe tilwima rigward, fost oħrajn, jekk l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri differenti kollha fejn jopera l-grupp hijiex salvagwardata biżżejjed għandha tiġi solvuta mill-ABE. L-ABE għandha tiżgura b'mod partikolari li d-deċiżjoni finali dwar l-azzjoni tar-riżoluzzjoni li ser tittieħed tqis b'mod xieraq l-interessi tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kollha fil-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp.

    (64)Il-produzzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tiffaċilita riżoluzzjoni koordinata li għandha probabbiltà akbar li twassal l-aħjar riżultat għall-istituzzjonijiet kollha ta' grupp. L-iskema tar-riżoluzzjoni tal-gruppi għandha tiġi proposta mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-gruppi u għandha tkun vinkolanti għall-membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni li ma qablux mal-iskema għandu jkollhom il-possibbiltà li jirreferu l-kwistjoni għand l-ABE. L-ABE għandha jkollha s-setgħa ssolvi n-nuqqas ta' ftehim fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta' jekk azzjoni indipendenti mill-Istat Membru konċernat hijiex meħtieġa għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja nazzjonali, wara li tikkunsidra l-impatt ta’ dik l-azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u l-massimizzazzjoni tal-valur tal-grupp bħala entità sħiħa.

    (65)Bħala parti minn skema tar-riżoluzzjoni tal-grupp, awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu mistiedna japplikaw l-istess għodda għall-entitajiet legali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali ma għandux ikollhom is-setgħa li joġġezzjonaw għal għodod tar-riżoluzzjoni applikati fil-livell tal-grupp li jaqa' fir-responsabbiltà tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-gruppi, bħall-applikazzjoni tal-għodda ta’ bank tranżitorju fil-livell tal-kumpanija prinċipali, il-bejgħ ta’ assi tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, il-konversjoni tad-dejn fil-livell tal-kumpanija prinċipali. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandu jkollhom ukoll is-setgħa li japplikaw l-istituzzjoni ta' bank tranżitorju fil-livell tal-grupp (li jista' jinvolvi, fejn xieraq, arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-piż) sabiex jiġi stabbilizzat il-grupp bħala entità sħiħa. Is-sjieda ta’ sussidjarji tista’ tiġi trasferita lill-bank tranżitorju bil-ħsieb li jinbigħu, jew bħala pakkett jew waħidhom, meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu tajbin. Barra minn hekk, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandu jkollha s-setgħa tapplika l-għodda tal-ippleġġjar intern fil-livell tal-kumpanija prinċipali.

    (66)Riżoluzzjoni effettiva ta’ istituzzjonijiet u gruppi attivi internazzjonalment teħtieġ ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni u awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi. Il-kooperazzjoni se tiġi ffaċilitata jekk ir-reġimi tar-riżoluzzjoni tal-pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq prinċipji u approċċi komuni li qed jiġu żviluppati mill-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja u l-G20. Għal dan il-għan l-ABE għandha tiżviluppa u tidħol f'qafas ta' arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkonkludu arranġamenti bilaterali konformi, sa fejn possibbli, mal-qafas ta' arranġamenti tal-ABE. L-iżvilupp ta’ dawn l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar ta' falliment ta’ ditti globali għandu jkun mezz sabiex jiġu żgurati ppjanar effettiv, teħid ta' deċiżjonijiet u koordinazzjoni fir-rigward ta' gruppi internazzjonali. L-ABE għandha wkoll tiġi fdata bir-rikonoxximent ta' miżuri meħuda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent tal-ABE.

    (67)Għandu jkun hemm kooperazzjoni kemm fir-rigward tas-sussidjarji ta' gruppi mill-Unjoni jew pajjiż terz kif ukoll fir-rigward ta' fergħat ta' istituzzjonijiet fl-Unjoni jew pajjiż terz. Sussidjarji ta' gruppi minn pajjiż terz huma intrapriżi stabbiliti fl-Unjoni u għalhekk huma totalment soġġetti għall-liġi tal-Unjoni, inklużi l-għodod tar-riżoluzzjoni previsti f'din id-Direttiva. Madankollu huwa meħtieġ li l-Istati Membri jżommu d-dritt li japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni wkoll għal fergħat ta' istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiżi terzi, meta r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' proceduri tal-pajjiż terz relatati mal-fergħa jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew meta d-depożituri tal-Unjoni ma jirċivux trattament ugwali bħad-depożituri tal-pajjiż terz. Għal dawn ir-raġunijiet l-ABE għandu jkollha d-dritt, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni, li tirrifjuta r-rikonoxximent ta' proceduri ta' pajjiż terz fir-rigward ta' fergħat fl-Unjoni ta' istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi.

    (68)Hemm ċirkostanzi meta l-effettività tal-għodod tar-riżoluzzjoni applikati tista’ tiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ finanzjament fuq perjodu ta’ żmien qasir għall-istituzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja, il-forniment ta’ garanziji lill-akkwirenti potenzjali, jew il-forniment ta’ kapital lill-istituzzjoni tranżitorja. Minkejja r-rwol ta' banek ċentrali fil-forniment ta' likwidità lis-sistema finanzjarja anke fi żminijiet ta’ stress, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu arranġamenti ta’ finanzjament sabiex jiġi evitat li l-fondi meħtieġa għal dawn l-għanijiet jiġu mill-baġits nazzjonali. Għandha tkun l-industrija finanzjarja, kollha kemm hi, li tiffinanzja l-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja.

    (69)Bħala prinċipju, il-kontribuzzjonijiet għandhom jinġabru mill-industrija qabel kwalunkwe operazzjoni ta’ riżoluzzjoni u indipendentement minnhom. Meta l-finanzjament minn qabel ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri t-telf jew l-ispejjeż imġarrba mill-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament, kontribuzzjonijiet addizzjonali għandhom jinġabru sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispiża jew it-telf addizzjonali.

    (70)Sabiex tintlaħaq massa kritika u biex jiġu evitati effetti proċikliċi li jinħolqu jekk l-arranġamenti ta’ finanzjament kellhom jiddependu biss fuq kontribuzzjonijiet ex post fi kriżi sistemika, huwa indispensabbli li l-mezzi finanzjarji disponibbli ex-ante tal-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament jammontaw għal ċertu livell prestabbilit.

    (71)Sabiex tiġi żgurata kalkolazzjoni ġusta tal-kontribuzzjonijiet u jiġi inċentivat l-operat taħt mudell anqas riskjuż, il-kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta' finanzjament nazzjonali għandhom iqisu l-grad ta' riskju li jieħdu l-istituzzjonijiet ta' kreditu.

    (72)L-iżgurar ta' riżoluzzjoni effettiva ta' istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu fl-Unjoni huwa element essenzjali tal-kompletar tas-suq intern. Il-falliment ta' dawn l-istituzzjonijiet għandu effett mhux biss fuq l-istabbiltà finanzjarja tas-swieq fejn joperaw direttament iżda wkoll fuq is-suq finanzjarju kollu tal-Unjoni. It-tlestija tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji tirrinforza l-interazzjoni bejn is-sistemi finanzjarji nazzjonali differenti. Istituzzjonijiet li joperaw barra l-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom u huma interrelatati ma' xulxin permezz tal-interbank u swieq oħra, essenzjalment huma pan-Ewropej. L-iżgurar tal-finanzjament effettiv tar-riżoluzzjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet b’kundizzjonijiet ugwali madwar l-Istati Membri huwa fl-aħjar interess tal-Istati Membri fejn joperaw kif ukoll tal-Istati Membri kollha inġenerali bħala mezz sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni u jitjieb it-tħaddim tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. L-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament għandu jiżgura li l-istituzzjonijiet kollha li joperaw fl-Unjoni jkunu soġġetti għal arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni ugwalment effettivi u jikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-suq uniku.

    (73)Sabiex tinbena r-reżiljenza tas-Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament, u f'konformità mal-objettiv li jeħtieġ li l-finanzjament għandu jiġi primarjament mingħand l-industrija minflok mill-baġits pubbliċi, f'każ ta' bżonn l-arranġamenti nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jisselfu mingħand xulxin.

    (74)Filwaqt li l-arranġamenti ta’ finanzjament huma stabbiliti fil-livell nazzjonali, huma għandhom ikunu mutwalizzati fil-kuntest tar-riżoluzzjoni tal-gruppi. Meta azzjoni ta' riżoluzzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun affiljata magħhom, għandhom ikunu responsabbli, sal-ammont ta' depożiti koperti, għal ammont ta' telf li kienu jġarrbu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

    (75)Barra mill-iżgurar tal-iżborz lid-depożituri jew l-aċċess kontinwu għal depożiti koperti, l-Istati Membri għandhom iżommu d-diskrezzjoni li jiddeċiedu jekk l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jistgħux wkoll jintużaw bħala arranġamenti ta' finanzjament ta’ azzjonijiet oħra ta' riżoluzzjoni. Flessibilità bħal din ma għandiex tintuża b'mod li jipperikola l-finanzjament tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jew il-funzjoni li tiggarantixxi l-iżborż tad-depożiti koperti.

    (76)F’każ li d-depożiti jiġu trasferiti lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni ta’ kreditu, id-depożituri ma għandhomx jiġu assigurati lil hinn mil-livell ta' kopertura prevista fid-Direttiva 94/19/KE. Għalhekk pretensjonijiet fir-rigward ta’ depożiti li jibqgħu fl-istituzzjoni ta’ kreditu taħt riżoluzzjoni għandhom jiġi limitati għad-differenza bejn il-fondi trasferiti u l-livell ta' kopertura previst mid-Direttiva 94/19/KE. Meta d-depożiti trasferiti jkunu superjuri mil-livell ta’ kopertura, id-depożituri ma għandu jkollu l-ebda pretensjoni kontra l-iskema ta' garanzija tad-depożiti fir-rigward tad-depożiti li jibqgħu fl-istituzzjoni ta' kreditu taħt riżoluzzjoni.

    (77)L-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ finanzjament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament stabbilita f’din id-Direttiva għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-użu tal-fondi disponibbli fil-livell nazzjonali għal riżoluzzjoni.

    (78)Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korp b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ABE tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jinvolvux alternattivi politiċi, biex jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.

    (79)Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppat mill-ABE permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    (80)Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex: tispeċifika d-definizzjonijiet ta’ “funzjonijiet kritiċi"u "linji ta' negozju ewlenin”, tispeċifika ċ-ċirkustanzi meta istituzzjoni tkun qed tfalli jew probabbli tfalli, tispeċifika ċ-ċirkustanzi meta l-għodda tas-separazzjoni tal-assi għandha tiġi applikata, tispeċifika l-kriterji għad-determinazzjoni tal-ammont minimu eleġibbli ta' obbligazzjonijiet eleġibbli minn istituzzjonijiet għall-fini tal-għodda tal-ippleġġjar intern, tispeċifika ċ-ċirkostanzi meta, fl-applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern, ishma eżistenti għandhom jiġu kkanċellati u obbligazzjonijiet għandhom jiġu kkonvertiti f'ishma, tispeċifika ċ-ċirkustanzi meta proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti, tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet li fihom il-livell fil-mira ta' arranġamenti finanzjarji għandu jitqies li ddevja b'mod sinifikanti mil-livell inizjali, tadotta kriterji mmirati lejn l-aġġustament tal-kontribuzzjonijet lill-arranġamenti ta' finanzjament għall-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, tiddefinixxi obbligi mmirati lejn li jiżguraw pagament effettiv tal-kontribuzzjonijiet lill-arranġamenti ta' finanzjament u tispeċifika l-kundizzjonijiet għal self reċiproku bejn l-arranġamenti ta' finanzjament nazzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

    (81)Huwa xieraq li f'ċerti każijiet l-ABE l-ewwel tippromwovi l-konverġenza tal-prassi tal-awtoritajiet nazzjonali permezz ta’ linji gwida u fi stadju aktar tard, fuq il-bażi tal-konverġenza li tiżviluppa fl-applikazzjoni tal-linji gwida tal-ABE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati.

    (82)Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrasmetti l-informazzjoni dwar id-dokumenti relevanti minn kmieni u kontinwament lill-Parlament u lill-Kunsill.

    (83)Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom xahrejn mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att iddelegat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu jistgħu jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni.

    (84)Fid-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, il-Konferenza ħadet nota tal-ħsieb tal-Kummissjoni li tkompli tikkonsulta mal-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ atti ddelegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f’konformità mal-prassi stabbilita tagħha.

    (85)Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tiġi fdata bl-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni.

    (86)Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu 27 tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar fl-Istati Membri kollha ta' deċiżjonijiet dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat fi Stati Membri oħra għajr dawk li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom; Dik id-direttiva tiżgura li l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-istituzzjoni ta’ kreditu, irrispettivament minn liema pajjiż jinsabu fih, jiġu trattati fi proċess uniku fl-Istat Membru tad-domiċilju u li kredituri fl-Istati ospitanti jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-kredituri fl-Istat Membru tad-domiċilju; sabiex tinkiseb riżoluzzjoni effettiva, id-Direttiva 2001/24/KE għandha tapplika ukoll fil-każ tal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni kemm meta dawn l-istrumenti jiġu applikati għal istituzzjonijiet ta' kreditu u kif ukoll meta jiġu applikati għal entitajiet oħra koperti mir-reġim tar-riżoluzzjoni; Għalhekk, id-Direttiva 2001/24/KE għandha tiġi emendata kif inhu xieraq.

    (87)Id-direttivi tal-Unjoni dwar il-liġi tal-kumpaniji jinkludu regoli mandatorji għall-protezzjoni tal-azzjonisti u l-kredituri ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn id-direttivi. F’sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jeħtieġ jaġixxu b’mod rapidu, dawn ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni effettiva tagħhom u l-użu ta’ għodod u setgħat tar-riżoluzzjoni u derogi għandhom jiġu previsti. Sabiex tiġi garantita ċertezza legali massima għall-partijiet interessati, id-derogi għandhom jiġu definiti b’mod ċar u strett, u għandhom jintużaw biss fl-interess pubbliku u meta jiġu ssodisfati l-iskattaturi tar-riżoluzzjoni. L-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni jissoponi li l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva huma rispettati.

    (88)It-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti 28 , fiha regoli dwar id-dritt tal-azzjonisti li jiddeċiedu dwar iż-żieda u t-tnaqqis fil-kapital, dwar id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fi kwalunkwe ħruġ ta' ishma ġodda għal korrispettiv ta’ flus, dwar il-protezzjoni tal-kredituri f'każ ta' tnaqqis kapitali u konvokazzjoni ta' laqgħa tal-azzjonisti f'każ ta' telf serju ta' kapital. Dawn ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni rapida tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u għandhom jingħataw derogi minnhom.

    (89)Id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata 29 , tistabbilixxi regoli fost l-oħrajn dwar l-approvazzjoni ta’ fużjonijiet mil-laqgħa ġenerali ta’ kull waħda mill-kumpaniji li jkunu qed jiġu fużi, dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-abbozz tat-termini tal-fużjoni, rapport mill-maniġment u rapport tal-esperti, u dwar il-protezzjoni tal-kredituri. Is-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b`responsabbiltà pubblika limitata 30 fiha regoli simili dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b`responsabbiltà pubblika limitata. Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transfruntieri ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata 31 tipprovdi għal regoli korrispondenti dwar fużjonijet transfruntieri ta' kumpaniji b' responsabbiltà limitata. Deroga minn dawk id-direttivi għandha tiġi provduta sabiex tiġi permessa azzjoni rapida mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

    (90)Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri 32 tistabbilixxi obbligu għat-tnedija ta’ offerta mandatorja ta’ xiri fuq l-ishma kollha tal-kumpanija għall-prezz ekwitabbli, kif definit fid-direttiva, jekk xi ħadd jakkwista, direttament jew indirettament u waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, ċertu perċentwali ta' ishma ta' dik il-kumpanija, li jagħtuh kontroll ta' dik il-kumpanija u huwa definit mil-liġi nazzjonali. L-għan tar-regola tal-offerta mandatorja huwa li jiġu protetti azzjonisti f’minoranza f’każ ta' bdil fil-kontroll. Madankollu, il-prospett ta’ dan l-obbligu għali jista’ jiskoraġġixxi investituri possibbli fl-istituzzjoni affettwata, b’hekk jagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jagħmlu użu mis-setgħat tar-riżoluzzjoni kollha tagħhom. Għandha tiġi provduta deroga mir-regola tal-offerta mandatorja, sal-punt meħtieġ għall-użu tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, filwaqt li wara l-perjodu tar-riżoluzzjoni r-regola tal-offerta mandatorja għandha tiġi applikata lil kull min jakkwista kontroll fl-istituzzjoni affettwata.

    (91)Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati 33 , jipprevedi drittijiet proċedurali tal-azzjonijisti relatati għal-laqgħa ġenerali. Id-Direttiva 2007/36/KE tistipula fost affarijiet oħra l-perjodu minimu biex tissejjaħ laqgħa ġenerali u l-kontenut tas-sejħa. Dawn ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni rapida tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u għandha tiġi provduta deroga mid-direttiva. Qabel ir-riżoluzzjoni jista’ jkun hemm ħtieġa għal żieda rapida fil-kapital meta l-istituzzjoni ma tissodisfax jew x’aktarx li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u żieda fil-kapital x’aktarx li tirrestawra s-sitwazzjoni finanzjarja u tevita sitwazzjoni fejn il-kundizzjoni tal-limitu għar-riżoluzzjoni tiġi ssodisfata. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, għandha tiġi prevista possibbiltà li tissejjaħ laqgħa ġenerali f’perjodu ta' konvokazzjoni mqassar. Madankollu, l-azzjonisti għandhom iżommu s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar iż-żieda u dwar it-tqassir tal-perjodu biex tissejjaħ laqgħa ġenerali. Għandha tiġi provduta deroga mid-Direttiva 2007/36/KE għall-istabbiliment ta’ dan il-mekkaniżmu.

    (92)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni jkunu rappreżentati fis-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru°1093/2010 u biex jiġi żgurat l-ABE jkollha l-kompetenza meħtieġa biex twettaq il-kompiti previsti f’din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni kif definit f'din id-Direttiva, fil-kunċett ta' awtoritajiet kompetenti stabbilit f'dak ir-Regolament. Tali assimilazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament Nru 1093/2010 hija konsistenti mal-funzjonijiet attribwiti lill-ABE skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1093/2010 li tikkontribwixxi u tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp u l-koodinazzjoni ta' pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u li timmira lejn il-faċilitazzjoni tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li qed ifallu u partikolarment ta' gruppi transfruntieri.

    (93)Sabiex tiġi żgurata l-konformità mill-istituzzjonijiet, dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju tagħhom u l-membri tal-korp maniġerjali tal-istituzzjonijiet bl-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva u sabiex jiġi żgurat li jkunu soġġetti għall-istess trattament fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu għal sanzjonijiet u miżuri amministrattivi li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Għaldaqstant, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi stabbilti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, il-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati meta japplikaw sanzjoni jew miżura, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet jew tal-miżuri, is-setgħat ta’ sanzjonar ewlenin u l-livelli ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi.

    (94)Din id-Direttiva tkopri kemm is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi sabiex tkopri l-azzjonijiet kollha applikati wara li titwettaq vjolazzjoni, u li jkunu maħsuba sabiex jipprevjenu aktar vjolazzjonijiet, irrispettivament mill-kwalifika tagħhom bħala sanzjoni jew miżura taħt il-liġi nazzjonali.

    (95)Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġi ta’ Stat Membru b'rabta ma' sanzjonijiet kriminali.

    (96)Skont id-Dikjarazzjoni tal-Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar dokumenti ta' spjegazzjoni 34 , l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta' tali dokumenti bħala waħda ġustifikata.

    (97)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġudizzjarju ġust u d-dritt għal difiża.

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    TITOLU I

    KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U AWTORITAJIET

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, tas-segwenti:

    (a)istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment;

    (b)istituzzjonijiet finanzjarji meta l-istituzzjoni finanzjarja hija sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ta' ditta ta' investiment, jew ta' kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) u hija koperta mis-superviżjoni tal-impriża prinċipali fuq bażi konsolidata skont is-Subtaqsima I tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (c)kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarji mħallta, kumpaniji b'parteċipazzjoni b'attività mħallta;

    (d)kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fl-Unjoni, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni;

    (e)fergħat ta' istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom lil hinn mill-Unjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:

    (1)"riżoluzzjoni" tfisser ir-ristrutturazzjoni ta’ istituzzjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tagħha, tiġi priżervata stabbiltà finanzjarja, u tiġi restawrata l-vijabbiltà ta' dik l-istituzzjoni kollha jew ta' parti minnha;

    (2)'istituzzjoni ta’ kreditu' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (3)"ditta ta' investiment" tfisser ditta ta' investiment kif definita fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali speċifikat fl-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva;

    (4)'istituzzjoni finanzjarja' tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (5)'sussidjarja' tfisser sussidjarja kif definit fl-Artikolu 4(13) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (6)'impriża prinċipali' tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 4(12) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (7)“bażi kkonsolidata” tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-grupp soġġett għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont is-Subtaqsima I tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE jew subkonsolidazzjoni skont l-Artikolu 73(2) ta' dik id-Direttiva;

    (8)'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja' tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu, jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, fejn għall-inqas waħda minn dawn is-sussidjarji tkun istituzzjoni, u li ma tkunx kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;

    (9)'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;

    (10)'kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta kif definita fl-Artikolu 4(20) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew kumpanija b'parteċipazzjoni b’attività mħallta kif definita fl-Artikolu 3(3(b) tad-Direttiva 2006/49/KE;

    (11)'kumpanija b'parteċipazzjoni finazjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finazjarja li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew ta' kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mwaqqfa fi Stat Membru;

    (12)'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fl-Unjoni’ tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali li mhijiex sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta oħra mwaqqfa fi kwalunkwe Stat Membru;

    (13)‘kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta' kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew ta' kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mwaqqfa fl-istess Stat Membru;

    (14)‘kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni’ tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja oħra jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta stabbilta fi kwalunkwe Stat Membru;

    (15)'għanijiet ta’ riżoluzzjoni' tfisser l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 26(2);

    (16)'fergħa' tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (17)'awtorità ta’ riżoluzzjoni' tfisser awtorità nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 3;

    (18)'għodda ta’ riżoluzzjoni' tfisser l-għodda ta' bejgħ ta’ negozju, l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja, l-għodda tas-separazzjoni tal-assi jew l-għodda tal-ippleġġjar intern;

    (19)'setgħa ta’ riżoluzzjoni' tfisser setgħa kif imsemmija fl-Artikolu 56(1);

    (20)'awtorità kompetenti' tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/48/KE jew kif definita fl-Artikolu 3(3)(c) tad-Direttiva 2006/49/KE;

    (21)'ministeri kompetenti' tfisser il-ministeri tal-finanzi jew ministeri oħra responsabbli għal deċiżjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u baġitarji skont il-kompetenzi nazzjonali;

    (22)‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika u impriża;

    (23)'istituzzjoni' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment;

    (24)"maniġment" tfisser persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (25)'grupp' tfisser impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

    (26)'għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja' tfisser Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tiġi pprovduta sabiex tiġi ppreservata jew irrestawrata l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' istituzzjoni;

    (27)'entità fi grupp' tfisser entità legali li hija parti minn grupp;

    (28)'pjan ta’ rkupru' tfisser pjan imfassal u mantenut minn istituzzjoni skont l-Artikolu 5;

    (29)'funzjonijiet kritiċi' tfisser dawk l-attivitajiet, servizzi u operati li t-twaqqif tagħhom x’aktarx jirriżulta fi tfixkil tal-ekonomija ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew tas-swieq finanzjarji tiegħu/tagħhom;

    (30)'linji ta' negozju ewlenin' tfisser linji tan-negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sors materjali ta' dħul, profitt jew valur tal-franchise għal istituzzjoni;

    (31)'is-superviżur li jikkonsolida' tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata kif definit fl-Artikolu 4(48) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (32)'fondi proprji' tfisser fondi proprji fi ħdan it-tifsira tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (33)'kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni' tfisser il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 27(1);

    (34)'azzjoni ta’ riżoluzzjoni' tfisser id-deċiżjoni li istituzzjoni titpoġġa taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 27. l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni, jew l-eżerċizzju ta' setgħa waħda jew aktar ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni;

    (35)'pjan ta’ riżoluzzjoni' tfisser pjan imfassal għal istituzzjoni mill-awtorità rilevanti tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9;

    (36)"riżoluzzjoni ta' grupp" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)it-teħid ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata, jew

    (b)il-koordinazzjoni tal-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta' setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet fi grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;

    (37)'pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp' tfisser pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imfassal skont l-Artikoli 11 u 12;

    (38)'awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp' tfisser l-awtorità tar-riżoluzzjoni fl-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur li jikkonsolida;

    (39)'kulleġġ ta' riżoluzzjoni' tfisser kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 80 sabiex iwettaq il-kompiti meħtieġa mill-Artikoli 12, 13 u 83;

    (40)'proċeduri normali ta' insolvenza' tfisser il-proċeduri kollettivi ta' insolvenza li jinvolvu divestiment parzjali jew totali ta' debitur u l-ħatra ta' likwidatur, normalment applikabbli għal istituzzjonijiet skont il-liġi nazzjonali u, jew speċifiċi għal dawn l-istituzzjonijiet jew ġeneralment applikabbli għal kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika;

    (41)"strumenti ta' dejn" imsemmija fil-punti (d), (i), (l) u (m) tal-Artikolu 56 tfisser bonds u forom oħra ta' dejn trasferibbli, kwalunkwe strument li joħloq jew jirrikonoxxi dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta’ dejn;

    (42)'istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru kif definit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru kif definit fl-Artikolu 3(f) tad-Direttiva 2006/49/KE;

    (43)'istituzzjoni prinċipali fl-Unjoni' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-Unjoni kif definit fl-Artikolu 4(16) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew ditta ta’ investiment prinċipali fl-Unjoni kif definit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2006/49/KE;

    (44)'rekwiżiti ta' fondi proprji' tfisser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (45)'kulleġġi ta' superviżjoni' tfisser kulleġġ tas-superviżuri stabbiliti skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (46)'il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni' tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u regolamenti magħmula jew adottati skont l-Artikolu 107 jew l-Artikolu 106(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    (47)'stralċ' tfisser realizzazzjoni ta' assi ta' istituzzjoni;

    (48)'għodda tas-separazzjoni tal-assi' tfisser it-trasferiment mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun qed teżerċita s-setgħa ta' trasferiment ta' assi u d-drittijiet ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni lejn vettura tal-immaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 36;

    (49)'għodda tal-ippleġġjar intern' tfisser l-eżerċizzju, minn awtorità tar-riżoluzzjoni, tas-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konversjoni fir-rigward ta' obbligazzjonijet ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 37

    (50)'għodda ta' bejgħ ta' negozju' tfisser it-trasferiment, mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, ta’ strumenti tas-sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni lil akkwirent li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 32;

    (51)'għodda tal-istituzzjoni tranżitorja' tfisser is-setgħa ta' trasferiment tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni lejn istituzzjoni tranżitorja f'konformità mal-Artikolu 34;

    (52)'istituzzjoni tranżitorja' tfisser entità ġuridika li hi kompletament propjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar (li jistgħu jinkludu l-awtorità ta' riżoluzzjoni) u li tinħoloq għall-fini li tirċievi l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bil-ħsieb li twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha kollha jew xi wħud minnhom;

    (53)'strumenti ta’ sjieda' tfisser ishma, strumenti li jagħtu s-sjieda f’assoċjazzjonijiet reċiproċi, strumenti li jistgħu jiġu konvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta’ sjieda, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f’ishma jew strument ta’ sjieda;

    (54)'setgħat ta' trasferiment' tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 56(1) li jiġu trasferiti ishma, strumenti oħra ta' sjieda, strumenti ta' dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunke kombinazzjoni ta' dawn l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal għand benefiċjarju;

    (55)‘kontroparti ċentrali’ tfisser entità ġuridika li tidħol bejn il-kontropartijiet għal kummerċ fi ħdan suq finanzjarju jew aktar, u li ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej;

    (56)"derivattivi", tfisser strument finanzjarju elenkat fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C, tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 35 ;

    (57)'is-setgħat ta' tniżżil fil-valur u konversjoni' tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56(1);

    (58)"obbligazzjonijiet ggarantiti", tfisser obbligazzjoni fejn id-dritt tal-kreditur għall-ħlas huwa ggarantit bi gravami fuq l-assi, pleġġ jew rahan, jew arranġamenti kollaterali inklużi obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' riakkwist u arranġamenti oħra ta' trasferiment ta' kollateral;

    (59)'Strumenti addizzjonali tal-Grad 1' tfisser strumenti kapitali li jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 57(ca) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (60)"ammont aggregat" tfisser l-ammont aggregat li għalih l-awtorità ta' riżoluzzjoni vvalutat li l-obbligi eliġibbli jridu jitniżżlu 'l isfel jew ikkonvertiti, skont l-Artikolu 41(1);

    (61)'Strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni' tfisser strumenti kapitali li jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 57(a) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (62)'obbligazzjonijiet eliġibbli' tfisser l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda tat-tniżżil fil-valur bis-saħħa tal-Artikolu 38(2);

    (63)"skema ta' garanzija tad-depożiti" tfisser skema ta’ garanzija tad-depożiti introdotta u uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/19/KE;

    (64)'Strumenti tal-Grad 2' tfisser strumenti kapitali li jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 56(f) u (h) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (65)'strumenti kapitali rilevanti' għall-fini tat-Taqsimiet 5 u 6 tal-Kapitolu III tat-Titolu IV, tfisser strumenti tal-Grad 1 u strumenti tal-Grad 2 Addizzjonali;

    (66)'ir-rata ta' konverżjoni', tfisser il-fattur li jiddetermina l-għadd ta’ ishma ordinarji li fih obbligazzjoni ta' klassi speċifika se tiġi kkonvertita, b’riferenza jew għal strument uniku tal-klassi inkwistjoni jew għal unità speċifika tal-valur tal-pretensjoni ta' debitu.

    (67)'kreditur affettwat' tfisser kreditur li l-pretensjoni tiegħu tirrelata ma' obbligazzjoni li ġiet imnaqqsa jew ikkonvertita f'ishma permezz tal-eżerċizzju tas-setgħa ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni;

    (68)'azzjonist affettwat' tfisser azzjonist li l-ishma tiegħu ġew ikkanċellati permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 56(1);

    (69)'awtorità xierqa', tfisser l-awtorità tal-Istat Membru, identifikata skont l-Artikolu 54 li hija responsabbli skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat biex twettaq id-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 51(1);

    (70)'istituzzjoni prinċipali rilevanti" tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, istituzzjoni prinċipali fl-Unjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fl-Unjoni, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fi Stat Membru, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fl-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tiġi applikata l-għodda tal-ippleġġjar intern;

    (71)'benefiċjarju' tfisser l-entità li lilha jiġu trasferiti l-ishma, strumenti oħra ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawk l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (72)'jum ta' negozju' ifisser kwalunkwe jum ieħor għajr is-Sibt, il-Ħadd u kwalunkwe jum li huwa vaganza pubblika fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni;

    (73)'id-dritt tat-terminazzjoni' tfisser dritt li jiġi terminat kuntratt f'każ ta’ inadempjenza kif definit fil-kuntratt jew għall-finijiet tal-kuntratt, u jinkludi kwalunkwe dritt relatat sabiex jaċċellera, jagħlaq, ipaċi jew iġib għall-valur nett obbligazzjonijiet jew kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligazzjoni ta’ parti għall-kuntratt sabiex isir ħlas;

    (74)'istituzzjoni taħt riżoluzzjoni" tfisser istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fl-Unjoni, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fi Stat Membru, jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fl-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni;

    (75)'istituzzjoni sussidjarja domestika' tfisser istituzzjoni li hija stabbilita fi Stat Membru li hija sussidjarja ta' istituzzjoni minn pajjiż terz jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja;

    (76)'impriża prinċipali fl-Unjoni' tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fl-Unjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni;

    (77)'istituzzjoni min pajjiż terz' tfisser entità, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f’pajjiż terz, li hija awtorizzata jew liċenzjata taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz biex twettaq kwalunkwe mill-attività elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2006/48/KE jew tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

    (78)'proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz' tfisser azzjoni taħt il-liġi ta' pajjiż terz biex jiġi mmaniġġjat il-falliment ta' istituzzjoni minn pajjiż terz li hija komparabbli, f'termini ta' riżultati, għal azzjonijiet ta' riżoluzzjoni skont din id-Direttiva;

    (79)'fergħa domestika' tfisser fergħa ta' istituzzjoni minn pajjiż terz li hija stabbilita fi Stat Membru;

    (80)'l-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti' tfisser awtorità responsabbli ta' pajjiż terz biex twettaq funzjonijiet kumparabbli ma' dawk tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;

    (81)'arranġament ta' finanzjament tal-gruppi' tfisser l-arranġament finanzjarju jew l-arranġamenti tal-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-gruppi;

    (82)'tranżazzjoni spalla ma' spalla' tfisser tranżazzjoni li ssir bejn żewġ entitajiet fi grupp għall-fini tat-trasferiment, kollu jew parzjali, tar-riskju ġġenerat minn tranżazzjoni oħra li ssir bejn waħda minn dawk l-entitajiet fi grupp u parti terza;

    (83)'garanzija intragrupp' tfisser kuntratt li permezz tiegħu entità fi grupp tiggarantixxi l-obbligazzjonijiet ta’ entità oħra fil-grupp lil parti terza.

    Fejn din id-Direttiva tirreferi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom, għall-fini ta' dak ir-Regolament, jiġu kkunsidrati bħala awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex tispeċifika d-definizzjonijiet ta’ "funzjonijiet kritiċi" u "linji ta' negozju ewlenin" previsti fil-punti (29) u (30) sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Nomina ta’ awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni

    1.Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità tar-riżoluzzjoni waħda jew aktar li jkollhom is-setgħa japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni.

    2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jkunu l-awtoritajiet kompetenti mis-superviżjoni għall-finijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, banek ċentrali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika, jekk l-Istati Membri jadottaw regoli u arranġamenti meħtieġa sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess bejn il-funzjonijiet ta' superviżjoni taħt id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE jew il-funzjonijiet l-oħra tal-awtorità rilevanti u l-funzjonijiet tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni skont din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti, banek ċentrali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika oħra jkun hemm separazzjoni bejn il-funzjoni ta' riżoluzzjoni u ta' superviżjoni jew funzjonijiet oħra tal-awtorità rilevanti.

    4.Fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2006/48/KE huma entitajiet separati, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni.

    5.Fejn l-awtorità nnominata skont il-paragrafu 1 mhijiex il-ministeru kompetenti fi Stat Membru, kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità nnominata skont din id-Direttiva għandha tittieħed f’konsultazzjoni mal-ministeru kompetenti.

    6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet innominati skont il-paragrafu 1 għandhom il-kompetenza, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali sabiex japplikaw il-miżuri tar-riżoluzzjoni, u jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bir-rapidità u l-flessibbiltà li hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

    7.Fejn Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità waħda sabiex tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni, għandu jalloka l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet b’mod ċar bejn dawn l-awtoritajiet, jiżgura l-koordinazzjoni adegwata bejniethom u jinnomina awtorità unika bħala awtorità ta' kuntatt għall-finijiet tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stati Membri oħra.

    8.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) bl-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali maħtura bħala l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtorità ta' kuntatt u, fejn rilevanti, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-ABE għandha tippubblika l-lista ta’ dawk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

    TITOLU II

    PREPARAZZJONI

    Kapitolu I

    Ippjanar għall-Irkupru u r-Riżoluzzjoni

    Taqsima 1

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 4

    Obbligi ssimplifikati għal ċerti istituzzjonijiet

    1.Wara li jqisu l-impatt li l-falliment tal-istituzzjoni jista' jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, id-daqs tagħha jew l-interkonnettività tagħha ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kundizzjonijiet tal-finanzjament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw safejn dan li ġej japplika għal istituzzjonijiet:

    (a)il-kontenut u dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 5, 7, 9 u 11;

    (b)il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa mingħand l-istituzzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5(5), u l-Artikoli 10 u 11;

    2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex tispeċifika l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, għall-valutazzjoni, skont il-paragrafu 1, tal-impatt ta' falliment ta' istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament.

    3.L-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw l-ABE dwar il-mod kif applikaw ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 fuq l-istituzzjonijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2018 l-aktar tard dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1. Partikolarment l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni jekk jeżistux diverġenzi dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ dak ir-rekwiżit.

    Taqsima 2

    Ippjanar tal-Irkupru

    Artikolu 5

    Pjanijiet ta’ rkupru

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni tfassal u jkollha pjan ta’ rkupru li jipprovdi, permezz tal-miżuri meħuda mill-maniġment tal-istituzzjoni jew minn entità fi grupp, biex tiġi restawrata l-qagħda finanzjarja tagħha wara deterjorazzjoni sinifikanti. Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jiġu kkunsidrati bħala arranġament ta' governanza skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2006/48/KE.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom tal-anqas darba fis-sena jew wara bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li jista’ jkollha effett materjali fuq il-pjan ta’ rkupru jew teħtieġ bidla fih. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta' spiss.

    3.Il-pjanijiet ta' rkupru ma għandhomx jassumu li ser ikollhom aċċess, jew li se jirċievu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja iżda għandhom jinkludu, fejn applikabbli, analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista' tapplika għall-użu ta' faċilitajiet tal-bank ċentrali f’kundizzjonijiet ta’ stress u għall-kollateral disponibbli.

    4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ rkupru jinkludu l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness.

    5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jinkludu fil-pjanijiet ta’ rkupru kundizzjonijiet xierqa u proċeduri biex jiżguraw l-implimentazzjoni fil-waqt ta’ azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ alternattivi ta’ rkupru. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti jittestjaw il-pjanijiet ta' rkupru f'firxa ta' xenarji ta' stress finanzjarju li tvarja fil-gravità, inklużi avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, stress speċifiku għall-entità legali u stress mifrux mal-grupp kollu. 

    6.L-ABE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), għandha abbozz ta' standards tekniċi li jispeċifikaw il-firxa ta' xenarji li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    7.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 4.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 6

    Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru

    1.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jissottomettu l-pjanijiet ta’ rkupru lill-awtoritajiet kompetenti għal analiżi.

    2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrivedu dawk il-pjanijiet u jivvalutaw il-punt safejn kull pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-kriterji li ġejjin:

    (a)huwa probabbli li l-implimentazzjoni tal-arranġamenti proposti fil-pjan tirrestawra l-vijabbiltà u s-sodezza finanzjarja tal-istituzzjoni, fil-waqt li jitqiesu l-miżuri preparatorji li tkun ħadet l-istituzzjoni jew li tkun ippjanat li tieħu;

    (b)il-pjan jew l-alternattivi speċifiċi jistgħu jiġu implimentati effettivament f’sitwazzjonijiet ta’ stress finanzjarju u mingħajr ma jikkawżaw kwalunkwe effett ħazin fuq is-sistema finanzjarja, inkluż fil-każ li istituzzjonijiet oħra jkunu implimentaw pjanijiet ta’ rkupru fl-istess perjodu ta' żmien.

    3.Fejn l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li hemm defiċjenzi fil-pjan ta’ rkupru jew impedimenti potenzjali għall-implimentazzjoni tiegħu, għandhom jinnotifikaw lill-istituzzjoni bil-valutazzjoni tagħhom u jeħtieġu li l-istituzzjoni tissottometti, fi żmien tliet xhur, pjan rivedut li juri kif dawk id-defiċjenzi jew impedimenti ġew indirizzati.

    4.Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ rkupru rivedut, jew jekk l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-pjan ta’ rkupru rivedut ma jirrimedjax b’mod adegwat id-defiċjenzi u l-impedimenti potenzjali identifikati fil-valutazzjoni oriġinali tagħha, l-awtorità kompetenti għandha teħtieġ li l-istituzzjoni tieħu kwalunkwe miżura li tikkunsidra meħtieġa biex jiġi żgurat li jitneħħew id-defiċjenzi jew l-impedimenti. Flimkien mal-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa skont l-Artikolu 136 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b'mod partikolari, jeħtieġu li l-istituzzjoni tieħu azzjonijiet sabiex:

    (a)tiffaċilita tnaqqis tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

    (b)tippermetti miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni f’waqthom;

    (c)twettaq tibdil fl-istrateġija tad-ditta;

    (d)twettaq tibdil fl-istrateġija tal-finanzjament sabiex titjieb ir-reżiljenza tal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

    (e)twettaq tibdil fl-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni.

    5.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kwistjonijiet li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 7

    Pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali jew l-istituzzjonijiet li huma soġġetti għas-superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE jfasslu u jissottomettu għand is-superviżur li jikkonsolida pjan ta’ rkupru tal-grupp li jinkludi pjan ta’ rkupru għall-grupp kollu, inkluż għal kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d), kif ukoll pjan ta’ rkupru għal kull istituzzjoni li hija parti mill-grupp.

    2.Is-superviżur li jikkonsolida għandu jittrażmetti l-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u lill-ABE.

    3.Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jimmira għall-istabbilizzazzjoni tal-grupp inġenerali, jew kwalunkwe istituzzjoni tal-grupp, meta tkun f’sitwazzjoni ta’ stress sabiex jindirizza jew ineħħi l-kawżi tal-istress u jirrestawra s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp jew l-istituzzjoni inkwistjoni.

    Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jinkludi arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni u l-konsistenza ta’ miżuri li jridu jittieħdu fil-livell tal-impriża prinċipali jew tal-istituzzjoni rilevanti soġġetta għas-superviżjoni konsolidata, u fil-livell tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d) kif ukoll il-miżuri li jridu jittieħdu fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali.

    4.Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jinkludi għall-grupp kollu kemm hu u għal kull waħda mill-entitajiet tiegħu l-elementi u l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 5. Għandu jinkludi wkoll, fejn applikabbli, arranġamenti għal għajnuna finanzjarja possibbli fi ħdan l-istess grupp adottata skont kwalunkwe ftehim għal għajnuna finanzjarja tal-grupp li jkun ġie konkluż skont l-Artikolu 16.

    5.Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiżgura li l-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata msemmija fil-paragrafu 1 tipprovdi firxa ta’ alternattivi ta’ rkupru li jistabbilixxu l-azzjonijiet biex jindirizzaw dawk ix-xenarji previsti fl-Artikolu 5(5). 

    Għal kull wieħed mix-xenarji, il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jidentifika jekk hemmx ostakli għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-irkupru fi ħdan il-grupp, u jekk hemmx impedimenti prattiċi jew legali sustanzjali għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew ir-ripagament ta’ obbligazzjonijiet jew assi fi ħdan il-grupp.

    6.Il-korp maniġerjali tal-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali, soġġetta għal superviżjoni konsolidata msemmija fil-paragrafu 1 u l-korp maniġerjali ta’ istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp għandhom japprovaw l-pjan ta' rkupru tal-grupp qabel ma jissottomettuh għand is-superviżur tal-konsolidazzjoni.

    Artikolu 8

    Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

    1.Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu janalizza l-pjan ta’ rkupru tal-grupp, inklużi l-pjanijiet ta’ rkupru għal istituzzjonijiet individwali li huma parti mill-grupp, u jivvaluta kemm jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jwettaq analiżi u valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp, inklużi l-pjanijiet ta’ rkupru għal istituzzjonijiet individwali li huma parti mill-grupp, f’konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE. L-analiżi u l-valutazzjoni skont l-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp u, jekk meħtieġ, it-talba biex jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 6(4) ta’ din id-Direttiva għandu jieħu l-forma ta’ deċiżjonijiet konġunti mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE.

    2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħiliethom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien perjodu ta’ erba’ xhur.

    Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba’ xhur, is-superviżur tal-konsolidazzjoni jista’ jieħu deċiżjoni huwa stess dwar l-analiżi u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp jew il-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 6(4). Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f'dokument li jinkludi d-deċiżjoni ġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-impriża prinċipali tal-istituzzjoni soġġetta għal superviżjoni konsolidata u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

    L-ABE tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    3.Kwalunkwe awtorità kompetenti li ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp jew ma' kwalunkwe azzjoni li l-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali tkun meħtieġa tieħu bħala riżultat ta’ dik il-valutazzjoni skont il-paragrafi 6 u 2 tal-Artikolu 4, tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-kwistjoni ma tistax tiġi riferuta lill-ABE wara t-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

    4.L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar u l-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 3 jiġi ttrattat bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    5.Jekk kwalunkwe awtorità kompetenti tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont il-paragrafu 3, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE. Id-deċiżjoni sussegwenti tas-superviżur tal-konsolidazzjoni għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-ABE.

    Taqsima 3

    Ippjanar ta' Riżoluzzjoni

    Artikolu 9

    Pjanijiet ta' riżoluzzjoni

    1.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jfasslu pjan ta' riżoluzzjoni għal kull istituzzjoni li mhix parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jipprovdi għall-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u kompetenti jistgħu jieħdu meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

    2.Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jikkunsidra firxa ta' xenarji inkluż li l-avveniment ta' falliment jista’ jkun idjosinkratiku jew jista’ jseħħ fi żmien ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha. Il-pjan tar-riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91. 

    3.Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu riveduti, u fejn xieraq aġġornati, mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni jew fin-negozju jew fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha li jista’ jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan.

    4.Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jistipula alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni msemmija fit-Titolu IV lill-istituzzjoni ta’ kreditu. Dan għandu jinkludi:

    (a)sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;

    (b)sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li ġiet preżentata l-aħħar l-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;

    (c)dimostrazzjoni ta’ kif funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozju jistgħu jiġu separati legalment u ekonomikament, sal-punt meħtieġ, mill-funzjonijiet l-oħra sabiex tiġi żgurata kontinwità meta tfalli l-istituzzjoni;

    (d)stima tal-qafas taż-żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

    (e)deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 13;

    (f)deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 14 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b'riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 13;

    (g)deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-potenzjal tal-bejgħ tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin tan-negozju u assi tal-istituzzjoni;

    (h)deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 tiġi aġġornata u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f'kwalunkwe ħin;

    (i)spjegazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar kif l-alternattivi tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta’ xi għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

    (j)deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli;

    (k)deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi;

    (l)analiżi tal-impatt tal-pjan fuq istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-grupp;

    (m)deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi priżervat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra;

    (n)pjan għal komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku.

    5.L-ABE, f’konsultazzjoni mal-BERS, tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika firxa ta’ xenarji fil-każ ta’ falliment għall-finijiet tal-paragrafu 2.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 10

    Informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom is-setgħa jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdulhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitfasslu u jiġu implimentati pjanijiet tar-riżoluzzjoni. B'mod partikolari l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa jitolbu, fost l-oħrajn l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.

    2.L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri rilevanti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni sabiex jivverifikaw jekk hijiex diġà disponibbli l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 jew xi ftit minnha. Fejn din l-informazzjoni hija disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

    3.L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali forniment ta’ informazzjoni.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 11

    Pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni. Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandhom jinkludu kemm pjan ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-impriża jew istituzzjoni prinċipali, soġġetta għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE kif ukoll pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet sussidjarji individwali mfassla skont l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva. Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandhom jinkludu wkoll pjanijiet għar-riżoluzzjoni tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d) u pjanijiet għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet b’fergħat fi Stati Membri oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/24/KE.

    2.Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu jitfassal abbażi tal-informazzjoni provduta skont l-Artikolu 10.

    3.Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu:

    (a)jistipula l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-grupp kollu jew ta' parti mill-grupp, inklużi sussidjarji individwali, kemm permezz ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(d), l-impriża prinċipali u l-istituzzjonijiet sussidjarji u permezz ta' azzjonijiet koordinati ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjonijiet sussidjarji, f'dawk ix-xenarji previsti fl-Artikolu 9(2);

    (b)jeżamina l-punt safejn l-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati u eżerċitati b’mod koordinat għal entitajiet fi grupp li jinsabu fl-Unjoni, inklużi l-miżuri sabiex jiġi faċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp kollu kemm hu, jew linji tan-negozju jew attivitajiet separati li huma provduti minn għadd ta’ entitajiet fi grupp, jew entitajiet partikolari fi grupp, u jidentifikaw kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;

    (c)fejn grupp jinkludi entitajiet inkorporati f’pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi;

    (d)jidentifika miżuri, inklużi s-separazzjoni legali u ekonomika ta’ funzjonijiet partikolari jew linji tan-negozju, li huma meħtieġa sabiex tiġi faċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet tar-riżoluzzjoni;

    (e)jidentifika kif l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jistgħu jiġu ffinanzjati u, fejn xieraq, jistabbilixxi prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn sorsi ta’ finanzjament fi Stati Membri differenti. Il-pjan ma għandu jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91. Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ kriterji ġusti u bilanċjati u għandhom iqisu, b’mod partikolari, l-impatt ekonomiku tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri affettwati u d-distribuzzjoni tas-setgħat ta' superviżjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti.

    Artikolu 12

    Rekwiżit u l-proċedura għall-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp

    1.Impriżi u istituzzjonijiet prinċipali li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna l-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għas-superviżjoni konsolidata u l-entitajiet legali kollha li huma parti mill-grupp. Istituzzjonijiet soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom ukoll jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva li tikkonċerna l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d).

    L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tittrażmetti l-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu lill-ABE, lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet sussidjarji, lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 130 u 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d).

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp b’mod konġunt mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni, u f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, ifasslu u jżommu pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jinvolvu fit-tfassil u ż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-gruppi, lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' pajjiż terz tal-ġurisdizzjonijiet fejn il-grupp ikun stabbilixxa sussidjarji jew kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja jew fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a tad-Direttiva 2006/48/KE.

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jiġu aġġornati mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni jew tal-grupp, fin-negozju jew fis-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu li jista’ jkollhom effett materjali fuq il-pjanijiet jew jeħtieġu bidla fihom.

    4.Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu jieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti l-oħra. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu deċiżjoni konġunta fi żmien perjodu ta' erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

    Fl-assenza ta’ din id-deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi żmien sitt xhur, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni hija stess. Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi d-deċiżjonijiet ġustifikati bis-sħiħ u għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tipprovdi d-deċiżjoni lill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali li hija soġġetta għal sorveljanza konsolidata u lil awtoritajiet tar-riżoluzzjoni oħra.

    L-ABE tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    5.Awtorità tar-riżoluzzjoni li ma taqbilx ma kwalunkwe element tal-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-kwistjoni ma tistax tiġi riferuta lill-ABE wara t-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

    6.L-ABE għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahar, u l-perjodu ta’ erba' xhur għandu jiġi ttrattat bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. Id-deċiżjoni sussegwenti tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-ABE.

    7.Meta kwalunkwe mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont il-paragrafu 5, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu.

    Kapitolu II

    Valutazzjoni tar-Resolvibbiltà u s-Setgħat Preventivi

    Artikolu 13

    Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jivvalutaw safejn istituzzjonijiet u gruppi huma riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91. Istituzzjoni jew grupp għandu jitqies riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità tar-riżoluzzjoni li tillikwidah skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolvih bl-applikazzjoni ta' għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni u l-grupp mingħajr ma tagħti lok għal konsegwenzi negattivi sinifikanti għas-sistemi finanzjarji, inklużi f'ċirkostanzi ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih tinsab l-istituzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-istabbiltà ekonomika jew finanzjarja f'dak l-istess Stat Membru jew f'oħrajn jew fl-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-istituzzjoni jew mill-grupp jew għaliex ikunu jistgħu jiġu faċilment isseparati fil-waqt jew b'mezzi oħra. 

    2.Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom, bħala minimu, jeżaminaw il-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

    3.L-ABE, f'konsultazzjoni mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-materji li għandhom jiġu eżaminati għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' istituzzjonijiet jew gruppi previsia fil-paragrafu 2. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    4.Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 14

    Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta, skont valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 13, awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li hemm impedimenti sostantivi potenzjali għar-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni, l-awtorità tar-riżolvibbiltà għandha tinnotifika bil-miktub dik id-determinazzjoni lill-istituzzjoni.

    2.Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika magħmula skont il-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tipproponi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti identifikati fin-notifika. L-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti inkwistjoni.

    3.Fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni tivvaluta li l-miżuri proposti minn istituzzjoni skont il-paragrafu 2 ma jnaqqsux jew ma jneħħux effettivament l-impedimenti inkwistjoni, għandha, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tidentifika miżuri alternattivi li jiksbu dak il-għan, u tinnotifika dawk il-miżuri bil-miktub lill-istituzzjoni.

    4.Għall-finijiet tal-paragrafu 3, miżuri identifikati minn awtorità tar-riżoluzzjoni jistgħu, fejn meħtieġ u xieraq sabiex jitnaqqsu jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà inkwistjoni, jinkludu dan li ġej:

    (a)jeħtieġu lill-istituzzjoni tfassal ftehimiet ta’ servizz (kemm jekk fi ħdan l-istess grupp kif ukoll ma’ partijiet terzi) sabiex tiġi koperta l-provvista ta’ funzjonijiet jew servizzi ekonomiċi kritiċi;

    (b)jeħtieġu li l-istituzzjoni tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati massimi tagħha;

    (c)jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari tal-informazzjoni rilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni;

    (d)jeħtieġu li l-istituzzjoni tbigħ assi speċifiċi;

    (e)jeħtieġu li l-istituzzjoni tillimita jew twaqqaf attivitajiet eżistenti jew proposti speċifiċi;

    (f)jirrestrinġu jew jipprevjenu l-iżvilupp jew il-bejgħ ta’ linji tan-negozju jew prodotti ġodda;

    (g)jeħtieġu bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tal-istituzzjoni ħalli titnaqqas il-komplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u ekonomikament minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni;

    (h)jeħtieġu impriża prinċipali tistabbilixxi kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali tal-Unjoni;

    (i)jeħtieġu impriża prinċipali, jew kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(c) jew (d) joħorġu strumenti ta’ dejn jew self msemmija fl-Artikolu 39(2);

    (j)meta istituzzjoni tkun is-sussidjarja ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni ta’ attività mħallta, jeħtieġu li l-kumpanija b'parteċipazzjoni ta’ attività mħallta tistabbilixxi kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja separata sabiex tikkontrolla l-istituzzjoni, jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni u sabiex tiġi evitata li l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni speċifikati fit-Titolu IV ikollhom effett negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.

    5.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jibbażaw determinazzjoni skont il-paragrafu 1 fuq impedimenti li jirriżultaw minn fatturi lil hinn mill-kontroll tal-istituzzjoni, inkluża l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

    6.Notifika li ssir skont il-paragrafu 1 jew 3 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)għandha tiġi sostnuta b'raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwistjoni;

    (b)għandha tindika kif dik il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stabbilita fl-Artikolu 9.

    7.Qabel ma jidentifikaw kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw kif dovut l-effett potenzjali ta’ dawk il-miżuri fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi Stati Membri oħra.

    8.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorja li jispeċifikaw il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 u f'liema ċirkostanzi kull miżura tista' tiġi applikati.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 15

    Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: it-trattament tal-grupp

    1.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni u għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jieħdu deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ miżuri identifikati skont l-Artikolu 14(3).

    2.L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-ABE skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tħejji u tissottometti rapport lill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali, soġġetti għal superviżjoni konsolidata u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji. Ir-rapport għandu jitħejja f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effikaċi tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat tar-riżoluzzjoni f'relazzjoni mal-grupp. Ir-rapport għandu jirrakkomanda wkoll kwalunwke miżura li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet, hija meħtieġa jew xierqa sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

    3.Fi żmien erba' xhur wara l-wasla tan-notifika, l-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata tista' tissottometti osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ħalli tirrimedja l-impedimenti identifikati fir-rapport.

    4.L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jagħmlu kull ma huwa fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti.

    5.Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni tar-rapport. Għandha tkun iġġustifikata u spjegata f'dokument li għandu jiġi provdut lill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali li hija soġġetta għas-superviżjoni konsolidata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

    L-ABE tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess tgħin lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    6.Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta fi żmien erba' xhur mid-data tas-sottomissjoni tar-rapport msemmi fil-paragrafi 1 jew 2, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu deċiżjoni hija stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 14(3) fir-rigward tal-grupp kollu kemm hu.

    Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi ġustifikazzjoni sħiħa u għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Id-deċiżjoni għandha tiġi provduta lill-impriża prinċipali jew lill-istituzzjoni li hija soġġetta għas-superviżjoni konsolidata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

    Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rikonoxxuta bħala konklużiva u tiġi applikata mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.

    Jekk, fit-tmien tal-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorita kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fi żmien xahar u l-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament. Id-deċiżjoni sussegwenti tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

    Kapitolu III

    Għajnuna Finanzjarja Intragrupp

    Artikolu 16

    Ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, jew istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, jew kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(c) jew (d) u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji koperti bis-superviżjoni tal-impriża prinċipali, jistgħu jidħlu fi ftehim biex jipprovdu għajnuna finanzjarja lil kwalunkwe parti oħra għall-ftehim li tesperjenza diffikultajiet finanzjarji, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ssodisfati.

    2.Il-ftehim jista':

    (a)ikopri sussidjarja waħda jew aktar tal-grupp, u jista’ jipprevedi għajnuna finanzjarja mill-impriża prinċipali lis-sussidjarji, mis-sussidjarji lill-impriża prinċipali, bejn sussidjarji tal-grupp li huma parti fil-ftehim, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn l-entitajiet;

    (b)jipprovdi għal għajnuna finanzjarja fil-forma ta’ self, il-provvista ta’ garanziji, jew il-provvista ta’ assi għal użu bħala kollateral fi tranżazzjoni bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u parti terza, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn l-entitajiet.

    3.Jekk skont it-termini tal-ftehim, sussidjarja taqbel li tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-impriża prinċipali, il-ftehim għandu jinkludi ftehim reċiproku mill-impriża prinċipali li timpennja ruħha biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lil dik sussidjarja.

    4.Il-ftehim għandu jispeċifika l-korrispettiv pagabbli, jew jistabbilixxi prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv, għal kwalunkwe tranżazzjoni li ssir taħtu.

    5.Il-ftehim jista’ jiġi konkluż biss jekk, fil-ħin li jsir il-ftehim propost, fl-opinjoni tal-awtorità tas-superviżjoni, l-ebda waħda mill-partijiet ma tkun qed tikser, jew probabbli li tikser, kwalunkwe rekwiżit tad-Direttiva 2006/48/KE relatat mal-kapital jew il-likwidità jew tkun f’riskju ta’ insolvenza.

    6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dritt, pretensjoni jew azzjoni li torġina mill-ftehim tkun tista’ tiġi eżerċitata biss mill-partijiet fil-ftehim, bl-esklużjoni ta' partijiet terzi.

    Artikolu 17

    Analiżi ta’ ftehim propost mis-superviżuri u l-medjazzjoni

    1.L-impriżi prinċipali u l-istituzzjonijiet li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jissottomettu lis-superviżur tal-konsolidazzjoni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe proposta ta' ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp. L-applikazzjoni għandha tinkludi t-test tal-ftehim propost u tidentifika l-entitajiet tal-grupp li jkunu qed jipproponu li jkunu partijiet.

    2.Is-superviżur li jikkonsolida għandu jagħti l-awtorizzazzjoni jekk it-termini tal-ftehim propost ikunu konsistenti mal-kundizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 19.

    3.Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jibgħat mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull sussidjarja li tkun qed tipproponi li tkun parti fil-ftehim.

    4.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta dwar jekk it-termini tal-ftehim propost humiex konsistenti mal-kundizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 19 fi żmien erba' xhur mid-data li jirċievu l-applikazzjoni mis-superviżur tal-konsolidazzjoni. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi d-deċiżjoni ġġustifikata bis-sħiħ, li għandu jiġi pprovdut lill-applikant mis-superviżur tal-konsolidazzjoni.

    5.Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba' xhur, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess dwar l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jkun fih ġustifikazzjoni sħiħa u għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

    6.Jekk, fit-tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni għand l-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu tal-erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita għand l-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

    Artikolu 18

    Approvazzjoni mill-azzjonisti tal-ftehim propost

    1.L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li kwalunkwe ftehim propost li jkun ġie awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti jiġi sottomess għall-approvazzjoni fil-laqgħa tal-azzjonisti ta’ kull entità fil-grupp li tkun qed tipproponi li tidħol fil-ftehim. F’dan il-każ, il-ftehim għandu jkun validu biss fir-rigward ta' dawk il-partijiet li laqgħa tal-azzjonisti tagħhom tkun approvat il-ftehim.

    2.Meta l-Istati Membri jagħmlu użu mill-alternattiva prevista fil-paragarfu 1, għandhom jeħtieġu li skont il-ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp, l-azzjonisti ta’ kull entità fi grupp li se tkun parti fil-ftehim jawtorizzaw lill-korp tal-maniġment rispettiv imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE jieħu deċiżjoni li l-entità għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja skont it-termini tal-ftehim u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Ma għandhom ikunu meħtieġa l-ebda approvazzjoni mill-azzjonisti jew laqgħa addizzjonali għal kwalunkwe tranżazzjoni speċifika mwettqa skont il-ftehim.

    3.Il-korp tal-maniġment ta' kull entità li hija parti fi ftehim għandu jirrapporta kull sena lill-azzjonisti dwar il-prestazzjoni tal-ftehim, u dwar l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-ftehim.

    Artikolu 19

    Kundizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja tal-grupp

    1.Għajnuna finanzjarja tista' tingħata biss skont ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)hemm prospett raġonevoli li l-għajnuna pprovduta tirrimedja d-diffikultajiet finanzjarji tal-entità li qed tirċeviha;

    (b)l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għandu l-għan li jippreserva jew jirristawra l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu;

    (c)l-għajnuna finanzjarja tingħata għal korrispettiv;

    (d)hemm ċertezza raġonevoli, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp tal-maniġment fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja, li s-self se jiġi rimborżat jew li l-korrispettiv għall-għajnuna jitħallas bi prezz xieraq mill-entità li qed tirċievi l-għajnuna;

    (e)l-għajnuna finanzjarja ma tipperikolax il-likwidità jew is-solvenza tal-entità li qed tipprovdi l-għajnuna u lanqas bħala riżultat, ma toħloq theddida għall-istabbiltà finanzjarja;

    (f)l-entità li qed tipprovdi l-għajnuna tikkonforma fil-ħin meta tingħata l-għajnuna, u se tkompli tikkonforma wara li tingħata l-għajnuna, mar-rekwiżiti tal-fondi proprji u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 136(2) tad-Direttiva 2006/48/KE.

    2.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita bis-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi implimentattivi mill-ABE skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 20

    Deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja

    Id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja tal-grupp skont il-ftehim tittieħed mill-korp tal-maniġment kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-entità li qed tipprovdi l-għajnuna finanzjarja. Dik id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata u għandha tindika l-għan tal-għajnuna finanzjarja proposta. B’mod partikolari, id-deċiżjoni għandha tindika:

    (a)kif l-għajnuna finanzjarja tippreżerva jew tirristawra l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu;

    (b)li l-għajnuna finanzjarja ma taqbiżx il-kapaċitajiet finanzjarji tal-entità legali li qed tipprovdi l-għajnuna finanzjarja;

    (c)li l-entità li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja għandha tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-fondi proprji u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 136(2) tad-Direttiva 2006/48/KE.

    Artikolu 21

    Dritt ta' oppożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti

    1.Qabel ma tingħata għajnuna skont ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp, il-korp tal-maniġment ta' entità li għandha l-ħsieb li tipprovdi għajnuna finanzjarja għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tiegħu u lill-ABE. In-notifika għandha tinkludi dettalji tal-għajnuna proposta.

    2.Fi żmien jumejn mid-data tal-wasla ta' notifika, l-awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għoti tal-għajnuna finanzjarja stipulata fl-Artikolu 19 jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet tal-għajnuna finanzjarja tal-grupp. Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja għandha tkun iġġustifikata.

    3.L-awtorità kompetenti għandha tinforma immedjatament lill-ABE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti identifikati fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE, bid-deċiżjoni tagħha li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja.

    4.Fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni jew l-awtorità kompetenti responsabbli għall-entità li qed tirċievi l-għajnuna jkollhom oġġezzjonijiet rigward id-deċiżjoni li tiġi pprojbita jew ristretta l-għajnuna finanzjarja, jistgħu jirreferu l-kwistjoni għand l-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament 1093/2010. F’dak il-każ, l-ABE tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu. B’deroga mil-limitu taż-żmien previst fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1 tar-Regolament 1093/2010, l-ABE għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament 1093/2010 fi żmien 48 siegħa.

    5.Jekk l-awtorità kompetenti ma tipprojbixxix jew ma tirrestrinġix l-għajnuna finanzjarja fi żmien il-perjodu indikat fil-paragrafu 2, l-għajnuna finanzjarja tista’ tiġi pprovduta skont it-termini sottomessi lill-awtorità kompetenti.

    Artikolu 22

    Divulgazzzjoni

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet li jkunu daħlu fi ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp skont l-Artikolu 16 jippubblikaw deskrizzjoni tal-ftehim u l-ismijiet tal-entitajiet li huma parti minnu u jaġġornaw dik l-informazzjoni mill-inqas kull sena.

    Għandhom japplikaw l-Artikoli 145 sa 149 tad-Direttiva 2006/48/KE.

    4.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-forma u l-kontenut tad-deskrizzjoni prevista fil-paragrafu 1. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    5.Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    TITOLU III

    INTERVENT BIKRI

    Artikolu 23

    Miżuri ta’ intervent bikri

    1.Fejn istituzzjoni ma tissodisfax jew x'aktarx ser tikser ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, minbarra l-miżuri msemmija fl-Artikolu 136 tad-Direttiva 2006/48/KE fejn applikabbli, partikolarment, il-miżuri li ġejjin:

    (a)jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jimplimenta waħda jew aktar mill-arranġamenti u l-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru;

    (b)jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jeżamina s-sitwazzjoni, jidentifika miżuri sabiex tingħeleb kwalunkwe problema identifikata u jfassal pjan ta' azzjoni sabiex jingħelbu dawk il-problemi u skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tiegħu;

    (c)jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jlaqqa’, jew jekk il-maniġiment jonqos milli jikkonforma ma' dan ir-rekwiżit ilaqqgħu direttament, il-laqgħa tal-azzjonisti tal-istituzzjoni, jipproponu l-aġenda u l-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet;

    (d)jeħtieġu li l-maniġiment tal-istituzzjoni jneħħi u jissostitwixxi membru tal-bord wieħed jew aktar jew diretturi maniġerjali jekk jinstab li dawn il-persuni mhumiex kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (e)jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jfassal pjan għan-negozjar dwar ir-ristrutturar ta’ dejn ma’ xi wħud mill-kredituri tagħha jew magħhom kollha;

    (f)jakkwistaw, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iħejju għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni, inkluż billi jwettqu evalwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni;

    (g)jikkuntattjaw xerrejja potenzjali sabiex jippreparaw għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 33 (2) u d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 77.

    2.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. 

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 24

    Maniġment speċjali

    1.Meta jkun hemm deterjorazzjoni sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni, jew fejn ikun hemm ksur serju tal-liġi, ir-regolamenti jew l-avviżi legali jew irregolaritajiet amministrattivi serji u miżuri oħra li jittieħdu skont l-Artikolu 23 mhumiex biżżejjed biex jirriversjaw dik id-deterjorazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw liawtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaħtru maniġer speċjali sabiex jissostitwixxi l-maniġment tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-ħatra ta' maniġer speċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-maniġer speċjali jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew tagħha.

    2.Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-maniġment tal-istituzzjoni taħt l-istatuti tal-istituzzjoni u taħt il-liġi nazzjonali, inkluża s-setgħa li jeżerċita l-funzjonijiet amministrattivi kollha tal-maniġment tal-istituzzjoni. Madankollu, il-maniġer speċjali jista' jeżerċita s-setgħa li jsejjaħ il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-istituzzjoni u biex jistabbilixxi aġenda bil-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti biss.

    3.Il-maniġer speċjali għandu jkollu d-dover statutorju li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u jippromwovi soluzzjonijiet sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u jirristawra l-immaniġġjar sod u prudenti tan-negozju u l-organizzazzjoni tagħha. Fejn meħtieġ, dak id-dover għandu jipprevala fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tal-istituzzjoni jew il-liġi nazzjonali, kull meta dawn ikunu inkonsistenti. Dawn is-soluzzjonijiet jistgħu jinkludu żieda fil-kapital, ir-riorganizzazzjoni tal-istruttura tas-sjieda tal-istituzzjoni jew ix-xiri minn istituzzjonijiet li huma finanzjarjament u organizzazzjonalment sodi.

    4.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu limiti fuq l-azzjoni tal-maniġer speċjali jew jeħtieġu li ċerti atti tal-maniġer speċjali jkunu soġġetti għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin.

    5.L-Istati Membri għandhom jeżiġu li maniġer speċjali jfassal rapporti għall-awtorità kompetenti li taħtru dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni u dwar l-atti mwettqa fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, f'intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità kompetenti u fil-bidu u fl-aħħar tal-mandat tiegħu.

    6.Il-maniġment speċjali ma għandux idum aktar minn sena. Dan il-perjodu jista' jiġġedded eċċezzjonalment jekk il-kundizzjonijiet għall-ħatra ta' maniġer speċjali jibqgħu jeżistu. L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli sabiex tiddetermina jekk jeżistux il-kundizzjonijiet xierqa sabiex jinżamm maniġer speċjali u sabiex tiġġustifika kwalunkwe deċiżjoni bħal din lill-azzjonisti.

    7.Soġġet għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 6, il-ħatra ta' maniġer speċjali ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-azzjonisti jew tas-sidien previsti skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni jew nazzjonali.

    8.Il-ħatra ta’ maniġer speċjali ma għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala avveniment ta’ infurzar skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 jew bħala proċeduri ta’ insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 .

    Artikolu 25

    Koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri u l-ħatra ta’ maniġer speċjali fir-rigward ta’ gruppi

    1.Fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta' rekwiżiti skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva jew il-ħatra ta' maniġer speċjali skont l-Artikolu 24 ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' intrapriża jew istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha, soġġetta għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-awtorità kompetenti li biħsiebha tieħu miżura skont dawk l-Artikoli għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri u l-ABE bl-intenzjoni tagħha.

    2.Is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra għandhom iqisu jekk huwiex meħtieġ li jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 23 jew jaħtru maniġer speċjali skont l-Artikolu 24 fir-rigward ta’ entitajiet oħra fil-grupp u jekk il-koordinazzjoni tal-miżuri li jridu jittieħdu hijiex mixtieqa. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet rilevanti l-oħra għandhom jikkunsidraw jekk miżuri alternattivi jkollhomx probabbilità akbar jirrestawraw il-vijabbiltà tal-entitajiet individwali u jippreżervaw is-sodezza finanzjarja tal-grupp kollu. Meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jkollhom il-ħsieb jaħtru maniġer speċjali fir-rigward ta’ entità affiljata ma’ grupp, l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw jekk huwiex aktar xieraq li l-istess maniġer speċjali jinħatar għall-entitajiet kollha konċernati jew għall-grupp kollu sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet li jirrimedjaw is-sodezza finanzjarja tal-grupp kollu.

    Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra. Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u stabbilita f'dokument, li għandu jiġi pprovdut mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża jew istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata.

    3.L-ABE tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    4.Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien ħamest ijiem is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tas-sussidjarji jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet individwali.

    5.Id-deċiżjoni ta’ kull awtorità kompetenti għandha tkun raġunata. Id-deċiżjoni għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu tal-ħamest ijiem u l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu provduti mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża jew lill-istituzzjoni prinċipali li hija soġġetta għal superviżjoni konsolidata u lis-sussidjarji mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi.

    Meta, fit-tmien il-perjodu ta' ħamest ijiem, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ ħamest ijiem għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fis-sens ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f'ħamest ijiem. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ ħamest ijiem jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

    6.Qabel ma jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess skont il-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw l-ABE. Id-deċiżjoni għandha tikkunsidra l-parir tal-ABE u tispjega kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dak il-parir.

    TITOLU IV

    RIŻOLUZZJONI

    Kapitolu I

    għanijiet, kundizzjonijiet u prinċipji ġenerali

    Artikolu 26

    Għanijiet tar-riżoluzzjoni

    1.Meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, u jagħżlu l-għodod u s-setgħat li l-aħjar jintlaħqu l-għanijiet li huma rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-każ.

    2.L-għanijiet tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma:

    (a)li tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi;

    (b)li jiġu evitati effetti ħżiena sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-prevenzjoni tal-kontaġju, u billi tinżamm id-dixxiplina tas-suq;

    (c)jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

    (d)li tiġi evitata l-qerda bla bżonn ta' valur u li tiġi mminimizzata l-ispiża tar-riżoluzzjoni;

    (e)jiġu protetti d-depożituri koperti bid-Direttiva 94/19/KE u l-investituri koperti bid-Direttiva 97/9/KE;

    (f)jiġu protetti l-fondi u l-assi tal-klijenti.

    3.Soġġetti għal dispożizzjonijiet differenti ta' dan id-Direttiva, l-għanijiet tar-riżoluzzjoni huma ta’ sinifikanza ugwali, u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jibbilanċjhom kif xieraq man-natura u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ. 

    Artikolu 27

    Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 1(a) biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli;

    (b)wara li kkunsidraw iż-żmien u ċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemmx prospetti raġjonevoli li kwalunkwe azzjoni alternattiva mis-settur privat jew ta' superviżjoni, minbarra azzjoni ta' riżoluzzjoni li ttieħdet fir-rigward tal-istituzzjoni, tista' tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli;

    (c)azzjoni ta' riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 3.

    2.Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni titqies qed tfalli jew probabbli tfalli f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a)l-istituzzjoni qed tikser jew hemm elementi oġġettivi biex li jsostnu d-determinazzjoni li dik l-istituzzjoni se tkun qed tikser, fil-futur qarib, ir-rekwiżiti kapitali għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b'mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti minħabba li l-istituzzjoni tkun ġarrbet jew probabbli li ser iġġarrab telf li se jnaqqas il-fondi proprji tagħha kollha jew parti sostanzjali minnhom;

    (b)l-assi tal-istituzzjoni huma jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġjaw id-determinazzjoni li l-assi tal-istituzzjoni ser ikunu, fil-futur qarib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;

    (c)l-istituzzjoni hija jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġjaw determinazzjoni li dik l-istituzzjoni se tkun, fil-futur qarib, inkapaċi tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif isiru dovuti;

    (d)l-istituzzjoni titlob għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta, biex tippriżerva l-istabbiltà finanzjarja, tkun teħtieġ kwalunkwe minn dan li ġej:

    (i)garanzija mill-Istat li ssostni l-faċilitajiet tal-likwidità provduti minn banek ċentrali skont il-kundizzjonijiet standard tal-bank (il-faċilità hija kompletament żgurata minn kollateral li għalih ġie applikat tnaqqis, fil-funzjoni tal-kwalità tiegħu u l-valur tas-suq, u li l-bank ċentrali jimponi rata ta' imgħax ta' penalità fuq il-benefiċjarju); jew

    (ii)garanzija mill-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa sabiex jiġi rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru.

    Fiż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii), il-miżuri ta' garanzija għandhom ikunu limitati għal-istituzzjonijiet finanzjarji solventi, ma għandhomx ikunu parti minn pakkett ta' għajnuna akbar, għandhom jkunu bil-kundizzjoni tal-approvazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u għandhom ikunu użati għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.

    3.Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, azzjoni ta' riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala fl-interess pubbliku jekk tikseb u hija proporzjonata għal waħda jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 26 u stralċ tal-istituzzjoni jew impriża prinċipali taħt proċeduri normali ta' falliment ma jilħaqx dawk l-għanijiet ta' riżoluzzjoni sa l-istess punt.

    4.L-ABE għandha toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konverġenza ta' prassi superviżorji u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni taċ-ċirkostanzi differenti meta istituzzjoni għandha titqies li qed tfalli jew probabbli tfalli. L-ABE għandha tiżviluppa dawn il-linji gwida l-aktar tard sad-data prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 115(1) ta' din id-Direttiva.

    5.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, fejn xieraq, l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tal-linji gwida tal-ABE, għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 103 mmirati li jispeċifika ċ-ċirkostanzi meta istituzzjoni għandha titqies falluta jew probabbli tfalli. 

    Artikolu 28

    Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji b'parteċipazzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni finanzjarja jew ditta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1, meta l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 27(1), ikunu ssodisfati fir-rigward ta' kemm l-istituzzjoni finanzjarja jew id-ditta u fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata. 

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1, meta l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 27(1) ikunu ssodisfati fir-rigward ta' kemm il-kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1 kif ukoll fir-rigward ta' sussidjarja waħda jew aktar li huma istituzzjonijiet.

    3.Meta istituzzjonijiet sussidjarji ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta jkunu miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja intermedjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-għanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp jittieħdu fir-rigward tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja intermedja, u ma għandhomx jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-għanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta.

    4.Soġġett għall-paragrafu 3 u b’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, minkejja l-fatt li kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1 tista' ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(1), l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1 meta waħda jew aktar mis-sussidjarji li huma istituzzjonijiet jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 (1), (2) u (3) u azzjoni fir-rigward tal-kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1 meħtieġa għar-riżoluzzjoni ta' waħda jew aktar sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu.

    Artikolu 29

    Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-azzjoni tar-riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:

    (a)l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;

    (b)kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġorru t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva;

    (c)il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinbidel;

    (d)il-maniġers superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu telf li jkun proporzjonat skont il-liġi ċivili jew kriminali mar-responsabbiltà individwali għall-falliment tal-istituzzjoni;

    (e)ħlief fejn previst mod ieħor f'din id-Direttiva, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu;

    (f)ebda kreditur ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

    2.Fejn istituzzjoni hija entità ta' grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni b'mod li jimminimizza l-impatt fuq l-istituzzjonijiet affiljati u fuq il-grupp kollu u jimminimizza l-effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u, b'mod partikolari, fil-pajjiżi fejn il-grupp jopera.

    3.Meta japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli.

    Kapitolu II

    Valwazzjoni

    Artikolu 30

    Valwazzjoni preliminari

    1.Qabel ma jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni u partikolarment, għall-finijiet tal-Artikoli 31, 34, 36, 41, 42 u 65, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li ssir valwazzjoni realistika u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika, inkluża l-awtorità tar-riżoluzzjoni, u l-istituzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tapprova dik il-valwazzjoni. Fejn valwazzjoni indipendenti ma tkunx possibbli minħabba l-urġenza fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jwettqu l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni.

    2.Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-valwazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u realistiċi, inkluż fir-rigward tar-rati ta’ inadempjenza u s-severità tat-telf, u l-objettiv tagħha għandu jkun li tivvaluta l-valur fis-suq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li qed tfalli jew aktarx tfalli ħalli kwalunkwe telf li jista' jiġi derivat jiġi rikonoxxut fil-mument li jiġu eżerċitati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, meta s-suq għal assi jew obbligazzjoni speċifika ma jkunx qed jiffunzjona sewwa, il-valwazzjoni tista' tirrifletti l-valur ekonomiku fit-tul ta' dawk l-assi jew l-obbligazzjonijiet. Valwazzjoni ma għandhiex tassumi l-provvediment ta' għajnuna pubblika straordinarja lill-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk fil-fatt tiġix ipprovduta.

    3.Il-valwazzjoni għandha tiġi supplimentata mill-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba u r-rekords tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni:

    (a)karta tal-bilanċ aġġornata u rapport dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni;

    (b)nota li tipprovdi analiżi u stima tal-valur tal-assi;

    (c)lista tal-obbligazzjonijiet pendenti murija fil-kotba u r-rekords tal-istituzzjoni, b’indikazzjoni tal-krediti rispettivi u l-livell ta' prijorità skont il-liġi applikabbli ta’ insolvenza;

    (d)Il-lista tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni f'isem partijiet terzi li għandhom drittijiet ta' sjieda fuq dawk l-assi.

    4.Il-valwazzjoni għandha tindika s-subdiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet skont il-livell ta' prijorità tagħhom skont il-liġi applikabbli ta' insolvenza u stima tat-trattament li kull klassi tista' tkun mistennija tirċievi fi proċeduri ta' stralċ.

    5.Fejn minħabba l-urġenza fiċ-ċirkostanzi tal-każ, mhuwiex possibbli li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-valwazzjoni minn persuna indipendenti jew minn awtorità tar-riżoluzzjoni għandha titwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2. Dik il-valwazzjoni għandha titqies bħala proviżorja sakemm l-awtorità tar-riżoluzzjoni twettaq valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti kollha skont dan l-Artikolu. Valwazzjoni definittiva tista' titwettaq separatament jew flimkien mal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 66.

    6.Il-valwazzjoni għandha tkun parti integrali mid-deċiżjoni li tiġi applikata għodda ta' riżoluzzjoni jew eżerċitata setgħa ta' riżoluzzjoni. Il-valwazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja separata u għandha tkun soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja biss flimkien mad-deċiżjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78.

    7.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika il-kriterji li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 66:

    (a)taħt liema ċirkostanzi persuna indipendenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kif ukoll mill-istituzzjonijiet, u

    (b)taħt liema ċirkostanzi valwazzjoni minn persuna indipendenti tista' titqies mhux possibbli;

    (c)il-metodoloġija għall-valwazzjoni tal-valur fis-suq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li qed tfalli jew probabbli tfalli;

    (d)iċ-ċirkostanzi fejn is-suq għal assi jew obbligazzjoni speċifika jista' jitqies li mhux qed jiffunzjona sewwa;

    (e)il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur ekonomiku fit-tul tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li qed tfalli jew probabbli tfalli;

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Kapitolu III

    Għodod ta' Riżoluzzjoni

    Taqsima I

    Prinċipji Ġenerali

    Artikolu 31

    Prinċipji ġenerali tal-għodod tar-riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat meħtieġa biex japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni fuq istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 li tissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal riżoluzzjoni.

    2.L-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

    (a)l-għodda tal-bejgħ ta' negozju;

    (b)l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja;

    (c)l-għodda tas-separazzjoni tal-assi;

    (d)l-għodda tal-ippleġġjar intern.

    3.Soġġett għall-paragrafu 4, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni individwalment jew flimkien.

    4.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi biss flimkien ma’ għodod oħra tar-riżoluzzjoni.

    5.Meta l-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 jiġu applikati, u jintużaw biex parzjalment jiġu ttrasferiti assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, il-parti residwa tal-istituzzjoni minn fejn l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ġew ittrasferiti, għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza fi ħdan limitu ta’ żmien li jkun xieraq u li jqis il-ħtieġa li dik l-istituzzjoni tipprovdi servizzi jew appoġġ skont l-Artikolu 58 sabiex tippermetti lil min jirċievi t-trasferiment iwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta’ dan it-trasferiment.

    6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza marbuta mal-annullament jew in-noninfurzabbiltà ta' atti legali ta' detriment għall-kredituri ma japplikawx għal trasferimenti ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil entità oħra bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni.

    7.L-Istati Membri ma għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni setgħat addizzjonali eżerċitabbli fejn istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, sakemm dawk is-setgħat addizzjonali ma joħolqux ostakli għar-riżoluzzjoni effettiva tal-grupp u li huma konsistenti mal-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 26 u 29. 

    Taqsima 2

    Għodda tal-Bejgħ ta' Negozju

    Artikolu 32

    Għodda tal-bejgħ ta' negozju

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja dan li ġej:

    (a)ishma jew strumenti oħra ta' sjieda ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (b)l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew dawk speċifikati ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (c)kwalunkwe kombinazzjoni tal-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew uħud minnhom ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni,

    It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra x-xerrej, u mingħajr konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli li kieku jkunu japplikaw.

    2.Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi, u skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

    3.Fil-każ ta' trasferiment parzjali tal-assi tal-istituzzjoni, kwalunkwe rikavat mit-trasferiment għandhom jibbenefika lill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni. 

    Meta l-ishma jew l-istrumenti oħra tas-sjieda jiġu ttrasferiti kollha jew fil-każ li l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jiġu ttrasferiti kollha, kull rikavat li jasal mit-trasferiment għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni u li ġew divestiti tad-drittijiet tagħhom.

    L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rikavat imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, nett mill-ammont ta’ spejjeż amministrattivi jew ta' natura oħra, li seħħew fil-kuntest tal-proċess tar-riżoluzzjoni, inkluż spejjeż u nfiq imġarrba mill-arranġamenti ta' finanzjament skont l-Artikolu 92.

    4.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu termini kummerċjali għat-trasferiment skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkunu konformi mal-valwazzjoni ġusta u reali mwettqa skont l-Artikolu 30 u b'kunsidrazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ.

    5.Meta japplikaw l-għodda tal-bejgħ ta' negozju l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa tat-trasferiment aktar minn darba sabiex jagħmlu trasferimenti supplementari ta' ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    6.Wara applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu, bil-kunsens tax-xerrej, jeżerċitaw is-setgħa tat-trasferiment fir-rigward ta' ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet trasferiti lix-xerrej sabiex il-proprjetà tiġi ttrasferita lura għand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    7.Xerrej irid ikollu awtorizzazzjoni xierqa li jwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li jakkwista bis-saħħa ta' trasferiment magħmula skont il-paragrafu 1.

    8.B'deroga mill-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/48, meta trasferiment ta' ishma jew strumenti oħra ta' sjieda bis-saħħa ta' applikazzjoni ta' għodda tal-bejgħ ta' negozju jirriżulta f'akkwist jew żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti tat-tip imsemmi fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/48, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-valutazzjoni meħtieġ taħt dak l-Artikolu fil-ħin, b'mod li ma ddewwimx l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju u tipprevjeni l-azzjoni ta' riżoluzzjoni milli tilħaq l-għanijiet tar-riżoluzzjoni rilevanti.

    9.Trasferimenti magħmula bis-saħħa tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju li jinvolvu t-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mill-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni għandhom ikunu soġġetta għas-salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta' propjetà speċifikati fil-Kapitolu V.

    10.Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, ix-xerrej għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti, inklużi d-drittijiet ta' sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu.

    11.L-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti ma għandu jkollhom l-ebda drittijiet fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti.

    Artikolu 33

    L-għodda ta' bejgħ ta' negozju: rekwiżiti proċedurali

    1.Soġġett għall-paragrafu 3, meta tapplika l-għodda ta' bejgħ ta' negozju fuq istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkumerċjalizza, jew tagħmel arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dik l-istituzzjoni jew dawk l-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħha li l-awtorità għandha l-ħsieb tittrasferixxi. Pulijiet ta’ drittijiet, assi u obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kkummerċjalizzati separatament.

    2.Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq skont il-kriterji li ġejjin:

    (a)għandha tkun kemm jista’ jkun trasparenti, wara li tkun ikkunsidrat iċ-ċirkustanzi u b'mod partikolari l-ħtieġa biex tinżamm stabbiltà finanzjarja;

    (b)ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina bejn xerrejja potenzjali;

    (c)għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess;

    (d)ma għandha tagħti l-ebda vantaġġ inġust lil xi xerrej potenzjali;

    (e)għandha tikkunsidra l-bżonn għal azzjoni ta' riżoluzzjoni effetta u rapida;

    (f)għandha timmira lejn il-massimizzazzjoni, safejn possibbli, tal-prezz tal-bejgħ tal-assi u l-obbligazzjonijet involuti.

    Il-prinċipji stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx jipprevjenu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni milli tissolleċita xerrejja potenzjali partikolari.

    Kwalunkwe divulgazzjoni pubblika tal-kummerċjalizzazzjoni tal-istituzzjoni li altrimenti tkun meħtieġa skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tista' tiġi posposta skont l-Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva 2003/6/KE.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodda tal-bejgħ ta' negozju mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 meta jiddeterminaw li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded xi wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni u partikolarment jekk ikunu ssodifati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis li hemm theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja li tinħoloq jew tiġi aggravata mill-falliment tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni; u

    (b)il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded l-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju fl-indirizzar ta' din it-theddida jew biex jintlaħaq l-għan tar-riżoluzzjoni speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 26(2).

    4.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ċ-ċirkustanzi fattwali li jammontaw għal theddida materjali u l-elementi relatati mal-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Taqsima 3

    Għodda tal-Istituzzjoni Tranżitorja

    Artikolu 34

    Għodda tal-istituzzjoni tranżitorja

    1.Sabiex l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawk l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet lejn istituzzjoni tranżitorja mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza, u mingħajr ma jissodisfaw l-ebda rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew it-titoli, li kieku jkunu japplikaw.

    2.Ħlief fejn tiġi applikata l-għodda tal-ippleġġjar intern għall-għan speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2), għall-finijiet tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, istituzzjoni tranżitorja għandha tkun entità legali li hija kompletament jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika jew aktar (li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni) u li tinħoloq bl-iskop li twettaq il-funzjonijiet kollha, jew xi wħud minnhom, ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u biex iżżomm l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    L-applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern għall-għan speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) ma għandhiex tinterferixxi mal-abilità tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tikkontrolla l-istituzzjoni tranżitorja sal-punt meħtieġ biex isseħħ ir-riżoluzzjoni u jitlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

    3.Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet trasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi trasferiti mill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni jew ipprovduti minn sorsi oħra. 

    4.Meta tapplika l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi kwalunkwe assi, dritt jew obbligazzjoni tal-istituzzjoni kif tikkunsidra xieraq skont wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

    5.Meta japplikaw l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu:

    (a)jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għall-istituzzjoni tranżitorja f'aktar minn okkażjoni waħda; u

    (b)jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-istituzzjoni tranżitorja għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6 jiġu ssodisfati;

    (c)jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni tranżitorja lil parti terza.

    6.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-istituzzjoni tranżitorja lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:

    (a)il-possibbiltà li d-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura huwa ddikjarat espressament fl-istrument li bih jkun sar it-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5;

    (b)id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5.

    Fi kwalunkwe każ msemmi fil-punti (a) u (b), it-trasferiment lura ssir fi kwalunkwe żmien, u jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra, iddikjarata f'dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

    7.Trasferimenti magħmula bis-saħħa tal-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja li jinvolvu t-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mill-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni għandhom ikunu soġġetta għas-salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta' propjetà speċifikati fil-Kapitolu IV.

    8.Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, istituzzjoni tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u tista' tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti, inklużi d-drittijiet ta' sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu.

    9.L-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja ma għandu jkollhom l-ebda drittijiet fuq jew fir-rigward fuq tal-istituzzjoni tranżitorja jew il-proprjetà tagħha.

    Artikolu 35

    Operat ta' istituzzjoni tranżitorja

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta' istituzzjoni tranżitorja jirrispetta d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a)il-kontenut tad-dokumenti kostituzzjonali tal-istituzzjoni tranżitorja huwa speċifikat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

    (b)l-awtorità tar-riżoluzzjoni taħtar il-bord tad-diretturi tal-istituzzjoni tranżitorja, tapprova s-salarji rilevanti u tiddetermina r-responsabbiltajiet xierqa;

    (c)l-istituzzjoni tranżitorja tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, kif applikabbli, u jkollha l-awtorizzazzjoni meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali applikabbli biex twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li takkwista bis-saħħa ta' trasferiment magħmul skont l-Artikolu 56 ta' din id-Direttiva;

    (d)l-istituzzjoni tranżitorja tikkonforma mar-rekwiżiti ta', u tkun soġġetta għas-superviżjoni skont id-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2004/39/KE, kif applikabbli.

    2.Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, id-diretturi għandhom joperaw l-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jbiegħu l-istituzzjoni, l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, lil xerrejja wieħed jew aktar mis-settur privat meta l-kundizzjonijiet jkunu xieraq u fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5.

    3.L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ttemm l-operat tal-istituzzjoni tranżitorja fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin, liema minnhom tiġri l-ewwel:

    (a)l-istituzzjoni tranżitorja tiġi fuża ma’ istituzzjoni oħra;

    (b)l-akkwist tal-maġġoranza tal-kapital tal-istituzzjoni tranżitorja minn parti terza;

    (c)it-teħid tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew sostanzjalment kollha, minn persuna oħra;

    (d)l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 6.

    4.Meta jippruvaw ibigħu l-istituzzjoni tranżitorja jew l-assi jew obbligazzjonijiet tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni jew l-assi jew l-obbligazzjonijiet relevanti jiġu kkummerċjalizzati b'mod miftuħ u trasparenti, u li l-bejgħ ma jiffavorixxix jew jiddiskrimina bejn ix-xerrejja potenzjali partikolari.

    Kwalunkwe tali bejgħ, għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jikkunsidra ċ-ċirkustanzi u skont il-qafas tal-għajnuna mill-Stat tal-Unjoni.

    5.Jekk ma japplika l-ebda riżultat imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ttemm l-operat tal-istituzzjoni tranżitorja fl-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data li fiha jkun sar l-aħħar trasferiment minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni minn mindu jkun sar użu mill-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja.

    6.L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għal massimu ta' tliet perjodi addizzjonali ta' sena fejn:

    (a)ikun probabbli li tali estensjoni tikseb wieħed mir-riżultati msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3; jew

    (b)li tali estensjoni tkun meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità ta' servizzi finanzjarji jew bankarji essenzjali.

    7.Fejn l-operazzjonijiet ta' istituzzjoni tranżitorja jintemmu fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni għandha tkun stralċjata u likwidata.

    Kwalunkwe dħul iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-operat ta' istituzzjonijiet tranżitorji kif speċifikat fil-paragrafu 3 għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw ir-rikavat nett mill-ammont tal-ispejjeż amministrattivi jew ta' natura oħra li saru fil-kuntest tal-proċess tar-riżoluzzjoni.

    8.Fejn istituzzjoni tranżitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijet ta' iżjed minn istituzzjoni waħda, l-obbligu msemmi fil-paragrafu 7 għandu jirreferi għal-likwidazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull istituzzjoni u mhux għall-istituzzjoni tranżitorja nnfisha.

    Taqsima 4

    Għodda tas-Separazzjoni tal-Assi

    Artikolu 36

    Għodda tas-separazzjoni tal-assi

    1.Sabiex l-għodda tas-separazzjoni tal-assi tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal vettura tal-immaniġġjar tal-assi.

    2.Għall-finijiet tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi, il-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandha tkun entità ġuridika li hi kompletament il-propjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni.

    3.L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha taħtar maniġers tal-assi biex jimmaniġġjaw l-assi ttrasferiti fil-vettura tal-immaniġġjar tal-assi bil-għan li jimmassimizzaw il-valur tagħhom permezz ta' bejgħ eventwali jew mod ieħor li jiżgura li n-negozju jiġi stralċjat b'mod ordnat.

    4.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li jittrasferixxu assi biss jekk il-qagħda tas-suq partikolari għal dawk l-assi tkun ta' tali natura li l-likwidazzjoni ta' dawk l-assi taħt proċeduri normali ta’ insolvenza jista' jkollha effett ħażin fuq is-suq finanzjarju.

    5.Meta japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw l-korrispettiv li għalih l-assi huma ttrasferiti fil-vettura tal-immaniġġjar tal-assi skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 30 u skont il-qafas għall-għajnuna mill-Stat tal-Unjoni.

    6.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu:

    (c)jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għall-vettura tal-immaniġġjar tal-assi f'aktar minn okkażjoni waħda; jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura mill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 7 jiġu ssodisfati.

    7.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:

    (a)il-possibbiltà li d-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih jkun sar it-trasferiment msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 6;

    (b)id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 6.

    Fi kwalunkwe każ imsemmi fil-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jsir fi kwalunkwe żmien, u jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra, iddikjarata f'dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

    8.Trasferimenti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandhom ikunu soġġetti għal salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta' propjetà speċifikati f 'din id-Direttiva.

    9.L-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi, il-proprjetà tagħha jew il-maniġers tagħha.

    10.L-għanijiet tal-maniġers maħtura skont il-paragrafu 3 ma għandhomx jimplikaw kwalunkwe dover jew responsabbiltà lejn l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-maniġers ma għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà għal dawk l-azzjonisti, li tirriżulta minn azzjoni meħuda jew mhux meħuda fit-twettiq jew l-intenzjoni tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jimplikax negliġenza serja jew kondotta ħażina serja skont il-liġi nazzjonali.

    11.L-ABE għandha tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konverġenza ta' prassi superviżorja u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni meta, skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-likwidazzjoni tal-assi jew l-obbligazzjonijiet taħt il-proċeduri normali ta’ insolvenza tkun tista' jkollha effett ħażin fuq is-suq finanzjarju. L-ABE għandha tiżviluppa dawn il-linji gwida l-aktar tard sad-data prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 115(1) ta' din id-Direttiva.

    12.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, fejn xieraq, l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni ta' linji gwida tal-ABE, għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 103 mmirati li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi meta likwidazzjoni tal-assi jew l-obbligazzjonijiet taħt proċeduri normali ta' insolvenza jista' jkollhom effett ħażin fuq is-suq finanzjarju.

    Taqsima 5

    Għodda tal-Ippleġġjar Intern

    Subtaqsima 1

    Għan u Skop tal-Għodda tal-Ippleġġjar Intern

    Artikolu 37

    Għodda tal-ippleġġjar intern.

    1.Sabiex l-għodda tal-ippleġġjar intern tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat tar-riżoluzzjoni speċifikati fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56(1).

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern għal kwalunkwe minn dawn l-iskopijiet:

    (a)tiġi rikapitalizzata istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti li tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u li twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE;

    (b)jikkonvertu għall-ekwità jew inaqqsu l-ammont kapitali ta' pretensjonijiet jew strumenti ta' dejn li huma ttrasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jipprovdu kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja.

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biss jekk ikun hemm prospett realistiku li l-applikazzjoni ta' dik l-għodda, flimkien mal-miżuri implimentati skont il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju meħtieġa mill-Artikolu 47 se, apparti li tilħaq l-għanijiet rilevanti tar-riżoluzzjoni, tirrestawra l-istituzzjoni inkwistjoni għal sodizza finanzjarja u vijabbiltà fit-tul.

    Jekk il-kundizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu ma tkunx issodisfata, l-Istati Membri għandhom japplikaw kwalunkwe għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 31(2), u l-għodda tal-ippleġġjar intern imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kif xieraq.

    Artikolu 38

    Kamp ta' applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodda tal-ippleġġjar intern tkun tista' tiġi applikata għall-obbligazzjonijiet kollha ta’ istituzzjoni li mhijiex eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-għodda skont il-paragrafu 2.

    2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

    (a)depożiti li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE;

    (b)obbligazzjonijiet iggarantiti,

    (c)kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti, jew relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarju);

    (d)obbligazzjonijiet b'maturità oriġinali ta' inqas minn xahar;

    (e)obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

    (i)impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni dovuti jew remunerazzjoni fissa oħra, ħlief għal renumerazzjoni varjabbli ta' kwalunkwe forma;

    (ii)kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment ta' oġġetti jew servizzi lill-istituzzjoni li huma essenzjali għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;

    (iii)awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli ta’ insolvenza.

    Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma għandhomx iwaqqfu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta' kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, pleġġ, rahan jew kollateral li huwa garanti tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din id-dispożizzjoni bonds koperti kif definit fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 86/611/KEE 38 .

    Il-Punt (c) tal-paragrafu 2 ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta' kwalunkwe ammont ta' depożitu li jaqbeż il-kopertura skont dik id-Direttiva.

    3.Fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw għodda tal-ippleġġjar intern, jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tas-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (d) il-paragrafu 2, jekk dik l-esklużjoni tkun meħtieġa jew xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2). 

    4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex tispeċifika aktar:

    (a)klassijiet speċifiċi ta' obbligazzjonijiet koperti mill-punt (d) tal-paragrafu 2, u.

    (b)iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni hija meħtieġa jew xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2), filwaqt li tqis il-fatturi li ġejjin:

    (i)l-impatt sistemiku tal-esklużjoni ta' pożizzjonijiet derivattivi sabiex tiġi applikata l-għodda tat-tniżżil fil-valur tad-dejn;

    (ii)l-effett, fuq l-operat ta' Kontroparti Ċentrali, tal-applikazzjoni tal-għodda tat-tniżżil fil-valur tad-dejn fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi li huma approvati mill-Kontroparti Ċentrali; u

    (iii)l-effett, tal-applikazzjoni tal-għodda tat-tniżżil fil-valur tad-dejn fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi, fuq l-immaniġġjar tar-riskju ta' kontropartijiet għal dawk id-derivattivi.

    Subtaqsima 2

    Rekwiżit Minimu għal Obbligazzjonijiet Eliġibbli

    Artikolu 39

    Ir-rekwiżit minimu għal obbligazzjonijiet soġġetti għal setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iżommu, il-ħin kollu, ammont suffiċjenti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espressi bħala perċentwali tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE jew skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2006/49/KE.

    2.Strumenti ta' dejn subordinat u self subordinat li ma jikkwalifikawx bħala kapital tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali jistgħu jiġu inklużi fl-ammont aggregat ta' obbligazzjonijet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)l-istrumenti jkunu inħarġu u tħallsu għal kollox;

    (b)l-istrumenti ma nxtrawx minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (i)l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (ii)impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tal-impriża;

    (c)ix-xiri tal-istrument ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

    (d)l-istrumenti mhumiex iggarantiti minn kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni;

    (e)l-istrumenti jkollhom maturità oriġinali ta’ mill-inqas sena.

    3.L-ammont aggregat minimu skont il-paragrafu 1 għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

    (a)il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-istituzzjoni tista' tiġi riżolvuta bl-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni inkluża, fejn xieraq, l-għodda tal-ippleġġjar intern, b'mod li jiġu ssodisfati l-għanijiet tar-riżoluzzjoni;

    (b)il-ħtieġa li jiżguraw, f'każijiet xierqa, li l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet eliġibbli biżżejjed biex jiżguraw li, jekk tiġi applikata l-għodda tal-ippleġġjar intern l-proporzjon tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jkun jista' jiġi restawrat għal livell neċessarju biex isostni biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni u jippermettilha tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE;

    (c)id-daqs, il-mudell kummerċjali u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

    (d)safejn l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tista' tikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 99;

    (e)safejn il-falliment tal-istituzzjoni jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż, minħabba l-interkonnettività tagħha ma' istituzzjonijiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja permezz ta' kontaġju lil istituzzjonijiet oħra.

    4.Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fuq bażi individwali.

    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40, l-obbligazzjonijiet miżmuma minn entitajiet oħra li huma parti mill-grupp għandhom jiġu esklużi mill-ammont aggregat speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    5.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jirrikjedu u jivverifikaw li l-istituzzjonijiet iżommu l-ammont aggregat previst fil-paragrafu 1, u jieħdu kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 4 waqt li jkunu qed jiżviluppaw u jżommu pjanijiet ta' riżoluzzjoni. 

    6.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jinformaw l-ABE bl-ammont minimu li jkunu ddeterminaw għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2018 l-aktar tard dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 1. Partikolarment l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni jekk jeżistux diverġenzi dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ dak ir-rekwiżit. 

    7.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 103, tadotta miżuri li jispeċifikaw il-kriterji previsti fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 3, b'referenzi possibbli għall-kategoriji differenti ta' istituzzjonijiet u l-meded relatati ta' perċentwali.

    Artikolu 40

    Applikazzjoni ta' rekwiżit minimu għal gruppi

    1.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jagħżlu li japplikaw ir-rekwiżit minimu stabbilit fl-Artikolu 39(1) u (3) fuq bażi konsolidata għal gruppi li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata, sakemm jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)il-perċentwali msemmija fl-Artikolu 39(1) jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-livell konsolidat tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp;

    (b)l-istrumenti tad-dejn jew is-self imsemmija fl-Artikolu 39, (2), jinħarġu mill-impriża prinċipali, jew minn kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1;

    (c)l-impriża prinċipali jew il-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1 tqassam adegwatament u proporzjonalment, fil-forma ta' kreditu, il-fondi miġbura bil-ħruġ tal-istrumenti ta’ dejn jew self imsemmija fl-Artikolu 39 (2), fost l-istituzzjonijiet li huma sussidjarji;

    (d)kull istituzzjoni, li hija sussidjarja, għandha tikkonforma mar-rekwiżit minimu stipulat fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1. Madankollu, permezz ta' eżenzjoni mill-Artikolu 39(4), it-tieni subparagrafu, obbligazzjonijiet li huma miżmuma mill-impriża prinċipali jew mill-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1 għandhom ikunu inklużi fl-ammont aggregat tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li s-sussidjarja tkun meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 39(1);

    (e)fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew awtorità kompetenti oħra tar-riżoluzzjoni, kif xieraq, tapplika l-għodda tal-ippleġġjar intern fuq l-impriża prinċipali jew il-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji għandhom japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern, l-ewwel nett, għall-obbligazzjonijiet tas-sussidjarji fir-rigward tal-impriża prinċipali jew il-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1, skont kif xieraq, qabel ma japplikawha, jekk meħtieġ, għal kwalunkwe obbligazzjoni sussidjarja eliġibbli oħra tas-sussidjarja.

    2.Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu l-mod li bih il-grupp jistruttura l-operazzjonijiet tiegħu u partikolarment il-punt safejn il-finanzjament, il-likwidità u r-riskju huma mmaniġġjati ċentralment.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu d-deċiżjoni li japplikaw ir-rekwiżit minimu fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu matul l-iżvilupp u ż-żamma ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva. Għal gruppi soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu d-deċiżjoni li japplikaw ir-rekwiżit minimu fuq bażi konsolidata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

    Subtaqsima 3

    Implimentazzjoni tal-Għodda tal-Ippleġġjar Intern

    Artikolu 41

    Valutazzjoni tal-ammont tal-ippleġġjar intern

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jivvalutaw l-ammont aggregat li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jiġu mnaqqsa jew konvertiti fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 30.

    2.Fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 37(2), il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jeħtiġilhom jiġu mnaqqsa sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-ammont li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis neċessarju biex isostni biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni u jippermettilha tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-valutazzjoni u l-valwazzjoni jkunu bbażati fuq informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkun aġġornata u komprensiva kemm huwa raġonevolment possibbli.

    Artikolu 42

    Trattament tal-azzjonisti

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu dawn iż-żewġ azzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-azzjonisti, jew waħda minnhom:

    (a)jikkanċellaw ishma eżistenti;

    (b)jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 56(1) sabiex jikkonvertu obbligazzjonijiet eliġibbli f'ishma tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni b'rata ta' konverżjoni li tnaqqas ħafna l-ishma eżistenti.

    2.L-azzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw fir-rigward tal-azzjonisti fejn l-ishma inkwistjoni kienu ħarġu jew ġew mogħtija fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a)skont il-konverżjoni ta' strumenti tad-dejn għal ishma skont it-termini kuntrattwali tal-istrumenti oriġinali tad-dejn fuq l-okkorrenza ta’ ġrajja li ppreċediet jew seħħet fl-istess żmien tal-valutazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni li l-istituzzjoni ssodisfat il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni;

    (b)skont il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 52.

    3.Meta jqisu l-azzjoni li għandha tittieħed skont il-paragarfu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu l-ammont probabbli ta' telf relattiv għall-assi qabel l-eżerċizzju tal-għodda tal-ippleġġjar intern, bil-ħsieb li jiżguraw li l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-azzjonisti tkun konsistenti ma’ dak it-tnaqqis fil-valur tal-ekwità; il-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 30 u 31 u partikolarment il-probabbiltà li l-azzjonisti kienu jirkupraw xi valur kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata abbażi ta’ dik il-valwazzjoni.

    4.Meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 u 31. 

    5.L-ABE għandha tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar iċ-ċirkostanzi li fihom tkun xierqa kull waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, wara li tkun kkunsidrat il-fatturi speċifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-ABE għandha tiżviluppa dawn il-linji gwida l-aktar tard sad-data prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 115(1) ta' din id-Direttiva.

    6.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, fejn xieraq, l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tal-linji gwida tal-ABE, tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 103 mmirati li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom kull waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun xierqa, wara li tikkunsidra l-fatturi speċifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 43

    Ġerarkija tal-pretensjonijiet

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni filwaqt li jirrispettaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)Strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitniżżlu fil-valur l-ewwel fil-proporzjon tat-telf u sal-kapaċità tagħhom u l-ishma rilevanti jiġu kkanċellati skont l-Artikolu 42;

    (b)jekk, u biss jekk, it-tniżżil fil-valur skont il-punt(a) ikun anqas mill-ammont aggregat, l-awtoritajiet inaqqsu għal żero l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali li huma obbligazzjonijiet u l-istrumenti tal-Grad 2 skont is-subtaqsima 2;

    (c)jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali tal-obbligazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) jkun anqas minn l-ammont aggregat, l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali ta' dejn subordinat li mhuwiex kapital tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 sal-limitu meħtieġ, flimkien ma' tniżżel fil-valur skont il-punti (a) u (b) biex jipproduċu l-ammont aggregat;

    (d)Jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali tal-obbligazzjonijiet skont il-punti (a), (b) jew (c) ta' dan il-paragrafu huwa anqas minn l-ammont aggregat, awtoritajiet inaqqsu l-ammont kapitali ta ', jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’, il-bqija tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, skont l-Artikolu 38, li huma dejn ta' preferenza sal-punt meħtieġ, flimkien ma' tniżżil fil-valur skont il-punti (a), (b) jew (c) biex jipproduċu l-ammont aggregat.

    2.Meta japplikaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni skont il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jallokaw it-telf rappreżentat mill-ammont aggregat ugwalment bejn l-obbligazzjonijiet tal-istess livell billi jnaqqsu l-ammont kapitali ta', jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta', dawk l-obbligazzjonijiet sal-istess punt prorata skont il-valur tagħhom.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom inaqqsu l-ammont kapitali tal-istrument jew jikkonvertuh skont dawk it-termini msemmija fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 qabel ma jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fuq l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u meta dawk it-termini ma jkunux daħlu fis-seħħ meta istituzzjoni tkun ħarġet strumenti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, li jkun fihom waħda minn dawn it-termini li ġejjin:

    (a)termini li jipprevedu li l-ammont kapitali tal-istrument jitnaqqas fl-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment li jirreferi għas-sitwazzjoni finanzjarja, is-solvenza jew il-livelli ta' fondi proprji tal-istituzzjoni;

    (b)termini li jipprevedu l-konverżjoni tal-istrumenti għal ishma jew strumenti oħra ta' sjieda fl-okkorrenza ta' tali każ.

    4.Fejn l-ammont kapitali ta’ strument ġie mnaqqas, iżda mhux għal żero, skont termini tat-tip imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 qabel l-applikazzjoni ta' ppleġġjar intern jew skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fuq l-ammont residwu ta' dik il-kapital skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 44

    Derivattivi

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jiġu rrispettati meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi.

    2.Fejn it-tranżazzjonijiet huma soġġetti għal ftehim ta' netting, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-obbligazzjoni li tirriżulta minn dawk it-tranżazzjonijiet fuq bażi netta skont it-termini tal-ftehim.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-valur tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi skont dan li ġej: 

    (a)metodoloġiji xierqa għad-determinazzjoni tal-valur ta' klassijiet ta' derivattivi, inklużi tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal ftehimiet ta’ netting;

    (b)prinċipji biex jiġi stabbilit il-waqt rilevanti li fih għandu jiġi stabbiliti l-valur ta' pożizzjoni ta' derivattiv.

    4.L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jinħolqu mid-derivattivi:

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Qed tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' din id-Direttiva skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 45

    Rata tal-konversjoni tad-dejn f’ekwità

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplika ristrutturazzjoni tad-dejn permezz tal-eżerċizju tas-setgħat imsemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 56(1) biex jikkonvertu obbligazzjonijiet f'ishma ordinarji jew fi strumenti oħra ta' sjieda, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw rata ta' konverżjoni differenti għal klassijiet differenti ta' obbligazzjonijiet skont wieħed mill-prinċipji stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew skont it-tnejn li huma.

    2.Ir-rata tal-konverżjoni għandha tirrappreżenta kumpens xieraq lill-kreditur affettwat għat-telf imġarrab minħabba l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni.

    3.Ir-rata tal-konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet ta' preferenza għandha tkun ogħla mir-rata ta' konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet subordinati, fejn dan ikun xieraq biex jirrifletti l-prijorità tal-obbligazzjonijiet superjuri fl-istralċ skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli.

    4.L-ABE għandha tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-iffissar tar-rati ta' konverżjoni. L-ABE għandha tiżviluppa dawn il-linji gwida l-aktar tard sad-data prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 115(1) ta' din id-Direttiva.

    Il-linji gwida għandhom jindikaw, partikolarment, kif kredituri affettwati jistgħu jiġu kkumpensati b'permezz tar-rata tal-konversjoni, u r-rati tal-konverżjoni relattivi li jistgħu jkunu xierqa biex jirriflettu l-prijorità ta' obbligazzjonijiet ta' preferenza skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli.

    Artikolu 46

    Miżuri ta' rkupru u riorganizzazzjoni li jakkumpanjaw ippleġġjar intern

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern ikunu adottati arranġamenti sabiex jiżguraw li jiġi mfassal u implimentat pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont l-Artikolu 47.

    2.L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-ħatra ta' amministratur bil-għan li jħejji u jimplimenta l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju meħtieġ mill-Artikolu 47.

    Artikolu 47

    Pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

    1.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fi żmien [xahar] wara l-applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern fuq istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 37(2), l-amministratur appuntat taħt l-Artikolu 46 għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità tar-riżoluzzjoni, lill-Kummissjoni u lill-ABE pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Fejn ikun applikabbli l-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali pjan ikun kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li l-istituzzjoni tkun meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni skont dak il-qafas. 

    2.Pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jistabbilixxi miżuri mmirati biex jirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul tal-istituzzjoni jew partijiet tan-negozju tagħha fi żmien raġonevoli li ma jkunx itwal minn sentejn. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera l-istituzzjoni.

    Il-pjan tar-riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, l-istat attwali tas-swieq finanzjarji u kif ukoll il-prospetti futuri tagħhom, u jirrifletti s-suppożizzjonijet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti. L-ittestjar tal-istress għandu jikkunsidra firxa ta’ xenarji, inkluża kombinazzjoni ta’ avvenimenti ta’ stress u reċessjoni globali fit-tul. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma’ punti ta' referenza xierqa u għas-settur kollu.

    3.Pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

    (a)djanjosi dettaljata tal-fatturi u l-problemi li kkawżaw lill-istituzzjoni tfalli jew probabbli tfalli, u ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tagħha;

    (b)deskrizzjoni tal-miżuri mmirati lejn ir-restawrar tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni li għandhom jiġu adottati;

    (c)skeda għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

    4.Miżuri mmirati lejn ir-restawrar tal-vijabbiltà fit-tul istituzzjoni jistgħu jinkludu:

    (a)    ir-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjoni;

    (b)l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf;

    (c)ir-ristrutturar ta' attivitajiet eżistenti li jistgħu jsiru kompetittivi;

    (d)il-bejgħ ta' assi jew linji ta' negozju.

    5.Fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-probabbilità li l-pjan, jekk jiġi implimentat, jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni.

    Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun issodisfata li l-pjan se jinkiseb dak l-għan, għandha tapprova il-pjan.

    6.Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tkunx issodisfata li l-pjan se jintlaħaq dak l-għan l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-amministratur dwar it-tħassib tagħha u teħtieġ lill-amministratur jemenda l-pjan b'mod li jindirizza dan it-tħassib.

    7.Fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-wasla ta' tali notifika, l-amministratur għandu jissottometti għall-approvazzjoni pjan emendat lill-awtorità tar-riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-pjan emendat, u għandha tinnotifika lill-amministratur fi żmien ġimgħa jekk hijiex issodisfata li l-pjan, kif emendat, jindirizza t-tħassib innotifikat jew jekk hux meħtieġ aktar emendar.

    8.L-amministratur għandu jimplimenta l-pjan ta' riorganizzazzjoni kif miftiehem mal-awtorità tar-riżoluzzjoni, u għandu jirrapporta kull sitt xhur għand l-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan.

    9.L-amministratur għandu jirrevedi l-pjan, jekk dan ikun meħtieġ biex tintlaħaq il-mira stipulata fil-paragrafu 2, u għandu jissottometti kwalunkwe tali reviżjoni għand l-awtorità tar-riżoluzzjoni għall-approvazzjoni.

    10.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar:

    (a)l-elementi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 3; u

    (b)il-kontenut tar-rapporti skont il-paragrafu 8.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Subtaqsima 4

    Għodda tal-Ippleġġjar Intern: Dispożizzjonijiet Anċillari

    Artikolu 48

    Effett tal-ippleġġjar intern

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita setgħa msemmija fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56(1), it-tnaqqis fil-kapital jew fl-ammont pendenti dovut, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni jidħlu fis-seħħ u jkunu immedjatament vinkolanti fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-kredituri u l-azzjonisti affettwati.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti amministrattivi u proċedurali kollha meħtieġa biex jagħtu effett lill-eżerċizzju ta’ setgħa msemmija fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56 (1) jkunu kompluti, inklużi:

    (a)l-emenda tar-reġistri rilevanti kollha;

    (b)it-tneħħija mill-elenkar jew it-tneħħija mill-kummerċ ta' ishma jew strumenti ta' dejn;

    (c)l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta' ishma ġodda.

    3.Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tnaqqas għal żero l-ammont kapitali prinċipali ta', jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’ obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija f'punt (g) tal-Artikolu 56(1), dik l-obbligazzjoni u kwalunkwe obbligu jew pretensjoni li tirriżulta f'relazzjoni magħha li mhumiex dovuti fil-ħin meta tiġi eżerċitata s-setgħa għandhom jiġu ttrattati bħala mħallsa għal għanijiet kollha, u ma għandhomx ikun jistgħu jiġu ppruvati fi kwalunkwe proċeduri sussegwenti fir-rigward l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe istituzzjoni suċċessur fi kwalunkwe stralċ sussegwenti.

    4.Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tkun naqqset parzjalment, imma mhux għal kollox, l-ammont kapitali ta', jew l-ammont pagabbli pendenti fir-riwgard ta' obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 56(1):

    (a)l-obbligazzjoni għandha tiġi konoxxuta sal-punt tal-ammont imnaqqas;

    (b)l-istrument rilevanti jew il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont kapitali residwu, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-obbligazzjoni, soġġett għal kwalunkwe modifika tal-ammont tal-interess pagabbli biex tirrifletti t-tnaqqis tal-ammont kapitali, u kwalunkwe modifika ulterjuri fit-termini li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tagħmel permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 56(1).

    Artikolu 49

    Tneħħija tal-ostakli proċedurali għall-ippleġġjar intern

    1.L-Istati Membri għandhom, f'każijiet xierqa, jeħtieġu lill-istituzzjonijiet iżommu l-ħin kollu biżżejjed kapital azzjonarju awtorizzat sabiex, fil-każ li l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċitata s-setgħat msemmija fil-punti (f), (g) u (h) tal-Artikolu 56(1) fir-rigward ta' istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha, l-istituzzjoni ma tkunx prevenuta milli toħroġ biżżejjed ishma ġodda jew strumenti ta' sjieda biex tiżgura li l-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f'ishma ordinarji jew strumenti oħra ta' sjieda tkun tista' titwettaq b'mod effekaċi.

    2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw jekk huwiex xieraq li jiġi impost ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 fil-każ ta' istituzzjoni partikolari fil-kuntest tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni għal dik l-istituzzjoni, wara li jikkunsidraw, b 'mod partikolari, l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni kkontemplati f'dak il-pjan. Jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprevedi l-applikazzjoni possibbli tal-għodda tal-ippleġġjar intern, l-awtoritajiet għandhom jivverifikaw li s-sehem kapital awtorizzat ikun suffiċjenti biex ikopru l-ammont aggregat msemmija fl-Artikolu 41.

    3.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jiżguraw li ma hemm l-ebda impedimenti proċedurali għall-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f'ishma ordinarji jew strumenti oħra ta' sjieda eżistenti permezz tal-istrumenti tagħhom ta' inkorporazzjoni jew statuti, inkluż drittijiet ta' prelazzjoni għall-azzjonisti jew rekwiżiti għall-kunsens tal-azzjonisti biex jiżdied il-kapital.

    4.Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal emendi fid-Direttivi 77/91/KEE, 82/891/KEE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE stipulati fit-Titolu VIII ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 50

    Rikonoxximent kuntrattwali tal-ippleġġjar intern

    1.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jinkludu fid-dispożizzjonijiet kontrattwali li jirregolaw kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, strument tal-Grad 1 Addizzjonali jew strument tal-Grad 2 li huwa rregolat mil-liġi ta' ġurisdizzjoni li ma tkunx ta' Stat Membru terminu li bih il-kreditur jew il-parti fil-ftehim li tinħoloq l-obbligazzjoni tirrikonoxxi li l-obbligazzjoni tista' tiġi soġġetta għal setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni u taqbel li tkun marbuta bi kwalunkwe tnaqqis fil-kapital jew l-ammont pendenti dovuti, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni li sseħħ bl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

    2.Jekk istituzzjoni tonqos milli tinkludi fid-dispożizzjonijiet kontrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti t-terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, dak in-nuqqas ma għandux jipprevjeni lill-awtorità tar-riżoluzzjoni milli teżerċita s-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fir-rigward ta' dik l-obbligazzjoni.

    3.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, tadotta miżuri li jispeċifikaw aktar il-kontenut tat-terminu meħtieġ mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Kapitolu IV

    Tniżżil fil-Valur tal-Istrumenti Kapitali

    Artikolu 51

    Rekwiżit biex jitniżżel il-valur ta' strumenti kapitali

    1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa tat-tniżżil fil-valur, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52 u mingħajr dewmien, fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti maħruġa minn istituzzjoni meta waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin japplikaw:

    (a)l-awtorità xierqa tiddetermina li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni;

    (b)l-awtorità xierqa tiddetermina li jekk dik is-setgħa ma tiġix eżerċitata fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti, l-istituzzjoni ma tibqax aktar vijabbli;

    (c)ittieħdet deċiżjoni fi Stat Membru li tingħata għajnuna pubblika straordinarja lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali u l-awtorità xierqa tagħmel determinazzjoni li mingħajr l-għoti ta' tali għajnuna l-istituzzjoni ma tibqax aktar vijabbli;

    (d)l-istrumenti kapitali rilevanti huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, jew fuq bażi konsolidata, u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħmel determinazzjoni li sakemm ma tiġix eżerċitata s-setgħa tat-tniżżil fil-valur fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, l-grupp konsolidat ma jibqax aktar vijabbli.

    2.Fejn awtorità xierqa tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, hi għandha immedjatament tinnotifika l-awtorità tar-riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni inkwistjoni jekk differenti.

    3.Qabel tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' istituzzjoni li toħroġ l-istrumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, l-awtorità xierqa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta' notifika u konsultazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 52.

    4.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 irrispettivament minn jekk huma japplikawx ukoll l-għodda tar-riżoluzzjoni jew jeżerċitaw kwalunkwe setgħa oħra ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni.

    Artikolu 52

    Dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tniżżil fil-valur tal-istrumenti kapitali

    1.Meta jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 51, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħa tat-tniżżil fil-valur b'mod li jipproduċi r-riżultati li ġejjin:

    (a)l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitniżżlu fil-valur l-ewwel, f'proporzjon tat-telf u sal-kapaċità tagħhom;

    (b)l-ammont kapitali tal-istrumenti kapitali rilevanti jitnaqqas għal żero;

    (c)it-tnaqqis għal żero ta' dak l-ammont kapitali jkun permanenti;

    (d)l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur ta' strument kapitali rilevanti ma tibqa’ taħt jew marbuta ma' dak l-istrument, ħlief kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta’ reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur;

    (e)ebda kumpens ma jitħallas lil kwalunkwe detentur tal-istrumenti kapitali rilevanti għajr skont il-paragrafu 4.

    Il-punt (d) ma għandux jimpedixxi l-forniment ta' strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni lil detentur ta' strumenti kapitali rilevanti skont il-paragrafu 2.

    2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jakkumpanjaw l-eżerċizzju tas-setgħa msemmi fl-Artikolu 51(1) mar-rekwiżit li l-istituzzjonijiet toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni għal detenturi ta' strumenti kapitali rilevanti li jitniżżlu fil-valur skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

    (a)dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinħarġu mill-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew minn intrapriża prinċipali tal-istituzzjoni;

    (b)dawk l-strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta' ishma jew strumenti ta' sjieda minn dik l-istituzzjoni għall-finijiet tal-għoti ta' fondi proprji mill-entità Statali jew governattiva;

    (c)dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jingħataw u jiġu ttrasferiti mingħajr dewmien wara l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur;

    (d)ir-rata ta' konverżjoni li tiddetermina l-għadd ta’ strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jiġu pprovduti fir-rigward ta' kull strument kapitali rilevanti tikkonforma mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 45 u ma' kwalunkwe linji gwida żviluppata mill-ABE skont l-Artikolu 45(5).

    3.Għall-finijiet tal-forniment ta' strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet biex f’kull ħin iżommu l-awtorizzazzjoni meħtieġa minn qabel biex joħorġu l-għadd rilevanti ta' strumenti fil-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

    4.Fejn istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika għodda ta' riżoluzzjoni lil dik l-istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 51(1) qabel tapplika l-għodda tar-riżoluzzjoni.

    5.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jiżguraw li l-eżerċizzju mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-setgħa ta' tniżżil fil-valur f'konformità mal-Artikolu 51(1) ma jikkostitwixxix okkażjoni ta' inadempjenza jew avveniment tal-kreditu taħt l-istrumenti kapitali rilevanti.

    6.Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tal-paragrafu 5, l-ABE u l-AETS għandhom flimkien jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw it-tifsira ta' "avveniment ta’ kreditu" għall-finijiet ta' dak il-paragrafu.

    L-ABE u AETS għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Qed tiġi delegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 53

    Tniżżil fil-valur jew konverżjoni kuntrattwali ta’ strumenti kapitali

    Sakemm dawk it-termini kuntrattwali jieħdu effett meta l-awtorità tagħmel determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1), ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 51(1) ma japplikax fir-rigward ta’ strumenti kapitali rilevanti fejn it-termini ta’ dawk l-istrumenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)It-termini kuntrattwali tal-istrument kapitali rilevanti jipprovdu li l-ammont kapitali tal-istrument se jitnaqqas għal żero, jew li l-istrument se jiġi kkonvertit fi strument wieħed jew aktar tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, awtomatikament meta kwalunkwe awtorità xierqa tagħmel determinazzjoni skont l-Artikolu 51(1);

    (b)it-tnaqqis tal-ammont kapitali tal-istrument kapitali rilevanti jew il-konverżjoni ta' strument kapitali rilevanti fi strumenti wieħed jew aktar tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1);

    (c)fejn it-termini tal-istrument kapitali rilevanti jipprovdu li l-istrument se jikkonverti fi strument wieħed jew aktar tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, ir-rata tal-konverżjoni tiġi stipulata f’dawk it-termini u tikkonforma mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 45 u kwalunkwe linji gwida żviluppati mill-ABE skont l-Artikolu 45(5).

    Artikolu 54

    Awtoritajiet responsabbli mid-determinazzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 51(1) huma dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali skont l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1) ta' din id-Direttiva għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ġiet awtorizzata skont it-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE.

    3.Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti jinħarġu minn istituzzjoni li hija sussidjarja u huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u bażi konsolidata, l-awtoritajiet responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 53(1) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    (a)l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE għandha tkun responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 51(1) ta' din id-Direttiva;

    (b)l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni jew l-awtorità kompetenti li twettaq subkonsolidazzjoni għandha tkun responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 51(1).

    Artikolu 55

    Applikazzjoni konsolidata: proċedura għad-determinazzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel jagħmlu determinazzjoni msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 51(1) fir-rigward istituzzjoni li toħroġ l-istrumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u bażi konsolidata, l-awtoritajiet xierqa jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)awtorità xierqa li tkun qed tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 51(1) għandha tinnotifika lis-superviżur tal-konsolidazzjoni mingħajr dewmien;

    (b)awtorità xierqa li tkun qed tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 51(1) għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-awtorità kompetenti responsabbli għal kull istituzzjoni li ħarġet l-istrumenti kapitali rilevanti li fir-rigward tagħhom trid tiġi eżerċitata s-setgħa tat-tniżżil fil-valur kieku ssir dik id-determinazzjoni.

    2.Awtorità xierqa għandha takkumpanja notifika magħmula skont il-paragrafu 1 bi spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex qed tikkunsidra tagħmel id-determinazzjoni inkwistjoni.

    3.Fejn tkun saret notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità xierqa, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nnotifikati, għandha tivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin:

    (a)jekk hijiex disponnibbli miżura alternattiva għall-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur f'konformità mal-Artikolu 51(1);

    (b)jekk tali miżura alternattiva hija disponibbli, jekk tistax tiġi applikata b'mod vijabbli;

    (c)jekk tali miżura alternattiva tista' tiġi applikata b'mod vijabbli, jekk hemmx prospett realistiku li dan jindirizza, f'limitu ta' żmien adegwat, iċ-ċirkostanzi li altrimenti jkunu jeħtieġu li ssir determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1).

    4.Għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, miżuri alternattivi tfisser miżuri ta' intervent bikri msemmija fl-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva, miżuri msemmija fl-Artikolu 136(1) tad-Direttiva 2006/48/KE jew trasferiment ta' fondi jew kapital mill-impriża prinċipali.

    5.Fejn, skont il-paragrafu 3, l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li miżura alternattiva waħda jew aktar huma disponibbli, jistgħu jiġu applikati b'mod vijabbli u jwasslu għall-eżitu msemmi fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jiġu applikati.

    6.Fejn, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li l-ebda miżura alternattiva ma hija disponibbli u twassal għall-eżitu msemmi fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu, l-awtorità xierqa għandha tiddeċiedi jekk id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1) taħt kunsiderazzjoni hijiex xierqa.

    7.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw fil-pront mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 6, wara li jqisu kif xieraq l-urġenza taċ-ċirkostanzi.

    Kapitolu V

    Setgħat Ta' Riżoluzzjoni

    Artikolu 56

    Setgħat ġenerali

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni. Partikolarment, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat tar-riżoluzzjoni li ġejjin, li għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw weħidhom jew b'mod konġunt:

    (a)is-setgħa li jitolbu lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex tiddeċiedi u tipprepara azzjoni ta' riżoluzzjoni, inklużi aġġornamenti u supplimenti ta' informazzjoni pprovduta fil-pjanijiet tar-riżoluzzjoni;

    (b)is-setgħa jieħdu kontroll ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jeżerċitaw id-drittijiet kollha konferiti fuq l-azzjonisti jew is-sidien tal-istituzzjoni;

    (c)is-setgħa jittrasferixxu ishma u strumenti oħra ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (d)is-setgħa jittrasferixxu strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (e)is-setgħa jittrasferixxu lil persuna oħra drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet speċifikati ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (f)is-setgħa jniżżlu l-valur jew jikkonvertu l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 51 f’ishma jew strumenti oħra ta' sjieda tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew ta' istituzzjoni prinċipali rilevanti taħt riżoluzzjoni;

    (g)is-setgħa jnaqqsu, inkluż li jnaqqsu għal żero, l-ammont kapitali ta' jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (h)is-setgħa jikkonvertu obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f'ishma ordinarji jew strumenti oħra ta' sjieda ta' dik l-istituzzjoni, istituzzjoni prinċipali rilevanti jew istituzzjoni tranżitorja li fiha jiġu trasferiti assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni;

    (i)is-setgħa jikkanċellaw strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (j)is-setgħa jikkanċellaw ishma jew strumenti oħra ta' sjieda ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (k)is-setgħa jeħtieġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni toħroġ ishma ġodda jew strumenti oħra ta' sjieda jew strumenti kapitali oħra inklużi ishma ta' preferenza u strumenti konvertibbli kontinġenti;

    (l)is-setgħa jeħtieġu l-konverżjoni ta' strumenti ta' dejn li jkun fihom terminu kuntrattwali għall-konverżjoni fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 51;

    (m)is-setgħa jemendaw jew jibdlu l-maturità ta' strumenti ta' dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew jemendaw l-ammont ta’ imgħax pagabbli taħt dawn l-istrumenti, inkluż billi jissospendu l-ħlas għal perjodu temporanju;

    (n)is-setgħa li jneħħu jew jibdlu l-maniġment superjuri ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma jkunu soġġetti għall-ebda rekwiżit mill-ġejjin, li li kieku jkunu japplikaw minħabba l-liġi nazzjonali jew kuntratti jew xort’oħra:

    (a)rekwiżiti li jiksbu approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna kemm pubblika jew privata, inkluż l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (b)rekwiżiti proċedurali li jinnotifikaw kwalunkwe persuna.

    B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat taħt dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq, jew rekwiżit għal kunsens, trasferiment tal-istrumenti finanzjarji, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet inkwistjoni li li kieku jistgħu japplikaw.

    Il-Punt (b) ta' dan il-paragrafu huwa mingħajr ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 75 u kwalunkwe rekwiżit ta’ notifika taħt il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

    Artikolu 57

    Setgħat anċillari għas-setgħa ta' trasferiment

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jeżerċitaw setgħa ta' trasferiment, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jagħmlu dan li ġej:

    (a)jipprovdu li t-trasferiment rilevanti jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti;

    (b)ineħħu d-drittijiet għall-akkwist ta' aktar ishma jew strumenti oħra ta' sjieda;

    (c)iwaqqfu l-ammissjoni għall-kummerċ fuq suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew mill-elenkar uffiċjali ta' strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2001/34/KE;

    (d)jipprovdu li r-riċivetur jiġi trattat bħallikieku kien l-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni għall-finijiet ta’ kwalunkwe obbligi, kuntratti jew arranġamenti magħmula minn, jew azzjonijiet meħuda minn, l-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni;

    (e)jeħtieġu lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew lir-riċevitur jipprovdi lill-parti l-oħra b'informazzjoni u assistenza;

    (f)jikkanċellaw jew jimmodifikaw it-termini ta' kuntratt li għalih l-istituzzjoni tal-kreditu taħt ir-riżoluzzjoni tkun parti jew jissostitwixxu destinatarju tat-trasferiment bħala parti;

    (g)jinfurzaw kuntratti li tkun daħħlet għalihom sussidjarja, li l-obbligi taħthom ikunu ggarantiti jew inkella sostnuti mill-impriża prinċipali, minkejja kwalunkwe dritt kuntrattwali għal terminazzjoni, likwidazzjoni jew aċċelerazzjoni ta' tali kuntratti abbażi biss tal-insolvenza jew il-kundizzjoni finanzjarja tal-impriża prinċipali, jekk tali garanzija jew għajnuna oħra u l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha relatati ġew ittrasferiti lejn u meħuda mir-riċevitur, jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tipprovdi b'xi mod ieħor protezzjoni adegwata għal dawn l-obbligi.

    2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat speċifikati fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 fejn huwa meqjus mill-awtorità li jkun xieraq li tgħin biex jiġi żgurat li azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva jew biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jeżerċitaw setgħa ta' trasferiment jew setgħa tat-tniżżil fil-valur ta' dejn, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jipprovdu għal arranġamenti ta' kontinwazzjoni biex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva u n-negozju ttrasferit jista' jitħaddem mir-riċevitur. Arranġamenti ta' kontinwazzjoni bħal dawn għandhom jinkludu, partikolarment:

    (a)il-kontinwazzjoni ta' kuntratti konklużi mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex ir-riċevitur jassumi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni relatati ma' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġiet ittrasferita u hija sostitwita għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni (kemm jekk espressament jew impliċitament) fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;

    (b)is-sostituzzjoni tar-reċivetur mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe proċeduri ġuridiċi li jirrelataw ma' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġiet ittrasferita.

    4.Is-setgħat fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 3 ma għandhomx jaffettwaw dan li ġej:

    (a)id-dritt ta' impjegat tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li jittermina kuntratt ta' impjieg;

    (b)kwalunkwe dritt ta' parti għal kuntratt li teżerċita drittijiet skont il-kuntratt, inkluż id-dritt li ttemm, fejn intitolata tagħmel hekk skont it-termini tal-kuntratt minħabba att jew ommissjoni mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni qabel it-trasferiment rilevanti, jew minn riċevitur wara t-trasferiment rilevanti.

    5.Fejn awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni huma ssodisfati, tapplika għodda jew teżerċita setgħa ta' riżoluzzjoni, l-azzjoni ta' riżoluzzjoni għandha fiha nnifisha ma tagħmilhix impossibbli li xi ħadd:

    (a)jeżerċita kwalunkwe dritt jew setgħa biex itemm, jaċċellera jew jiddikjara inadempjenza jew avveniment tal-kreditu taħt kwalunkwe kuntratt jew ftehim li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti fih;

    (b)jikseb pussess jew jeżerċita kontroll fuq kwalunkwe proprjetà tal-istituzzjoni skont riżoluzzjoni;

    (c)jaffettwa kwalunkwe dritt kuntrattwali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    L-ewwel subparagrafu ma għandux jaffettwa d-dritt ta' persuna li tieħu azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu fejn dan id-dritt jirriżulta minn avveniment ta' inadempjenza jew qagħda tal-affarijiet li mhijiex l-azzjoni tar-riżoluzzjoni jew ir-riżultat tal-eżerċizzju ta’ setgħa ta' riżoluzzjoni taħt dan l-Artikolu.

    Artikolu 58

    Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta' servizzi u faċilitajiet

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jesiġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, inkluż fejn tkun soġġetta għal proċeduri normali ta' insolvenza, u kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni, biex tipprovdi kwalunkwe servizz jew faċilità li huma neċessarji biex jippermettu lil riċevitur jopera b'mod effettiv in-negozju ttrasferit lilu.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tagħhom ikollhom setgħat jinfurzaw l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, minn awtoritajiet fi Stati Membri oħra fuq entitajiet affiljati stabbiliti fit-territorju tagħhom.

    3.Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ristretti għal servizzi operazzjonali u faċilitajiet u ma jinkludu l-ebda forma ta' għajnuna finanzjarja.

    4.Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu skont it-termini li ġejjin:

    (a)fejn is-servizzi u l-faċilitajiet kienu pprovduti lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni tar-riżoluzzjoni, fuq l-istess termini;

    (b)fejn il-punt (a) ma japplikax, fuq termini kummerċjali.

    5.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika s-servizzi jew il-faċilitajiet li huma neċessarji biex jippermettu riċevitur jopera effettivament negozju trasferit lilu. 

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 59

    Setgħa ta' inforzar ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni minn Stati Membri oħra

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn trasferiment ta' ishma, strumenti oħra ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jinkludi assi li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità tar-riżoluzzjoni jew drittijiet jew obbligazzjonijiet taħt il-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtoritŕ tar-riżoluzzjoni, it-trasferiment għandu effett fi jew taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

    2.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni li tkun għamlet jew biħsiebha tagħmel it-trasferiment bl-assistenza raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-ishma jew l-istrumenti oħra ta' sjieda jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jiġu ttrasferit lir-riċevitur skont kwalunkwe rekwiżit applikabbli tal-liġi nazzjonali.

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri u partijiet terzi li huma affettwati bit-trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mhumiex intitolati jipprevjenu, jisfidaw, jew iwarrbu t-trasferiment taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-assi jew tal-liġi li tirregola d-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet.

    4.Meta awtorità tar-riżoluzzjoni ta’ Stat Membru (Stat Membru A) teżerċita s-setgħa tat-tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni, inkluż fir-rigward ta' strumenti kapitali skont l-Artikolu 51, u l-obbligazzjonijiet eliġibbli jew l-istrumenti kapitali rilevanti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)strumenti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni (Stat Membru B);

    (b)obbligazzjonijiet dovuti lil kredituri li jinsabu fl-Istat Membru B.

    L-Istat Membru B għandu jiżgura li l-ammont kapitali ta' dawk l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jitnaqqas, jew li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jiġu kkonvertiti, skont l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur jew konverżjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru A.

    5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri li huma affettwati mill-eżerċizzju tat-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux intitolati jisfidaw it-tnaqqis tal-ammont kapitali tal-istrument jew l-obbligazzjoni jew il-konverżjoni tagħha, kif jista' jkun il-każ, taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru B.

    6.Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawn li ġejjin jiġu determinati skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni:

    (a)id-dritt tal-kredituri u l-partijiet terzi li jisfidaw permezz ta' reviżjoni ġudizzjarja, skont l-Artikolu 78, trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jinsabu fit-territorju tiegħu jew huma rregolati bil-liġi tat-territorju tiegħu;

    (b)id-dritt tal-kredituri li jisfidaw permezz ta' reviżjoni ġudizzjarja, skont l-Artikolu 78, it-tnaqqis tal-ammont kapitali, jew il-konverżjoni, ta' strument jew obbligazzjoni koperta mill-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

    (c)is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu V, fir-rigward ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jinsabu fit-territorju tiegħu jew huma rregolati bil-liġi tat-territorju tiegħu.

    Artikolu 60

    Setgħa li jintalab trasferiment ta' proprjetà li tinsab f'pajjiżi terzi

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, f’każijiet fejn l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tinvolvi azzjoni li ttieħdet fir-rigward ta' proprjetà li tinsab f’pajjiż terz jew drittijiet u obbligazzjonijiet taħt il-liġi ta' pajjiż terz, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li:

    (a)l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u r-riċevitur jintalbu jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-trasferiment isir effettiv;

    (b)l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni jintalbu jżommu l-assi jew id-drittijiet jew jirrilaxxaw l-obbligazzjoni f'isem ir-riċevitur sakemm it-trasferiment isir effettiv;

    (c)l-ispejjeż ta’ riċevitur fit-twettiq ta' kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) jitħallsu mill-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    Artikolu 61

    Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe ħlas jew forniment ta' obbligi skont kwalunkwe kuntratt li istituzzjoni tkun parti fih mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni skont l-Artikolu 75(7) sa 5 ta' filgħaxija tal-jum tan-negozju wara dik il-pubblikazzjoni.

    2.Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal depożiti eliġibbli fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 94/19/KE.

    Artikolu 62

    Setgħa li jiġu ristretti l-interessi ta' titoli

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jirrestrinġu kredituri ggarantiti ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni milli jinfurzaw interessi ta' titoli fir-rigward ta' kwalunkwe assi ta' dik l-istituzzjoni għall-perjodu limitat li l-awtorità tiddetermina meħtieġ biex tintlaħqu l-għanijiet tar-risoluzzjoni.

    2.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe interess ta' titoli ta' kontroparti ċentrali fuq l-assi ppleġġjati permezz ta' marġini jew kollateral mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    3.Fejn japplika l-Artikolu 72, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni imposta skont is-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 tkun konsistenti għall-entitajiet affiljati kollha li fir-rigward tagħhom tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni.

    4.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, tadotta miżuri li jispeċifikaw il-perjodu ta’ żmien li matulu restrizzjoni fuq l-infurzar ta' klassijiet speċifikati ta' interess ta' titoli għandha tapplika.

    Artikolu 63

    Setgħa li jiġi sospisi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

    1.Soġġet għall-Artikolu 77, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jitterminaw drittijiet ta’ kwalunkwe parti f'kuntratt finanzjarju mal-istituzzjoni li qed tfalli li jirriżultaw biss minħabba azzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, min-notifika tal-avviż skont l-Artikolu 74(5) u (6), sa mhux aktar tard mill-5 pm tal-jum tan-negozju wara dak tan-notifika.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-ħin rilevanti huwa dak tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    2.Meta awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni, għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex tiżgura li l-marġini, il-kollateral u l-obbligi tas-saldu kollha tal-istituzzjoni li qed tfalli li joriġinaw mill-kuntratti finanzjarji matul il-perjodu tas-sospensjoni jiġu ssodisfati.

    3.Persuna tista' teżerċita dritt ta' terminazzjoni ta’ kuntratt finanzjarju qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jekk dik il-persuna tirċievi l-avviż mingħand l-awtorità tar-riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-arranġament tan-netting ma għandhomx jiġu ttrasferiti lil entità oħra.

    4.Fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni, dawk id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati mal-iskadenza tal-perjodu tas-sospensjoni kif ġej:

    (a)jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt finanzjarju ġew ittrasferiti lil entità oħra, jew ġiet applikata l-għodda tal-ippleġġjar intern lill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni għall-iskop imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2):

    (i)Persuna ma tistax terżerċita d-drittijiet tat-terminazzjoni b'riżultat tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni fi kwalunkwe każ koperti mill-Artikolu 77(1);

    (ii)Persuna tista' teżerċita d-drittijiet tat-terminazzjoni skont it-termini ta' dak il-kuntratt fuq l-okkorrenza ta’ kwalunkwe inadempjenza mir-riċevitur meta l-kuntratt ikun ġie ttrasferit lil entità oħra jew mill-istituzzjoni meta tkun ġiet applikata għodda tal-ippleġġjar intern;

    (b)jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti minn kuntratt jibqgħu għand l-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni, u l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tkunx qed tapplika l-għodda tal-ippleġġjar intern skont l-Artikolu 37(2)(a) fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni, persuna tista’ teżerċita immedjatament id-drittijiet tat-terminazzjoni skont it-termini ta' dak il-kuntratt.

    5.L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu istituzzjoni żżomm reġistrazzjonijiet dettaljati ta' kuntratti finanzjarji meta jikkunsidraw li hemm possibbiltà materjali li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

    6.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kuntratti finanzjarji għandhom jinkludu l-kuntratti u l-ftehimijiet li ġejjin:

    (a)kuntratti ta' titoli, inklużi:

    (i)kuntratti għax-xiri, il-bejgħ jew is-self ta’ titolu, grupp jew indiċi ta' titoli,

    (ii)opzjoni fuq titolu jew grupp jew indiċi ta' titoli,

    (iii)riakkwist jew tranżazzjoni ta’ riakkwist bir-rivers ta' kwalunkwe tali titolu, grupp jew indiċi;

    (b)kuntratti ta' komoditajiet, inklużi:

    (i)kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta' komodità għal kunsinna fil-futur, 

    (ii)opzjoni fuq komodità;

    (c)futuri u kuntratti forward, inkluż kuntratti (minbarra kuntratti ta' komoditajiet) għax-xiri, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' komodità jew proprjetà ta' kwalunkwe deskrizzjoni, servizz, dritt jew interess ieħor għal prezz speċifiku f'data futura,

    (d)ftehimiet ta' riakkwist marbuta ma' titoli;

    (e)ftehimiet ta’ swaps, inkluż:

    (i)swaps, opzjonijiet, futuri jew kuntratti forward marbuta mar-rati tal-imgħax; spot jew kambju ieħor, metalli prezzjużi jew ftehimiet dwar komoditajiet; munita; indiċi tal-ekwità jew ekwità; indiċi tad-dejn jew dejn; indiċijiet tal-komoditajiet jew komoditajiet; it-temp; emissjonijiet jew inflazzjoni,

    (ii)redditu totali, spread tal-kreditu jew swaps tal-kreditu,

    (iii)kwalunkwe ftehim jew transazzjoni li hija simili għal ftehim imsemmi fil-punti (i) jew (ii) ta' dan il-punt li hija soġġett ta’ negozju rikorrenti fi swaps jew swieq tad-derivattivi;

    (f)ftehimiet prinċipali għal kwalunkwe mill-kuntratti jew ftehimiet imsemmija fil-punti (a) sa (e).

    7.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafu 6:

    (a)l-informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fir-reġistri dettaljati;

    (b)iċ-ċirkostanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 64

    Eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex:

    (a)joperaw l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bis-setgħat kollha tal-membri jew l-azzjonisti, id-diretturi u l-uffiċjali tal-istituzzjoni u jwettqu l-attivitajiet u s-servizzi tagħha;

    (b)jimmaniġġjaw u jiddisponu mill-assi u l-proprjetà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    Il-kontroll previst fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità tar-riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna maħtura mill-awtorità, inkluż amministratur jew amministratur speċjali.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu kapaċi jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz ta’ ordni eżekuttiva skont il-kompetenzi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, mingħajr ma jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu f'kull każ partikolari jekk huwiex xieraq li jwettqu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz tal-mezzi speċifikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, wara li jikkunsidraw l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transfruntieri.

    Kapitolu VI

    Salvagwardji

    Artikolu 65

    Trattament tal-azzjonisti u l-kredituri f'każ ta' trasferimenti parzjali u l-applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern

    1.Wara li jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni u, b'mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 67, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    (a)fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jittrasferixxu biss partijiet mid-drittijiet, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni, l-azzjonisti u l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ma jkunux ġew ittrasferiti, jirċievu bi ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom mill-inqas kemm kieku kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza immedjatament qabel it-trasferiment,

    (b)fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern, l-azzjonisti u l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu ġew mniżżla fil-valur jew ikkonvertit f'ekwità, jirċievu bi ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom mill-inqas daqs kemm kieku kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza immedjatament qabel it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni.

    Artikolu 66

    Valwazzjoni

    Għall-finijiet tal-Artikolu 65, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti wara li jkunu seħħu trasferimenti parzjali jew tniżżil fil-valur jew konverżjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 30 sakemm ma tiħux post valwazzjoni proviżorja mwettqa skont l-Artikolu 30(5). Il-valwazzjoni tista' titwettaq mill-awtorità responsabbli għal proċeduri normali ta’ insolvenza taħt liema l-istituzzjoni tiġi stralċjata, fi ħdan dawk il-proċeduri jew permezz ta' proċeduri separati skont il-liġi nazzjonali.

    2.Il-valwazzjoni għandha tiddetermina:

    (a)it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni li fir-rigward tagħha jkun seħħ trasferiment parzjali, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni, daħlet fi proċeduri normali ta' insolvenza immedjatament qabel seħħu t-trasferiment, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni;

    (b)it-trattament attwali li l-azzjonisti u l-kredituri rċevew, qed jirċievu jew huma probabbli li jirċievu fl-istralċ tal-istituzzjoni;

    (c)jekk hemmx xi differenza fit-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).

    3.Il-valwazzjoni għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet u l-metodoloġija stabbiliti fl-Artikolu 30(1) sa (5), u għandha:

    (a)tassumi li l-istituzzjoni li fir-rigward tagħha sar it-trasferiment parzjali, tniżżil il-valur jew saret il-konverżjoni daħlet fi proċeduri normali ta' insolvenza immedjatament wara li sar it-trasferiment, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni;

    (b)tassumi li t-trasferiment parzjali, jew it-trasferimenti, ta' drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet, jew tniżżil fil-valur jew konverżjoni ma sarux;

    (c)tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta' għajnuna pubblika straordinarja lill-istituzzjoni.

    Artikolu 67

    Salvagwardja tal-azzjonisti u l-kredituri

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 66 tiddetermina li l-azzjonisti u l-kredituri msemmija fl-Artikolu 65(2) irċivew inqas, fi ħlas għall-krediti tagħhom, milli kienu jirċievu fi stralċ taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, ikunu intitolati għal pagament tad-differenza mill-awtorità riżoluzzjoni. 

    2.L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-mekkaniżmi u l-arranġamenti li permezz tagħhom għandu jsir il-pagament. 

    Artikolu 68

    Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-protezzjonijiet speċifikati f’dan il-Kapitolu japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a)awtorità tar-riżoluzzjoni tittrasferixxi xi proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni, iżda mhux kollha, lil entità oħra jew minn istituzzjoni tranżitorja jew vettura tal-immaniġġjar tal-assi lil persuna oħra;

    (b)l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat speċifikati fil-punt (f) tal-Artikolu 57(1).

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa tal-arranġamenti li ġejjin u tal-kontropartijiet għall-arranġamenti li ġejjin:

    (a)arranġamenti tat-titoli, taħt liema persuna jkollha bħala titolu interess attwali jew kontinġenti fi proprjetà jew drittijiet li huma soġġetti għal trasferiment, irrispettivament minn jekk dak l-interess huwiex iggarantit bi proprjetà speċifika jew drittijiet jew permezz ta' imposta flessibbli jew arranġament simili;

    (b)arranġamenti ta' kollateral finanzjarju għat-trasferiment ta’ titoli li taħthom kollateral li jiggarantixxi jew ikopri t-twettiq ta' obbligi speċifikati jiġi pprovdut bi trasferiment ta’ sjieda sħiħa ta' assi minn min jipprovdi l-kollateral lir-riċevitur tal-kollateral, fuq termini li jipprevedu li r-riċevitur tal-kollateral jittrasferixxi assi jekk dawk l-obbligi speċifikati jitwettqu;

    (c)arranġementi ta' tpaċija li taħthom żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn il-bank u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

    (d)arranġamenti ta' netting li taħthom għadd ta' pretensjonijiet jew obbligi jistgħu jiġu kkonvertiti f'pretensjoni netta waħda, inkluż arranġamenti ta' netting tal-għeluq li taħthom, fuq l-okkorrenza ta’ avveniment ta’ infurzar (bi kwalunkwe mod jew kull meta jiġi definit) l-obbligi tal-partijiet jiġu aċċellerati sabiex isiru dovuti jew jiġu tterminati immedjatament, u f’kwalunkwe każ jiġu kkonvertiti jew issostitwiti bi pretensjoni netta waħda;

    (e)arranġamenti finanzjarji strutturati, inkluż titolizzazzjonijiet u bonds koperti, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta' titoli minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nominata.

    L-forma ta’ protezzjoni li hija xierqa, għall-klassijiet tal-arranġamenti speċifikati fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu hija speċifikata aktar fl-Artikoli 70 sa 73, u għanda tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 61, 62 u 77.

    3.Ir-rekwiżit taħt il-paragrafu 2 japplika irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet involuti fl-arranġamenti u minn jekk l-arranġamenti:

    (a)humiex maħluqa b'kuntratt, fiduċjarji jew mezzi oħra, jew jirriżultaw awtomatikament bl-operat tal-liġi;

    (b)jinħolqux taħt jew humiex irregolat bi sħiħ jew parzjalment mil-liġi ta' ġurisdizzjoni oħra.

    4.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, tadotta miżuri li jispeċifikaw aktar il-klassijiet tal-arraġament li jaqgħu fl-ambitu tal-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 69

    Protezzjoni għal kollateral finanzjarju, tpaċija u arranġamenti ta' netting

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal arranġamenti tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli u għal arranġamenti ta' tpaċija u netting sabiex jimpedixxu t-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li huma protetti taħt arranġament tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli, arranġament ta' tpaċija jew netting bejn l-istituzzjoni u persuna oħra u l-modifika jew it-terminazzjoni ta' drittijiet u obbligazzjonijiet li huma protetti taħt tali arranġament tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli, arranġamenti ta' tpaċija jew netting, permezz tal-użu ta' setgħat anċillari.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala protetti taħt tali arranġament jekk il-partijiet fl-arranġament ikunu intitolati jpaċu jew jinnettjaw dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.

    Artikolu 70

    Protezzjoni għal arranġamenti tat-titoli

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal obbligazzjonijiet iggarantiti b'arranġament tat-titoli sabiex jimpedixxu waħda minn dan li ġej:

    (a)it-trasferiment ta' assi li jiggarantixxi l-obbligazzjoni sakemm dik l-obbligazzjoni u l-benefiċċju tal-garanzija ma jiġux ittrasferiti wkoll;

    (b)it-trasferiment ta' obbligazzjoni ggarantita sakemm il-benefiċċju tal-garanzija ma jiġix ittrasferit ukoll;

    (c)it-trasferiment tal-benefiċċju sakemm l-obbligazzjoni ggarantita ma tiġix ittrasferita wkoll;

    (d)il-modifika jew it-terminazzjoni ta' arranġament tat-titoli permezz tal-użu ta' setgħat anċillari, jekk l-effett ta’ dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita.

    Artikolu 71

    Protezzjoni għal arranġamenti finanzjarji strutturati

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal arranġamenti finanzjarji strutturati sabiex jimpedixxu kwalunkwe minn dan li ġej:

    (a)it-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mill-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jiffurmaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li l-istituzzjoni ta’ kreditu taħt riżoluzzjoni hija parti fih;

    (b)it-terminazzjoni jew il-modifika permezz tal-użu ta' setgħat anċillari tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jiffurmaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti fih;

    2.Il-protezzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw meta jiġu trasferiti jew mhux trasferiti, terminati jew modifikati biss proprjetà, drittijiet u obbligazzjonijiet li jirrigwardjaw depożiti.

    Artikolu 72

    Trasferimenti parzjali: protezzjoni ta’ sistemi ta' negozjar, tal-ikklerjar u tas-saldu

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment, il-kanċellazzjoni jew il-modifika ma taffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid-Direttiva 98/26/KE, meta awtorità tar-riżoluzzjoni:

    (a)tittrasferixxi xi wħud mill-proprjetà, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni lil entità oħra, iżda mhux kollha;

    (b)tuża setgħat skont l-Artikolu 57 li tikkanċella jew temenda t-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti jew tissostitwixxi riċevitur bħala parti.

    2.Partikolarment, tali trasferiment, kanċellazzjoni jew emenda ma tistax tirrevoka ordni ta’ trasferiment bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE; u ma tistax timmodifika jew tinnega l-infurzaribbiltà ta' ordnijiet ta’ trasferiment u netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE, l-użu ta' fondi, titoli jew il-faċilitajiet ta' kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/26/KE jew il-protezzjoni ta' titoli kollaterali kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE.

    Artikolu 73

    Proprjetà, drittijiet u obbligazzjonijiet rregolati mil-liġi ta' territorju barra mill-Unjoni

    Meta awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-intenzjoni tittrasferixxi jew tittrasferixxi l-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha ta' istituzzjoni lil entità oħra, iżda t-trasferiment ma jkunx jew jista' ma jkunx effettiv fir-rigward ta' ċerta proprjetà minħabba li tinsab barra mill-Unjoni, jew għal ċerti drittijiet jew obbligazzjonijiet minħabba li huma taħt il-liġi ta' territorju barra l-Unjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex tipproċedi bit-trasferiment jew, jekk tkun diġà ordnat it-trasferiment, dak it-trasferiment għandu jkun null, u l-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha koperti mill-arranġament rilevanti speċifikat fl-Artikolu 69(2) ma jiġux trasferiti minn, jew imorru lura għand, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    Kapitolu VII

    Obbligi Proċedurali

    Artikolu 74

    Rekwiżiti ta’ notifika

    1.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta jikkunsidraw li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli li tfalli skont it-tifsira speċifikata fl-Artikolu 27(2).

    2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe miżura li jeħtieġu lil istituzzjoni tieħu skont l-Artikolu 22 ta' din id-Direttiva jew l-Artikolu 136(1) tad-Direttiva 2006/48/KE.

    3.Fejn awtorità kompetenti tivvaluta li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1) huma ssodisfati fir-rigward ta' istituzzjoni, għandha tikkomunika dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin:

    (a)l-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni, jekk differenti;

    (b)il-bank ċentrali, jekk differenti;

    (c)fejn applikabbli, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

    (d)ministeri kompetenti;

    (e)fejn l-istituzzjoni tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata taħt it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, it-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni.

    4.Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 humiex issodisfati fir-rigward tal-istituzzjoni inkwistjoni.

    5.Deċiżjoni li l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni huma ssodisfati fir-rigward tal-istituzzjoni għandha tiġi stipulata f’avviż, li għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

    (a)ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni;

    (b)l-azzjoni li l-awtorità tar-riżoluzzjoni biħsiebha tieħu.

    L-azzjoni msemmija fil-punt (b) tista' tinkludi azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew applikazzjoni għal stralċ, il-ħatra ta' amministratur jew kwalunkwe miżura oħra applikabbli skont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza.

    L-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għal dik id-deċiżjoni għandhom jinnotifikaw lill-istituzzjoni inkwistjoni. Notifika skont dan il-paragrafu tista' tieħu l-forma tan-notifika pubblika msemmija fil-paragrafu 6.

    6.Fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha tagħmel dik l-azzjoni pubblika u għandha tieħu l-passi raġonevoli biex tinnotifika lill-azzjonisti u l-kredituri kollha magħrufa, partikolarment l-investituri fil-livell ta' konsumatur, affettwati mill-eżerċizzju tas-setgħa ta' riżoluzzjoni. Il-miżuri speċifikati fl-Artikolu 75(4) għandhom jitqiesu passi raġonevoli għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

    7.Awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippubblika avviż li jispeċifika t-termini u l-perjodu ta' dik is-sospensjoni skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 75(4) fejn teżerċita setgħat ta' riżoluzzjoni, u partikolarment:

    (a)is-setgħa skont l-Artikolu 61 li tissospendi l-pagament jew it-twettiq ta' obbligi;

    (b)is-setgħa skont l-Artikoli 63 li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni.

    8.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri, il-kontenut u l-kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)in-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 5,

    (b)l-avviż ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 75

    Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malajr kemm raġonevolment prattiku wara li jieħdu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.

    2.L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u lill-ABE dwar l-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

    Notifika skont dan il-paragrafu għandha tinkludi kopja ta' kwalunkwe ordni jew strument li bihom jiġu eżerċitati s-setgħat rilevanti u għandha tindika d-data minn meta l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni huma effettivi.

    3.In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi kopja ta' kwalunkwe ordni jew strument li bihom jiġu eżerċitati s-setgħat rilevanti u għandha tindika d-data minn meta l-għodda jew is-setgħat huma effettivi.

    4.L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni, jew ta' kopja tal-ordni jew l-istrument li bih ittieħdet l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew ta' avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni, u b'mod partikolari tal-effetti fuq investituri fil-livell ta' konsumatur, bil-mezzi li ġejjin:

    (a)fuq il-websajt uffiċjali tagħha;

    (b)fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, jew fuq il-websajt tal-ABE;

    (c)fuq il-websajt tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (d)fejn l-ishma jew strumenti oħra ta' sjieda tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni huma ammessi għal negozjar f'suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni ta' informazzjoni regolata dwar dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 .

    5.L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4 jitbagħtu lill-azzjonisti u l-kredituri magħrufa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

    Artikolu 76

    Kunfidenzjalità

    1.Ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali għandhom jorbtu fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

    (a)l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni;

    (b)l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE;

    (c)ministeri kompetenti;

    (d)impjegati jew eksimpjegati tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

    (e)maniġers speċjali maħtura skont l-Artikolu 24;

    (f)akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew solleċitazzjoni sarx bħala preparazzjoni għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, u irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultax f'akkwist;

    (g)awdituri, kontabbilisti, konsulenti legali u professjonali, valwaturi u esperti oħra mqabbda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (f);

    (h)korpi li jamministraw l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti;

    (i)banek ċentrali u awtoritajiet oħra involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

    (j)kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi servizzi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

    2.Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, il-persuni msemmija f'dak il-paragrafu għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom, jew mingħand awtorità tar-riżoluzzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tagħha, lil kwalunkwe persuna jew awtorità sakemm ma tkunx f’għamla ta' sommarju b'mod li l-istituzzjonijiet individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew il-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

    3.Ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, inklużi l-impjegati tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' awtoritajiet tar-riżoluzzjoni oħra tal-Unjoni, awtoritajiet kompetenti, banek ċentrali, l-ABE, jew soġġetti għall-Artikolu 90, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għall-finijiet ta' pjanar jew twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni. 

    4.Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti bil-liġi kriminali.

    5.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika kif l-informazzjoni għandha tingħata f’sommarju jew f'forma kollettiva għall-finijiet tal-paragrafu 2.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Kapitolu VIII

    Dritt ta' Appell u Esklużjoni ta’ Azzjonijiet Oħra

    Artikolu 77

    Esklużjoni tad-drittijiet tat-terminazzjoni u tpaċija f'riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontropartijiet b'kuntratt finanzjarju kif definit fl-Artikolu 63 li oriġinarjament daħlu fih mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ma jkunux jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tat-terminazzjoni taħt dak il-kuntratt jew drittijiet taħt klawżola walk-away sakemm l-azzjoni tar-riżoluzzjoni ma tkunx l-għodda tal-bejgħ ta' negozju jew l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja mingħajr ma jiġu ttrasferiti d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt finanzjarji lil terza persuna jew lill-istituzzjoni tranżitorja, skont il-każ.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, klawżola walk-away tinkludi dispożizzjoni f’kuntratt finanzjarju li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu tal-parti li mhijiex inadempjenti li tagħmel pagament, jew tipprevjeni tali obbligu milli jinħoloq illi li kieku kien jinħoloq.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri tal-istituzzjoni skont riżoluzzjoni ma jkunux intitolati jeżerċitaw drittijiet statutorji ta' tpaċija sakemm l-azzjoni tar-riżoluzzjoni ma tkunx l-għodda tal-bejgħ ta' negozju jew l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja mingħajr ma jiġu ttrasferiti d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti mill-kuntratt lil terza persuna jew istituzzjoni tranżitorja, skont il-każ.

    Artikolu 78

    Drittijiet li tiġi sfidata r-riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tiftaħ proċeduri ta' riżoluzzjoni previsti fl-Artikolu 74(5) jew minn deċiżjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, ikollhom id-dritt japplikaw għal reviżjoni ġudizzjarja ta' dik id-deċiżjoni.

    2.Id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja meħtieġ mill-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għar-restrizzjonijiet li ġejjin:

    (a)it-tressiq tal-applikazzjoni għal reviżjoni ġudizzjarja jew għal kwalunkwe miżura interim ma għandhomx jinvolvu xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata;

    (b)id-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u ma għandhiex tkun soġġetta għal ordni ta' sospensjoni maħruġa minn qorti;

    (c)ir-reviżjoni għandha tkun ristretta għal wieħed jew aktar minn dawn il-kwistjonijiet:

    għal-legalità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluża reviżjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni ġew issodisfati,

    il-legalità tal-mod li bih dik id-deċiżjoni ġiet implimentata, u

    l-adegwatezza ta' kwalunkwe kumpens mogħti;

    (d)L-annullament ta’ deċiżjoni ta’ awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandu jaffettwa l-ebda att amministrattiv sussegwenti jew transazzjonijiet konklużi mill-awtorità tar-riżoluzzjoni konċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi li in bona fede jkunu xtraw assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bis-saħħa tal-eżerċizzju setgħat tar-riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Ir-rimedji għal deċiżjoni jew azzjoni inġusta mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens tat-telf imġarrab mill-applikant bħala riżultat tad-deċiżjoni jew l-azzjoni.

    Artikolu 79

    Restrizzjonijiet fuq proċeduri ġudizzjarji oħra

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunux jistgħu jinbdew proċeduri normali ta’ insolvenza taħt il-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni li fir-rigward tagħha jkun ġie ddeterminat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

    2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    (a)l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu nnotifikati dwar kwalunkwe applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċeduri normali ta' insolvenza fir-rigward ta' istituzzjoni, irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni hijiex taħt riżoluzzjoni jew li deċiżjoni kienet saret pubblika skont l-Artikolu 74(6);

    (b)l-applikazzjoni ma tistax tiġi ddeterminata sakemm il-qorti ma tkunx irċeviet konferma li n-notifiki msemmija fil-punt (a) saru u jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i)l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun innotifikat lill-qorti illi ma għandha l-ebda intenzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni; 

    (ii)ikun skada l-perjodu ta' 14-il jum li jibda bid-data li fiha jkunu saru n-notifiki msemmija fil-punt (a).

    3.Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' interessi ta' titoli imposti skont l-Artikolu 63 jew il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti tapplika waqfa għal perjodu ta' żmien xieraq skont l-għan fil-mira, ta' kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċeduri li fiha l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija jew issir parti.

    Titolu V

    RIŻOLUZZJONI TA' GRUPP

    Artikolu 80

    Kulleġġi tar-riżoluzzjoni

    1.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi tar-riżoluzzjoni biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikoli 11, 15 u 83, u, fejn xieraq, biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni ma' awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.

    Partikolarment, il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħra u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet kompetenti u għas-superviżuri tal-konsolidazzjoni konċernati fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

    (a)skambju ta' informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi, għall-applikazzjoni fuq gruppi ta' setgħat ta' tħejjija u prevenzjoni u għar-riżoluzzjoni ta' gruppi;

    (b)jiżviluppaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi skont l-Artikolu 11;

    (c)jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 13;

    (d)jeżerċitaw is-setgħat biex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 15;

    (e)jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita skema tar-riżoluzzjoni tal-gruppi kif previsti fl-Artikolu 83;

    (f)jintlaħaq il-ftehim dwar iskemi tar-riżoluzzjoni tal-gruppi proposti skont l-Artikolu 83;

    (g)jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u l-iskemi tar-riżoluzzjoni tal-gruppi;

    (h)jikkoordinaw l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont it-Titolu VII.

    2.L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' kull Stat Membru li fih tkun stabbilita sussidjarja koperta b'superviżjoni konsolidata u l-ABE għandhom ikunu membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

    Fejn l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni waħda jew aktar tkun kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(d), l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn dik il-kumpanija tkun stabbilita għandha tkun membru tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

    Fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni ma jkunux il-ministeri kompetenti, il-ministeri kompetenti għandhom ikunu membri, flimkien mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni u jistgħu jattendu l-laqgħat tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni, partikolarment, meta l-kwistjonijiet li jkunu ser jiġu diskussi jikkonċernaw kwistjonijiet li jista' jkollhom implikazzjonijiet fuq il-fondi pubbliċi.

    Meta impriża prinċipali jew istituzzjoni stabbilita fl-Unjoni jkollha istituzzjonijiet sussidjarji f'pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' dawk pajjiżi terzi jistgħu wkoll jiġu mistiedna jipparteċipaw, bħala osservaturi, fil-kulleġġ tar-riżoluzzjoni, fuq talba tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, sakemm ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità ekwivalenti għal dawk stabbiliti mill-Artikolu 76.

    3.Il-korpi pubbliċi li jipparteċipaw fil-kulleġġi għandhom jikkooperaw mill-qrib. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni u jsejjaħ u jippresedi l-laqgħat kollha tagħhom. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ u l-ABE infurmati bis-sħiħ bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li ser ikunu kkunsidrati. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tiddeċiedi liema awtoritajiet u ministeri għandhom jipparteċipaw f'laqgħat jew attivitajiet partikolarment tal-kulleġġ, fuq il-bażi tal-bżonnijiet speċifiċi. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ infurmati fil-ħin, dwar l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri eżegwiti.

    Id-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tqis ir-rilevanza tal-kwistjoni li ser jiġu diskussi, l-attività li se tiġi ppjanata jew ikkoordinata u d-deċiżjonijiet li se jittieħdu għal dawk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, partikolarment l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri konċernati.

    4.L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tat-tħaddim effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni. Għal dak il-għan, l-ABE tista' tipparteċipa f'laqgħat jew attivitajiet partikolari kif tqis xieraq, iżda ma għandux ikollha drittijiet tal-vot.

    5.L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħra, għandha tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

    6.Minkejja l-paragrafu 2, għall-finijiet li jitwettqu l-kompiti msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet ta' kull Stat Membru li fih tkun stabbilita sussidjarja għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

    7.Minkejja l-paragrafu 2, għall-finijiet li jitwettqu l-kompiti msemmija fil-punt (f) u (h) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' kull Stat Membru li fih tkun stabbilita sussidjarja li tilħaq il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

    8.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma jistgħux jistabbilixxu kulleġġi tar-riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħra jaqdu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri kollha stabbiliti f'din it-Taqsima. F'dan il-każ ir-referenzi kollha għall-kulleġġi tar-riżoluzzjoni f'din id-Direttiva għandhom ukoll jifthemu bħala referenza għal dawn il-gruppi jew kulleġġi oħra.

    9.L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti previsti fil-paragrafi 1, 3, 5, 6 u 7.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 81

    Kulleġġi tar-riżoluzzjoni Ewropej

    1.Fejn istituzzjoni minn pajjiż terz jew impriża prinċipali minn pajjiż terz ikollha żewġ istituzzjonijiet sussidjarji jew aktar stabbiliti fl-Unjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn dawk l-istituzzjonijiet sussidjarji domestiċi jkunu stabbiliti fl-Unjoni għandhom jistabblilixxu kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew, jekk ma jkunux ġew stabbiliti arranġamenti bħal dawk previsti fl-Artikolu 89.

    2.Il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandu jwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 80 fir-rigward tal-istituzzjonijiet sussidjarji domestiċi.

    3.Fejn sussidjarji domestiċi jkunu miżmuma minn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 143(3) tad-Direttiva 2006/48/KE, il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun ippresedut mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur tal-konsolidazzjoni għall-finijiet tas-superviżjoni konsolidata skont dik id-Direttiva.

    Fejn l-ewwel subparagrafu ma japplikawx, il-membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandhom jinnominaw u jaqblu dwar il-President.

    4.Inkella, soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandu funzjoni skont l-Artikolu 81.

    Artikolu 82

    Skambju ta' informazzjoni

    L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju tal-kompiti tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva.

    L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti kollha meta jintalbu. Partikolarment, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tipprovdi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi Stati Membri oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin sabiex tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fil-punti (b) sa (h) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80(1).

    Informazzjoni kondiviża skont dan l-Artikolu tista' wkoll tiġi kondiviża ma' ministeri kompetenti.

    Artikolu 83

    Riżoluzzjoni ta' grupp

    1.Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tiddeċiedi, jew tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 74(3), li istituzzjoni li hija sussidjarja fi grupp qed tfalli jew probabbli li tfalli, dik l-awtorità għandha tinnotifika l-informazzjoni li ġejja mingħajr dewmien lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, jekk differenti, u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni:

    (a)id-deċiżjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli;

    (b)l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħra ta' insolvenza li l-awtorità tar-reżoluzzjoni tqis xierqa għal dik l-istituzzjoni.

    2.Meta tirċievi notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni rilevanti, għandha tivvaluta l-impatt probabbli tal-falliment tal-istituzzjoni inkwistjoni, jew l-azzjoni jew miżuri oħra ta' riżoluzzjoni notifikati skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, fuq il-grupp jew fuq l-istituzjonijiet affiljati fi Stati Membri oħra.

    3.Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra skont il-paragrafu 2, tivvaluta li l-falliment tal-istituzzjoni inkwistjoni, jew l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ma jkollhomx impatt detrimentali fuq il-grupp jew fuq l-istituzjonijiet affiljati fi Stati Membri oħra, l-awtorità tar-riżoluzzjoni responsabbli għal dik l-istituzzjoni tista' tieħu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri oħra li tkun innotifikat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1.

    4.Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra skont il-paragrafu 2, tivvaluta li l-falliment tal-istituzzjoni inkwistjoni, jew l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ikollhom impatt detrimentali fuq il-grupp jew fuq l-istituzjonijiet affiljati fi Stati Membri oħra, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun irċiviet in-notifika skont il-paragrafu 1, tipproponi skema ta' riżoluzzjoni tal-grupp u tissottomettiha lill-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

    5.Skema tar-riżoluzzjoni ta' grupp meħtieġa skont il-paragrafu 4 għandha:

    (a)tispjega l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti fir-rigward tal-impriża prinċipali fl-Unjoni jew entitajiet partikolari fil-grupp bil-għan li tippreżerva l-valur tal-grupp inġenerali, timminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp u tnaqqas l-użu tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

    (b)tispeċifika kif dawk l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu kkoordinati;

    (c)tistabbilixxi pjan ta' finanzjament. Il-pjan ta' finanzjament għandu jqis il-prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà kif stabbilit skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(3).

    6.Jekk kwalunkwe membru tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni ma jaqbilx mal-iskema tar-riżoluzzjoni tal-grupp proposta mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u jqis li għandu jieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni indipendenti jew miżuri differenti minn dawk proposti fl-iskema fir-rigward ta' istituzzjoni jew entità fi grupp għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, fi żmien 24 siegħa jista' jirreferi l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    7.B’deroga mill-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 24 siegħa. L-azzjoni jew il-miżura sussegwenti tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE.

    8.Fejn awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tiddeċiedi, jew tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 74(3), li impriża prinċipali fl-Unjoni li għaliha hija responsabbli qed tfalli jew probabbli tfalli, għandha tinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu l-iskema tar-riżoluzzjoni ta' grupp imfassla skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

    9.L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha skont il-paragrafi 2 sa 8 mingħajr dewmien, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.

    10.Fi kwalunkwe każ fejn skema tar-riżoluzzjoni ta' grupp ma tiġix implimentata u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzjonijiet affiljati, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni bil-ħsieb li tintlaħaq strateġija tar-riżoluzzjoni kkoordinata għall-istituzzjonijiet kollha li qed ifallu jew li probabbli jfallu.

    11.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet fi grupp għandhom jinformaw lill-kulleġġ regolarment u bis-sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni u l-progress tagħhom.

    TITOLU VI

    RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI

    Artikolu 84

    Ftehimiet ma' pajjiżi terzi

    1.Il-Kummissjoni tista' tibgħat proposti lill-Kunsill, jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew bl-inizjattiva tagħha stess, għal negozjar ta' ftehim ma' pajjiż terzi jew aktar rigward il-mezzi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fl-ippjanar u l-ipproċessar ta' riżoluzzjonijiet ta’ istituzzjonijiet u impriżi prinċipali, b'mod partikolari fir-rigward ta' dawn is-sitwazzjonijiet:

    (a)f'każijiet fejn istituzzjoni sussidjarja domestika hija stabbilita fl-Istati Membri;

    (b)f’każijiet fejn istituzzjoni minn pajjiż terz topera fergħa sinifikanti fl-Istati Membri;

    (c)f’każijiet fejn istituzzjoni prinċipali u, jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 stabbilita fl-Istati Membri għandha istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar f'pajjiż terz;

    (d)f'każijiet fejn istituzzjoni stabbilita fl-Istati Membri għandha fergħa jew fergħat sinifikanti f'pajjiż terz wieħed jew aktar.

    2.Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom, partikolarment, ifittxu li jiżguraw l-istabbiliment ta' proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għal kooperazzjoni fit-twettiq ta' xi kompiti jew il-kompiti kollha u l-eżerċizzju ta' xi setgħat jew is-setgħat kollha indikati fl-Artikolu 89.

    Artikolu 85

    Rikonoxximent ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz

    1.Sakemm jiġi konkluż ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 84 ma’ pajjiż terz u sal-punt li s-suġġett ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

    2.L-ABE għandha tirrikonoxxi, ħlief kif previst fl-Artikolu 86, proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz relatati ma' istituzzjoni ta' pajjiż terz li:

    (a)ikollha fergħa domestika;

    (b)inkella jkollha assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi jew huma regolati mil-liġi ta' Stat Membru.

    3.Ir-rikonoxximent mill-ABE ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jimplika l-obbligu għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali li jagħtu effett lil tali proċeduri ta' riżoluzzjoni fit-territorju tagħhom. 

    4.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jimplimentaw id-deċiżjoni tal-ABE li tirrikonoxxi proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom, bħala minimu, is-setgħa li jagħmlu dan li ġej, mingħajr il-ħatra ta' amministratur jew kwalunkwe uffiċjal taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, ordni, approvazzjoni jew kunsens mill-qorti, jew kwalunkwe forma oħra ta' proċedura ġudizzjarja:

    (a)jeżerċitaw setgħat ta' trasferiment fir-rigward ta' dan li ġej:

    assi ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew irregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom;

    drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz li ddaħħlu fil-kotba minn fergħa domestika fl-Istat Membru tagħhom jew irregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta' tali drittijiet u obbligazzjonijiet huma infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom.

    (b)jipperfezzjonaw, inkluż li jeħtieġu persuna oħra tieħu azzjoni biex jiġu pperfezzjonati, ittrasferiti ishma jew strumenti ta' sjieda f'istituzzjoni sussidjarja domestika stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra.

    Artikolu 86

    Dritt li jirrifjutaw rikonoxximent ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz

    1.L-ABE għandha tirrifjuta, wara li tikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali konċernati, li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 85(2) proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jekk tqis:

    (a)li dawk il-proċeduri ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru li fih l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun ibbażata jew tikkunsidra li l-proċeduri jista' jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor;

    (b)li hija meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti skont l-Artikolu 87 fir-rigward ta' fergħa domestika biex jinkiseb għan wieħed jew aktar tar-riżoluzzjoni;

    (c)li kredituri, inklużi partikolarment id-depożituri li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru, mhux se jirċievu trattament ugwali bħall-kredituri tal-pajjiż terz skont il-proċeduri tar-riżoluzzjoni tal-pajjiż terz.

    2.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, tispeċifika ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 87

    Riżoluzzjoni ta' fergħat fl-Unjoni ta' istituzzjonijiet minn pajjiż terz

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji biex jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' fergħa domestika li hija indipendenti minn kwalunkwe proċedura ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz fir-rigward tal-istituzzjoni minn pajjiż terz inkwistjoni.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-setgħat meħtieġa fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni meħtieġa fl-interess pubbliku u waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

    (a)il-fergħa ma għadhiex tissodisfa, jew probabbilment mhux ser tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni u l-operat f'dak l-Istat Membru u ma hemmx prospett li kwalunkwe settur privat, superviżorju jew pajjiż terzi rilevanti se jirrestawra l-fergħa biex tikkonforma jew tipprevjeni falliment fi żmien raġonevoli;

    (b)l-istituzzjoni tal-pajjiż terz mhijiex kapaċi, jew huwa probabbli li ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligi tagħha lill-kredituri domestiċi, jew obbligi li nħolqu jew iddaħħlu fil-kotba permezz tal-fergħa, hekk kif isiru dovuti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun issodisfata li l-ebda proċeduri ta' riżoluzzjoni jew proċeduri ta' insolvenza f'pajjiż terz ma nbdew jew ser jinbdew fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni;

    (c)l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz bdiet proċeduri ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni mill-pajjiż terz, jew innotifikat lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tibda proċeduri tali, u waħda miċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 86 tapplika.

    3.Fejn awtorità tar-riżoluzzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti fir-rigward ta' fergħa domestika, għandha tqis l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni skont il-prinċipji u r-rekwiżiti li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:

    (a)il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 29;

    (b)ir-rekwiżiti relatati mal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni fil-Kapitolu II tat-Titolu IV.

    Artikolu 88

    Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi

    1.Sakemm jiġi konkluż ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 84 ma’ pajjiżi terzi u sal-punt li s-suġġett ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

    2.L-ABE għandha tikkonkludi qafas ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

    (a)f'każijiet fejn istituzzjoni sussidjarja domestika tkun stabbilita fl-Unjoni, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn l-impriża prinċipali jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 tkun stabbilita;

    (b)f’każijiet fejn istituzzjoni minn pajjiż terz topera fergħa sinifikanti fl-Unjoni, l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fejn dik l-istituzzjoni tkun stabbilita;

    (c)f’każijiet fejn istituzzjoni prinċipali u, jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 stabbilita fl-Istati Membri għandha istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar f'pajjiż terz, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn dawk l-istituzzjonijiet sussidjarji jkunu stabbiliti;

    (d)f'każijiet fejn istituzzjoni stabbilita fl-Unjoni jkollha fergħa sinifikanti waħda jew aktar f'pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fejn dawn il-fergħat ikunu stabbiliti.

    Arranġamenti ta' kooperazzjoni taħt dan il-paragrafu jistgħu jirrelataw ma’ istituzzjonijiet individwali jew ma' gruppi li jinkludu istituzzjonijiet.

    3.Il-ftehimiet qafas ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kooperazzjoni fit-twettiq xi wħud mill-kompiti li ġejjin, jew kollha, u għall-eżerċizzju ta' xi wħud mis-setgħat li ġejjin jew kollha, fir-rigward ta' istituzzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jew ta' gruppi li jinkludu tali istituzzjonijiet:

    (a)l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikoli 9 u 12 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

    (b)il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, skont l-Artikolu 13 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

    (c)l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 14 u 15 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

    (d)l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 23 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

    (e)l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta' setgħat tar-riżoluzzjoni u setgħat simili eżerċitabbli mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz.

    4.L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti mhux vinkolanti ta’ kooperazzjoni skont l-arranġament qafas tal-ABE mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti indikat fil-paragrafu 2.

    5.Arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont dan il-paragrafu għandhom jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

    (a)l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni;

    (b)konsultazzjoni u kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta' riżoluzzjoni, inklużi l-prinċipji għall-eżerċizzju tas-setgħat skont l-Artikoli 87 u 88 u s-setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

    (c)l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

    (d)twissija bikrija lil, jew konsultazzjoni mal-partijiet għall-arranġament ta' koperazzjoni qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont din id-Direttiva jew il-liġi tal-pajjiż terz relevanti li taffettwa l-istituzzjoni jew il-grupp li għalih jgħodd l-arranġament;

    (e)il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti;

    (f)proċeduri u arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e), inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta' gruppi tal-immaniġġjar tal-kriżijiet.

    6.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-ABE dwar kwalunkwe arranġamenti ta’ kooperazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew skont dan l-Artikolu.

    Artikolu 89

    Kunfidenzjalità

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali ma' awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

    (a)dawk l-awtoritajiet tal-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti u standards tas-sigriet professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imposti mill-Artikolu 76;

    (b)l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz tal-funzjonijiet tagħhom taħt il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma' dawk taħt din id-Direttiva.

    2.Meta informazzjoni kunfidenzjali toriġina fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jiddivulgaw dik l-informazzjoni lil awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn oriġinat l-informazzjoni (l-awtorità tal-oriġini) taqbel ma' dik id-divulgazzjoni;

    (b)l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss għall-iskopijiet permissibbli mill-awtorità tal-oriġini.

    3.Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, informazzjoni titqies kunfidenzjali jekk tkun soġġett għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skont il-liġi tal-Unjoni.

    TITOLU VII

    SISTEMA EWROPEA TA' ARRANĠAMENTI TA' FINANZJAMENT

    Artikolu 90

    Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament

    Is-Sistema Ewropea ta' Arranġamenti ta' Finanzjament għandha tikkonsisti fi:

    (a)arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91;

    (b)self bejn arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament kif speċifikat fl-Artikolu 97,

    (c)il-mutwalizzazzjoni ta' arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament fil-każ ta' riżoluzzjoni ta' grupp kif imsemmi fl-Artikolu 98.

    Artikolu 91

    Rekwiżiti biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ finanzjament għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni. L-arranġamenti ta’ finanzjament għandhom jintużaw biss skont l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 26 u 29.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti tal-finanzjament ikollhom riżorsi finanzjarji adegwati.

    3.Għall-għan previst fil-paragrafu 2, l-arranġamenti ta’ finanzjament għandhom partikolarment ikollhom:

    (a)is-setgħa li jiġbru kontribuzzjonijiet ex ante kif speċifikat fl-Artikolu 94 bil-ħsieb li jintlaħaq il-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 93;

    (b)is-setgħa li jiġbru kontribuzzjonijiet straordinarji ex post kif speċifikat fl-Artikolu 95, u

    (c)is-setgħa li jikkuntrattjaw self u forom oħra ta’ għajnuna kif speċifikat fl-Artikolu 96.

    Artikolu 92

    Użu tal-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni

    1.L-arranġamenti tal-finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91 jistgħu jintużaw mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fl-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni, għall-iskopijiet li ġejjin:

    (a)biex jiggarantixxu l-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tas-sussidjarji tagħha, tal-istituzzjoni tranżitorja jew ta' vettura tal-immaniġġjar tal-assi;

    (b)biex jagħtu self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, lis-sussidjarji tagħha, lill-istituzzjoni tranżitorja jew lil vettura tal-immaniġġjar tal-assi;

    (c)biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

    (d)biex tagħmel kontribuzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja;

    (e)biex tieħu kwalunkwe kombinazzjoni ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e).

    L-arranġamenti ta’ finanzjament jistgħu jintużaw sabiex jittieħdu l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) anke fir-rigward tal-akkwirent fil-kuntest tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe telf, spejjeż jew infiq ieħor imġarrab b'konnessjoni mal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni l-ewwel għandhom jiġġarrbu mill-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. F'każ biss li r-riżorsi mingħand l-azzjonisti u l-kredituri jiġu eżawriti, it-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab b'konnessjoni mal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom jinġarru mill-arranġamenti ta' finanzjament.

    Artikolu 93

    Livell immirat ta' fondi

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f 'perjodu mhux itwal minn 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-arranġamenti ta' finanzjament tagħhom, jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE.

    2.Matul il-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta' finanzjament miġbura skont l-Artikolu 94 għandhom jinfirxu tul iż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira.

    L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu inizjali ta' żmien b'massimu ta' erba' snin fil-każ li l-arranġamenti ta' finanzjament jagħmlu żborzi akkumulati ta' aktar minn 0.5 % tad-depożiti koperti.

    3.Jekk, wara l-perjodu inizjali ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat fil-paragrafu 2, għandhom jerġgħu jibdew jinġabru kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 94 sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Meta l-mezzi finanzjarji disponibbli jammontaw għal anqas minn nofs il-livell fil-mira, il-kontribuzzjonijiet annwali ma għandhomx ikunu ta' inqas minn 0.25 % tad-depożiti koperti.

    Artikolu 94

    Kontribuzzjonijiet ex ante

    1.Sabiex jilħqu l-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 93, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jinġabru mill-anqas annwalment mill-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom.

    2.Kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skont ir-regoli li ġejjin:

    (a)jekk Stat Membru għażel l-opzjoni prevista fl-Artikolu 99(5) ta' din id-Direttiva li juża l-fondi tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti għall-finijiet tal-Artikolu 92 ta' din id-Direttiva, il-kontribuzzjoni minn kull istituzzjoni għandha tkun prorata għall-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħha esklużi l-fondi proprji u d-depożiti garantiti skont id-Direttiva 94/19/KE fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali, esklużi l-fondi proprji u d-depożiti garantiti skont id-Direttiva 94/19/KE, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tal-Istat Membru.

    (b)jekk Stat Membru ma jkunx għażel l-opzjoni prevista fl-Artikolu 99(5) li juża l-fondi tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għall-finijiet tal-Artikolu 92, il-kontribuzzjoni minn kull istituzzjoni għandha tkun prorata għall-ammont totali tal-obbligazzjonijiet tagħha, esklużi l-fondi proprji, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali, esklużi l-fondi proprji, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tal-Istat Membru.

    (c)il-kontribuzzjonijiet ikkalkolati skont (a) u (b) għandhon jiġu aġġustat proporzjonalment għall-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, f'konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

    3.Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 93 jistgħu jinkludu impenji ta' pagamenti li huma kompletament sostnuti b'kollateral ta’ assi b'riskju baxx mhux ostakolati b'xi drittijiet ta' parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għall-finijiet speċifikati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 92. Is-sehem tal-impenji irrevokabbli ta' pagament ma għandux jaqbeż 30 % tal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet miġbura skont dan l-Artikolu.

    4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet speċifikat f'dan l-Artikolu jkun infurzabbli skont il-liġi nazzjonali, u li l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu bis-sħiħ.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontabilizzazzjoni regolatorja xierqa; obbligi ta' rappurtar u oħrajn sabiex jiżguraw illi l-kontribuzzjoni dovuta titħallas bis-sħiħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll miżuri għal verifikazzjoni xierqa ta' jekk il-kontribuzzjoni ġietx imħallsa korrettament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri li jimpedixxu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż.

    5.L-ammonti miġbura skont dan l-Artikolu għandhom jintużaw biss għall-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 92 ta' din id-Direttiva, u fejn l-Istati Membri jkunu għażlu l-opzjoni prevista fl-Artikolu 99(5) ta' din id-Direttiva, għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 92 ta' din id-Direttiva jew għar-ripagament ta' depożiti garantiti skont id-Direttiva 94/19/KE.

    6.L-ammonti rċevuti mingħand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja, l-imgħax u qligħ ieħor fuq l-investimenti u kwalunkwe qligħ ieħor għandhom jibbenefikaw l-arranġamenti ta' finanzjament.

    7.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex tispeċifika l-kunċett ta' aġġustament tal-kontribuzzjonijiet fi proporzjon tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2(c) ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tqis dan li ġej:

    (a)l-iskopertura tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluża l-importanza tal-attivitajiet tal-kummerċ tagħha, l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħha u l-grad ta' ingranaġġ tagħha;

    (b)l-istabbiltà u l-varjetà ta’ sorsi ta’ finanzjament tal-kumpanija;

    (c)il-kundizzjoni finanzjarji tal-istituzzjoni;

    (d)il-probabbiltà li l-istituzzjoni tidħol f’riżoluzzjoni;

    (e)il-punt safejn l-istituzzjoni tkun ibbenefikat preċedentement minn għajnuna tal-Istat;

    (f)il-kumplessità tal-istruttura tal-istituzzjoni u r-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni, u

    (g)l-importanza sistemika tagħha għas-suq inkwistjoni.

    8.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex:

    (a)tispeċifika r-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, l-obbligi tar-rappurtar u obbligi oħra msemmija fil-paragrafu 4 maħsuba biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jiġu effettivament imħallsa;

    (b)tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 biex tiżgura verifikazzjoni adegwata ta' jekk il-kontribuzzjoni ġietx imħallsa korrettament;

    (c)tispeċifika l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 biex timpedixxi l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż.

    Artikolu 95

    Kontribuzzjonijiet straordinarji ex post

    1.Meta l-mezzi finanzjarji disponibbli mhumiex suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinġabbru kontribuzzjonijiet straordinarji ex post mingħand l-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom, sabiex jiġu koperti l-ammonti addizzjonali. Dawn il-kontribuzzjonijiet straordinarji għandhom jiġu allokati bejn l-istituzzjonijiet skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 94(2).

    2.Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 94(4) sa (8), għandhom ikunu applikabbli għall-kontribuzzjonijiet miġbura skont dan l-Artikolu.

    Artikolu 96

    Mezzi alternattivi ta’ finazjament

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jistgħu jikkuntrattjaw self jew forom oħra ta' għajnuna minn istituzzjonijiet finanzjarji, il-bank ċentrali, jew partijiet terzi oħra, f’każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 94 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament, u l-kontribuzzjonijiet straordinarji previsti fl-Artikolu 95 ma jkunux aċċessibbli minnufih.

    Artikolu 97

    Self bejn arranġamenti ta' finanzjament

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikollhom id-dritt jissellfu mingħand arranġamenti ta' finanzjament oħra fl-Unjoni, fil-każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 94 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament, u l-kontribuzzjonijiet straordinarji previsti fl-Artikolu 95 ma jkunux aċċessibbli minnufih.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu obbligati jagħtu self lil arranġamenti ta' finanzjament oħra fl-Unjoni fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-paragrafu 1.

    Soġġett għall-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament ma għandhomx ikunu obbligati jagħtu self lil arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament oħra f'dawk iċ-ċirkostanzi meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru tal-arranġament ta' finanzjament tqis li mhux ser ikollha biżżejjed fondi biex tiffinanzja kwalunkwe riżoluzzjoni prevedibbli fil-futur qarib. Fi kwalunkwe każ huma ma għandhomx ikunu obbligati jagħtu b'self aktar minn nofs il-fondi li l-arranġament ta' finanzjament nazzjonali jkollu disponibbli fil-mument meta tiġi fformalizzata t-talba tas-self.

    3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati sabiex arranġament ta’ finanzjament ikun jista' jissellef mingħand arranġamenti ta' finanzjament oħra kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għat-teħid tas-self u b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta' jekk hux se jkun hemm biżżejjed fondi għall-finanzjament ta' riżoluzzjoni prevedibbli fil-futur qrib, il-perjodu ta' ripagament u r-rata tal-imgħax applikabbli.

    Artikolu 98

    Mutwalizzazzjoni ta' arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament fil-każ ta' riżoluzzjoni ta' grupp

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta' grupp kif stabbilit fl-Artikolu 83, kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali ta’ kull istituzzjonijiet li hija parti minn grupp tikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont dan l-Artikolu.

    2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp, għandha tistabbilixxi, jekk meħtieġ qabel tieħu kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, pjan finanzjarju li jiddetermina l-bżonnijiet finanzjarji totali għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp kif ukoll il-modalitajiet għal dak il-finanzjament. 

    3.Il-modalitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 jistgħu jinkludu:

    (a)kontribuzzjonijiet mill-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp,

    (b)teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew mill-Bank Ċentrali.

    Il-pjan ta’ finanzjament għandu jkun parti mill-iskema ta' riżoluzzjoni tal-grupp kif speċifikat fl-Artikolu 83. Il-pjan ta' finanzjament għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet minn kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali.

    4.Sakemm ir-rekwiżiti taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 83 jiġu ssodisfati, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jiżguraw li kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu għall-pjan ta' finanzjament immedjatament wara li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tiegħu jirċievu talba minghand l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

    5.Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' finanzjament tal-gruppi jitħallew, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 96, jikkuntrattjaw teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna, mingħand istituzzjonijiet finanzjarji, il-Bank Ċentrali jew partijiet terzi oħra, għall-ammont totali meħtieġ għall-iffinanzjar tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont il-pjan ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jiggarantixxi kwalunkwe teħid ta' self ikkuntrattjat mill-arranġament ta' finanzjament tal-grupp skont il-paragrafu 4. Il-garanzija minn kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali ma għandhiex taqbeż il-parti tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-pjan ta' finanzjament stabbilit skont il-paragrafu 2.

    7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe qligħ jew benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-arranġamenti ta' finanjament għandhom jibbenefikaw bis-sħiħ lill-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament skont il-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 2.

    8.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex tispeċifika aktar:

    (a)il-forma u l-kontenut tal-pjan ta' finanzjament speċifikat fil-paragrafu 2;

    (b)il-modalitajiet għall-iżborz tal-kontribuzzjonijiet għall-pjan ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3;

    (c)il-modalitajiet tal-garanziji msemmija fil-paragrafu 5;

    (d)il-kriterji biex jiġi determinat li azzjonijiet tar-riżoluzzjoni ġew finalizzati kollha;

    Artikolu 99

    Użu tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta' riżoluzzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, u sakemm din l-azzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni hija affiljata magħha tkun responsabbli, sal-ammont ta' depożiti koperti, għall-ammont ta' telf li kien ikollha ġġorr kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri normali ta' insolvenza, l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jikklassifikaw pari passu mal-pretensjonijiet mhux iggarantiti preferenzjali.

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni tal-ammont li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(2).

    4.Il-kontribuzzjoni mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti għall-iskop tal-paragrafu 1 għandha ssir fi flus.

    5.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jintużaw għall-għanijiet tal-Artikolu 92(1), sakemm l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jikkonformaw, fejn ikun applikabbli, mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 98.

    6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti jkollha fis-seħħ arraġamenti li jiżguraw li, wara kontribuzzjoni magħmula mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti skont il-paragrafi 1 jew 5 u fejn id-depożituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jeħtiġilhom jiġu rimborżati, il-membri tal-iskema jkunu jistgħu jipprovdu minnufih lill-iskema bl-ammonti li jridu jitħallsu.

    7.Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-opzjoni prevista fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti għandhom jitqiesu bħala arranġamenti ta' finanzjament għall-fini tal-Artikolu 91. F’dak il-każ l-Istati Membri jistgħu jastjenu milli jistabbilixxu arranġamenti ta' finanzjament separati.

    8.Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-opzjoni prevista fil-paragrafu 5, għandha tapplika r-regola ta' prijorità li ġejja għall-użu ta' mezzi finanzjarji disponibbli tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti.

    Jekk l-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun, fl-istess ħin, mitluba tuża l-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 92 jew għall-finijiet tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, u biex jiġu ripagati d-depożituri skont id-Direttiva 94/19/KE, u l-mezzi finanzjarji disponibbli mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw dawn it-talbiet kollha, ir-ripagament lid-depożituri għandu jingħata prijorità skont id-Direttiva 94/19/KE u l-azzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-pagamenti għall-finijiet previsti fl-Artikolu 92 ta' din id-Direttiva.

    9.Fejn eliġibbli depożiti ma’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti lil entità oħra permezz tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, id-depożituri ma jkollhom l-ebda pretensjoni skont id-Direttiva 94/19/KE kontra l-iskema ta’ garanzija tad-depożitu fir-rigward ta' kwalunkwe parti tad-depożiti tagħhom mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li ma jiġux ittrasferiti, sakemm dak l-ammont ta' fondi trasferiti jkun daqs jew iktar mil-livell aggregat ta’ kopertura stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/19/KE.

    TITOLU VIII

    SANZJONIJIET

    Artikolu 100

    Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa jittieħdu fejn ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għandhom jiżguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għal istituzzjonijiet finanzjarji u intrapriżi prinċipali fl-Unjoni, fil-każ ta' ksur jkunu jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet lill-membri tal-maniġment, u lil kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.

    3.L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri.

    Artikolu 101

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    1.Dan l-Artikolu għandu japplika fiċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

    (a)istituzzjoni jew impriża prinċipali tonqos milli tfassal, iżżomm u taġġorna pjanijiet ta’ rkupru u pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, bi ksur tal-Artikoli 5 jew 7;

    (b)entità tonqos milli tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha bl-intenzjoni li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil grupp bi ksur tal-Artikolu 22;

    (c)istituzzjoni jew impriża prinċipali tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni bi ksur tal-Artikolu 10;

    (d)il-maniġment ta' istituzzjoni jonqos milli jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta istituzzjoni tkun qed tfalli jew probabbli tfalli bi ksur tal-Artikolu 73(1).

    2.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni skont dispożizzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridiċi responsabbli u n-natura tal-ksur;

    (b)projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-maniġment tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali jew kwalunkwe persuna naturali oħra, li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet f'istituzzjonijiet;

    (c)fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mir-rendikont konsolidat tal-intrapriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

    (d)fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji ta’ sa EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

    (e)sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati.

    Artikolu 102

    Applikazzjoni effikaċi tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar mill-awtoritajiet kompetenti

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell tas-sanzjonijiet pekunarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, fosthom:

    (e)il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

    (f)il-livell tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

    (g)is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

    (h)l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, safejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

    (i)it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn ikun jista' jiġi determinat;

    (j)il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;

    (k)ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

    TITOLU IX

    SETGĦAT TA' EŻEKUZZJONI

    Artikolu 103

    Eżerċizzju tad-delega

    1.Is-setgħa sabiex jiġu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.Id-delega ta’ setgħat għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data msemmija fl-Artikolu 116.

    3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2, 4, 28, 37, 39, 43, 86, 94, 97 u 98 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.

    4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 2, 4, 28, 37, 39, 43, 86, 94, 97 u 98 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

    TITOLU X

    EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 77/91/KEE, 82/891/KEE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE u fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    Artikolu 104

    Emenda għad-Direttiva 77/91/KEE

    Fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 77/91/KEE, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    "3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 17(1), 25(1), 25(3), 27(2) l-ewwel paragrafu 29, 30, 31 u 32 ta' din id-Direttiva ma japplikawx fil-każ tal-użu tal-għodod, is-setgħat u l-mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni] sakemm il-finijiet tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva XX/XX/UE u l-kundizzjonijiet tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva jiġu ssodisfati.

    _______

    (*) O L….. …. p.."

    Artikolu 105

    Emenda fid-Direttiva 82/891/KEE

    L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 82/891/KEE jiġi ssostitwit minn dan li ġej:

    "4. L-Artikolu 1(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għandhom japplikaw.

    ________

    (*) ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1."

    Artikolu 106

    Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE

    Id-Direttiva 2001/24/KE tiġi emendata kif ġej:

    1.Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 3 u 4 li ġejjin jiżdiedu:

    "3. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal ditti ta’ investiment kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u l-fergħat tagħhom stabbiliti fi Stati Membri li mhumiex dak li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom.

    4. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti mid-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(**), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji, id-ditti u l-impriżi prinċipali li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva XX/XX/UE.

    __________

    (*) ĠU L177, 30.6.2006, p.201

    (**) ĠU L….,…p."

    2.Fl-Artikolu 2, is-seba' inċiż jiġi sostitwit minn dan li ġej:

    "- ‘miżuri ta’ riorganizzazzjoni’ għandha tfisser miżuri li huma maħsuba sabiex jippreservaw jew tiġi restawrata s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet preżistenti ta’ parijiet terzi, inklużi l-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta' sospensjoni ta' pagamenti, is-sospensjoni ta' miżuri ta' infurzar jew it-tnaqqis ta' pretensjonijiet; dawn il-miżuri jinkludu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni previsti mid-Direttiva XX/XX/UE;"

    Artikolu 107

    Emenda fid-Direttiva 2002/47/KE

    Fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/47/KE, jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:

    “1a. Il-paragrafu 1 ma japplika għal ebda restrizzjoni fuq l-effett ta' dispożizzjoni ta' netting tal-għeluq li hija imposta bis-saħħa tal-Artikolu 77 tad-Direttiva XX/XX/UE jew bl-eżerċizzju mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-setgħa li timponi waqfien temporanju skont l-Artikolu 63 ta' dik id-Direttiva.

    __________

    (*) ĠU L …… …. p. …"

    Artikolu 108

    Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE

    Fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2004/25/KE, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

    "L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva ma japplikax f’każ ta’ użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni.

    _________

    (*) ĠU L …. p. … "

    Artikolu 109

    Emenda fid-Direttiva 2005/56/KE

    Fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/56/KEE, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    "(4)    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpanija jew kumpaniji li huma s-suġġett tal-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

    _________

    (*) ĠU L …… …. p. …"

    Artikolu 110

    Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

    Id-Direttiva 2007/36/KE tiġi emendata kif ġej:

    1.Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

    "4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

    ___________

    (*) ĠU L …… …. p. …"

    2.Fl-Artikolu 5, jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

    "5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva XX/XX/UE [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], il-laqgħa ġenerali tista’ tiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti validi li sejħa għal laqgħa ġenerali sabiex jiġi deċiż dwar żieda fil-kapital tista' tissejjaħ b'avviż iqsar minn dak previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm din il-laqgħa ma sseħħx fi żmien għaxart ijiem kalendarji mis-sejħa u li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 23 jew 24 tad-Direttiva XX/XX/UE (skattaturi ta' intervent bikri) jiġu ssodisfati u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa sabiex jiġu evitati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 27 ta' dik id-Direttiva.

    6. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-Artikolu 6(3) u (4) u l-Artikolu 7(3) ma għandhomx japplikaw."

    Artikolu 111

    Emenda fid-Direttiva 2011/35/UE

    Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/35/UE, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    "4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpanija jew kumpaniji li huma s-suġġett tal-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni].

    ________

    (*) ĠU L …… …. p. …"

    Artikolu 112

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

    6.Fl-Artikolu 4, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(2) 'awtoritajiet kompetenti' tfisser:

    (i)l-awtoritajiet kompetenti kif iddefiniti fid-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE u kif imsemmija fid-Direttiva 2009/110/KE;

    (ii)fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji;

    (iii)f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' garanzija ta' depożiti, il-korpi li jamministraw skemi ta' garanzija ta' depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE, jew meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tissuperviżja dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva; u

    (iv)fir-rigward tad-Direttiva …/... [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni] l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kif definit f’dik id-Direttiva.

    _________

    (*) ĠU L …… …. p. …"

    7.Fl-Artikolu 40(6), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

    "Għall-finijiet li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista', fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f'kull Stat Membru, li ma għandux ikollu vot."

    _________

    (*) ĠU L …… …. p. …"

    TITOLU XI

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 113

    Kumitat tar-riżoluzzjoni tal-ABE

    L-ABE għandha toħloq kumitat intern permanenti f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għall-għan li jħejji d-deċiżjonijiet tal-ABE previsti f'din id-Direttiva. Dak il-kumitat intern għandu jkun kompost minn talanqas l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

    Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-ABE għandha tikkoopera mal-AETS u l-AEAPX fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 114

    Reviżjoni

    Sal-1 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva u tivvaluta l-ħtieġa għal emendi partikolarment:

    (a)abbażi tar-rapport mill-ABE previst fl-Artikolu 39(6), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

    (b)abbażi tar-rapport mill-ABE previst fl-Artikolu 4(3), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu 115

    Traspożizzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014 liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

    L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2015.

    Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw dispożizzjonijiet adottati sabiex jikkonformaw mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tat-Titolu IV mill-1 ta' Jannar 2018 l-aktar tard.

    2.Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

    3.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 116

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 117

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    ANNESS

    TAQSIMA A

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjanijiet ta’ rkupru

    Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (1)Sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan, analiżi strateġika, u sommarju tal-kapaċità kumplessiva tal-irkupru;

    (2)sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni minn meta ġie ffajljat l-aktar pjan ta’ rkupru riċenti;

    (3)komunikazzjoni u pjan ta' divulgazzjoni li jiddeskrivi kif id-ditta għandha l-ħsieb timmaniġġja kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas-suq;

    (4)firxa ta' azzjonijiet kapitali u ta' likwidità meħtieġa sabiex jinżamm l-operat ta’ funzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju tal-istituzzjoni u l-finanzjament tagħhom;

    (5)stima tal-qafas taż-żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

    (6)deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe impediment materjali tal-eżekuzzjoni effettiva u f'waqtha tal-pjan, inkluża l-konsiderazzjoni tal-impatt fuq il-bqija tal-grupp, il-konsumaturi u l-kontropartijiet;

    (7)identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi;

    (8)deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjalizzazzjonibbiltà tal-linji tan-negozju ewlenin, l-operazzjonijiet u l-assi tal-istituzzjoni;

    (9)deskrizzjoni dettaljata ta' kif l-ippjanar tal-irkupru huwa integrat fl-istruttura tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni kif ukoll il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru u l-identifikazzjoni tal-persuni fl-organizzazzjoni responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan;

    (10)arranġamenti u miżuri li jikkonservaw jew li jirrestawraw il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

    (11)arranġamenti u miżuri sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjoni għandha aċċess adegwat għas-sorsi tal-finanzjament ta’ kontinġenza, inklużi sorsi potenzjali ta’ likwidità, valutazzjoni tal-kollateral disponibbli u valutazzjoni tal-possibbiltà li tiġi trasferita likwidità bejn l-entitajiet fil-grupp u l-linji tan-negozju, sabiex jiġi żgurat li tista’ twettaq l-operazzjonijiet tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha meta jsiru dovuti;

    (12)arranġamenti u miżuri sabiex jitnaqqsu r-riskju u l-ingranaġġ;

    (13)arranġamenti u miżuri sabiex jiġu ristrutturati l-obbligazzjonijiet;

    (14)arranġamenti u miżuri sabiex jiġu ristrutturati linji tan-negozju;

    (15)arranġamenti u miżuri meħtieġa sabiex jinżamm aċċess kontinwu għal infrastrutturi tas-swieq finanzjarji;

    (16)arranġamenti u miżuri meħtieġa sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni, inklużi l-infrastruttura u s-servizzi tal-IT;

    (17)arranġamenti preparatorji sabiex jiġi faċilitat il-bejgħ tal-assi jew il-linji tan-negozju f’qafas taż-żmien xieraq sabiex tiġi restawrata s-sodezza finanzjarja;

    (18)azzjonijiet jew strateġiji oħra ta' mmaniġġjar sabiex jiġu rrestawrati s-sodezza finanzjarja u l-effett finanzjarju antiċipat ta' dawk l-azzjonijiet jew l-istrateġiji;

    (19)miżuri preparatorji li l-istituzzjoni tkun ħadet jew pjanijiet li jridu jittieħdu sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, inklużi dawk meħtieġa sabiex tiġi permessa r-rikapitalizzazzjoni f'waqtha tal-istituzzjoni.

    TAQSIMA B

    Informazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet biex jipprovdu għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

    L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni:

    (1)Deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni inkluża lista tal-entitajiet legali kollha;

    (2)identifikazzjoni tad-detentur dirett u l-perċentwali tad-drittijiet tal-vot u drittijiet bla vot ta’ kull entità legali;

    (3)il-post, il-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni, il-liċenzjar u l-immaniġġjar ewlenin assoċjata ma’ kull entità legali;

    (4)immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tal-istituzzjoni inklużi l-assi materjali u l-obbligazzjonijiet relatati ma' dawn l-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju, b'referenza għall-entitajiet legali;

    (5)deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tal-istituzzjoni u l-obbligazzjonijiet kollha tal-entitajiet legali tagħha, isseparati, bħala minimu skont it-tipi u l-ammonti ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir u perjodu ta' żmien twil, obbligazzjonijiet garantiti, mhux garantiti u subordinati;

    (6)dettall ta’ dawk l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li huma obbligazzjonijiet eliġibbli;

    (7)identifikazzjoni tal-proċessi meħtieġa sabiex jiġi determinat lil minn l-istituzzjoni tkun ippleġġjat kollateral, il-persuna li żżomm il-kollateral u l-ġurisdizzjoni li fiha jinsab il-kollateral;

    (8)deskrizzjoni tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni u l-entitajiet legali tagħha, inkluż immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

    (9)il-ħeġġijiet materjali tal-istituzzjoni inkluż l-immappjar ta' entità legali;

    (10)identifikazzjoni tal-kontropartijiet prinċipali jew l-aktar kritiċi tal-istituzzjoni kif ukoll analiżi tal-impatt tal-falliment tal-kontropartijiet prinċipali fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni;

    (11)kull sistema li fiha l-istituzzjoni twettaq għadd materjali jew ammont tal-valur ta' kummerċ, inkluż immappjar tal-entitajiet legali tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

    (12)kull sistema ta’ pagament, ikklerjar jew saldu li tagħhom l-istituzzjoni hija direttament jew indirettament membru, inkluż l-immappjar tal-entitajiet legali tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

    (13)inventarju u deskrizzjoni dettaljati tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-informazzjoni ewlenin, inklużi dawk għall-immaniġġjar tar-riskju, il-kontabbiltà u rrapportar finanzjarju u regolatorju użati mill-istituzzjoni inkluż immappjar tal-entitajiet legali tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

    (14)identifikazzjoni tas-sidien tas-sistemi identifikati f’(m), ftehimiet fil-livell ta' servizz relatati magħhom, u kwalunkwe softwer u sistemi jew liċenzji, inkluż l-immappjar tal-entitajiet legali tagħha, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

    (15)identifikazzjoni u mmappjar tal-entitajiet legali u l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn l-entitajiet legali differenti bħal:

    persunal, faċilitajiet u sistemi komuni jew kondiviżi;

    arranġamenti ta’ kapital, finanzjament jew likwidità;

    skoperturi ta’ kreditu eżistenti jew kontinġenti;

    ftehimiet ta’ kontrogaranziji, ftehimiet ta' kontrokollateral, dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza u arranġamenti ta' netting tal-kontroaffiljati;

    riskji tat-trasferimenti u arranġamenti kummerċjali spalla ma' spalla; ftehimiet fil-livell ta’ servizz;

    (16)l-awtorità superviżorja u tar-riżoluzzjoni għal kull entità legali;

    (17)l-uffiċjal superjuri tal-immaniġġjar responsabbli għall-pjan tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni kif ukoll dawk responsabbli, jekk differenti, għall-entitajiet legali differenti, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

    (18)deskrizzjoni tal-arranġamenti li l-istituzzjoni għandha fis-seħħ sabiex tiżgura li, fil-każ ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni;

    (19)il-ftehimiet kollha li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet legali tagħha jkunu daħħlu fihom ma' partijiet terzi li t-terminazzjoni tagħhom tista’ tiskatta permezz ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet li japplikaw għodda tar-riżoluzzjoni u jekk il-konsegwenzi tat-terminazzjoni jistgħux jaffettwaw l-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni.

    (20)Deskrizzjoni ta' sorsi possibbli tal-likwidità biex isostnu riżoluzzjoni;

    (21)Informazzjoni dwar tfixkil għall-assi, l-assi likwidi, l-attivitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-istrateġiji tal-iħħeġjar u prassi tad-dħul fil-kotba.

    TAQSIMA C

    Kwistjonijiet li l-awtorità tar-riżoluzzjoni trid tivvaluta meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ istituzzjoni

    Meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

    (1)Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp ikun jista' jimmappja l-linji tan-negozju ewlenin u operazzjonijiet kritiċi għal entitajiet legali.

    (2)Il-punt safejn strutturi legali u korporattivi fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi huma allinjati.

    (3)Il-punt safejn ikun hemm arranġamenti fis-seħħ sabiex jipprovdu għal persunal essenzjali, infrastruttura, finanzjament, likwidità u kapital sabiex jiġu sostnuti u miżmuma l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi.

    (4)Il-punt safejn il-ftehimiet tas-servizz li l-istituzzjoni jew il-grupp iżommu huma infurzabbli bis-sħiħ fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp.

    (5)Il-punt safejn l-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni jew tal-grupp hija adegwata għall-immaniġġjar u l-iżgurar tal-konformità mal-politiki interni tal-istituzzjoni jew tal-grupp fir-rigward tal-ftehimiet fil-livell tas-servizz.

    (6)Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp għandhom proċess għat-tranżizzjonar tas-servizzi provduti skont il-ftehimiet fil-livell tas-servizz lil partijiet terzi fil-każ tas-separazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi jew tal-linji tan-negozju ewlenin.

    (7)Il-punt safejn hemm pjanijiet ta’ kontinġenza fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-aċċess għas-sistemi tal-pagamenti u s-saldu.

    (8)L-adegwatezza tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment fl-iżgurar li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġbru informazzjoni eżatta u kompleta fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi sabiex jiġi faċilitat it-teħid rapidu ta' deċiżjonijiet.

    (9)Il-kapaċità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment li jipprovdu l-informazzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni effettiva tal-istituzzjoni jew il-grupp fil-ħinijiet kollha anke taħt kundizzjonijiet li jinbidlu b’mod rapidu.

    (10)Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp ikunu ttestjaw is-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tagħhom taħt xenarji ta' stress definiti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

    (11)Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp jista' jiżgura l-kontinwità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tiegħu kemm għall-istituzzjoni affettwata kif ukoll għall-istituzzjoni l-ġdida fil-każ li l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jiġu sseparati mill-bqija tal-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju.

    (12)Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp ikunu stabbilixxew proċessi adegwati sabiex jiżguraw li jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-informazzjoni meħtieġa sabiex jidentifikaw depożituri u l-ammont koperti mill-iskemi tal-garanzija għal depożiti;

    (13)Meta l-grupp juża garanziji intragrupp, il-punt safejn dawk il-garanziji jiġu provduti b'kundizzjonijiet tas-suq u kemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-garanziji huma robusti.

    (14)Fejn il-grupp jinvolvi ruħu fi tranżazzjonijiet spalla ma' spalla, il-punt safejn dawk it-tranżazzjonijiet jitwettqu b’kundizzjonijiet tas-suq u kemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-prassi ta' tranżazzjonijiet huma robusti.

    (15)Il-punt safejn l-użu ta’ tranżazzjonijiet ta' garanziji intragrupp jew tranżizzjonijiet ta' dħul fil-kotba spalla ma' spalla jżidu kontaġju fil-grupp.

    (16)Il-punt safejn l-istruttura legali tal-grupp tinebixxi l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni b'riżultat tal-għadd ta’ entitajiet legali, il-kumplessità tal-istruttura tal-grupp jew id-diffikultà fl-allinjament tal-linji tan-negozju għall-entitajiet fi grupp.

    (17)L-ammont jew il-proporzjon ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni.

    (18)Fejn il-valutazzjoni tinvolvi kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta, il-punt safejn ir-riżoluzzjoni tal-entitajiet fi grupp li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jista' jkollha impatt negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.

    (19)L-eżistenza u s-solidità ta’ ftehimiet fil-livell ta’servizz.

    (20)Jekk awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhomx l-għodda tar-riżoluzzjoni meħtieġa biex jappoġġjaw azzjonijiet mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Unjoni, u l-ambitu għal azzjoni koordinata bejn l-Unjoni u awtoritajiet ta' pajjiż terz.

    (21)Il-fattibbiltà tal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, fid-dawl tal-għodod disponibbli u l-istruttura tal-istituzzjoni.

    (22)Il-punt sa fejn l-istruttura tal-grupp tippermetti lill-awtorità tar-riżoluzzjoni tirriżolvi l-grupp kollu jew kwalunkwe jew aktar mill-entitajiet tiegħu mingħajr ma toħloq impatt negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja tas-suq jew l-ekonomija u bil-ħsieb li jiġi mmassimizzat il-valur tal-grupp kollu;

    (23)L-arranġamenti u l-meżżi li permezz tagħhom ir-riżoluzzjoni tista' tiġi ffaċilitata fil-każijiet ta' gruppi li għandhom sussidjarji stabbiliti f'ġuriżdizzjonijiet differenti.

    (24)Il-kredibilità tal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, minħabba l-impatti possibbli fuq kredituri, kontropartijiet, konsumaturi u impjegati u azzjonijiet possibbli li l-awtoritajiet ta' pajjiż terz jistgħu jieħdu.

    (25)L-impatt tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni fuq is-sistema finanzjarja u fuq il-fiduċja fis-suq finanzjarju jistgħu jiġu evalwati adegwatament.

    (26)Ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jista' jkollha impatt negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja fis-suq jew l-ekonomija.

    (27)Kontaġju lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew lis-swieq finanzjarji jista' jiġi kontenut permezz tal-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni.

    (28)Ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jista' jkollha effett sinifikanti fl-operat tas-sistemi tal-pagamenti u tas-saldu.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA

    1.1.Titolu tal-proposta

    1.2.Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

    1.3.Natura tal-proposta

    1.4.Għan(ijiet)

    1.5.Raġunijiet għall-proposta

    1.6.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

    1.7.Metodu/i ta’ mmaniġġjar previst(i)

    2.MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

    2.1.Regoli ta' monitoraġġ u rapportar

    2.2.Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

    2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    3.2.5.Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA 

    1.1.Titolu tal-proposta 

    DIRETTIVA TAL-PARALMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 82/891/KE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2011

    1.2.Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 40  

    Suq intern – Swieq finanzjarji

    1.3.Natura tal-proposta 

     Il-proposta tirrigwarda azzjoni ġdida

     Il-proposta/inizjattiva tirrelatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 41

     Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

     Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva 

    Tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja fil-banek, tiġi żgurata l-kontinwità ta' servizzi finanzjarji essenzjali, jiġi evitat il-kontaġju tal-problemi;

    Jiġi mminimizzat it-telf għas-soċjetà kollha u partikolarment għal kontribwenti, jiġu protetti d-depożituri, u jitnaqqsu l-periklu morali;

    Jissaħħaħ is-suq intern għas-servizzi bankarji, filwaqt li jinżamm ambjent ekwu (jiġifieri l-istess kundizzjonijiet għall-atturi kollha biex jikkompetu fis-swieq finanzjarji tal-UE).

    1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB konċernata/i 

    Għanijiet speċifiċi:

    Fid-dawl tal-għanijiet ġenerali ta’ hawn fuq, ġew stabbiliti l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

    Preparazzjoni u prevenzjoni:

    żieda fit-tħejjija tas-superviżuri u l-banek għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u

    l-kapaċità li jiġu riżolti l-banek kollha

    Intervent bikri:

    jitjiebu l-arranġamenti ta' intervent bikri għas-superviżuri

    Risoluzzjoni bankarja:

    żgurar tar-riżoluzzjoni tal-banek fil-waqt u mod robust

    żgurar taċ-ċertezza legali għar-riżoluzzjoni bankarja

    Immaniġġjar ta' kriżijiet transfruntieri:

    trawwim ta' kooperazzjoni effiċjenti tal-awtoritajiet f'riżoluzzjoni transfruntiera

    Finanzjament

    żgurar li l-fondi minn sors privat ikunu disponibbli għall-finanzjament ta' riżoluzzjoni ta' banek li jfallu

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistenni(ja)

    Speċifikazzjoni tal-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Il-qafas tal-immaniġġjar tal-kriżijiet propost fil-livell tal-Unjoni għandu l-għan li jippermetti aktar stabbiltà finanzjarja, inaqqas il-periklu morali, u jipproteġi lid-depożituri, servizzi bankarji kruċjali u l-flus tal-kontribwenti. Barra minn dan jimmira li jipproteġi u jiżviluppa aktar is-suq intern għal istituzzjonijiet finanzjarji.

    Benefiċċji tal-qafas jinħolqu l-ewwel nett minn it-tnaqqis mistenni fil-probabbiltà ta’ kriżi bankarja sistemika u l-evitar tat-tnaqqis fil-PDG li jsegwi kriżi bankarja. It-tieni nett, il-qafas tar-riżoluzzjoni bankarja jimmira li jnaqqas il-possibbiltà li l-flus tal-kontribwenti jerġgħu jintużaw f’kriżi potenzjali futura biex jiġu ppleġġjati l-banek. L-ispiża tal-kriżijiet bankarji, jekk iseħħu, għandhom jitħallsu l-ewwel mid-detenturi tal-ekwità u d-dejn tal-banek. Bħala riżultat l-ispejjeż ta' finanzjament tad-dejn tal-Istati Membri għandhom jonqsu wkoll biex jirriflettu t-tneħħija tal-garanzija impliċita tad-dejn tal-banek mill-Istat.

    1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt 

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

    Peress li l-fallimenti tal-banek mhumiex prevedibbli u jekk jista' jkun jiġu evitati, il-funzjonament ta' riżoluzzjoni ta' bank ma tistax jiġi mmonitorjat regolarment abbażi ta' kif jiġu trattati fallimenti reali ta' banek. Madankollu, xi miżuri jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tal-indikaturi possibbli li ġejjin:

    Għadd ta' kulleġġi tar-riżoluzzjoni stabbiliti.

    Għadd ta' pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni sottomessi u approvati mill-awtoritajiet u l-kulleġġi tar-riżoluzzjoni.

    Għadd ta' każijiet fejn intalbu aġġustamenti fl-operat ta' banek (u gruppi bankarji) mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

    Għadd ta’ ftehimiet ta' finanzjament intragrupp ġew konklużi.

    Għadd ta' banek fejn hija meħtieġa kapaċità minima ta' assorbiment ta' telf (kapital + dejn li jista' jiġi ppleġġjat internament).

    Livell kumplessiv tal-kapaċitajiet ta' assorbiment ta' telf tal-banek fl-Istati Membri u l-Unjoni.

    Għadd ta’ banek li għaddejjin minn riżoluzzjoni.

    Għadd ta’ applikazzjoni ta’ għodod u setgħat differenti ta' riżoluzzjoni (eż. bejgħ ta' negozju, bank tranżitorju, ippleġġjar intern).

    L-ispiża ta' riżoluzzjoni ta' bank fuq SM individwali u fuq livell aggregat tal-UE (EUR miljuni) (ispiża tinkludi l-ispiża tal-ippleġġjar intern, ir-rikapitalizzazzjoni, il-kontribuzzjoni ta' SGD/RF, spejjeż oħra).

    L-involviment tal-ABE fil-fażijiet kollha tal-qafas tal-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek huwa propost u sostnut mill-partijiet interessati, anki jekk ir-regolamentazzjoni tal-ABE bħalissa ma tagħtix kompetenza lill-ABE f'proċess ta' riżoluzzjoni. Abbażi tal-involviment tagħha, l-ABE tista' twettaq kompiti ta' monitoraġġ relatati. It-traspożizzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni se tkun immonitorjati skont taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni

    1.5.Raġunijiet għall-proposta

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien 

    Il-kriżi finanzjarja poġġiet taħt pressjoni kbira l-ħila tal-awtoritajiet li jimmaniġġjaw problemi fl-istituzzjonijiet bankarji. Is-swieq finanzjarji tal-Unjoni tant saru integrati li xokkijiet domestiċi malajr jistgħu jiġu trasmessi lil ditti u swieq fi Stati Membri oħra.

    Fuq livell internazzjonali, il-Mexxejja tal-G20 sejħu għal "reviżjoni tar-reġimi tar-riżoluzzjoni u l-liġijiet tal-falliment fid-dawl tal-esperjenzi riċenti sabiex jiġi żgurat li jippermettu stralċ ordnat ta' istituzzjonijiet transfruntieri kbar u kumplessi." 42 Fis-summit ta' Pittsburgh fil-25 ta' Settembru 2009, intrabtu li jaġixxu flimkien biex "...joħolqu għodod aktar qawwija sabiex ditti globali kbar jinżammu responsabbli għar-riskji li jieħdu" u, b'mod aktar speċifiku, li "jiżviluppaw għodod u oqfsa ta' riżoluzzjoni għar-riżoluzzjoni effettiva ta' gruppi finanzjarji sabiex jiġi mmitigat it-tfixkil mill-fallimenti ta' istituzzjonijiet finanzjarji u jitnaqqas il-periklu morali fil-ġejjieni."

    F'Seoul f'Novembru 2010, il-G20 approva r-Rapport FSB SIFI 43 li rrakkomanda li "l-ġurisdizzjonijiet kollha għandhom jagħmlu r-riformi ġuridiċi meħtieġa biex jiżguraw li jkollhom implimentat reġim ta' riżoluzzjoni li jagħmel fattibbli r-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja mingħajr l-iskopertura tal-kontribwenti għal telf minn għajnuna għas-solvenza, filwaqt li jiġu protetti l-funzjonijiet ekonomiċi vitali permezz ta' mekkaniżmi li jippermettu lill-azzjonisti u l-kredituri li ma jkunux garantiti jew assigurati, l-assorbiment tat-telf skont il-preferenzjalità tagħhom".

    F'Ottubru 2011, il-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja adotta Attributi Ewlenin tar-Reġimi tar-Riżoluzzjoni Effettiva għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji (Attributi Ewlenin) 44 li jistabbilixxu l-elementi ewlenin li l-FSB jikkunsidra li huma neċessarji għal reġim ta’ riżoluzzjoni effettiv. L-implimentazzjoni tagħhom għandha tippermetti lill-awtoritajiet jirriżolvu istituzzjonijiet finanzjarji b'mod ordnat mingħajr skopertura għall-kontribwenti għal telf minn għajnuna għas-solvenza, filwaqt li tinżamm il-kontinwità tal-funzjonijiet ekonomiċi vitali tagħhom.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni

    Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5.3 tat-TFUE, fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

    Hija biss l-azzjoni fuq il-livell tal-Unjoni li tista' tiżgura li l-Istati Membri jużaw miżuri kompatibbli biex jitrattaw mal-banek li jkunu qed ifallu. Minkejja li s-settur bankarju tal-Unjoni huwa integrat ħafna, is-sistemi għat-trattament tal-kriżijiet bankarji huma bbażati fuq livell nazzjonali. Bosta sistemi legali nazzjonali bħalissa ma jagħtux is-setgħat meħtieġa mill-awtoritajiet biex jistralċaw l-istituzzjonijiet finanzjarji b'mod ordnat filwaqt li jippreservaw dawk is-servizzi essenzjali għall-istabbilità finanzjarja mingħajr ma jiddependu fuq flus tal-kontribwenti. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali diverġenti ma tasalx għal trattament xieraq tad-dimensjoni transfruntiera tal-kriżijiet, u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-Istat Membru ta' domiċilju u dak ospitanti huma insuffiċjenti.

    Opzjonijiet ta' riżoluzzjoni limitati jżidu r-riskju tal-periklu morali u jiġġeneraw aspettattiva li banek kbar, kumplessi u interkonnessi jista' jerġa' jkollhom bżonn l-għajnuna finanzjarja pubblika f'każ li jinqalgħu l-problemi. Għalhekk huwa ċar li qafas effettiv għall-irkupru u r-riżoluzzjoni f'suq integrat ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri u għandu jiġi stabbilit fuq il-livell tal-Unjoni.

    Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tat-Trattati.

    Il-proposta preżenti għandha l-għan li tmantni l-istabbilità finanzjarja u l-fiduċja fil-banek, timminimizza t-telf għall-kontribwenti u ssaħħaħ is-suq intern għas-servizzi bankarji filwaqt li żżomm ambjent ekwu. Dan jeħtieġ il-konverġenza tal-liġijiet nazzjonali sabiex l-awtoritajiet ikollhom sett konsistenti ta' għodod ta' mmaniġġjar u riżoluzzjoni tal-kriżijiet. Dan il-għan jista' jitwettaq biss minn azzjoni tal-Unjoni.

    Id-dispożizzjonijiet huma proporzjonati għal dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet. Il-limitazzjonijiet tad-dritt tas-sjieda li jista' jimplika l-eżerċizzju tas-setgħat huma konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif interpretata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dawn ir-restrizzjonijiet huma limitati sal-punt meħtieġ biex jintlaħaq objettiv ta' interess ġenerali, jiġifieri l-preżervazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.

    Ir-riżoluzzjoni hija marbuta mill-qrib mal-oqsma mhux armonizzati tal-liġi nazzjonali, bħall-insolvenza u l-liġi dwar il-proprjetà. Direttiva, għalhekk, hija l-istrument ġuridiku x-xieraq minħabba li hija meħtieġa t-traspożizzjoni biex ikun żgurat li l-qafas jiġi implimentat b'tali mod li jilħaq l-effett mixtieq, fi ħdan l-ispeċifiċitajiet tal-liġi nazzjonali rilevanti.

    1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

    M.A.

    1.5.4.Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn rilevanti

    Il-qafas tal-immaniġġjar tal-kriżijiet huwa marbut ħafna mas-sistema tal-iskema tal-garanzija tad-depożiti fl-Unjoni. Il-modifika rilevanti tad-Direttiva 94/19/KE qed attwalment tiġi diskussa fil-Kunsill u l-Parlament. Sinerġiji bejn il-fondi tal-iSGD u miżuri tar-riżoluzzjoni tal-banek huma sinifikanti, speċjalment f'dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet ta' finanzjament. Meta l-qafas tar-riżoluzzjoni l-ewwel iwaqqaf il-kontaġju, il-fond tal-iSGD ser jiffinanzja biss ftit banek li jsiru inadempjenti fil-bidu. B’kuntrast, meta l-ebda miżura ta' riżoluzzjoni ma tkun disponibbli u l-kontaġju jinfirex mas-sistema finanzjarja, l-ammont ta' flus li l-iSGD trid tħallas f'SM ikun konsiderevolment ogħla.

    Il-proposta hija wkoll marbuta mad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (DRK), li tistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali għal banek u kumpaniji tal-investiment. Emendi reċenti fid-DRK jimmiraw li jżidu l-kwantità u l-kwalità tal-kapital li jżommu l-banek biex ikunu jistgħu jassorbu telf potenzjali fir-realtà. Rekwiżiti ġodda tal-likwidità għandhom l-għan li jiżguraw li l-banek jibqgħu likwidi anke f’perjodu ta' stress tas-suq u jiżviluppaw struttura ta' obbligazzjonijiet li tipprovdi aktar stabbiltà. Dawn il-miżuri kollha se jagħmlu s-settur bankarju aktar sikur u jnaqqsu ċ-ċansijiet li bank ifalli u l-ħtieġa għal interventi pubbliċi. Minkejja dawn il-miżuri kollha, ma jistax jiġi eskluż li fil-futur ma jfallux banek. Għalhekk hemm bżonn li jkun żviluppat qafas legali kumplimentari (irkupru u riżoluzzjoni tal-banek) li jiżgura li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja anki f'xenarji negattivi.

    1.6.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

     Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

       Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS 

       Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS 

     Proposta ta’ żmien mhux limitat

    Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu mill-2013 sal-2015,

    segwita b'operat fuq skala sħiħa.

    1.7.Metodu/i ta’ mmaniġġjar previst(i) 45  

     Immaniġġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni

     Immaniġġjar indirett ċentralizzat b’delega tal-implimentazzjoni tal-kompiti lil:

       aġenziji eżekuttivi 

       korpi stabbiliti mill-Komunitajiet 46

       korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta' servizz pubbliku 

       persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju 

     Immaniġġjar kodiviż mal-Istati Membri

     Immaniġġajr deċentralizzat ma’ pajjiżi terzi 

     Immaniġġjar kodiviż ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (iridu jiġu speċifikati)

    Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ mmaniġġjar, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    -

    2.MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

    2.1.Regoli ta' monitoraġġ u rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

    L-Artikolu 81 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) jeħtieġ lill-Kummissjoni li sat-2 ta’ Jannar 2014, u kull 3 snin minn dakinhar, tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza akkwistata b'riżultat tal-operat tal-ABE. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tippubblika rapport ġenerali li se jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    2.2.Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

    2.2.1.Riskju/i identifikat(i) 

    Fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta huwa mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li ma humiex attwalment koperti minn qafas ta' kontroll intern eżistenti tal-ABE.

    2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

    -

    2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet 

    Speċifika l-prevenzjoni eżistenti jew maħsuba u l-miżuri ta' protezzjoni.

    Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-ABE mingħajr l-ebda restrizzjoni.

    L-ABE għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-ABE.

    Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta' fondi żborzati mill-ABE kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi.

    L-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-ABE u regoli finanzjarji applikabbli.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i 

    Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji tal-baġit.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Linja tal-baġit

    Tip ta' 
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru 
    [Deskrizzjoni … … … … … … … … … … … … ….]

    Diff./mhux diff.
    ( 47 )

    mill-pajjiżi tal-EFTA 48

    minn pajjiżi kandidati 49

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    12.0402.01

    ABE – Sussidju taħt it-Titoli 1, 2 u 3

    Diff

    Iva

    Le

    Le

    Le

    Intestaturi ġodda tal-baġit mitluba

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji tal-baġit.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Linja tal-baġit

    Tip ta'
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru 
    [Titlu … … … … … … … … … … … … … …]

    Diff./mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    mill-pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    [XX.YY.YY.YY]

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali:

    1A

    Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

    DĠ: MARKT

    Sena
    2013 50

    Sena
    2014

    Sena
    2015

    AMMONT TOTALI

    • Approprjazzjonijiet operattivi

    12.0402.01

    Impenji

    (1)

    0

    1,080

    999

    2,079

    Pagamenti

    (2)

    0

    1,080

    999

    2,079

    Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva finanzjati 
    minn dħul minn tariffi 

    Numru tal-intestatura tal-baġit

    (3)

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    għad-DĠ MARKT

    Impenji

    =1+1a +3

    0

    1,080

    999

    2,079

    Pagamenti

    =2+2a+3

    0

    1,080

    999

    2,079



     TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Impenji

    (4)

    0

    1,080

    999

    2,079

    Pagamenti

    (5)

    0

    1,080

    999

    2,079

    • Total tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva finanzjati minn dħul minn tariffi

    (6)

    Approprjazzjonijiet TOTALI 
    taħt l-INTESTATURA 1A
    tal-qafas finanzjarju multiannwali

    Impenji

    =4+ 6

    0

    1,080

    999

    2,079

    Pagamenti

    =5+ 6

    1,080

    999

    2,079

    Kummenti:

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Sena
    2013 51

    Sena
    2014

    Sena
    2015

    AMMONT TOTALI

    Approprjazzjonijiet TOTALI 
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
    tal-qafas finanzjarju multiannwali 

    Impenji

    0

    1,080

    999

    2,079

    Pagamenti

    0

    1,080

    999

    2,079

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Indika

    għanijiet u riżultati

    Sena
    2012

    Sena
    2013

    Sena
    2014

    Sena
    2015

    AMMONT TOTALI

    Tip 52

    Spiża medja

    Eżitu

    Spiża Totali

    Eżitu

    Spiża Totali

    Eżitu

    Spiża Totali

    Eżitu

    Spiża Totali

    Eżitu

    Spiża Totali

    1. Għanijiet għal preparazzjoni u prevenzjoni:

    żieda fit-tħejjija tas-superviżuri u l-banek għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u

    l-kapaċità li jiġu riżolti l-banek kollha

    Għadd ta' Standards u Linji Gwida Tekniċi

    numeriku

    0

    0

    0

    0

    11

    517

    1

    200

    12

    717

    Subtotal għall-għan speċifiku nru 1

    0

    0

    0

    0

    11

    517

    1

    200

    12

    717

    2. Għan għal intervent bikri:

    jitjiebu l-arranġamenti ta' intervent bikri għas-superviżuri

    Għadd ta' Standards u Linji Gwida Tekniċi

    numeriku

    0

    0

    0

    0

    1

    47

    0

    0

    1

    47

    Subtotal għall-għan speċifiku nru 2

    0

    0

    1

    47

    0

    0

    1

    47

    3. Għanijiet għal riżoluzzjoni bankarja:

    żgurar tar-riżoluzzjoni tal-banek fil-waqt u mod robust

    żgurar taċ-ċertezza legali għar-riżoluzzjoni bankarja

    Għadd ta' Standards u Linji Gwida Tekniċi

    numeriku

    0

    0

    0

    0

    10

    470

    4

    799

    14

    1,269

    Subtotal għall-għan speċifiku nru 3

    0

    0

    0

    10

    470

    4

    799

    14

    1,269

    4. Għan għal immaniġġjar tal-kriżijiet transfruntieri: trawwim ta' kooperazzjoni effiċjenti tal-awtoritajiet f'riżoluzzjoni transfruntiera

    Għadd ta' Standards u Linji Gwida Tekniċi

    0

    0

    0

    0

    1

    47

    0

    0

    1

    47

    Subtotal għall-għan speċifiku nru 4

    0

    0

    0

    0

    1

    47

    0

    0

    1

    47

    SPIŻA TOTALI 53

    0

    0

    23

    1,081

    5

    999

    28

    2,080

    3.3.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i 

    Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

    NA

    Intestaturi ġodda tal-baġit mitluba

    NA

    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.3.1.1.Sommarju 

       Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi 

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

    3.3.1.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

       Il-proposta ma teħtieġx użu ta’ riżorsi umani 

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Kumment:

    L-ebda riżorsa umana jew amministrattiva addizzjonali ma huma se jkunu meħtieġa fid-DĠ MARKT minħabba l-proposta.

    3.3.2.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 

       Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

       Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 54 .

    3.3.3.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi 

       Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi 

       Il-proposta tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

    Sena
    2013

    Sena
    2014

    Sena
    2015

    Total

    Kontribuzzjoni tal-Istati Membri (60% tal-ispejjeż kumplessivi)

    0

    1,620

    1,498

    3,119

    3.4.Impatt stmat fuq id-dħul 

       Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji 

       fuq dħul mixxelanju 



    Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal proposta ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    L-ispejjeż relatati ma’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-ABE ġew stmati għan-nefqa tal-persunal (Titolu 1), iżda wkoll Titolu 2.

    Rigward iż-żmien tal-proposta, huwa preżunt li d-Direttiva ser tidħol fis-seħħ bejn Ġunju u Diċembru 2013. L-ABE għandha tabbozza standards tekiniċi 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ, għalhekk huwa mistenni li x-xogħol jibda sa minn Jannar 2014. Ġie estimat persunal addizzjonali għal 23 standard tekniku u 5 linji gwida, fosthom azzjonijiet relatati mwarrba għar-rikonoxximent ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi, it-tlestija ta' qafas mhux vinkolanti ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi kif ukoll għal ħidma ta' monitoraġġ kontinwu, parteċipazzjoni fil-kulleġġi u l-eżerċizzju tal-medjazzjoni vinkolanti tal-ABE. Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi kompiti fit-tul għall-ABE li se jeħtieġu l-ħolqien ta’ 5 karigi addizzjonali (aġenti temporanji) sa mill-2014. Barra minn hekk, 11-il espert nazzjonali sekondat "SNE" huma previsti biex iwettqu kompiti temporanji limitati għall-2014 u l-2015.

    Suppożizzjonijiet oħrajn:

    Koeffiċjent tal-ippeżar tas-salarji ta’ 1.28 għal Londra;

    Minħabba l-kumplessità tal-istandards tekniċi, il-linji gwida u l-pressjoni tax-xogħol għal ħidmiet relatati kif spjegat hawn fuq, huwa preżunt li bħala medja standard/linja gwida teknika waħda se teħtieġ 1.15 snin xogħol. Għalhekk, 23 standard tekniku u 5 linji gwida se jeħtieġu 32 sena xogħol għal 2014 u 2015.

    Spejjeż tat-taħriġ supponuti għal EUR 1,000 għal kull FTE fis-sena;

    Spejjeż għal missjonijiet ta’ EUR 10,000, stmati abbażi tal-abbozz tal-baġit tal-2012 għall-missjonijiet għal kull persuna;

    Spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, illoġġjar u benefiċċji oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ) ta’ EUR 12,700, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għar-reklutaġġ għal kull persuna ġdida.

    Il-metodu ta’ kalkolu taż-żieda fil-baġit meħtieġ għat-tliet snin li ġejjin huwa ppreżentat f’aktar dettall fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Tip ta' spiża

    Kalkolu

    Ammont (f’EUR miljuni)

    2013

    2014

    2015

    Total

    Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal

    11 Salarji u benefiċċji

    - li minnhom aġenti temporanji

    =5*127*1,28

    0

    813

    813

    1,626

    - li minnhom SNEs

    =11*73*1,28

    0

    1,028

    1,028

    2,056

    - li minnhom aġenti bil-kuntratt

    0

    0

    0

    0

    12 Nefqa relatata mar-reklutaġġ

    =16*12,7

    0

    203

    0

    203

    13 Spejjeż tal-missjonijiet

    =16*10

    0

    160

    160

    320

    15 Taħriġ

    =16*1

    0

    16

    16

    32

    Total Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal

    0

    2,220

    2,017

    4,237

    Titolu 2: Infrastruttura u nfiq operattiv

    =16*30

    0

    480

    480

    960

    Titolu 3: Nefqa operazzjonali

    0

    0

    0

    0

    Total

    0

    2,700

    2,497

    5,197

    Li minnhom kontribuzzjoni mill-Komunità (40 %)

    0

    1,080

    999

    2,078

    Li minnhom kontribuzzjoni mill-Istati Membri (60 %)

    0

    1,620

    1,498

    3,119

    It-tabella li ġejja tippreżenta l-pjan proposta għall-ħolqien ta' ħames karigi ta’ aġenti temporanji.

    Grupp u grad tal-funzjoni

    Karigi temporanji

    AD 8

    1

    AD 7

    1

    AD 6

    1

    AD 5

    2

    AD total

    5

    (1) COM (2010) 579 finali
    (2) Id-dikjarazzjoni tal-mexxejja tal-G20 tas-Samit dwar is-swieq finanzjarji u l-ekonomija dinjija, April 2009.
    (3) http://www.financialstabilityboard.org/publications/r_111104cc.pdf
    (4) (2010/2006(INI))
    (5) 17006/1/10
    (6) http://ec.europa.eu/internal_market/bank/group_of_experts/index_en.htm#High-level_Expert_Group
    (7) http://ec.europa.eu/europe2020/pdf/nd/eccomm2012_en.pdf
    (8) http://ec.europa.eu/internal_market/bank/index_en.htm
    (9) http://ec.europa.eu/internal_market/bank/index_en.htm
    (10) "Prevenzjoni" f 'dan il-kuntest tfisser l-evitar ta' falliment diżordnat li jkun kapaċi jikkawża instabbiltà finanzjarja, mhux il-preklużjoni ta’ falliment stess.
    (11) Jekk l-awtoritajiet jivvalutaw li l-istabbiltà finanzjarja u l-kontribwenti mhumiex mhedda, bank (jew partijiet minnu) jistgħu jitħallew ifallu b'mod ordinarju.
    (12) Sabiex jiżgura li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu rappreżentati fl-ABE u biex jimmitiga l-kunflitti ta’ interess, ir-Regolament 1093/2010 huwa emendat sabiex jinkludi l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali fil-kunċett ta' awtoritajiet kompetenti stabbilit bir-Regolament.
    (13) Id-Direttiva 2006/48/KE rigward il-bidu u l-eżerċizzji tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu.
    (14) Pereżempju l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu minn u lejn istituzzjoni tranżitorja assi jew obbligazzjonijiet.
    (15) F'dan ir-rigward għodda li tikkonsisti fid-delimitazzjoni ta' istituzzjoni ma tkunx kompatibbli mal-qafas.
    (16) COM(2009) 501, COM(2009) 502, COM(2009) 503.
    (17) ĠU C , , p. .
    (18) ĠU C , , p. .
    (19) ĠU C , , p. .
    (20) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 2011.
    (21) ĠU L35, 11.2.2003, p.1.
    (22) ĠU L.., p..
    (23) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
    (24) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
    (25) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
    (26) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5–14.
    (27) ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.
    (28) ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.
    (29) ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1.
    (30) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47.
    (31) ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.
    (32) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.
    (33) ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.
    (34) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
    (35) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament u l-Kunsill u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KE – ĠU L 145, 30.4.2004, p.1
    (36) ĠU L 168, 27.6.2002., p. 43.
    (37) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
    (38) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/18/KE.
    (39) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
    (40) ABM: Activity-Based Management (Immaniġġjar ibbażat fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Skont l-Attività).
    (41) Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (42) Id-dikjarazzjoni tal-mexxejja tal-G20 tas-Samit dwar is-swieq finanzjarji u l-ekonomija dinjija, April 2009.
    (43) 'Reducing the moral hazard posed by systemically important financial institutions' http://www.financialstabilityboard.org/press/pr_101111a.pd
    (44) http://www.financialstabilityboard.org/publications/r_111104cc.pdf
    (45) Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
    (46) Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.
    (47) Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati/Non-diff = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati
    (48) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
    (49) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (50) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
    (51) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
    (52) Eżiti huma prodotti u servizzi li għandhom jingħataw (eż. għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ).
    (53) Approprjazzjonijiet allokati għal għanijiet differenti li jinkludu wkoll spejjeż overhead, li huma proporzjonati mal-ispejjeż diretti tal-HR.
    (54) Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.
    Top