EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0029
Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion of the Agreement on certain aspects of air services between the European Union and the Macao Special Administrative Region of the People's Republic of China
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
/* COM/2012/029 final - 2012/0015 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* COM/2012/029 final - 2012/0015 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Kuntest tal-proposta 110 || · Raġunijiet u għanijiet tal-proposta B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet imsejħa “Open Skies”, fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta’ ftehimiet ta’ dan it-tip huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi kollha tal-ajru tal-Unjoni Ewropea għar-rotot tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, u sabiex il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jinġiebu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. 120 || · Kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Annessi għal dawn il-ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew multilaterali relatati oħra. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ nomina fil-ftehimiet bilaterali tal-Istati Membri dwar is-servizzi tal-ajru jiksru l-liġi tal-Unjoni. Dawn jippermettu lil pajjiż terz jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur tal-ajru li jkun ġie nnominat minn Stat Membru iżda li sostanzjalment ma jkunx proprjetà ta’ dak l-Istat Membru u kkontrollat effettivament minnu jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi Komunitarji stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru iżda li jkunu proprjetà ta' Stati Membri oħra u kkontrollati miċ-ċittadini tagħhom. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta' Stati Membri li jkunu eżerċitaw il-libertà tagħhom tal-istabbiliment l-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm kwistjonijiet oħra, bħat-tassazzjoni jew it-tariffi fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni introdotti minn trasportaturi tal-ajru minn pajjiżi terzi fuq rotot fi ħdan l-UE, fejn għandha tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-liġi tal-Unjoni billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. 130 || · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fi 15-il ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 140 || · Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Il-Ftehim se jaqdi mira fundamentali tal-politika tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni esterna billi jġib il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru konformi mal-liġi tal-Unjoni. 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt || · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati 211 || Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Sew l-Istati Membri kif ukoll l-industrija ġew ikkonsultati matul in-negozjati. 212 || Sommarju tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Il-kummenti li saru mill-Istati Membri u mill-industrija ġew ikkunsidrati. 3. Elementi legali tal-proposta 305 || · Sommarju tal-azzjoni proposta Skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jissostitwixxi l-klawżoli tradizzjonali ta’ nomina bi klawżola ta’ nomina tal-UE, li tippermetti lit-trasportaturi tal-ajru kollha tal-UE jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment. L-Artikolu 4 jikkonċerna t-tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni, kwistjoni li ġiet armonizzata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, u partikolarment l-Artikolu 14(2) tagħha. L-Artikolu 5 jsolvi kunflitti potenzjali mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. 310 || · Bażi legali L-Artikoli 100(2), 218(6)(a) u (8) tat-TFUE 329 || · Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tissejjes kollha kemm hi fuq il-“mandat orizzontali" mogħti mill-Kunsill b'kunsiderazzjoni għall-kwistjonijiet koperti mil-liġi tal-Unjoni u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. || · Prinċipju tal-proporzjonalità Il-Ftehim ser jemenda jew jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru safejn ikun meħtieġ biss sabiex tkun żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. || · Għażla ta’ strumenti 342 || Il-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa l-istrument l-iktar effiċjenti sabiex il-ftehimiet bilaterali kollha eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jinġiebu konformi mal-liġi tal-Unjoni. 4. Implikazzjoni baġitjarja 409 || Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 5. Tagħrif addizzjonali 510 || · Simplifikazzjoni 511 || Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. 512 || Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina se jieħdu post, inkella se jiġu kkomplementati b'dispożizzjonijiet fi ftehim wieħed uniku tal-Unjoni. 570 || · Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta F’konformità mal-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jinnomina l-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni. 2012/0015 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar
ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun
Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari
taċ-Ċina IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 100(2),
flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u 218(8) l-ewwel paragrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament
Ewropew[3], Billi: (1) Bid-Deċiżjoni
tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza
lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar
is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali
eżistenti permezz ta’ ftehim fil-livell tal-Unjoni, (2) F'isem l-Unjoni Ewropea,
il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari
taċ-Ċina (minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim") f'konformità
mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni
tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003, (3) Il-Ftehim ġie ffirmat
f'isem l-Unjoni fi […], suġġett għall-konklużjoni possibbli
tiegħu f'data aktar 'il quddiem, f'konformità mad-Deċiżjoni
…/…/UE tal-Kunsill fi […][4],
(4) Il-Ftehim għandu
jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 (1)
Il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi
tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali
tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’dan qed jiġi
approvat f’isem l-Unjoni. (2)
It-test tal-Ftehim jinsab anness ma' din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina
lill-persuna awtorizzata biex tipproċedi f’isem l-Unjoni Ewropea, sabiex
tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim biex
tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li ser tintrabat bil-Ftehim. Artikolu 3 Din id-deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM dwar
ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw
tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina L-UNJONI EWROPEA, (minn hawn ’il quddiem "l-Unjoni") min-naħa l-waħda, u IL-GVERN TAR-REĠJUN AMMINISTRATTIV
SPEĊJALI TAL-MAKAW TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA (minn hawn
'il quddiem “ir-RAS tal-Makaw”), billi ġie awtorizzat kif suppost biex
jikkonkludi dan il-Ftehim mill-Gvern Ċentrali tal-Poplu tar-Repubblika
Popolari taċ-Ċina min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Partijiet”) FILWAQT LI JINNOTAW li ġew konklużi
ftehimiet bilaterali bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni u r-RAS tal-Makaw
dwar is-servizzi tal-ajru li fihom dispożizzjonijiet kontra l-liġi
tal-Unjoni, FILWAQT LI JINNOTAW li l-Unjoni għandha
kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu
inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn Stati
Membri tal-Unjoni u partijiet terzi, FILWAQT LI JINNOTAW li, skont il-liġi
tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru
għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju
għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-partijiet terzi, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn
l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu għall-possibbiltà li
ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ta’ dan it-tip isiru proprjetarji
ta’ trasportaturi tal-ajru lliċenzjati skont il-liġi tal-Unjoni, FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet
tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri
tal-Unjoni u r-RAS tal-Makaw, li huma kontra l-liġi tal-Unjoni,
għandhom jinġiebu f’konformità magħha biex tiġi stabbilita
bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u r-RAS
tal-Makaw u biex tiġi ppreservata l-kontinwità ta’ servizzi tal-ajru ta’
dan it-tip, FILWAQT LI JINNOTAW li, skont il-liġi
tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux
jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati
Membri tal-Unjoni u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett
tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu
l-kompetizzjoni, FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li
d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru
konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u r-RAS tal-Makaw li i)
jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn
il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji
jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu
l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fir-rotot rilevanti; jew ii)
isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew
prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi
tal-ajru jew l-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà
għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew
jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fir-rotot
rilevanti li jistgħu jagħmlu ineffettivi r-regoli tal-kompetizzjoni
applikabbli għall-kumpaniji. FILWAQT LI JINNOTAW li dan il-Ftehim la
għandu l-għan li jżid il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn
l-Unjoni u r-RAS tal-Makaw, la li jaffettwa l-bilanċ bejn trasportaturi
tal-ajru Komunitarji u trasportaturi tal-ajru tar-RAS tal-Makaw, u lanqas li
jinnegozja emendi għad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali
eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru fir-rigward ta' drittijiet
tat-traffiku. FTIEHMU DAN LI ĠEJ: ARTIKOLU 1 Dispożizzjonijiet
ġenerali (1)
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "Stati
Membri" għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u "Trattati
tal-UE" għandha tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. (2)
Referenzi f'kull wieħed mill-ftehimiet
elenkati fl-Anness 1 għal ċittadini tal-Istat Membru li jkun
parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu li jirreferu għal
ċittadini tal-Istati Membri. (3)
Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet
elenkati fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji
tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti għal dak il-ftehim għandhom
jinftiehmu bħala li jirreferu għat-trasportaturi tal-ajru jew
għal-linji tal-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru. ARTIKOLU 2 Nomina
minn Stat Membru (1)
Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3
ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li
jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b)
rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam man-nomina ta' trasportatur
tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi
tiegħu mogħtija mir-RAS tal-Makaw, u r-rifjut, ir-revoka,
is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi
tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament. (2)
Malli jirċievi nomina mingħand Stat
Membru, ir-RAS tal-Makaw għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u
l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm: (a)
it-trasportatur tal-ajru jkun ġie stabbilit,
skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnomina
u li jkollu Liċenzja biex Jopera valida f’konformità mal-liġi
tal-Unjoni; u (b)
jiġi eżerċitat u miżmum
kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru
responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta'
Operatur tal-Ajru, u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b'mod
ċar fin-nomina; u (c)
it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà ta’,
direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u jkun effettivament
ikkontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati
Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew
miċ-ċittadini ta’ stati oħra ta’ dan it-tip. (3)
Ir-RAS tal-Makaw jista’ jirrifjuta, jirrevoka,
jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’
trasportatur tal-ajru nnominat minn Stat Membru meta: (a)
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit, skont
it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah jew
ma jkollux Liċenzja biex Jopera valida skont il-liġi tal-Unjoni; (b)
ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll
regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli
għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta' Operatur
tal-Ajru, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata b'mod
ċar fin-nomina; jew (c)
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà,
direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u ma jkunx ikkontrollat
effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati
Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew minn
ċittadini ta' stati oħra ta’ dan it-tip. Huwa u jeżerċita d-dritt tiegħu
skont dan il-paragrafu, ir-RAS tal-Makaw ma għandux jiddiskrimina bejn
trasportaturi tal-ajru Komunitarji abbażi tan-nazzjonalità. ARTIKOLU 3 Sikurezza (1)
Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta'
dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet
korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(c). (2)
Meta Stat Membru jkun innomina trasportatur
tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun imħaddem u miżmum
minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-RAS tal-Makaw taħt
id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li
jkun nnomina t-trasportatur tal-ajru u r-RAS tal-Makaw għandhom japplikaw
b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma
tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward
tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ dak it-trasportatur tal-ajru. ARTIKOLU 4 Tassazzjoni
fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni (1)
Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’
dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti
fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(d). (2)
Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra
dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) ma
għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux
diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq
fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu
f'inġenju tal-ajru ta' trasportatur tal-ajru nnominat mir-RAS tal-Makaw li
jopera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju
ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. ARTIKOLU 5 Kompatibbiltà
mar-regoli tal-kompetizzjoni (1)
Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra
dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 ma
għandu (i) jeħtieġ jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet
bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’
impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jgħawġu
l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim,
deċiżjoni jew prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega
lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà biex jittieħdu
miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu
l-kompetizzjoni. (2)
Id-dispożizzjonijiet inklużi
fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli
mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati. ARTIKOLU 6 Annessi
għall-Ftehim L-Annessi għal dan
il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu. ARTIKOLU 7 Reviżjoni
jew emenda
Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin,
jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim permezz ta’ kunsens reċiproku. ARTIKOLU 8 Dħul
fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja (1)
Dan il-Ftehim għandu jidħol
fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li
l-proċeduri interni rispettivi tagħhom li huma meħtieġa
biex jidħol fis-seħħ tlestew. (2)
Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li
japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżorju mill-ewwel jum tax-xahar ta’
wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri
meħtieġa għal dan l-iskop tlestew. (3)
Dan il-Ftehim għandu japplika
għall-ftehimiet u l-arranġamenti kollha elenkati fl-Anness 1
inklużi dawk li fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim ikunu għadhom
ma daħlux fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati b’mod
provviżorju. ARTIKOLU 9 Terminazzjoni (1)
Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1
jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li
għandhom x’jaqsmu mal-ftehim ikkonċernat elenkat fl-Anness 1
għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin. (2)
Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati
fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat
fl-istess ħin. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati
kif inhu xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi [….] f’żewġ kopji,
f'dan il-[…] jum ta’ […, …] bil-lingwa Bulgara, Ċiniża, Ċeka,
Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża,
Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana,
Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, u
Svediża, fejn it-testi kollha huma ugwalment awtentiċi. GĦALL-UNJONI EWROPEA GĦAR-REĠJUN
AMMINISTRATTIV SPEĊJALI TAL-MAKAW TAR-REPUBBLIKA POPOLARI
TAĊ-ĊINA Anness 1 Lista
ta’ ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u
arranġamenti oħra bejn ir-RAS tal-Makaw u l-Istati Membri, kif
emendati jew modifikati, li, dakinhar tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu
ġew konklużi, iffirmati jew inizjalati: –
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern
Federali Awstrijak u l-Gvern tal-Makaw magħmul fi Vjenna
fl-4 ta’ Novembru 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
“il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – l-Awstrija” fl-Anness 2; –
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern
tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tal-Makaw magħmul fi Brussell
fis-16 ta’ Novembru 1994, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Belġju" fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali
tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħmul fi Praga
fil-25 ta' Settembru 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw - ir-Repubblika Ċeka"
fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tal-Makaw magħmul f’Oslo
fit-12 ta’ Diċembru 1996, minn hawn ’il quddiem
imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – id-Danimarka"
fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Makaw magħmul fil-Makaw
fid-9 ta' Settembru 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
“il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Finlandja” fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv
Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħmul
f’Pariġi fit-23 ta' Mejju 2006, minn hawn 'il quddiem
imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw - Franza"
fl-Anness 2; –
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tal-Makaw, magħmul
f'Bonn fil-5 ta' Settembru 1996, minn hawn ’il quddiem
imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Ġermanja”
fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali
tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina inizjalat fil-Makaw
fis-17 ta' Frar 2006, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Greċja" fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Gvern
tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tal-Makaw magħmul fil-Makaw
fl-14 ta’ Diċembru 1994, minn hawn ’il quddiem
imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Lussemburgu” fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn ir-Renju
tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Makaw, bejn u lil hinn mit-Territorji
rispettivi tagħhom, magħmul f'The Hague
fis-16 ta’ Novembru 1994, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Pajjiżi l-Baxxi” fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tal-Makaw magħmul f’Varsavja
fit-22 ta’ Ottubru 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Polonja" fl-Anness 2; –
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika Portugiża u l-Gvern tal-Makaw magħmul f'Lisbona
fil-31 ta' Awwissu 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
“il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Portugall” fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv
Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
inizjalat fil-Makaw fit-3 ta' Marzu 2006, minn hawn 'il quddiem
imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – Slovakk"
fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Renju tal-Isvezja u l-Gvern tal-Makaw magħmul f’Oslo
fit-12 ta’ Diċembru 1996, minn hawn ’il quddiem
imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – l-Isvezja"
fl-Anness 2; –
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern
tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari
taċ-Ċina u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u
l-Irlanda ta' Fuq magħmul f’Londra fid-19 ta' Jannar 2004,
minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw -
ir-Renju Unit" fl-Anness 2. Anness 2 Lista
tal-artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija
fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim (a)
Nomina minn Stat Membru: –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-l-Awstrija; –
l-Artikolu 3 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-ir-Repubblika Ċeka; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-id-Danimarka; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Ġermanja; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Lussemburgu; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Polonja; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Portugall; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-l-Isvezja. (b)
Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew
il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi: –
l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-l-Awstrija; –
l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Belġju; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-ir-Repubblika Ċeka; –
l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-id-Danimarka; –
l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Finlandja; –
l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Lussemburgu; –
l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Pajjiżi l-Baxxi; –
l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Polonja; –
l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Portugall; –
l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-l-Isvezja. (c)
Sikurezza: –
l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-ir-Repubblika
Ċeka; –
l-Artikolu 9 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-Franza; –
l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Greċja; –
l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Lussemburgu; –
l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-ir-Repubblika Slovakka; –
l-Artikolu 14 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-ir-Renju Unit; (d)
Tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni: –
l-Artikolu 8 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-l-Awstrija; –
l-Artikolu 11 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Belġju; –
l-Artikolu 8 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-ir-Repubblika Ċeka; –
l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-id-Danimarka; –
l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Finlandja; –
l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Ġermanja; –
l-Artikolu 9 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Lussemburgu; –
l-Artikolu 10 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Pajjiżi l-Baxxi; –
l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Polonja; –
l-Artikolu 10 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-il-Portugall; –
l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-l-Isvezja; –
l-Artikolu 8 tal-Ftehim tar-RAS
tal-Makaw-ir-Renju Unit; Anness 3 Lista
ta’ stati oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim (a)
Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (b)
Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (c)
Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (d)
Il-Konfederazzjoni Svizzera (skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u
l-Konfederazzjoni Svizzera). [1] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta’ Ġunju 2003 (dokument
ristrett) [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. .