Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012JC0022

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

/* JOIN/2012/022 final - 2012/0203 (NLE) */

52012JC0022

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran /* JOIN/2012/022 final - 2012/0203 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 li ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (UE) Nru 961/2010.

(2) Dan ir-Regolament jipprevedi, inter alia, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà, miżmuma jew kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament.

(3) Hija meħtieġa emenda fil-punt (e) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 23 sabiex jiġu ċċarati l-kriterji li jinkludu l-persuni, l-entitajiet u l-korpi fl-Anness IX.

(4) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jiġi emendat kif xieraq ir-Regolament (UE) Nru 267/2012.

2012/0203 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK [1],

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012[2] tat-23 ta’ Marzu 2012 ipoġġi fis-seħħ il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. Dan ir-Regolament jipprevedi, inter alia, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà, miżmuma jew kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament.

(2)       Hija meħtieġa emenda fil-punt (e) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 23 sabiex jiġu ċċarati l-kriterji li jinkludu l-persuni, l-entitajiet u l-korpi fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

(3)       Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)       Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat b’dan il-mod,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 23, il-punt (e) tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“(e) huma persuna, entità jew korp ġuridiku, li huwa proprjetà jew ikkontrollat mill-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL), jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

[2]               ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

Top