Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012IP0256

Il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibbiltà tagħhom fil-lingwi kollha tal-UE Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta' Ġunju 2012 dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE (2012/2676(RSP))

ĠU C 332E, 15.11.2013, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 332/68


Il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2012
Il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibbiltà tagħhom fil-lingwi kollha tal-UE

P7_TA(2012)0256

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE (2012/2676(RSP))

2013/C 332 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0543), li tħabbar li l-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-politika tagħha ta’ konsultazzjoni fl-2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2011 jisimha ‘L-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja "Flimkien għal tkabbir ġdid" ’ (COM(2011)0206),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Krakovja adottata fil-Forum tas-Suq Uniku fit-3 u l-4 ta’ Ottubru 2011,

wara li kkunsidra l-mistoqsija bil-miktub tal-14 ta’ Marzu 2011 lill-Kummissjoni, bl-isem ‘Strateġija għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni / Ilsna għall-konsultazzjoni pubblika’ (E-002327/2011),

wara li kkunsidra r-Regola 110 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kummissjoni pproponiet li s-sena 2013 tingħażel bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini ħalli tkattar l-għarfien tan-nies dwar il-benefiċċji u d-drittijiet miksuba biċ-ċittadinanza tal-UE u biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni;

B.

filwaqt li l-persuni diżabbli għandhom diffikultajiet akbar billi jeħtieġu formati aċċessibbli għall-faċilitizzazzjoni tal-komunikazzjoni;

C.

billi l-involviment tal-pubbliku huwa komponent fundamentali tal-governanza demokratika, ġaladarba l-konsultazzjonijiet pubbliċi mfasslin u kkomunikati tajjeb huma waħda mill-għodod ewlenin li jagħtu sustanza lill-politika ta’ trasparenza tal-UE, u billi sal-lum il-potenzjal tagħhom ħalli tingħeleb il-qabża ta’ komunikazzjoni u informazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-UE għadu ma ġiex sfruttat sa barra;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tfittex attivament li tikkomunika maċ-ċittadini ordinarji billi tagħmel użu sħiħ mill-kanali eżistenti tal-komunikazzjoni ħalli tqassam il-konsultazzjonijiet fost il-pubbliku inġenerali u twettaqhom, b'mod li jilħaq il-miri, flimkien mal-NGOs u stakeholders oħrajn;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-jedd ta' kull ċittadin tal-UE li jindirizza lill-istituzzjonijiet tal-UE bi kwalunkwe wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-UE jkun rispettat bis-sħiħ u implementat billi jkun żgurat li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jkunu disponibbli bl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE, li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu ttrattati b'mod ugwali u li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni msejsa fuq l-ilsien bejn il-konsultazzjonijiet;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu jinftehmu miċ-ċittadini ordinarji u jitwettqu fi żmien biżżejjed twil li jippermetti parteċipazzjoni akbar;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi d-dritt tan-nies diżabbli li jkunu kkonsultati bl-użu ta’ formati aċċessibbli;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.


Top