EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012JC0005

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

/* JOIN/2012/05 final - 2012/0058 (NLE) */

52012JC0005

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja /* JOIN/2012/05 final - 2012/0058 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja[1] jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

(2) Fit-22 ta' Frar 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonaijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2036 (2012), li permezz tagħha jitlob, fil-paragrafu 22, lill-istati jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-importazzjoni diretta jew indiretta tal-faħam tal-kannol mis-Somalja.

(3) Il-Kunsill wasal għal ftehim politiku biex jadotta Deċiżjoni ġdida tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK biex tipprovdi għall-projbizzjoni tal-importazzjoni diretta jew indiretta tal-faħam tal-kannol mis-Somalja fl-Unjoni.

(4) Din il-miżura taqa’ fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

2012/0058 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja[2],

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja[3] jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

(2) Fit-22 ta' Frar 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonaijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2036 (2012), li permezz tagħha jitlob, fil-paragrafu 22, lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-importazzjoni diretta jew indiretta tal-faħam tal-kannol mis-Somalja.

(3) Fi ... ta' Marzu 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/.../PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK biex tipprovdi għall-projbizzjoni tal-importazzjoni diretta jew indiretta tal-faħam tal-kannol mis-Somalja fl-Unjoni.

(4) Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)        Li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 3b:

"Artikolu 3b

1.           Ikunu ipprojbiti:

(a) l-importazzjoni tal-faħam tal-kannol fl-Unjoni jekk:

(i) ikun joriġina mis-Somalja; jew

(ii) ikun ġie esportat mis-Somalja;

(b) ix-xiri tal-faħam tal-kannol li jkun jinsab jew li jkun joriġina mis-Somalja;

(c) it-trasport tal-faħam tal-kannol jekk ikun joriġina mis-Somalja, jew jekk ikun qiegħed jiġi esportat mis-Somalja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor; kif ukoll

(d) il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-merkanzija msemmija fil-punti (a), (b) u (c);

2.           Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “faħam tal-kannol” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness II.

3.           Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma japplikawx għax-xiri jew it-trasport tal-faħam tal-kannol li kien ġie esportat mis-Somalja qabel it-22 ta' Frar 2012."

(2)        Fl-Artikolu 2a, fl-Artikolu 6a u fl-Artikolu 7a(1), ir-referenzi għall-'Anness' huma sostitwiti bir-referenzi għall-"Anness I'.

(3)        L-Anness għandu jingħata isem ġdid: 'Anness I' u għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ ma' dan ir-Regolament

(4)        It-test li jidher fl-Anness II ma' dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS I

"Anness I

Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id = 28519

IL-GREĊJA

http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/ Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

Il-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id = 12750&LNG = en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

L-Uffiċċju tas-SEAE 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

L-indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu "

ANNESS II

"Anness II

Prodotti inklużi fit-tifsira tal-kliem "faħam tal-kannol"

Kodiċi tas-SA           Isem tal-merkanzija

4402  Faħam tal-kannol tal-injam (inkluż faħam tal-kannol tal-qoxra jew tal-ġewża), magħqud jew le"

[1]               ĠU L 24, 29.01.2003, p. 2.

[2]               ĠU L 105, 27.04.2010, p. 17.

[3]               ĠU L 24, 29.01.2003, p. 2.

Top