EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0150

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni

/* COM/2012/0150 final - 2012/0075 (COD) */

52012PC0150

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni /* COM/2012/0150 final - 2012/0075 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Sabiex is-setgħat ta’ implimentazzjoni eżistenti tal-Kummissjoni jiġu allinjati mad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE għad-differenzazzjoni bejn is-setgħat iddelegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni introdotti permezz tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u sabiex jiġu konferiti setgħat iddelegati addizzjonali lill-Kummissjoni.

It-Trattat jagħmel distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv kif stipulat fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat (atti ddelegati), u s-setgħat ikkonferiti fuq il-Kummissjoni biex tadotta kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti kif hemm stipulat fl-Artikolu 291(2) tat-Trattat (atti ta' implimentazzjoni). Fil-każ ta’ atti delegati, il-Leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti kważi leġislattivi. Fil-każ ta’ atti ta' implimentazzjoni, il-kuntest huwa differenti ħafna. Tabilħaqq, l-Istati Membri huma responsabbli primarjament mill-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni Ewropea legalment vinkolanti. Madankollu, jekk l-applikazzjoni tal-att leġislattiv tirrikjedi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni hija awtorizzata tadotta dawn l-atti. L-allinjament tad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE dwar regoli ġodda tat-Trattat huwa bbażat fuq klassifikazzjoni abbażi tal-filosofija l-ġdida tas-setgħat attwali tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, dejjem fil-kuntest tal-filosofija l-ġdida, id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi msemmija hawn fuq ġew skrutinizzati wkoll sabiex jidentifikaw l-ħtieġa supplimentarja possibbli f'termini ta' setgħat li għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni taħt il-klassifikazzjoni l-ġdida tat-Trattat.

Fl-aħħar ta’ dan l-eżerċizzju, ġie ppreparat abbozz ta' proposta għal emenda tad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE.

· Kuntest ġenerali

L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jagħmlu distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ atti tal-Kummissjoni:

– L-Artikolu 290 tat-TFUE jagħti s-setgħa lil-leġiżlatur biex "jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissuplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv". Fit-terminoloġija użata mit-Trattat, l-atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod jissejħu “atti delegati” (l-Artikolu 290(3)).

– L-Artikolu 291 tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri biex "jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti". Dawk l-atti għandhom jikkonferixxu setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni meta jkunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħhom. Atti legali adotti mill-Kummissjoni b’dan il-mod jissemmew fit-terminoloġija użata mit-Trattat bħala "atti ta' implimentazzjoni" (l-Artikolu 291(4)).

· Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dawr il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif modifikata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE, u mħassra bir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

· Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

· Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

· Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Ma kienx hemm ħtieġa ta’ konsultazzjoni tal-partijiet interessati jew għal għarfien espert estern għaliex il-proposta hija kwistjoni interistituzzjonali li se tikkonċerna l-atti kollha tal-Kunsill u/jew l-atti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.

· Valutazzjoni tal-Impatt

Ma hemmx bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt għaliex il-proposta hija kwistjoni interistituzzjonali li se tikkonċerna l-atti kollha tal-Kunsill u/jew l-atti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sommarju tal-azzjoni proposta

Identifikazzjoni tas-setgħat iddelegati u ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni fir-rigward tad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE u l-istabbilment ta’ proċedura ta’ korrispondenza għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti fil-kuntest legali l-ġdid determinat mid-dħul fis-seħħ tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

· Bażi Legali

L-Artikoli 43 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

· Prinċipju ta’ sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ taħt kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri u hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

· Prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

· Għażla ta’ strumenti

Il-proposta tifforma parti mill-eżerċizzju ta’ allinjament u tikkonċerna biss is-setgħat tal-Kummissjoni fil-kuntest legali l-ġdid maħluq mit-Trattati ta’ Lisbona. Id-dispożizzjonijiet tas-setgħat iddelegati tal-Kummissjoni ma hemmx għalfejn jiġu trasposti fl-ordnijiet legali tal-Istati Membri. Għalhekk, il-forma ta’ Regolament ġiet magħżula.

2012/0075 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[1],

Wara trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li aġixxew skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 li għandha x'taqsam mal-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra[3], id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem[4], id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem[5], id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem[6] u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat inparti jew kollu għall-konsum tal-bniedem[7] jagħtu s-setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom, li għandhom jiġu eżerċitati skont il-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[8], kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE[9].

(2)       B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, dawk is-setgħat iridu jkunu allinjati mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(3)       Għalkemm l-Annessi għad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE u 2001/114/KE fihom elementi tekniċi li jistgħu jeħtieġu li jiġu adattati jew aġġornati biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, dawk id-Direttivi ma jikkonferixxux is-setgħat li jixirqu fuq il-Kummissjoni biex tadatta jew taġġorna dawk l-Annessi immedjatament biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali. Barra minn hekk, id-Direttiva 1999/4/KE ma tikkonferixxix is-setgħat li jixirqu fuq il-Kummissjoni biex tadatta jew taġġorna l-Annessi tagħha immedjatament biex iqisu l-progress tekniku, minkejja li dak l-Anness fih elementi tekniċi li wkoll jistgħu jeħtieġu li jiġu adattati wkoll jew aġġornati biex iqisu l-progress tekniku. Apparti, minkejja li fihom elementi tekniċi li jistgħu jeħtieġu li jiġu adattati jew aġġornati biex iqisu l-progress tekniku, it-Taqsimiet A u B(1) tal-Anness I għad-Direttiva 2000/36/KE mhumiex koperti mis-setgħat tal-Kummissjoni biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak l-Anness għal progress tekniku. Għalhekk, għall-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE, is-setgħat addizzjonali biex tadatta jew taġġorna l-Annessi għad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, u 2001/114/KE biex iqisu l-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali għandhom ukoll jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni.

(4)       Għalhekk, sabiex jissuplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tad-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE U 2001/114/KE biex iqisu l-progress tekniku u/jew, fejn jixraq, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali, is-setgħa biex tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u kontenut li ġejjin: fir-rigward tad-Direttiva 1999/4/KE, biex tadatta jew taġġorna l-karatteristiċi tekniċi marbuta mad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet tal-prodott fl-Anness, normalment espressi bħala perċentwali; fir-rigward tad-Direttiva 2000/36/KE, biex tadatta jew taġġorna l-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-bejgħ tat-Taqsima A tal-Anness 1, normalment espressi bħala perċentwali u/jew grammi, kif ukoll it-Taqsimiet B, C u D ta’ dak l-Anness; fir-rigward tad-Direttiva2001/111/KE, biex tadatta jew taġġorna l-Parti A tal-Anness fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-prodott, kif ukoll il-Parti B tal-Anness; fir-rigward tad-Direttiva 2001/113/KE, biex tadatta jew taġġorna l-Anness I fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-prodott, normalment espressi fi grammi u/jew perċentwali, kif ukoll l-Anness II u l-Parti B tal-Anness III; fir-rigward tad-Direttiva 2001/114/KE, biex tadatta jew taġġorna l-Anness I fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijeit tal-prodott, normalment espressi f’perċentwali, kif ukoll l-Anness II.

(5)       Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6)       Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel[10], li japplika għall-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel u l-għalf fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali, japplikaw direttament dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni għall-oġġetti tal-ikel koperti mid-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE. Konsegwentement, ma għadux neċessarju għall-Kummissjoni li jkollha setgħat biex tallinja d-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni dwar l-oġġetti tal-ikel. Id-dispożizzjonijiet li jikkonferixxu dawn is-setgħat għandhom għalhekk jitħassru.

(7)       Għaldaqstant, id-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(8)       Ladarba l-emendi li jsiru fid-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE jikkonċernaw is-setgħat tal-Kummissjoni biss, ma hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 1999/4/KE jiġu mibdula b’dan li ġej:

'Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 5 biex temenda l-karatteristiċi tekniċi marbuta mad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet tal-prodott fl-Anness biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali u fil-progress tekniku rilevanti, fejn xieraq.

Artikolu 5

1.      Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta l-atti ddelegati msemmija f’din id-Direttiva soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.      Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn (...). (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jimla d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att ta’ emenda).

3.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak meta tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.      Meta tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.      Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. '

Artikolu 2

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2000/36/KE jiġu mibdula b’dan li ġej:

'Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 6 biex temenda l-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-bejgħ tat-Taqsima A tal-Anness 1, kif ukoll it-Taqsimiet B, C u D ta’ dak l-Anness, biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali u fil-progress tekniku rilevanti, fejn xieraq.

Artikolu 6

1.      Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta l-atti ddelegati msemmija f’din id-Direttiva soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.      Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn (...). (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jimla d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att ta’ emenda).

3.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara il-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.      Meta tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.      Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’

Artikolu 3

L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2001/111/KE jiġu mibdula b’dan li ġej:

'Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 5 biex temenda l-Parti A tal-Anness fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-prodott, kif ukoll il-Parti B tal-Anness, biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali u fil-progress tekniku rilevanti, fejn xieraq.

Artikolu 5

1.      Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta l-atti ddelegati msemmija f’din id-Direttiva soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.      Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn (...). (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jimla d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att ta’ emenda).

3.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.      Meta tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.      Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’

Artikolu 4

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2001/113/KE jiġu mibdula b’dan li ġej:

'Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 6 biex temenda l-Anness I fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-prodott, kif ukoll l-Anness II u l-Parti B tal-Anness III, biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali u fil-progress tekniku rilevanti, fejn xieraq.

Artikolu 6

1.      Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta l-atti ddelegati msemmija f’din id-Direttiva soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.      Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn (...). (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jimla d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att ta’ emenda).

3.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.      Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.5.      Att iddelegat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.Il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’

Artikolu 5

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2001/114/KE jiġu mibdula b’dan li ġej:

'Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 6 biex temenda l-Anness I fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-prodott, kif ukoll l-Anness II biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali u fil-progress tekniku rilevanti, fejn xieraq.

Artikolu 6

1.      Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta l-atti ddelegati msemmija f’din id-Direttiva soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.      Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn (...). (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jimla d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att ta’ emenda).

3.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.      Meta tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.      Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU C , , p. .

[2]               ĠU C , , p. .

[3]               ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

[4]               ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19.

[5]               ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53.

[6]               ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67.

[7]               ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19.

[8]               ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[9]               ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

[10]             ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

Top