EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0161

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

/* COM/2012/0161 final - 2012/0086 (NLE) */

52012PC0161

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali /* COM/2012/0161 final - 2012/0086 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni huma meħtieġa għal prodotti li l-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni ma tlaħħaqx mal-ħtiġijiet tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni għall-perjodu tal-kwota attwali. Bi tweġiba għat-talbiet minn diversi Stati Membri, il-Kummissjoni flimkien mal-esperti tal-gvernijiet ikkonċernati, ikkunsidrat jekk għandhomx jinfetħu kwoti ta’ tariffi awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali.

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali sabiex id-domanda tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati tkun tista’ tiġi sodisfatta fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli.

Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għandhom jinfetħu b'rata żero jew b’rati mnaqqsa tat-Tariffa Doganali Komuni awtonoma għal volumi xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq għal prodotti bħal dawn. Id-diskussjonijiet fil-laqgħat għall-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta' Ekonomija Tariffarja (ETQG) wrew li l-Istati Membri kienu lesti li jiftħu żewġ kwoti ġodda, biex iżidu l-volumi għal tliet kwoti eżistenti u biex jemendaw id-deskrizzjoni tal-prodott għall-kwota bin-numru tal-ordni 09 2633, mingħajr ma jfixklu s-swieq għal prodotti bħal dawn. Kien ukoll meħtieġ li tingħalaq il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2767 peress li s-sospensjoni ta' tariffa awtonoma se tinfetaħ mill-1 ta’ Lulju 2012 għall-prodott ikkonċernat.

Il-proposta hija konformi mal-politiki tal-agrikoltura, il-kummerċ, l-impriżi, l-iżvilupp u r-relazzjonijiet esterni. B'mod speċjali, din il-proposta mhijiex se tkun ta' żvantaġġ għal pajjiżi li qegħdin jibbenefikaw minn ftehim ta' kummerċ preferenzjali mal-UE (pereżempju l-GSP, is-sistema tal-AKP, il-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali).

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja li jirrappreżenta l-industriji ta’ kull Stat Membru ġie kkonsultat. Il-kwoti elenkati kollha jirriflettu l-ftehim li ntlaħaq mill-Grupp.

Ma ssemmewx riskji potenzjalment serji b'konsegwenzi irriversibbli.

Din il-proposta se ssegwi proċedura ta' konsultazzjoni fost is-servizzi u se tiġi ppubblikata wara l-adozzjoni tagħha mill-Kunsill.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Emenda ta' Regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali fuq il-bażi legali tal-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Permezz ta' dan l-Artikolu l-kwoti tariffarji awtonomi huma stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Din is-sensiela ta' miżuri tirrispetta l-prinċipji dwar is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani u mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 128/02 tal-1998 dwar is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi u l-kwoti (C 128, 25.4.1998, p. 2).

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Dazji doganali li ma nġabrux b’ammont totali ta’ EUR – 1,254,825.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

Fl-Anness għar-regolament propost ġew elenkati l-ftuħ, iż-żidiet u l-emendi tal-kwoti awtonomi.

2012/0086 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)(1)   Sabiex ikun żgurat fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010[1] li fi ħdanhom il-prodotti jistgħu jiġu impurtati b'rata ta’ dazju żero jew rati mnaqqsa. Għall-istess raġunijiet huwa neċessarju li, għal żewġ prodotti, tinfetaħ b'effett mill-1 ta' Lulju 2012 , kwota tariffarja ġdida b'rata ta' dazju żero għal volum xieraq.

(2)(2)   Il-volumi tal-kwota, stabbiliti preċedentement, għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2638, 09.2814 u 09.2889 mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawk il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu mill-1 ta' Jannar 2012.

(3)(3)   Barra minn hekk, għall-kwota tariffarja awtonoma tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2633 d-deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi adattata.

(4)(4)   Barra minn hekk, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.2767, ma għadux fl-interess tal-Unjoni li tkompli tagħti kwota tariffarja għat-tieni semestru tal-2012. Għalhekk, dik għandha tingħalaq b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 u r-ringiela korrispondenti għandha titneħħa mill-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

(5)(5)   Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)(6)   Peress li ċerti miżuri stipulati f'dan ir-Regolament se jieħdu effett mill-1 ta' Jannar 2012 u oħrajn mill-1 ta’ Lulju 2012, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess dati u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)        Ir-ringieli bin-numri tal-ordni 09.2644 u 09.2645 stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament huma inseriti;

(2)        ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2638, 09.2814 u 09.2889 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II ta' dan ir-Regolament,

(3)        ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2633 tinbidel bir-ringiela li tinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(4)        ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2767 titneħħa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Madankollu, l-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmula fi Brussel, 13.4.2012

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS I

Kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) u 1(3)

Numru tal-ordni || Kodiċi tan-NM || TARIC || Deskrizzjoni || Il-perjodu tal-kwota || Volum tal-kwota || Dazju fuq il-kwota (f’%)

09.2644 || ex 3824 90 97 || 96 || Preparat li jkun fih: —        55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 78 % ta’ Glutarat Dimetiliku —        10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 28 % ta’ Adipat Dimetiliku u —        mhux aktar minn 25 % ta’ Suċċinat Dimetiliku || 1.7.-31.12. || 7 500 tunnellata || 0 %

09.2645 || ex 3921 14 00 || 20 || Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm) || 1.7.-31.12. || 650 tunnellata || 0 %

09.2633 || ex 8504 40 82 || 20 || Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) || 1.1.-31.12. || 4 500 000 unitajiet || 0 %

(1) L-entrata taħt din is-sottointestatura hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1).

ANNESS II

Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2)

Numru tal-ordni || Kodiċi tan-NM || TARIC || Deskrizzjoni || Il-perjodu tal-kwota || Volum tal-kwota || Dazju fuq il-kwota (f’%)

09.2638 || ex 2915 21 00 || 10 || Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7) || 1.1.-31.12. || 1 000 000 tunnellata || 0 %

09.2889 || 3805 10 90 || || Termentina tas-sulfat || 1.1.-31.12. || 25 000 tunnellata || 0 %

09.2814 || ex 3815 90 90 || 76 || Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju || 1.1.-31.12. || 3 000 tunnellata || 0 %

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT ESKLUŻIVAMENT LIMITAT GĦAD-DĦUL

1.           ISEM IL-PROPOSTA

Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2.           IL-LINJI BAĠITARJI

Il-Kapitolu u l-Artikolu: Kapitolu 12, Artikolu 120

L-ammont ibbaġitjat għas-sena 2012: € 19 171 200 000

3.           IMPATT FINANZJARJU

¨         Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji

X         Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(f'miljuni ta' euro sal-ewwel punt deċimali)

|| ||

Il-Linja tal-baġit || Dħul[2] || Perjodu ta' 12-il xahar, li jibda mill-01/01/2012 || Perjodu ta' 6 xhur, li jibda mill-01/07/2012

Artikolu 120 || L-impatt fuq ir-riżorsi proprji || - 0.7 || - 0.6

4.           Il-miżuri kontra l-frodi

Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji jinkludu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet u għall-ħarsien minnhom.

5.           Kummenti oħra

ANNESS I

Effettiv mil-1. 7.2012:

Kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) u 1(3)

Deskrizzjoni tal-prodott || Ammont tal-kwota (tunnellati) || Stima tal-prezz (€ għal kull tunnellata) || Dazju (%) (2012 CCT) || Dazju tal-kwota (%) || Telf mistenni ta’ dħul (f'€)

Tħejjija 09.2644 || + 7,500 tunnellata (ammont inizjali: 0 tunnellata) || 1 235 || 6.5 || 0 || 602 063

Blokka taċ-ċelluloża 09.2645 || + 650 tunnellata (ammont inizjali: 0 tunnellata) || 4 230 || 6.5 || 0 || 178 718

Total tat-telf ta’ dħul: (€ 780,781 – € 195,195) = € 585,586 nett.

ANNESS II

Effettiv mil-1. 1.2012:

Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2)

Deskrizzjoni tal-prodott || Varjazzjoni fl-ammont tal-kwota (tunnellati) || Stima tal-prezz (€ għal kull tunnellata) || Dazju (%) (2012 CCT) || Dazju tal-kwota (%) || Varjazzjoni mistennija f‘telf fuq id-dħul meta mqabbla mal-perjodu ta' kwota ta' qabel (f'€)

Aċidu aċetiku 09.2638 || + 500,000 tunnellata (ammont inizjali: 500,000 tunnellata) || 20 || 5.5 || 0 || 550 000

Turpentina. 09.2889 ||  + 5,000 tunnellata (ammont inizjali: 20,000 tunnellata) || 677 || 3.2 || 0 || 108 320

Katalizzatur 09.2814 || + 800 tunnellata (ammont inizjali: 3,000 tunnellata) || 4 500 || 6.5 || 0 || 234 000

Total tat-telf ta’ dħul meta mqabbel mal-perjodu tal-kwota preċedenti: (€ 892,320 – € 223,080) = € 669,240 nett.

[1]               ĠU L 3, 7.1.2010, p.1.

[2]               Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir.

Top