This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0778
REPORT FROM THE COMMISSION State aid Scoreboard 2012 Update Report on State aid granted by the EU Member States - 2012 Update –
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI Aġġornament tat-Tabella ta’ Valutazzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-2012 Rapport dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri tal-UE - Aġġornament għall-2012 -
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI Aġġornament tat-Tabella ta’ Valutazzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-2012 Rapport dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri tal-UE - Aġġornament għall-2012 -
/* COM/2012/0778 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI Aġġornament tat-Tabella ta’ Valutazzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-2012 Rapport dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri tal-UE - Aġġornament għall-2012 - /* COM/2012/0778 final */
RAPPORT
TAL-KUMMISSJONI Aġġornament tat-Tabella ta’ Valutazzjoni dwar l-Għajnuna
mill-Istat għall-2012
Rapport dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri tal-UE
- Aġġornament għall-2012 -
WERREJ Sommarju tal-konklużjonijiet tar-Rapport...................................................................................... 4 Għajnuna mill-Istat fil-kuntest ekonomiku
attwali............................................................................ 5 1........... Għajnuna mill-Istat fl-2011.............................................................................................. 6 1.1........ Għajnuna mhux
għall-kriżi............................................................................................... 6 1.2........ L-għajnuna
għall-kriżi...................................................................................................... 6 2........... Tendenzi u mudelli ta’ infiq ta'
għajnuna mill-Istat mhux għall-kriżi fl-Istati Membri............ 8 2.1........ Għajnuna mill-Istat
għall-industrija u s-servizzi.................................................................. 8 2.2........ Għajnuna mill-Istat immirata
lejn l-objettivi orizzontali tal-interess komuni......................... 9 3........... L-għajnuna mill-Istat
mogħtija lis-settur finanzjarju u appoġġ għall-ekonomija
reali.......... 10 3.1........ Għajnuna mill-Istat
għas-settur finanzjarju...................................................................... 10 3.1.1..... Il-kuntest...................................................................................................................... 10 3.1.2..... L-ammonti ta' għajnuna approvati
u użati bejn l-1 ta’ Ottubru 2008 u
l-1 ta’ Ottubru 2012 10 3.1.3..... L-ammonti ta' għajnuna approvati
u użati fl-2011........................................................... 10 3.2........ Għajnuna mill-Istat
lill-ekonomija reali........................................................................... 11 3.2.1..... Il-kuntest...................................................................................................................... 11 3.2.2..... L-ammonti approvati u użati.......................................................................................... 11 4........... It-tendenzi tal-infiq
għall-għajnuna mill-Istat skont it-tip ta’ miżuri ta’
għajnuna................ 12 4.1........ Għadd ta’ miżuri ta’
għajnuna........................................................................................ 12 4.2........ Il-volum tal-għajnuna - madwar
32.5% tal-għajnuna lill-industrija u s-servizzi hija eżentata
bħala kategorija 12 5........... Infurzar tar-regoli
għall-għajnuna mill-Istat..................................................................... 12 5.1........ Għajnuna illegali............................................................................................................ 12 5.2........ L-irkupru tal-għajnuna.................................................................................................. 12 5.3........ Infurzar tal-Liġi dwar
l-għajnuna mill-Istat: Kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali................ 13 5.4........ Monitoraġġ ex-post...................................................................................................... 13 Sommarju
tal-konklużjonijiet tar-Rapport Fl-2011
in-nefqa totali fl-UE fuq għajnuna mill-Istat mhux għall-kriżi
kompliet tonqos għal EUR 64,3 biljun jew 0.5% tal-PDG tal-UE, meta
mqabbel mas-snin ta' qabel. Filwaqt li, ġeneralment, l-Istati Membri
komplew bl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-livelli ġenerali
tal-għajnuna, parti sostanzjali tat-tnaqqis hi probabbilment minħabba
kundizzjonijiet baġitarji aktar ibsin f’ħafna Stati Membri. Dak it-tnaqqis
fin-nefqa ovvjament ikkontribwixxa għax-xejra kumplessiva ta’ nfiq inqas
f’għajnuna mill-Istat matul il-perjodu 2006-2011. Wieħed għad
irid jara fis-snin li ġejjin jekk ix-xejra ’l isfel tkomplix jew
titwittiex fit-terminu twil ta' żmien. L-għajnuna
maħsuba għall-għanijiet orizzontali ta’ interess komuni
baqgħet għolja, b’madwar 90% tal-għajnuna totali mogħtija
lill-industrija u s-servizzi. L-għajnuna taħt eżenzjoni ta’
kategorija żdiedet aktar għal madwar 32.5% tal-għajnuna totali
mogħtija lill-industrija u s-servizzi, meta mqabbla mas-snin
preċedenti, li tikkonferma t-tendenza għaż-żjieda mill-2006
’l hawn. Kollox ma’ kollox, l-għajnuna mogħtija taħt
eżenzjoni ġenerali u permezz ta' skema notifikata baqgħet
għolja (bejn wieħed u ieħor minn 87.5%) filwaqt li għajnuna
individwali, taħt skrutinju mill-Kummissjoni, baqgħet baxxa. Attivitajiet
għall-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli komplew u din
l-għajnuna ġiet irkuprata mingħand il-benefiċjarji. Fl-2011,
il-Kummissjoni awtorizzat inqas miżuri ġodda ta’ għajnuna
mmirati sabiex jappoġġjaw is-settur finanzjarju mill-Kummissjoni.
L-ammont totali ta’ għajnuna approvat mill-2008
sal-1 ta' Ottubru 2012 kien EUR 5058,9 biljun (40.3%
tal-PDG tal-UE). Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-miżuri
approvati mill-2008 ’l hawn għadhom qed joperaw minħabba tensjonijiet
kontinwa fis-suq. L-għajnuna
għas-settur finanzjarju fl-2011, b’total ta’ EUR 714,7 biljun jew
5.7% tal-PDG tal-UE, kienet prinċipalment biex
tipprovdi appoġġ ta’ garanzija u appoġġ ta’ likwidità u
kienet ikkonċentrata fi ftit Stati Membri. Fir-rigward
ta' għajnuna mogħtija taħt il-qafas temporanju, ma ġiet
introdotta l-ebda miżura ta’ għajnuna ġdida mill-Istati Membri,
ħlief ftit għall-agrikoltura, filwaqt li xi miżuri
eżistenti awtorizzati fl-2009 u fl-2010 ittawlilhom iż-żmien.
Fl-2011, ingħataw EUR 4,8 biljuni f'għajnuna skont il-qafas
temporanju li kien inqas milli fi snin preċedenti. L-ammont totali ta’
għajnuna użata skont il-qafas temporanju (EUR 37,5 biljun),
baqa' sew taħt l-ammont totali tal-għajnuna approvata (EUR 82,9
biljun). L-aġġornament tat-Tabella ta’
Valutazzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-2012 tipprovdi
sinteżi tal-informazzjoni ppreżentata din is-sena mill-Istati Membri
fir-rapporti annwali tagħhom dwar in-nefqa tal-għajnuna mill-Istat
fl-2011. Bħal f’Tabelli ta’ Valutazzjoni
preċedenti, l-ammonti ta' għajnuna huma maqsuma f'għajnuna mhux
għall-kriżi u għajnuna għall-kriżi, għal
raġunijiet ta’ metodoloġija u biex tiġi evitata distorsjoni
tal-istampa tat-tendenzi fin-nefqa tal-għajnuna mill-Istat minħabba
l-ammonti kbar ta' għajnuna mogħtija lis-settur finanzjarju[1]. Għal għajnuna mhux
għall-kriżi, tingħata sinteżi tan-nefqa
għall-għajnuna mill-Istat fl-2011, flimkien ma’ ħarsa
ġenerali lejn it-tendenzi f’għajnuna mill-Istat mogħtija lill-industrija
u s-servizzi (billi tqabbel in-nefqa fuq il-perjodi 2006-2008 u 2009-2011).
Issir distinzjoni abbażi ta’ tip ta' għajnuna, jiġifieri, skemi
ta’ għajnuna taħt eżenzjoni ta’ kategorija u għajnuna
individwali (għajnuna individwali mogħtija taħt skema u
għajnuna ad hoc). L-għajnuna għall-kriżi hija
ppreżentata f'forma ta' ħarsa ġenerali tal-ammonti ta’
għajnuna approvati (l-1 ta’ Ottubru 2008
sal-1 ta' Ottubru 2012) u l-ammonti ta’ għajnuna użati
(l-1 ta’ Ottubru 2008
sal-31 ta’ Diċembru 2011), skont it-tip ta’ strument,
jiġifieri rikapitalizzazzjoni, garanziji, assi indeboliti u miżuri
ta' likwidità. Informazzjoni dwar għajnuna mogħtija fil-Qafas
Temporanju tal-Komunità għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex
jappoġġaw l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi
finanzjarja u ekonomika attwali (il-qafas temporanju)[2] tingħata fil-forma
tal-ammonti tal-għajnuna approvati u l-ammonti tal-għajnuna
użati. Fl-aħħarnett, jingħata
aġġornament fuq dak li nkiseb fl-infurzar tar-regoli dwar
l-għajnuna mill-Istat. Wieħed jinnota li l-Awtorità
tas-Sorveljanza tal-EFTA tippubblika wkoll tabella ta’ valutazzjoni annwali[3] li tagħti
aġġornamenti dwar il-volum ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija
mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Għajnuna
mill-Istat hija magħmula minn rapport fil-qosor, adottat
mill-Kulleġġ tal-Kummissarji, li jiffoka fuq fatti prinċipali,
konklużjonijiet u tendenzi fl-għajnuna mill-Istat li tingħata
mill-Istati Membri u Dokument ta' Ħidma tal-Persunal ‘Fatti u ċifri dwar
l-għajnuna mill-Istat fl-Istati Membri tal-UE ” (DĦP), mehmuż
mar-rapport biex jipprovdi sfond fattwali. Għajnuna
mill-Istat fil-kuntest ekonomiku attwali Fl-2011 deher tkabbir moderat ħafna
fil-PDG tal-UE, sew taħt il-1% bħala medja. B’mod ġenerali, l-infiq
pubbliku u privat kien għadu baxx u beda jiżdied biss bil-mod.
Il-qgħad fl-UE kien ogħla minn 10%, u l-kriżi tad-dejn pubbliku
li baqgħet tiħrax ukoll wieżnet ħafna fuq l-ekonomija
tal-UE. Billi s-sitwazzjoni ta' kriżi fis-settur
finanzjarju kompliet, l-Istati Membri kellhom ukoll jestendu s-sostenn
tagħhom lill-banek sabiex tinżamm il-fiduċja fis-settur u b’mod
partikolari biex il-banek ikunu jistgħu jipprovdu kreditu lill-ekonomija
reali. B’mod ġenerali, il-politika
tal-Kummissjoni rigward il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat
reġgħet kienet waħda mill-fatturi ewlenin biex tiġi
żgurata l-implimentazzjoni koordinata tal-miżuri ta'
salvataġġ bla preċedent, mingħajr ma tinħoloq
distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern. 1. Għajnuna
mill-Istat fl-2011 1.1. Għajnuna
mhux għall-kriżi Fl-2011 l-ammont tat-total mhux
għall-kriżi f’għajnuna mill-Istat kien ta’ EUR 64,3 biljun,
jew 0.5% tal-PDG[4]
tal-UE[5].
L-għajnuna lill-industrija u s-servizzi kienet tammonta għal
EUR 52,9 biljun jew 0.42% tal-PDG tal-UE[6],
l-għajnuna għall-agrikoltura ammontat għal EUR 8,7 biljuni,
jew 0.07% tal-PDG tal-UE, l-għajnuna għas-sajd ammontat għal
EUR 109 miljuni, jew 0.001% tal-PDG tal-UE, u l-għajnuna
għat-trasport kienet ta' EUR 2,2 biljuni, jew 0.02% tal-PDG tal-UE. L-ikbar ħames donaturi ta’ għajnuna
lill-industrija u s-servizzi jirrappreżentaw madwar 60% tat-total,
EUR 39 biljun f'termini ta' volum; dawn huma l-Ġermanja
(EUR 13,6 biljun), Franza (EUR 12,3 biljun), ir-Renju Unit (EUR 4,8 biljuni),
Spanja (EUR 4,5 biljuni) u l-Italja (EUR 3,8 biljuni).
Il-prijorità hija differenti f 'termini ta' % tal-PDG; f'dan il-każ,
l-aktar għajnuna ngħatat minn Malta (1.6%), il-Greċja (1.2%),
il-Finlandja (1.2%), l-Ungerija (1.1%) u fis-Slovenja (1.1%). Sussidji nnotifikati lill-ferroviji[7] fl-2011 ammontaw għal
EUR 32,3 biljun[8],
jew jirrappreżentaw 0.25% tal-PDG tal-UE. 1.2. L-għajnuna
għall-kriżi Għal dik li hi għajnuna relatata
mal-kriżi fis-settur finanzjarju, ir-rikapitalizzazzjoni u
s-salvataġġ għal assi danneġġati kienet ta’ EUR 31,7
biljun, jew 0.25% tal-PDG tal-UE, u l-volum totali ta’ garanziji medji
pendenti, inklużi garanziji ġodda, u miżuri ta' likwidità
ammontaw għal EUR 682,9 biljun, li jirrappreżentaw 5.4% tal-PDG
tal-UE. Sal-1 ta' Ottubru 2012, l-Istati Membri kollha minbarra
l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Malta, u r-Rumanija kellhom
miżuri għall-kriżi finanzjarja approvati mill-Kummissjoni. L-ammont
tal-għajnuna użata fil-qafas temporanju ammontat għal
EUR 4,8 biljuni fl-2011, jew 0.037% tal-PDG tal-UE. L-Istati Membri
kollha apparti Ċipru kellhom miżuri ta’ għajnuna approvati skont
il-qafas temporanju. 2. Tendenzi
u mudelli ta’ infiq ta' għajnuna mill-Istat mhux għall-kriżi
fl-Istati Membri Figura 1[9]:
It-total tal-għajnuna mill-Istat (għajnuna mhux għall-kriżi)
bħala % tal-PDG (fl-UE-27; Dejta mill-1992 ‘il quddiem) B’mod ġenerali, in-nefqa
tal-għajnuna mill-Istat mhux għall-kriżi ilha fuq tendenza ta’
tnaqqis mis-snin tmenin, meta kienet madwar 2% tal-PDG tal-UE. Din naqset
għal madwar 1% tal-PDG tal-UE fis-snin disgħin u naqset aktar
għal madwar 0.5% tal-PDG tal-UE wara l-2004[10], ħlief fl-2006. Fl-2008 u
l-2009 kien hemm żieda moderata, iżda fl-2010 u l-2011
iċ-ċifra kienet mill-ġdid madwar 0.5% tal-PDG tal-UE. Fuq żmien qasir, in-nefqa
tal-għajnuna mill-Istat mhux għall-kriżi kienet bejn wieħed
u ieħor stabbli f'livell baxx għal ħafna snin, kif huwa
ssuġġerit ukoll mix-xejriet sottostanti, ta’ 0.64% tal-PDG tal-UE
fl-2006-2008 għal 0.58% tal-PDG tal-UE fl-2009-2011. Min-naħa
waħda, l-Istati Membri jidhru li żammew id-dixxiplina tagħhom
rigward l-għajnuna mill-Istat u żiedu l-għajnuna mhux
għall-kriżi f'ċerti oqsma biss fejn rispons
għall-kriżi finanzjarja u ekonomika kienet meħtieġa,
minkejja l-fatt li ħafna Stati Membri taw ammonti sostanzjali ta’
għajnuna lis-settur finanzjarju. Min-naħa l-oħra, b'mod
partikolari fl-2011, ħafna Stati Membri setgħu ġew
imġiegħla jnaqqsu l-volumi tal-għajnuna bħala riżultat
ta' limitazzjonijiet eħrex fil-baġit, li ma jeskludix il-possibbiltà
li n-nefqa tiċċaqlaq għas-snin li ġejjin jew li miżuri
ta' għajnuna li skadew jiġu introdotti mill-ġdid fi stadju aktar
tard. Minħabba
l-karatteristiċi partikolari tal-għajnuna għall-agrikoltura,
is-sajd u t-trasport, it-taqsimiet li ġejjin dwar il-livelli u
l-orjentazzjoni tal-għajnuna mhux għall-kriżi (2.1 u 2.2), jittrattaw biss l-għajnuna lill-industrija u s-servizzi. 2.1. Għajnuna
mill-Istat għall-industrija u s-servizzi Meta wieħed iħares lejn ix-xejriet,
jiġifieri jqabbel in-nefqa tal-għajnuna bejn il-perjodi 2006-2008 u
2009-2011, jinnota żieda żgħira għall-perjodu 2009-2011
meta l-volum tal-għajnuna kien jammonta għal EUR 60,0 biljun jew
0.48% tal-PDG tal-UE, filwaqt li fil-perjodu preċedenti kien ta'
EUR 58,6 biljun jew 0.47% tal-PDG tal-UE. Fid-dawl
tar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, ma jkunx raġonevoli li
jiġi konkluż li wieħed diġà jista’ josserva żieda fuq
perijodu twil fl-għajnuna mill-Istat jew li l-effett ta’ darba fl-2009
għadu jikkontribwixxi għaż-żieda globali f’dak il-perjodu.
Fi kwalunkwe każ, jidher aktar probabbli li t-tendenza se terġa’ lura
minħabba tnaqqis fl-infiq fl-2010 u l-2011. Rigward in-nefqa inqas fl-għajnuna
lill-industrija u s-servizzi fl-2011, xi Stati Membri ċekknu n-nefqa
minħabba limitazzjonijiet tal-baġit jew jistgħu ukoll
iwessgħu l-pjanijiet ta’ nfiq fuq medda ta’ aktar snin biex iżommu
dixxiplina baġitarja stretta. It-tnaqqis fl-għajnuna settorjali li
ngħatat fl-2011 ikkontribwixxiet għat-tnaqqis. Għalhekk, aktar
għajnuna kienet immirata għal objettivi orizzontali, partikolarment
biex jingħata appoġġ lill-iżvilupp reġjonali, jitmexxa
’l quddiem il-ħarsien ambjentali u jkompli jsir investiment
fir-riċerka u l-iżvilupp. Kollox ma’ kollox, dak l-iżvilupp
jindika li l-Istati Membri kienu kapaċi jirreaġixxu b'mod flessibbli
għal-limitazzjonijiet ekonomiċi iżda wkoll
għall-ħtiġiet ekonomiċi li dejjem qed jinbidlu. Għajnuna
taħt eżenzjoni ta’ kategorija[11]
żdiedet sostanzjalment fl-2011. B’mod aktar ġenerali, l-Istati Membri
komplew jagħtu għajnuna permezz ta' skemi, li jindika li ppreferew
għodod bħal dawn sabiex jagħtu sostenn lil għadd kbir ta’
intrapriżi mingħajr notifika individwali minn qabel lill-Kummissjoni. 2.2. Għajnuna
mill-Istat immirata lejn l-objettivi orizzontali tal-interess komuni Il-kunċett ta’ għajnuna orizzontali,
li jkopri għajnuna li ma tkunx mogħtija għal setturi
speċifiċi tal-ekonomija, joħroġ mit-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)[12].
Dan iħalli spazju lill-Kummissjoni biex tagħmel għażliet
ta' politika skont liema l-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi
kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern sabiex tipprovdi appoġġ
effettiv għal objettivi ta’ politika komuni. Bħal fis-snin preċedenti, it-tliet
objettivi ewlenin fl-2011 li għalihom l-Istati Membri taw għajnuna
kienu: l-iżvilupp reġjonali, is-salvagwardja tal-ambjent inkluż
it-trawwim tal-iffrankar tal-enerġija u l-promwozzjoni tal-użu ta'
enerġiji rinnovabbli, u r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni
('RŻI'). L-għajnuna lill-SMEs u l-għajnuna
għall-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tat-taħriġ kienu
inqas użati mill-Istati Membri. Minn total ta' EUR 52,9 biljun jew
0.42% tal-PDG tal-UE mogħtija lill-industrija u s-servizzi, 89.7%
tal-għajnuna kienet maħsuba għal objettivi orizzontali.
L-għajnuna reġjonali ammontat għal EUR 14,0-il biljun, jew
0.11% tal-PDG tal-UE, segwit mill-ħarsien ambjentali, inkluż
l-iffrankar tal-enerġija, li kienet ta' EUR 12.4 biljun, li
jirrappreżentaw 0.09% tal-PDG tal-UE, u għajnuna għar-RŻI,
li ammontaw għal EUR 10 biljun, jew 0.08% tal-PDG tal-UE. Dawk
it-tliet objettivi jammontaw għal madwar żewġ terzi
tal-għajnuna totali lill-industrija u s-servizzi. Ix-xejra, bl-għajnuna orizzontali
tiżdied b'madwar 0.2% tal-PDG tal-UE bejn il-perjodi 2006-2008 u
2009-2011, turi li l-Istati Membri evidentement kienu qed jagħmlu sforzi
biex jallokaw għajnuna għal objettivi orizzontali matul
l-aħħar snin. Fi ftit Stati Membri biss il-livell tal-għajnuna
orizzontali kien inqas minn 50%. Għajnuna
settorjali[13], li rrappreżentat madwar 10.3% tal-għajnuna totali
mogħtija lill-industrija u s-servizzi, li tammonta għal EUR 5,5
biljun, jew 0.04% tal-PDG tal-UE, kompliet tonqos fl-2011. Ingħatat inqas
għajnuna għas-settur tal-faħam u tal-manifattura u
għas-setturi mhux tal-manifattura. 3. L-għajnuna
mill-Istat mogħtija lis-settur finanzjarju u appoġġ
għall-ekonomija reali 3.1. Għajnuna
mill-Istat għas-settur finanzjarju 3.1.1. Il-kuntest It-taqlib fis-swieq finanzjarji, li kompla
matul l-2011, kien ikkawżat mill-kriżi finanzjarja tal-2008 u
eżiġa intervent estensiv mill-gvernijiet Ewropej sabiex
jitrażżnu l-effetti negattivi tax-xokk. L-għajnuna mill-Istat
lil istituzzjonijiet finanzjarji kienet kruċjali sabiex tiġi
rrestawrata l-fiduċja fis-settur finanzjarju u tiġi evitata
kriżi sistemika. Fid-dawl tal-qagħda mwiegħra
tal-kriżi tad-dejn pubbliku f'nofs l-2011, l-Istati Membri u l-Kummissjoni
qablu fuq pakkett ta' miżuri biex isaħħu l-kapital tal-banek u
jipprovdu garanziji għall-obbligazzjonijiet tagħhom (il-pakkett
bankarju)[14]. 3.1.2. L-ammonti
ta' għajnuna approvati u użati bejn
l-1 ta’ Ottubru 2008 u l-1 ta’ Ottubru 2012 Bejn l-1 ta’ Ottubru 2008[15] u
l-1 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni approvat għajnuna
għas-settur finanzjarju li kienet tammonta għal EUR 5058,9
biljun (40.3% tal-PDG tal-UE). Il-parti l-kbira tal-għajnuna kienet
awtorizzata fl-2008 meta EUR 3394 biljun (27.7% tal-PDG tal-UE) ġew
approvati, li kienu jikkonsistu l-aktar minn garanziji fuq bonds tal-banek u
depożiti. Wara l-2008, l-għajnuna approvata ffokat iktar fuq
ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek u s-salvataġġ ta’ assi
danneġġati milli fuq il-garanziji, filwaqt li iktar reċentement
mewġa ġdida ta’ miżuri ta’ garanzija kienu approvati l-aktar
minn dawk il-pajjiżi li kienu qed jesperjenzaw żieda fid-djun
pubbliċi tagħhom, bħal Spanja u l-Italja. Bejn l-2008[16]
u l-2011, l-ammont globali tal-għajnuna użat kien jammonta għal
EUR 1615,9 biljun (12.8% tal-PDG tal-UE). Il-garanziji kienu jammontaw
għall-akbar sehem li jammonta għal madwar EUR 1084,8 biljun
(8.6% tal-PDG tal-UE), segwit minn rikapitalizzazzjoni ta’
EUR 322,1 biljun (2.5% tal-PDG tal-UE), l-assi danneġġati
EUR 119,9 (0.9% tal-PDG tal-UE) u miżuri ta' likwidità EUR 89
biljun (0.7% tal-PDG tal-UE). 3.1.3. L-ammonti
ta' għajnuna approvati u użati fl-2011 Fl-2011, il-Kummissjoni approvat għajnuna
għas-settur finanzjarju li kienet tammonta għal
EUR 274,4 biljun (2% tal-PDG tal-UE). L-għajnuna l-ġdida
approvata kienet ikkonċentrata fuq ftit pajjiżi u kienet tinvolvi
garanziji għall-ammont ta’ EUR 179,7 biljun, miżuri ta'
likwidità għal EUR 50,2 biljun, rikapitalizzazzjonijiet
għal EUR 38,1 biljun u salvataġġ ta’ assi
danneġġati għal EUR 6,4 biljun. Il-volum globali tal-għajnuna użata
fl-2011 kien jammonta għal EUR 714,7 biljun, jew 5.7% tal-PDG
tal-UE. Il-garanziji pendenti kienu jammontaw għal
EUR 521,8 biljun u konsenji għal garanziji ġodda kienu
jammontaw għal EUR 110,9 biljun. L-interventi
għal-likwidità kienu jammontaw għal EUR 43,7 biljun u
likwidità ġdida pprovduta fl-2011 kienet tammonta għal
EUR 6,5 biljun. Ir-rikapitalizzazzjoni kienet tammontaw għal
EUR 31,7 biljun. Ma ngħatat l-ebda għajnuna permezz
tal-miżuri awtorizzati għall-assi danneġġjati. 3.2. Għajnuna
mill-Istat lill-ekonomija reali 3.2.1. Il-kuntest Fis-17 ta’ Diċembru 2008,
il-Kummissjoni adottat il-qafas temporanju bħala tweġiba
għar-restrizzjonijiet fl-aċċess għall-kreditu li
l-kumpaniji ffaċċjaw bħala riżultat tal-kriżi
finanzjarja. L-għanijiet ewlenin kienu li tinżamm il-kontinwità
fl-aċċess tal-impriżi għall-finanzjament u biex titwitta
t-triq għal tkabbir sostenibbli fit-terminu twil billi
jitħeġġeġ l-investiment. Il-qafas temporanju introduċa
għadd ta' strumenti ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll
adattamenti temporanji fl-oqfsa għall-għajnuna mill-Istat
fis-seħħ. Dan kien miftuħ għas-setturi kollha tal-ekonomija.
Madankollu, huwa eskluda għajnuna biex tirrimedja problemi strutturali
diġà eżistenti, għalhekk ma ngħatat l-ebda għajnuna
lil kumpaniji li kienu f'diffikultà qabel il-kriżi. Il-qafas temporanju kellu jiskadi
fl-aħħar tal-2010. Madankollu, fid-dawl tal-volatilità qawwija
kontinwa tas-swieq finanzjarji, flimkien mal-perspettiva ekonomika
inċerta, fi tmiem l-2010 l-Kummissjoni ddeċidiet li testendi
għal sena l-biċċa l-kbira tal-miżuri stabbiliti fil-qafas
temporanju għal sena taħt kundizzjonijiet aktar stretti[17], ħlief l-possibbiltà li
jingħata ammont limitat ta’ għajnuna kompatibbli ta'
EUR 500 000 għal kull impriża. L-ammont limitat
tal-għajnuna kompatibbli (għajnuna sa EUR 500 000 għal kull
impriża) kien limitat għal benefiċjarji li kienu ppreżentaw
applikazzjoni kompluta mhux aktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2010 taħt skema ta’ għajnuna
nazzjonali approvata mill-Kummissjoni skont il-qafas temporanju u mhux aktar
tard mill-31 ta' Marzu 2011 għal impriżi attivi
fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli. 3.2.2. L-ammonti
approvati u użati Fl-2011, l-Istati Membri ma implimentaw ebda
miżuri ġodda ta’ għajnuna (ħlief ftit għall-bdiewa)
iżda talbu għal estensjoni ta' xi miżuri fis-seħħ[18]. Mid-dħul fis-seħħ tal-qafas
temporanju sal-aħħar tal-2011, il-volum totali approvat li awtorizzat
il-Kummissjoni kien jammonta għal EUR 82,9 biljun. Fl-2011, l-ammont ta’ għajnuna użata
fil-qafas temporanju kien ta’ madwar EUR 4,8 biljun, jew 0.037% tal-PDG
tal-UE. L-għodda ewlenija li ntużat
mill-Istati Membri kienu l-garanziji sussidjati (EUR 1,9 biljun), segwiti
mill-ammont massimu ta' għajnuna ta' EUR 500 000 għal kull
kumpanija (EUR 0,6 biljun). B'kollox, l-ammont użat mill-Istati
Membri taħt il-qafas temporanju kien jammonta għal madwar
EUR 37,5 biljun, li jirrappreżenta rata ta' użu ta' 45%
meta mqabbel mal-għajnuna totali approvata fil-qafas temporanju. Għal aktar dettalji dwar l-għajnuna mogħtija fil-qafas
temporanju, ara l-Kapitolu 3.2 tal-SWD. 4. It-tendenzi
tal-infiq għall-għajnuna mill-Istat skont it-tip ta’ miżuri ta’
għajnuna 4.1. Għadd
ta’ miżuri ta’ għajnuna Fl-2011 l-Istati Membri introduċew inqas
miżuri ġodda ta’ għajnuna. Madankollu, il-proporzjon ta'
għajnuna mogħtija għal eżenzjoni ta’ kategorija jew fi
skemi ta’ għajnuna u bħala għajnuna individwali baqa’
fil-biċċa l-kbira stabbli, b’żieda żgħira
fil-miżuri ta’ għajnuna ad hoc. Ir-restrizzjonijiet
fil-baġits nazzjonali kienu l-aktar raġuni probabbli għaliex
l-Istati Membri żammew lura milli jimplimentaw miżuri ġodda ta’
għajnuna. It-tnaqqis fil-miżuri ġodda ta' għajnuna
għal eżenzjoni ta’ kategorija jista’ jispjegah il-fatt li l-Istati
Membri gradwalment eliminaw miżuri implimentati skont l-eżenzjonijiet
ta’ kategorija speċifiċi preċedenti (SMEs, impjiegi,
taħriġ u għajnuna reġjonali). Minħabba li r-Regolament
ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ("REĠS")[19], introdott
f'Awwissu 2008, jippermetti għal ambitu usa’ meta tingħata
l-għajnuna, eż. aktar għanijiet tal-għajnuna,
l-applikazzjoni usa’ u, f’xi każijiet, aktar kundizzjonijiet klementi
(skont l-għan partikolari), l-Istati Membri kellhom bżonn ta’ inqas
miżuri ġodda ta’ eżenzjoni fl-REĠS biex jissostitwixxu
l-miżuri ta’ eżenzjoni preċedenti. 4.2. Il-volum
tal-għajnuna - madwar 32.5% tal-għajnuna lill-industrija u s-servizzi
hija eżentata bħala kategorija L-għajnuna taħt eżenzjoni ta’
kategorija mogħtija lill-industrija u lis-servizzi żdiedet b'madwar
EUR 5 biljun għal EUR 17,2 biljun fl-2011, jew 0.13%
tal-PDG tal-UE, li tirrappreżenta 32.5% tal-għajnuna totali
mogħtija lill-industrija u lis-servizzi. Għajnuna reġjonali,
l-għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent u biex tiġi ffrankata
l-enerġija u għajnuna għar-RŻI kienu l-miżuri
prinċipali, filwaqt li l-Istati Membri allokaw inqas għajnuna
lill-SMEs, it-taħriġ u l-impjiegi. 5. Infurzar
tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat 5.1. Għajnuna
illegali[20] Bejn l-2000 u l-2011, il-Kummissjoni adottat
986 deċiżjoni dwar għajnuna illegali. Deċiżjonijiet
negattivi dwar il-miżuri ta' għajnuna li nstab li kienu inkompatibbli
mas-suq intern irrappreżentaw 23% tal-każijiet[21] u kienu jimplikaw li l-Istat
Membru kkonċernat jiġi ordnat jirkupra l-għajnuna mogħtija
illegalment. Għal madwar 3% tal-għajnuna illegali[22], il-Kummissjoni rabtet
kondizzjonijiet mad-deċiżjonijiet tagħha. Dik ir-rata ta'
intervent hija madwar disa' darbiet ogħla mir-rata ta'
deċiżjonijiet negattivi u kondizzjonali f'każi notifikati. Aktar
min-nofs l-interventi kienu jikkonċernaw miżuri ta’ għoti ta’
għajnuna lill-industrija u lis-servizzi, filwaqt li inqas minn kwart kienu
fis-settur agrikolu. Il-bqija kienu jikkonċernaw is-sajd, it-trasport u
l-faħam. 5.2. L-irkupru
tal-għajnuna Fit-30 ta’ Ġunju 2012
l-ammont totali ta’ każijiet pendenti ta’ rkupru kien ta’ 46 każ
(meta mqabbel ma’ 41 każ fl-aħħar tal-2010). L-ammont ta'
għajnuna illegali u mhix kompatibbli li kien irkuprat mis-sena 2000 ’l
hawn ukoll żdied għal EUR 13,5 biljun
sat-30 ta’ Ġunju 2012 (meta mqabbel ma' ammont pendenti ta'
EUR 2,3 biljun li għad irid jiġi rkuprat). Għalhekk,
l-perċentwali tal-għajnuna illegali u li mhix kompatibbli li
għad trid tiġi rkuprata żdied minn 11.1% fl-2010 għal
madwar 14.4% fit-30 ta' Ġunju 2012. Fil-qasam tas-sajd,
ħames deċiżjonijiet negattivi ġew adottati mill-Kummissjoni
fl-2011, li erba’minnhom jinkludu l-irkupru tal-għajnuna. Fl-agrikoltura,
ħames deċiżjonijiet ta’ rkupru ġew adottati fl-2011.
Fit-trasport ma kien hemm ebda deċiżjoni ta’ rkupru. 5.3. Infurzar
tal-Liġi dwar l-għajnuna mill-Istat: Kooperazzjoni mal-qrati
nazzjonali Bħala segwitu għall-Avviż dwar
l-Infurzar tal-Liġi dwar l-Għajnuna mill-Istat mill-Qrati Nazzjonali
tal-2009[23],
l-isforzi ta’ appoġġ ġew intensifikati: il-Kummissjoni hi
involuta b’mod attiv fil-finanzjament tal-programmi ta' taħriġ
għall-imħallfin nazzjonali wara sejħa annwali għal
proġetti, u tibgħat ukoll min iħarreġ biex jgħallmu
f'dawn il-workshops u konferenzi. Fi Frar 2012 f'kooperazzjoni
mal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin tal-Liġi Ewropea
tal-Kompetizzjoni l-Kummissjoni organizzat workshop ta' ġurnata, li kopra
kemm kwistjonijiet ta' antitrust u ta’ għajnuna mill-Istat rilevanti
għall-qrati nazzjonali. 5.4. Monitoraġġ
ex-post Matul is-snin, l-arkitettura tal-kontroll
tal-għajnuna mill-Istat evolviet b'mod sinifikanti. Illum, madwar 88%
tal-għajnuna mogħtija lill-industrija u s-servizzi ma tiġix
eżaminata individwalment mill-Kummissjoni, iżda hija mogħtija
fuq il-bażi ta' skemi ta' għajnuna approvati minn qabel jew taħt
eżenzjoni ġenerali. Id-DĠ Kompetizzjoni jagħmel
monitoraġġ tal-mod li bih l-Istati Membri japplikaw l-iskemi ta’
għajnuna eżistenti. Sabiex titjieb aktar l-effettività tal-kontroll,
fl-2011 id-DĠ Kompetizzjoni ddeċieda li jwessa’ l-ambitu
tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ għall-2011/2012 b’mod
sinifikanti. Għalkemm l-investigazzjoni ta' għadd ta' każijiet
għadha għaddeja, jidher li hemm żieda globali fl-għadd ta'
każijiet problematiċi. Iktar minn terz tal-każijiet mmonitorjati
fl-2011/2012 qajmu problemi ta' diversi tipi u gravità (modifiki mhux
notifikati ta’ skemi, għajnuna individwali li taqbeż il-limiti
massimi, kundizzjonijiet ta’ kumpatibbiltà mhux riflessi kif suppost
fil-bażi legali nazzjonali eċċ.). Meta
wieħed jikkunsidra l-preġudizzju possibbli introdott mill-għadd
limitat ta’ każijiet sorveljati sa issa (meta mqabbla mal-għadd kbir
ta' skemi ta' għajnuna eżistenti), ir-rata tal-konformità tidher li
tvarja madwar l-Istati Membri u d-diversi tipi ta' għajnuna. Il-Kummissjoni sistematikament se ssegwi
l-irregolaritajiet kollha. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jridu jżidu
l-isforzi tagħhom biex ikun hemm osservanza aħjar tar-regoli
tal-għajnuna mill-Istat. Dokument ta' Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni ‘Fatti u ċifri dwar l-għajnuna mill-Istat fl-Istati
Membri tal-UE’ [1] L-għajnuna għall-kriżi hija espressa minn
(i) l-ammont kommess ta’għajnuna u (ii) l-ammont ta' għajnuna
użat. L-ammont kommess (il-volum ta’ għajnuna mwiegħed) jirrappreżenta
l-ammont massimu globali ta' miżuri għall-għajnuna mill-Istat
adottati mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni. L-ammont użat
jirrappreżenta l-volum attwali tal-miżura ta' għajnuna
implimentata minn Stat Membru. Il-metodoloġija użata għall-kalkolu
tal-għajnuna għall-kriżi hija spjegata aktar fid-Dokument ta’
Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni. Għajnuna mhux
għall-kriżi hija normalment espressa permezz tal-element
tal-għajnuna u n-nefqa totali hija espressa f'dan is-sens, kemm f’volum
assolut kif ukoll f’% tal-PDG, sabiex tippreżenta informazzjoni
komparabbli. [2] It-test konsolidat tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas
Temporanju tal-Komunità għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex
jappoġġaw l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi
finanzjarja u ekonomika attwali; ĠU C 83,
7.4.2009, p. 1; kif emendat fil-ĠU C 261,
31.10.2009, p. 1, u l-ĠU C 303,
15.12.2009, p. 6. Estensjoni
tal-qafas temporanju; ĠU C 6, 11.1.2011, p. 5. [3] Ara http://www.eftasurv.int/press--publications/scoreboards/state-aid-scoreboards/. [4] Total ta’ għajnuna mill-Istat mhux
għall-kriżi jinkludi għajnuna mogħtija
għall-industrija u s-servizzi, il-faħam, l-agrikoltura, is-sajd u
t-trasport, iżda teskludi, minħabba nuqqas ta' dejta komparabbli,
sussidji għas-settur ferrovjarju u għajnuna b'kumpens għal
servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. L-ammonti jirreferu
għall-element ta’għajnuna (jew l-ekwivalenti tal-għotja gross
fil-każ ta’ garanziji u self) inklużi f'miżuri ta’ għajnuna
mill-Istat sakemm ma tkunx imsemmija mod ieħor. Għal aktar dettalji,
ara n-noti ta’ metodoloġija inklużi fl-SWP. [5] ‘ UE’ tfisser l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. [6] L-għajnuna għall-faħam, bħala parti
mill-għajnuna settorjali biex b'hekk taqa’ taħt l-industrija u
s-servizzi, kienet ta’ EUR 2,3 biljuni, li tirrapreżenta 4.2%
tal-għajnuna totali lilll-industrija u s-servizzi. [7] L-informazzjoni dwar is-sussidji għall-ferroviji hija differenti
fl-ambitu u fid-dettall minn dik miġbura minn Stati Membri fuq
għajnuna mogħtija għall-industrija u s-servizzi skont
l-Anness III A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004
(ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1). Għaldaqstant
mhux possibbli l-aggregazzjoni f'total wieħed ta’ għajnuna mill-Istat. [8] Fil-mumnet tal-finalizzazzjoni ta’ dan ir-rapport,
l-informazzjoni dwar is-sussidji lill-ferroviji ma kinitx għadha ġiet
ippreżentat mir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Lussemburgu,
il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u s-Slovakkja. Ċipru u Malta ma
għandhomx operaturi ferrovjarji. [9] Sors: DĠ Kompetizzjoni; Ċifri tal-PDG: Eurostat. [10] Ara t-Tabelli ta’ Valutazzjoni preċedenti għal aktar dwar
ir-raġunijiet għal dan l-aħħar tnaqqis fin-nefqa
tal-għajnuna mill-Istat, li jinstabu fis-sit elettroniku tad-DĠ Kompetizzjoni:
http://ec.europa.eu/competition/state_aid/studies_reports/archive/scoreboard_arch.html. [11] Għal aktar dettalji, ara l-Kapitoli 2.2.2.1 u 4 fid-DĦP. [12] Pereżempju, l-Artikolu 107(3)(a) TFUE fir-rigward
tal-għajnuna reġjonali, l-Artikolu 107(3)(b) dwar
l-eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta' interess komuni Ewropew. [13] L-għajnuna ta’salvataġġ u ristrutturar hija inkluża
fl-għajnuna settorjali. [14] Il-konklużjoni tal-Kunsill ECOFIN,
it-8 ta’ Novembru 2011. [15] Għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni mogħtija lil Northern Rock
fl-2007 hija inkluża. [16] Għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni mogħtija lil
Northern Rock fl-2007 hija inkluża. [17] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas Temporanju
tal-Unjoni għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu
l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u
ekonomika attwali; ĠU C 6, 11.1.2011, p. 5 [18] Għal aktar dettalji, ara l-Kapitolu 3.2 tal-SWD. [19] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008;
ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3. [20] L-Artikolu 108 (3) TFUE jobbliga lill-Istati Membri
biex mhux biss jinnotifikaw il-miżuri ġodda tal-għajnuna
mill-Istat lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni iżda wkoll biex
jieqfu milli jdaħħluhom fis-seħħ sakemm tiġi adottata
deċiżjoni finali. Meta wieħed minn dawn l-obbligi ma jiġix
rispettat, il-miżura tal-għajnuna mill-Istat titqies bħala
illegali. [21] 224 każ. [22] 28 każ. [23] ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1.