Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0097

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEEdwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

/* COM/2012/097 final - 2012/0043 (NLE) */

52012PC0097

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEEdwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet /* COM/2012/097 final - 2012/0043 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali meħtieġa u l-omoġeneità tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Komunità fil-Ftehim taż-ŻEE malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tagħha u għandu jippermetti wkoll li l-parteċipazzjoni tal-Istati taż-ŻEE tal-EFTA fl-azzjonijiet, fl-attivitajiet jew fil-programmi.

L-Artikolu 78 tal-Ftehim taż-ŻEE jipprovdi li l-Partijiet Kontraenti għandhom isaħħu u jwessgħu l-kooperazzjoni fil-qafas tal-attivitajiet tal-Unjoni fl-oqsma ta', fost affarijiet oħrajn, il-protezzjoni ċivili.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

1.           L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Ftehim Konġunt taż-ŻEE (anness mal-proposta ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill) għandu l-għan li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet sabiex il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża bl-inklużjoni, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom.

2.           Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Parti VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim tapplika parzjalment għal din il-kooperazzjoni.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni għal Deċiżjonijiet bħal dawn, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għal adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kemm jista’ ikun malajr.

2012/0043 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 196 u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim taż-ŻEE") fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet,

(2) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fll-Ftehim tiġi estiża 'l hinn mill-erba’ libertajiet,

(3) Għalhekk il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti din l-estensjoni tal-kooperazzjoni, bl-inklużjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom,

(4) Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta'

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru .../... ta'…[2].

(2) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom[3],

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-paragrafu 8 tal-Artikolu 10 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

‘9.          (a)      Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fl-oqsma koperti mill-att li ġej:

-        32008 L 0114: Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

(b)     Bil-għan li jinkisbu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2008/114/KE, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu użu mill-forom xierqa ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 80 tal-Ftehim.

(c)      Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, it-Taqsima VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandha tapplika għal dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 3.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim*.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell.

|| Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE       Il-President     […]

|| Is-Segretarji    għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE        […]

[1]               ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

[2]               ĠU L …

[3]               ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.

*               [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.] [Huma indikati rekwiżiti konstituzzjonali.]

Top