Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0632

    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU NRU 6 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012 DIKJARAZZJONI ĠENERALI TA’ DĦUL DIKJARAZZJONI TA’ NFIQ SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

    /* COM/2012/0632 final */

    52012DC0632

    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU NRU 6 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012 DIKJARAZZJONI ĠENERALI TA’ DĦUL DIKJARAZZJONI TA’ NFIQ SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni /* COM/2012/0632 final */


    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU NRU 6 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2012

    DIKJARAZZJONI ĠENERALI TA’ DĦUL DIKJARAZZJONI TA’ NFIQ SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

    Wara li kkunsidrat:

    – it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    – ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    – il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 adottat fl-1 ta' Diċembru 2011[2],

    – l-baġit emendatorju Nru 1/2012[3] adottat fl-20 April 2012,

    – l-baġit emendatorju Nru 2/2012[4], adottat fit-12 ta Ġunju 2012,

    – il-baġit emendatorju Nru 3/2012[5], adottat fil-5 ta' Lulju 2012,

    – l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012[6], adottat fl-20 ta' Ġunju 2012,

    – l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012[7], adottat fid-19 ta' Settembru 2012

    Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6 għall-baġit tal-2012.

    BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U L-INFIQ GĦAL KULL TAQSIMA

    Il-bidliet għad-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq skont it-taqsima huma disponibbli fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm). Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdil għal din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

    WERREJ

    1.      Introduzzjoni 4

    2.      Dħul.. 4

    2.1.        Reviżjoni tar-Riżorsi Proprji 4

    2.2.        Dħul Ieħor.. 5

    3.      Tisħiħ tal-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn.. 5

    3.1.        Intestatura 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi 6

    3.2.        Intestatura 1b Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi 9

    3.3.        Intestatura 2 Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali 11

    3.4.        Intestatura 3a Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.. 12

    3.5.        Intestatura 4 L-UE bħala Attur Globali 13

    4.      Tnaqqis fl-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn u ta’ Pagament.. 14

    5.      Tabella sommarja skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju.. 18

    1.           Introduzzjoni

    L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 6 għas-sena 2012 jirrigwarda dan li ġej:

    – l-aġġornament tas-soltu fil-previżjoni tad-dħul wara l-aħħar reviżjoni tal-previżjonijiet tar-riżorsi proprji u dħul ieħor;

    – żieda ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' kważi EUR 9,0 biljun madwar l-intestaturi 1a, 1b, 2, 3a u 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali, bil-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet pendenti sal-aħħar tas-sena, hekk li l-impenji jkunu jistgħu jiġu onorati, il-pieni finanzjarji jiġu evitati, u l-benefiċjarji jkunu jistgħu jirċievu l-fondi previsti mill-politiki miftiehma tal-UE, li għalihom l-impenji kienu awtorizzati fil-baġits annwali ta' qabel. Il-Kummissjoni identifikat xi sorsi ta' riallokazzjoni għal total ta' EUR 47,4 miljun;

    – tnaqqis fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ta' EUR 133,4 miljun, biex jittieħed kont tal-aħħar stat ta' implimentazzjoni u l-valutazzjonijiet riveduti tal-ħtiġijiet reali sa tmiem is-sena.

    Varjazzjonijiet fir-riżorsi proprja, flimkien ma’ żieda sinifikanti fid-dħul minn multi u pagamamti ta’ imgħax ta’ EUR 3 525 miljun, wasslu għal żieda totali netta fid-dħul ta’ EUR 3 080,8 miljun, li se tnaqqas l-effett tad-DAB 6 fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING.

    L-ammont totali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mitlub huwa ta' EUR 138 752,8 miljun, li jikkorrispondi għal 1,08 % tal-ING tal-Unjoni Ewropea. Dan iħalli marġni ta' EUR 3 451,4 miljun taħt il-limitu tal-2012 għall pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF).

    2.           Dħul

    2.1.        Reviżjoni tar-Riżorsi Proprji

    F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000[8], il-Kummissjoni rrevediet il-previżjonijiet għar-riżorsi proprji. Dan jirreferi b’mod partikolari għall-bilanċi tal-VAT (taxxa fuq il-valur miżjud) u tal-ING (introjtu nazzjonali gross) u għar-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT).

    F’dak li jikkonċerna l-bilanċi tar-riżorsi proprji tal-VAT u l-ING ta' snin preċedenti, u abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tipproponi li jiddaħħal l-ammont ta’ EUR 497,3 miljun. Din iż-żieda tikkonċerna l-kapitoli 31[9] u 32[10] tan-naħa tad-dħul tal-baġit.

    F'dan l-istadju l-kalkoli għall-bilanċi tal-Istati Membri huma biss temporanji minħabba fil-verifika li tinsab għaddejja tad-dejta tal-VAT u l-ING. Dan jista' jwassal lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-figuri fil-kors tal-proċedura għal dan l-ABE.

    Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tnaqqas it-TOR b’EUR 950 miljun fil-kapitolu 12[11] tad-dħul biex tirrifletti x-xejra fid-dazji tad-dwana magħmula disponibbli għall-baġit sa issa. Jekk dejta ġdida għall-aħħar kwart tas-sena timplika tibdil sinifikanti għal din l-istima, il-Kummissjoni tirrevedi ċ-ċifri tagħha fil-kors tal-proċedura baġitarja.

    2.2.        Dħul Ieħor

    Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ammonti li jiġu msarrfa jew x'aktarx jissarrfu f'dan l-istadju tas-sena, huwa propost li jiżdiedu l-previżjonijiet inizjali b’ammont nett ta’ EUR 3,533.5 miljun. Id-dettal skont il-linja jidher fit-tabella hawn taħt.

    Linji tad-dħul || Baġit 2012 || ABE 6/2012 || Ammont ġdid

    5 2 0 0 - Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u imgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjonijiet || 6 500 000 || 3 500 000 || 10 000 000

    5 2 1 0 - Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u imgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-organizzazzjonijiet li jirċievu sussidji trasferiti lill-Kummissjoni || 10 000 000 || 5 000 000 || 15 000 000

    Subtotal-Dħul minn investimenti jew self konċessi, imgħax minn bank jew imgħax ieħor || 16 500 000 || 8 500 000 || 25 000 000

    7 0 0 0 - Imgħax dovut fuq pagamenti tard fil-kontijiet miżmuma mat-teżori tal-Istati Membri || 5 000 000 || 155 000 000 || 160 000 000

    7 0 1 - Imgħax fuq pagamenti tard u imgħax ieħor fuq multi || 15 000 000 || 265 000 000 || 280 000 000

    7 1 0 - Multi, pagamenti perjodiċi ta' penali u penali oħra || 100 000 000 || 3 075 000 000 || 3 175 000 000

    7 1 2 - Pagamenti ta’ penali u pagamenti f'somma f’daqqa imposti fuq Stat Membru minħabba nuqqas ta’ osservanza ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas tiegħu li jissodisfa obbligu taħt it-Trattat || p.m. || 30 000 000 || 30 000 000

    Subtotal-Imgħax fuq pagamenti tard u multi || 120 000 000 || 3 525 000 000 || 3 645 000 000

    Total || 136 500 000 || 3 533 500 000 || 3 670 000 000

    3.           Tisħiħ tal-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn

    F'Settembru, is-servizzi kollha tal-Kummissjoni kienu mitluba li jaġġornaw it-tbassir tagħhom tal-bżonnijiet sal-aħħar tal 2012, u jressqu t-talbiet tagħhom għall-aġġustar tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament. L-elementi riveduti jiffurmaw il-bażi tal-hekk imsejjaħ Trasferiment Globali (DEC 30/2012), maħsub sabiex jaġġusta l-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati madwar il-linji tal-baġit, skont il-bżonnijiet kif l-aħħar aġġornati.

    Fit-tħejjija tat-Trasferiment Globali għall 2012, il-Kummissjoni fittxet li tlaqqa' l-bżonnijiet akbar għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq xi linji tal-baġit, ma' ammonti fuq linji oħra li kieku ma kinux jintużaw, bil-għan li tinkiseb l-implimentazzjoni sħiħa. Il-proposta tikkonċerna ammont ta’ EUR 419,7 miljun, li jikkorrispondu għal madwar 0,3 % tal-ħlasijiet totali awtorizzati fil-baġit tal-2012. B'kollox, 110 linja tal-baġit huma kkonċernati (65 għat-tisħiħ u 45 għat-tnaqqis).

    Il-valur korrispondenti tat-Trasferiment Globali fl-2011 kien ta’ EUR 719,2 miljun, u fl-2010 kien ta’ EUR 1 792 miljun. L-ammont relattivament baxx din is-sena jirriffletti s-sitwazzjoni stretta għall-pagamenti fil-baġit tal-2012, b’EUR 419.7 miljun disponibbli biex ikunu użat mill-ġdid, u għaldaqstant kien biss possibbli li jintlaħqu parti mit-talbiet għar-rinfurzar fil-limiti ta’ dan l-ammont. Kif diġà mbassar u muri matul il-kors tas-sena, dawn huma sempliċiment kbar wisq biex jiġu akkomodati permezz ta' riallokazzjoni fi ħdan l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit 2012. Għalhekk għandu jsir rikors għal baġit emendatorju.

    It-talba għandha titqies ukoll fil-kuntest ta' baġit adottat għall-2012 li jistabbilixxi l-livell ta' approprjazzjonijiet ta’ pagament EUR 3,6 biljun taħt il-proposta tal-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni, u joħloq sitwazzjoni stretta ħafna għall-pagamenti mill-bidu tas-sena.

    Il-Kummissjoni għalhekk hija obbligata li tirrikorri għall-istqarrija konġunta miftiehma waqt il-konċiljazzjoni dwar il-baġit 2012, u li kienet parti mill-konklużjonijiet konġunti tad-19 ta’ Novembru 2011. F'din id-dikjarazzjoni il-Kunsill u l-Parlament Ewropea talbu lill-Kummissjoni "titlob approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali f’baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2012 ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-infiq". Min-naħa tagħhom, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew impenjaw ruħhhom li "jieħdu pożizzjoni fuq kull abbozz ta’ baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament."

    3.1.        Intestatura 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

    It-talba totali għal żieda fl-intestatura 1a hija EUR 625,3 miljun, fuq ħdax-il linja tal-baġit, kif ġej:

    Linja tal-Baġit || Intestatura || Pagamenti (EUR)

    02 04 01 01 || Riċerka Spazjali || 43 000 000

    02 04 01 02 || Riċerka tas-Sigurtà || 35 000 000

    02 05 01 || Programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) || 4 850 000

    04 05 01 || Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) || 17 657 535

    08 02 01 || Kooperazzjoni – Saħħa || 79 790 000

    08 04 01 || Kooperazzjoni - Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ta' produzzjoni ġodda || 63 906 000

    08 06 01 || Kooperazzjoni - Ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima) || 39 113 000

    08 10 01 || Ideat || 30 000 000

    09 04 01 01 || Appoġġ għall-kooperazzjoni fir-riċerka fil-qasam ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICTs) || 30 000 000

    15 02 22 || Programm Tagħlim Tul il-Ħajja || 180 000 000

    15 07 77 || Nies || 102 000 000

    Total || 625 316 535

    02 04 01 01 - Riċerka spazjali (+ EUR 43 miljun)

    L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq din il-partita tal-baġit kienet ta' 94,6 % f’nofs Ottubru 2012. It-tisħiħ huwa meħtieġ biex ikopri l-impenji pendenti kif ġej:

    – Pagamenti interim u finali mitluba mill-benefiċjarji, ibbażati fuq il-ftehimiet ta' għotja diġà ffirmati wara s-sejħiet għal proposti tal 2007, l-2008, l-2009 u l-2010. Dawn huma obbligazzjonijiet kuntrattwali u legali (parti mir-RAL);

    – Pagamenti ta’ prefinanzjament dwar ir-RAL tal-ftehimiet ta' għotja diġà ffirmati (7 proġett) taħt is-sejħa għall-proposti FP7-SPACE-2011-1. L-iskadenza għall-iffirmar tal-ftehimiet ta' għotja ta' din is-sejħa huwa qabel it-tmiem tal-2012;

    – Pagamenti ta’ prefinanzjament dwar il-ftehimiet il-ġodda ta' għotja li għandhom jiġu ffirmati taħt is-sejħa għall-proposti FP7-SPACE-2012-1. Iż-"żmien sal-għoti" għandu jintlaħaq qabel tmiem l-2012 (li jirrappreżenta 42 proġetti).

    02 04 01 02 - Riċerka tas-Sigurtà (+ EUR 35 miljun)

    L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq din il-partita tal-baġit kienet ta' 100% f’nofs Ottubru. It-tisħiħ huwa meħtieġ biex ikopri l-impenji pendenti kif ġej:

    – Pagamenti interim u finali mitluba mill-benefiċjarji, ibbażati fuq il-ftehimiet ta' għotja diġà ffirmati wara s-sejħiet għal proposti tal 2007, l-2008, l-2009 u l-2010. Dawn huma obbligazzjonijiet kuntrattwali u legali (parti mill-impenji pendenti jew "RAL");

    – Pagamenti ta’ prefinanzjament dwar ir-RAL tal-ftehimiet ta' għotja diġà ffirmati (33 proġett) taħt is-sejħa għall-proposti FP7-SEC-2011-1. L-iskadenza għall-iffirmar tal-ftehimiet ta' għotja ta' din is-sejħa huwa qabel it-tmiem tal-2012;

    – Pagamenti ta’ prefinanzjament dwar il-ftehimiet il-ġodda ta' għotja li għandhom jiġu ffirmati taħt is-sejħa għall-proposti FP7-SEC-2012-1. Iż-"żmien sal-għoti" għandu jintlaħaq qabel tmiem l-2012 (li jirrappreżenta 7 proġetti).

    02 05 01 - Programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (+ EUR 4,9 miljun)

    It-talba għat-tisħiħ tammonta għal EUR 4,9 miljun, li jippermettu lill-Kummissjoni twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha (pagament ta' impenji pendenti) taħt il-Ftehim ta’ Delega ffirmat mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). Ammont ta' EUR 17,2 miljun diġà ntalab fit-Trasferiment Globali.

    L-allokazzjonijiet ta' pagament se jintużaw biex isir it-tieni pagament annwali kkuntrattat mal-ESA u biex jiġu ffinanzjati l-akkwisti addizzjonali diġà mnedija fl-2011 (8 satelliti addizzjonali + adattament ta' Ariane 5 + miżati). Dawn huma obbligi legali.

    04 05 01 – Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) (+ EUR 17,7 miljun)

    L-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta' EUR 50 miljun ivvotati fuq il-linja EGF fil-baġit 2012 issa huma eżawriti. It-tisħiħ huwa meħtieġ biex ikopri l-pagamenti għal ħames każijiet li għalihom il-proposta biex jiġi mmobilizzat l-EGF se tiġi ppreżentata sal-bidu ta’ Ottubru / tmiem Novembru. Il-każijiet ikkonċernati jkopru applikazzjonijiet mid-Danimarka, Spanja, l-Italja, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Finlandja.

    08 02 01 - Kooperazzjoni - Saħħa (+ EUR 79,8 miljun)

    L-implimentazzjoni tal-pagamenti fuq din il-linja kienet laħqet is-97,1% f'nofs Ottubru. It-tisħiħ huwa meħtieġ biex ikopri l-pagamenti interim u finali relatati ma' sejħiet għall-proposti preċedenti (FP-7-Health-2007/2008/2009/2010), għal ammont ta' EUR 9,8 miljun. Dan se jkopri pagamenti għal 40 proġett u jevita jew jimminimizza l-pagament ta' imgħaxijiet tard.

    EUR 70 miljun ulterjuri huma relatati mas-sejħa għall-proposta FP-7 Health-2012-Innovation-1 2012. Din is-sejħa tnediet f'Lulju 2011, bi skadenzi għas-sottomissjonijiet tal-4 ta’ Ottubru 2011 u t-8 ta’ Frar 2012 (għall-proċedura ta' żewġ stadji). Il-finanzjament minn qabel għall-proġetti magħżula issa huwa dovut sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fl-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti ta' riċerka.

    08 04 01 - Kooperazzjoni - Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ta' produzzjoni ġodda (+ EUR 63,9 miljun)

    L-implimentazzjoni ta' din il-linja f’nofs Ottubru ammontat għal 83,4%. It-tisħiħ mitlub se jkopri l-ħtiġiet għal pagamenti interim u finali relatati ma' sejħiet preċedenti għall-proposti bejn l-2009 u l-2011. Madwar 35 ftehim ta' għotjiet se jibbenefikaw, u jiġi evitat jew imminimizzat pagament ta' imgħaxijiet tard.

    Pagamenti ta’ prefinanzjament relatati ma' sejħiet għal proposti 2012 (FP7-NMP-2012-LARGE, FP7-NMP-2012-SMALL u FP7-NMP-2012-SME) huma wkoll dovuti, sabiex jiġi evitat kull dewmien fl-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti ta' riċerka .

    08 06 01 - Kooperazzjoni - Ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima) (+ EUR 39,1 miljun)

    Dan l-aġġustament jikkonċerna l-pagamenti ta’ prefinanzjament relatati mas-sejħiet għall-proposti 2012 u aktar speċifikament is-Sejħiet b’Żewġ Stadji FP7-EKE-2012. Iż-żmien tal-evalwazzjoni u tan-negozjati kien adattat sabiex jintlaħqu l-miri l-ġodda adottati fl-2012 (260 jum mid-data ta' għeluq tas-Sejħa għall-firma ta' 75% tal-ftehimiet ta' għotja). Għaldaqstant, mill-inqas 75% tal-ftehimiet ta' għotja nnegozjati għandhom jiġu ffirmati sal-aħħar ta' Ottubru u 95-100% sal-aħħar tas-sena. Skont ir-Regolament Finanzjarju, il-pagamenti tal-prefinanzjament għandhom isiru fi żmien 45 jum wara l-iffirmar tal-ftehim ta' għotja.

    Il-EUR 39,1 miljun addizzjonali huma meħtieġa sabiex isiru l-ħlasijiet tal-prefinanzjament ta’ madwar 15-il ftehim ta' għotja (mit-43 bħalissa nnegozjati għal din is-Sejħa). Dan it-tisħiħ huwa wkoll essenzjali sabiex jiġi evitat kull dewmien fl-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti ta' riċerka.

    08 10 01 — Ideat (+ EUR 30 miljun)

    It-tisħiħ mitlub jikkonċerna pagamenti ta’ prefinanzjament relatati mas-sejħiet għall-proposti 2012 (Għotjiet Avvanzati u tal-Bidu 2012). Iż-żmien ta' valutazzjoni/negozjar ta' dawn is-sejħiet ġie avvanzata. Madwar 35-40 pagament ta’ prefinanzjament għandhom isiru b’dawn l-approprjazzjonijiet addizzjonali. Dan it-tisħiħ se jevita wkoll kull dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ riċerka.

    09 04 01 01 - Appoġġ għall-kooperazzjoni fir-riċerka fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) (+ EUR 30 miljun)

    Il-progress attwali fin-negozjati għall-proġetti ta' kooperazzjoni FP7 ICT magħżula bi tweġiba għas-Sejħa 8 jeħtieġ twettiq ta’ aktar pagamenti ta’ prefinanzjament milli oriġinarjament mistenni għall-proġetti skedati li jibdew bejn Settembru u Diċembru 2012. B’mod partikolari hu mistenni li jiġu pproċessati 231 pagament ta’ prefinanzjament marbuta ma’ sejħiet tal-2012 qabel tmiem is-sena. B’żieda ma’ dan, 235 pretensjoni fuq kosti, marbuta ma’ proġetti selezzjonati f’sejħiet preċedenti jkollhom jitħallsu qabel tmiem is-sena. It-EUR 30 miljun addizzjonali mitluba huma l-minimu strett biex jiġu ssodisfati l-obbligi vis-à-vis partijiet terzi. Ir-rata ta' implimentazzjoni f’nofs Ottubru (70,0%) għandha titqies fil-kuntest tal-aċċellerazzjoni fil-pagamenti hekk kif tavvanza s-sena, u l-pagamenti li jifdal fuq il-linja se jiġu eżawriti sa kmieni f'Diċembru.

    15 02 22 - Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (+ EUR 180 miljun)

    Il-baġit disponibbli għall-programm Tagħlim Tul il-Ħajja ma jistax ikopri l-ħtiġijiet f’approprjazzjonijiet ta’ pagament sal-aħħar tas-sena. Sa minn nofs Ottubru, l-implimentazzjoni tal-pagamenti kienet diġà laħqet id-99,4%. Bħalissa huwa impossibbli li wieħed jipproċedi bil-Pagamenti intermedji (EUR 160,8 miljun) li huma dovuti skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-ftehimiet mal-aġenziji nazzjonali. EUR 19,3 miljun addizzjonali huma meħtieġa biex ikopru l-pagamenti tal-prefinanzjament, intermedji u finali tal-proġetti individwali ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).

    15 07 77 — People (+ EUR 102 miljun)

    It-tisħiħ se jippermetti lill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) biex tkopri l-pagamenti li għandhom isiru qabel tmiem l-2012. L-implimentazzjoni kienet laħqet l-84,9% f'nofs Ottubru.

    Aktar minn 70% tal-ammont mitlub jirrigwarda pagamenti għall-impenji pendenti li saru qabel l-2012 (RAL). Il-bqija se jkopri l-pagamenti tal-prefinanzjament fuq il-ftehimiet ġodda ta' għotja li għandhom jiġu ffirmati taħt is-sejħiet għall-proposti tal-2012 u li għandhom mira ta’ żmien sal-għotja li għandha tintlaħaq qabel tmiem l-2012.

    3.2.        Intestatura 1b Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

    It-talba totali għal żieda fl-intestatura 1b hija EUR 7 170,5 miljun, fuq erbatax-il linja tal-baġit, kif ġej:

    Linja tal-Baġit || Intestatura || Pagamenti (EUR)

    04 02 01 || Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Objettiv 1 (2000-2006) || 189 000 000

    04 02 02 || Tlestija tal-programm speċjali għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fl-Irlanda ta' Fuq u l-kontej konfinali tal-Irlanda (2000-2006) || 9 000 000

    04 02 04 || Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Objettiv 2 (2000-2006) || 2 000 000

    04 02 17 || Fond Soċjali Ewropew (FSE) – Konverġenza || 1 837 000 000

    04 02 19 || Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Kompetittività Reġjonali u impjiegi || 1 060 000 000

    04 02 20 || Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Assistenza teknika operattiva (2007-2013) || 3 500 000

    13 03 01 || Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Objettiv 1 (2000-2006) || 790 000 000

    13 03 04 || Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Objettiv 2 (2000-2006) || 80 000 000

    13 03 13 || Tlestija tal-inizjattiva tal-Komunità Interreg III (2000-2006) || 50 000 000

    13 03 16 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Konverġenza || 1 400 000 000

    13 03 19 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Kooperazzjoni territorjali Ewropea || 400 000 000

    13 04 01 || Fond ta’ Koeżjoni – Tlestija tal-proġetti preċedenti (ta’ qabel l-2007) || 250 000 000

    13 04 02 || Fond ta' Koeżjoni || 1 100 000 000

    Total || 7 170 500 000

    Rigward it-tlestija tal-programmi tal-perjodu preċedenti 2000-2006, il-Kummissjoni hija lesta li tipproċedi bil-pagamenti tal-bilanċ finali għal ħafna programmi, iżda l-approprjazzjonijiet korrispondenti fuq il-linji tal-baġit varji kkonċernati huma jew kompletament eżawriti jew se jiġu eżawriti dalwaqt. Għalhekk huwa neċessarju li jissaħħu l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-Baġit 2012 billi l-approprjazzjonijiet korrispondenti ma ġewx ibbaġittjati fl-Abbozz tal-Baġit 2013.

    Rigward il-programmi l-ġodda 2007-2013, l-applikazzjonijiet għall-pagament riċevuti mill-Istati Membri fil-15 ta' Ottubru huma ogħla mil-livell ta' applikazzjonijiet għall-pagament riċevuti s-sena li għaddiet fl-istess żmien. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet ukoll iċċarġjat fuq il-Baġit 2012, applikazzjonijiet għall-pagament mis-sena li għaddiet li setgħu tħallsu fl-2011 kieku l-approprjazzjonijiet kienu disponibbli. Peress li l-approprjazzjonijiet disponibbli huma biss ftit ogħla minn tas-sena li għaddiet, it-tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa neċessarju sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi legali u jiġi evitat ammont eċċessiv ta' applikazzjonijiet għall-pagament mhux imħallsa fl-aħħar tas-sena li jistgħu ma jkunux immaniġġjati b'mod xieraq fl-2013.

    04 02 01 - Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Objettiv 1 (2000-2006) (+ EUR 189 miljun)

    Diġà fil-bidu ta’ Ottubru, il-pagamenti fuq din il-linja kienu kważi eżawriti għal kollox (implimentazzjoni ta’ 99,8 %) L-ammont addizzjonali huwa meħtieġ biex ikopri l-ħtiġijiet ta' pagamenti relatati mal-għeluq tal-programmi u jirrappreżenta biss ammonti mhux ikkontestati li jirriżultaw minn analiżi dettaljata tad-dokumenti tal-għeluq.

    04 02 02 - Tlestija tal-programm speċjali għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fl-Irlanda ta' Fuq u l-kontej konfinali tal-Irlanda (2000-2006) (+ EUR 9 miljun)

    L-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali meħtieġa fuq din il-linja huma meħtieġa sabiex ikopru l-pagament tal-għeluq għall-għeluq ta' dan il-programm sal-aħħar tas-sena. L-ebda approprjazzjonijiet ta’ pagament ma kienu bbaġittjati fuq din il-linja fl-2012.

    04 02 04 - Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Objettiv 2 (2000-2006) (+ EUR 2 miljun)

    L-approprjazzjonijiet disponibbli f’din il-linja tal-baġit kien kważi ġew eżawriti sa nofs Ottubru (fadal anqas minn EUR 2 miljuni). Tisħiħ addizzjonali ta’ EUR 2 miljuni hu meħtieġ sabiex jitħallas il-bilanċ għal żewġ programmi li huma lesti biex jingħalqu.

    04 02 17 - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Konverġenza (+ EUR 1 837 miljun)

    L-istima tal-ħtiġijiet ta' pagament f'din il-linja ġiet riveduta ‘l fuq wara l-aktar analiżi riċenti tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni li tirrigwarda l-Fond Soċjali Ewropew. F'nofs Ottubru, l-implimentazzjoni laħqet is-96,3% tal-approprjazzjonijiet disponibbli u approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali huma meħtieġa biex ikopru l-ħtiġijiet qabel l-aħħar sena u l-implimentazzjoni sħiħa se tinkiseb malajr. Fl-istess żmien is-sena l-oħra, l-implimentazzjoni kienet ta' 74% tar-riżultat ta’ tmiem is-sena.

    04 02 19 - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Kompetittività reġjonali u impjiegi (+ EUR 1 060 miljun)

    L-istima tal-ħtiġijiet ta' pagament f'din il-linja ġiet riveduta ‘l fuq wara l-aktar analiżi riċenti tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni li tirrigwarda l-Fond Soċjali Ewropew. Sa mill-bidu ta' Ottubru, l-approprjazzjonijiet fuq din il-linja tal-baġit huma kompletament eżawriti, u talbiet għall-pagament pendenti huma imblokkati sakemm ikun hemm tisħiħ ta' din il-linja tal-baġit. Il-klejms pendenti jolqtu 14-il Stat Membru, u b’mod partikolari l-Ġermanja u r-Renju Unit.

    04 02 20 - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Assistenza teknika operattiva (2007-2013) (+ EUR 3,5 miljun)

    L-implimentazzjoni sa nofs Ottubru f'din il-linja laħqet id-99,6% tal-approprjazzjonijiet disponibbli. Approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali huma meħtieġa biex ikopru l-ħtiġijiet sa tmiem is-sena.

    13 03 01 - Tlestija tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Objettiv 1 (2000-2006) (+ EUR 790 miljun)

    L-għeluq tal-programmi operattivi relatati ma' din il-linja tal-baġit jinsab miexi b’pass mgħaġġel ħafna. F'nofs Ottubru, l-implimentazzjoni laħqet il-95,7% tal approprjazzjonijiet disponibbli. L-ammont addizzjonali huwa meħtieġ biex ikopri l-ħtiġijiet ta' pagamenti relatati mal-għeluq tal-programmi u jirrappreżenta biss ammonti mhux ikkontestati li jirriżultaw minn analiżi dettaljata tad-dokumenti tal-għeluq.

    13 03 04 - Tlestija tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Objettiv 2 (+ EUR 80 miljun)

    L-implimentazzjoni sa nofs Ottubru bħala perċentwali tal approprjazzjonijiet disponibbli kienet ta' 94,2%. L-għeluq miexi b’pass mgħaġġel u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jifdal mhux ser ikunu biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet pendenti li għandhom x'jaqsmu mal-ammonti mhux ikkontestati li jirriżultaw minn analiżi dettaljata tad-dokumenti tal-għeluq. Approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali huma għalhekk meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jitkomplew dawn il-pagamenti tal-għeluq.

    13 03 13 - Tlestija ta' Inizjattiva tal-Komunità Interreg III (2000-2006) (+ EUR 50 miljun)

    L-approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq din il-linja f’nofs Ottubru kienu kompletament eżawriti. L-ammont addizzjonali huwa meħtieġ biex ikopri l-ħtiġijiet ta' pagamenti relatati mal-għeluq tal-programmi u jirrappreżenta biss ammonti mhux ikkontestati li jirriżultaw minn analiżi dettaljata tad-dokumenti tal-għeluq.

    13 03 16 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Konverġenza (+ EUR 1 400 miljun)

    L-istima tal-ħtiġijiet ta' pagamenti f'din il-linja ġiet riveduta 'l fuq wara l-analiżi l-aktar riċenti tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni li tirrigwarda l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Ir-riżultati ta' din l-analiżi jindikaw li t-talbiet ta' pagament li huma mistennija li jkunu riċevuti mill-Istati Membri qabel l-aħħar tas-sena sostanzjalment jaqbżu l-approprjazzjonijiet disponibbli. Il-ħtiġijiet ta' pagamenti għola milli mistenni huma wkoll dovuti għall-fatt li wħud mit-talbiet għal pagamenti riċevuti fl-2011 setgħu biss jitħallsu fl-2012 (madwar EUR 4,6 biljun għal din il-linja). F'nofs Ottubru, l-implimentazzjoni tal-pagamenti fuq din il-linja kienet ta' 77,5%, li għandha titqabbel ma' 68,4% s-sena li għaddiet fl-istess żmien.

    13 03 19 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Koperazzjoni Territorjali Ewropea (+ EUR 400 miljun)

    Fil-bidu ta’ Ottubru, l-implimentazzjoni fuq din il-linja diġà kienet laħqet id-99,7%, tal approprjazzjonijiet disponibbli. Fl-istess żmien is-sena li għaddiet, l-implimentazzjoni kienet ta' 60% tar-riżultat ta' tmiem is-sena. Approprjazzjonijiet addizzjonali huma meħtieġa biex ikopru t-talbiet futuri għall-pagamenti mill-Istati Membri.

    13 04 01 - Fond ta' Koeżjoni - Tlestija ta' proġetti preċedenti (qabel l-2007) (+ EUR 250 miljun)

    Il-ħtiġijiet ta' pagamenti ogħla milli mistenni huma dovuti prinċipalment għall-fatt li l-għeluq ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni jinsab miexi b'pass mgħaġġel din is-sena u l-previżjonijiet jindikaw li din it-tendenza hija mistennija li tkompli. L-implimentazzjoni ta' nofs Ottubru tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq din il-linja laħqet it-92,9% tal approprjazzjonijiet disponibbli (meta mqabbla ma' biss 52% fl-istess żmien is-sena li għaddiet).

    13 04 02 — Fond ta’ Koeżjoni (+ EUR 1 100 miljun)

    L-istima tal-ħtiġijiet ta' pagamenti f'din il-linja ġiet riveduta 'l fuq wara l-analiżi l-aktar riċenti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni li tirrigwarda l-Fond ta' Koeżjoni. Ir-riżultati ta' din l-analiżi jindikaw li t-talbiet ta' pagamenti li huma mistennija li jkunu riċevuti mill-Istati Membri sostanzjalment jaqbżu l-approprjazzjonijiet disponibbli. L-implimentazzjoni ta' nofs Ottubru tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq din il-linja diġà laħqet is-76,2% li huwa sostanzjalment ogħla mill-livell milħuq fl-istess żmien is-sena li għaddiet (48%) u applikazzjonijiet għal pagamenti ulterjuri huma mistennija.

    3.3.        Intestatura 2 Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

    It-talba totali għal żieda fl-intestatura 2 hija ta’ EUR 1 169 miljun, fuq tliet linji tal-baġit, kif ġej:

    Linja tal-Baġit || Intestatura || Pagamenti (EUR)

    05 04 02 01 || Tlestija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Taqsima Gwida - reġjuni f'Oġġettiv 1 (2000-2006) || 111 000 000

    05 04 05 01 || Programmi tal-iżvilupp rurali || 1 041 000 000

    17 04 01 01 || Eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta' monitoraġġ u monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi ta' annimali li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa pubblika marbut ma' fattur estern - Miżuri ġodda || 17 000 000

    Total || 1 169 000 000

    05 04 02 01 — Tlestija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Taqsima Gwida - reġjuni f'Oġġettiv 1 (2000-2006) (+ EUR 111 miljun)

    L-appoprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli mhumiex se jkunu suffiċjenti biex isiru l-pagamenti ta’ għeluq previsti fl-2012. Dan huwa dovut għall-għeluq ta' programmi importanti fl-2012, notevolment għal Spanja, l-Italja u l-Portugall, li diġà huma fi stadju avvanzat ħafna tal-proċess ta' għeluq.

    05 04 05 01 - Programmi tal-iżvilupp rurali (+ EUR 1 041 miljun)

    Il-pagamenti finali li għandhom isiru fil-baġit 2012 taħt il-programmi għall-Iżvilupp Rurali jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet tal-infiq tat-tielet trimestru tal-Istati Membri li għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 ta' Novembru. Previżjonijiet riveduti, mitluba mill-Kummissjoni mill-Istati Membri, u rċevuti sal-bidu ta' Settembru, jindikaw li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal programmi tal-Iżvilupp Rurali 2007-2013 mhumiex se jkunu biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet. Madankollu, matul l-aħħar ftit snin, it-tbassir kellu tendenza li jaqbeż id-dikjarazzjoni b'ammont sinifikanti (bi 11% fl-2011). Għalhekk, il-Kummissjoni ħadet pożizzjoni prudenti u titlob approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali fuq il-bażi ta' tnaqqis ta' 15% applikat għal dawn il-previżjonijiet riveduti. Dan jimplika dikjarazzjonijiet tan-nefqa għat-tielet trimestru fl-istess ordni ta' kobor bħas-sena li għaddiet. Il-Kummissjoni ser issegwi mill-qrib id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li jmiss għat-tielet trimestru u tinforma lill-awtorità baġitarja b'kull bidla fil-ħtiġijiet addizzjonali ta' approprjazzjonijiet ta’ pagament.

    17 04 01 01 Eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta' monitoraġġ u monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi ta' annimali li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa pubblika marbut ma' fatt estern - Miżuri ġodda (+ EUR 17-il miljun)

    Hemm ħtieġa addizzjonali għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament biex ikopru l-obbligi pendenti vis-à-vis l-Istati Membri b'konformità mal-applikazzjoni ta' programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard tal-annimali għas-snin 2010 u qabel, iżda wkoll għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-2011, li kellhom rati ogħla ta' kofinanzjament. EUR 17-il miljun huma meħtieġa sabiex l-Istati Membri jiġu rrimborsati b’mod sħiħ għall-prefinanzjament tal-programmi. Madankollu, fir-rigward tal-impenji, is-sitwazzjoni favorevoli tas-saħħa tal-annimali fl-2012 fissret li l-impenji kollha meħtieġa diġà saru, b'tali mod li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li fadal mhux se jkunu meħtieġa fl-2012 (ara t-taqsima 4 hawn taħt).

    3.4.        Intestatura 3a Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

    It-talba totali għal żieda fl-intestatura 3a hija ta’ EUR 10 miljun fuq linja waħda tal-baġit:

    Linja tal-Baġit || Intestatura || Pagamenti (EUR)

    18 02 09 || Fond Ewropew għar-Ritorn || 10 000 000

    Total || 10 000 000

    18 02 0 9 - Fond Ewropew għar-Ritorn (+ EUR 10 miljun)

    L-approprjazzjonijiet ta’ pagament allokati għall-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-2012 mhumiex biżżejjed biex iħallsu għall-ewwel prefinanzjamenti relatati mal-programmi annwali tal-2012, f'konformità mal-bażi legali, li tipprevedi li prefinanzjament ta' 50% tal-impenji relatati jitħallas awtomatikament mal-adozzjoni tal-programmi annwali nazzjonali. Tisħiħ ta' EUR 10 miljun huwa għalhekk mitlub biex jippermetti lill-ewwel prefinanzjamenti li jifdal sabiex jitħallsu lill-Istati Membri.

    3.5.        Intestatura 4 L-UE bħala Attur Globali

    It-talba totali għal żieda fl-intestatura 4 hija ta’ EUR 67,1 miljun fuq erba’ linji tal-baġit:

    Linja tal-Baġit || Intestatura || Pagamenti (EUR)

    19 08 01 03 || Viċinat u Partenarjat Ewropew - kooperazzjoni finanzjarja mal-Lvant tal-Ewropa || 12 000 000

    21 05 01 01 || Saħħa || 14 400 000

    23 02 01 || Għajnuna umanitarja || 23 687 548

    23 02 02 || Għajnuna alimentari || 17 000 000

    Total || 67 087 548

    19 08 01 03 - Viċinat u Partenarjat Ewropew - kooperazzjoni finanzjarja mal-Lvant tal-Ewropa (+ EUR 12-il miljun)

    Wara r-reviżjoni ta’ valutazzjoni ta' nofs is-sena, il-ħtiġijiet għall-pagamenti għall 2012 ġew riveduti u aġġornati, u juru ħtieġa pendenti ta' EUR 83 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. Ħafna minn dan se jintlaħaq permezz ta' riallokazzjoni interna, iżda nuqqas ta' EUR 12-il miljun għadu jrid jiġi kopert.

    L-implimentazzjoni ta' din il-partita tal-baġit kienet fuq jew qrib il-100% f'kull waħda mis-snin baġitarji li għaddew. Hija linja li fuqha l-pagamenti jaċċelleraw fl-aħħar tas-sena għal żewġ raġunijiet strutturali ewlenin. L-ewwel, in-natura tal-proċess tal-Pjan ta' Azzjoni Annwali, b'enfasi fuq l-impenji matul l-ewwel nofs ta' kull sena. It-tieni, il-profil tal-pagamenti l-kbar fil-Viċinat tal-Lvant, li għandhom tendenza li jkunu porzjonijiet ta' appoġġ tal-baġit u pagamenti ta’ prefinanzjament għall-faċilitajiet ta' investiment (eż. il-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat u l-FEMIP - Faċilità Euro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija). Dan it-tip ta' pagament huwa pjuttost prevedibbli, u normalment iseħħ fi tmiem is-sena.

    21 05 01 01 - Saħħa (+ EUR 14,4 miljun)

    L-implimentazzjoni tal-pagamenti fuq din il-linja laħqet il-100% kmieni f'Ottubru. Mill-ħtieġa totali għat-tisħiħ ta' EUR 29 miljun, EUR 14,6 miljun jistgħu jiġu akkomodati fit-Trasferiment Globali. Il-EUR 14,4 miljun li baqa’ issa huma mitluba f'dan il-baġit emendatorju.

    Bħalissa hemm total ta' 128 kuntratt ta' għotja u 13-il ftehim ta' kontribuzzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali taħt din il-linja tal-baġit. Il-ħtieġa ta' approprjazzjonijiet ta’ pagament hija ogħla milli inizjalment previst, minħabba talbiet ta' pagament relatati ma' kuntratti ffirmati tard fl-2011 u kmieni fl-2012. Għandu jkun innutat li:

    – fil-proċedura tal-għażla, il-kuntratti taħt is-sejħiet għal proposti dwar il-bini tal-kapaċità tal-Atturi Mhux Statali għall-aċċess għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-HIV-AIDS fl-ENPI kienu ffirmati biss sa tmiem Diċembru 2011 u għalhekk l-ewwel pagamenti fuq dawn il-kuntratti kienu mdewma mill-2011 għall-2012;

    – l-ewwel pagamenti dovuti fuq ftehim ta' kontribuzzjoni tal-2011 mal-Fond tal-Popolazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNFPA) ma ġewx kompletament imħallsa fl-2011, u tħalla bilanċ li għandu jitħallas mill-approprjazzjonijiet tal-2012. Fiż-żmien meta l-Abbozz tal-Baġit tal-2012 ġie ppreżentat (April 2011), l-identifikazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni Annwali tal-2012 kienet fi stadju bikri, u l-konsegwenzi sħaħ f'termini ta' bżonnijiet ta' pagamenti ma kinux definittivi;

    – il-pagament finali lill-Alleanza Globali għall-Vaċċini u l-Immunizzazzjoni inizjalment previst għall-2013 issa se jseħħ fl-2012 billi l-proġett ġie ffinalizzat aktar kmieni milli previst.

    23 02 01 - Għajnuna umanitarja (+ EUR 23,7 miljun)

    Il-baġit inizjali f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq il-linja tal-baġit tal-għajnuna umanitarja, kif approvat mill-Awtoritajiet tal-Baġit, kien EUR 35 miljun inqas mill-ammont fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn. Fl-istess ħin, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament meħtieġa għall 2012 huma qrib għall-impenji u r-RAL l-aktar riċenti (2010/2011) li għad irid jitħallas huwa ta’ EUR 159 miljun. L-implimentazzjoni tal-pagamenti f’din il-linja tal-baġit kienet ta’ 99,0% f'nofs Ottubru.

    Barra minn hekk, il-linja tal-baġit għajnuna umanitarja ġiet imsaħħa bi EUR 150 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn biex jiġu ttrattati l-kriżijiet umanitarji fis-Sudan, is-Sudan t'Isfel, il-Jemen, is-Sirja, il-Qarn tal-Afrika u l-Pakistan. Ir-rinforzi nkisbu permezz tal-użu tar-Riżerva għal Għajnuna f'Emerġenza (EAR) u riorganizzazzjoni fi ħdan l-intestatura 4.

    It-tisħiħ korrispondenti fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien biss 58% tal-ammont fl-impenji, filwaqt li l-Kummissjoni tagħmel pagamenti ta’ prefinanzjament ta' 80% fil-bidu tal-operazzjonijiet umanitarji. Il-Kummissjoni għalhekk speċifikament semmiet fit-talbiet tagħha ta' trasferiment lill-Awtoritajiet tal-Baġit li approprjazzjonijiet ta’ pagament supplimentari kienu se jintalbu aktar tard fis-sena. Minn total ta’ EUR 88 miljun meħtieġa, EUR 64,3 miljun diġà ġew mitluba fit-Trasferiment Globali.

    23 02 02 - Għajnuna alimentari (+ EUR 17-il miljun)

    Il-baġit inizjali f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq il-linja tal-baġit għajnuna alimentari, kif approvat mill-Awtorità tal-Baġit, kien EUR 21 miljun inqas mill-ammont fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn. Fl-istess ħin, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament meħtieġa għall 2012 huma qrib għall-impenji u r-RAL l-aktar riċenti (2010/2011) li għad irid jitħallas huwa ta’ EUR 63 miljun. Sal-bidu ta' Ottubru, l-implimentazzjoni tal-pagamenti f’din il-linja tal-baġit kienet laħqet il-100%.

    Il-linja tal-baġit għajnuna alimentari ġiet imsaħħa bi EUR 90 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn biex jiġu ttrattati l-kriżijiet umanitarji fis-Sahel, is-Sudan / is-Sudan t’Isfel u l-kriżi tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika. Ir-rinforzi nkisbu permezz tal-użu tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u riorganizzazzjoni fi ħdan l-intestatura 4. Ir-rinforzi korrispondenti fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu biss 19 % tal-ammont fl-impenji, filwaqt li l-Kummissjoni tagħmel pagament ta' prefinanzjament ta' 80% fil-bidu tal-operazzjonijiet umanitarji. Il-Kummissjoni diġà semmiet fit-talbiet tagħha ta' trasferiment lill-Awtorità Baġitarja li approprjazzjonijiet ta’ pagament supplimentari jistgħu jkunu meħtieġa aktar tard fis-sena. Minn total ta’ EUR 51 miljun meħtieġa, EUR 34 miljun diġà ġew mitluba fit-Trasferiment Globali.

    4.           Tnaqqis fl-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn u ta’ Pagament

    Il-Kummissjoni identifikat numru ta' partiti tal-baġit li għalihom parti mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli mhux se jintużaw sal-aħħar tas-sena, u għalhekk tipproponi li jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn ibbaġittjati b'mod li jikkorrispondi ma' dan. F'xi każijiet, ammont li jikkorrispondi ma' dan ta' approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa wkoll disponibbli, u huwa riallokat fi ħdan dan il-baġit emendatorju. It-tnaqqis totali kkonċernat jammonta għal EUR 133,4 miljun għall-impenji u EUR 47,4 miljun għall pagamenti.

    Il-lista sħiħa, skont l-intestatura, tidher hawn taħt:

    Linja tal-Baġit || Intestatura || Impenji (f’EUR) || Pagamenti (f’EUR) || Ġustifikazzjoni

    09 02 04 01 || Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) - Uffiċċju - Kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2 || - 1 102 937 || || Fid-19 ta’ Awwissu 2012, il-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Uffiċċju BEREC approva baġit emendatorju ta’ aġenzija. It-tnaqqis propost fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn jikkorrispondi għad-differenza bejn is-sussidju tal-UE lill-Aġenzija, awtorizzat fil-baġit 2012, u l-baġit emendat tal-Uffiċċju BEREC.

    26 02 01 || Proċeduri għall-għoti u r-riklamar ta' kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u kuntratti  ta' servizz pubbliċi || - 1 600 000 || || Kuntrarjament għall-previżjoni inizjali, tnaqqis sinifikanti fil-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tipi oħra ta' avviżi pubbliċi ġie osservat fl-ewwel tliet trimestri tal-2012. Barra minn hekk, kuntratt ta' produzzjoni ġdid bi prezzijiet aktar baxxi se jidħol fis-seħħ f'Diċembru 2012. Dawn il-fatturi jiġġeneraw eċċess ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn.

    29 02 03 || Programm Statistiku tal-Unjoni 2008-2012 || - 5 000 000 || || L-abbozz tar-Regolament dwar l-Istħarriġ tal-UE dwar is-Sikurezza ġie adottat mill-Kummissjoni f'Ġunju 2011 u issa qed jiġi diskuss mill-Kunsill u l-Parlament. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-Istħarriġ tal-UE dwar is-Sikurezza (SASU) għandu jitwettaq mill-Istati Membri fl-2013. Eurostat kien alloka l-fondi baġitarji neċessarji fl-2012 biex iwettaq l-istħarriġ tas-sikurezza immedjatament wara l-adozzjoni tar-Regolament. Kif ħareġ ċar waqt il-proċess leġiżlattiv, aktar żmien huwa meħtieġ biex jippermetti li jintlaħaq ftehim fil-livell tal-leġiżlatur Ewropew, u l-adozzjoni hija prevista għall-2013, sena aktar tard milli oriġinarjament ippjanat. Ammont ta' EUR 6 miljun oriġinarjament kien allokat għal dan il-proġett, li minnhom EUR 5 miljun mhux ser jintużaw u għalhekk jistgħu jiġu allokati mill-ġdid.

    Total tal-Intestatura 1a || - 7 702 937 || 0 ||

    05 04 05 02 || Għajnuna teknika EAFRD || - 13 000 000 || || L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli mhumiex mistennija li jkunu użati kompletament, u se jħallu bilanċ pożittiv ta' EUR 13-il miljun. Il-nuqqas ta' eżekuzzjoni fuq din il-linja fl-2012 diġà ttieħed f’kunsiderazzjoni fl-Abbozz tal-Baġit tal-2013.

    11 03 01 || Ftehimiet internazzjonali tas-sajd || - 49 606 || - 76 191 || Xi approprjazzjonijiet mhumiex meħtieġa wara li jsiru l-impenji kollha meħtieġa marbuta mal-ftehimiet internazzjonali tas-sajd fis-seħħ fl-2012 u l-pagament ta’ wħud mill-ammonti RAL (appoġġ settorjali għall-Madagaskar u l-ftehimiet ta' Kiribati u l-kumpens dovut lir-Repubblika tal-Ginea għall-2010).

    11 03 02 || Kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjonijiet internazzjonali || - 798 015 || || Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għal żewġ organizzazzjonijiet reġjonali mhix dovuta din is-sena minħabba d-dewmien tad-dħul fis-seħħ tal-mandat ta' dawn l-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, il-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju wasslu għal spejjeż aktar baxxi.

    11 03 04 || Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea lill-korpi mwaqqfa min-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, 1982 || - 33 234 || - 22 877 || Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali kienet inqas milli previst inizjalment.

    11 06 11 || Fond Ewropew għas-Sajd (EFF) – Assistenza teknika operattiva || - 477 119 || || Il-kontribuzzjoni għall-azzjonijiet meħuda fl-2012 hija anqas milli previst inizjalment.

    11 07 02 || Appoġġ għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd (titjib tal-parir xjentifiku) || - 240 000 || || Approprjazzjoni mhix meħtieġa fl-2012 minħabba dewmien fil-finalizzazzjoni tal-kuntratt ta’ qafas għal parir xjentifiku.

    17 04 01 01 || Eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta' monitoraġġ u monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi ta' annimali li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa pubblika marbuta ma' fattur estern - Miżuri ġodda || - 57 640 000 || || Minħabba s-sitwazzjoni favorevoli tas-saħħa tal-annimali fl-2012, l-impenji kollha meħtieġa diġà saru b'tali mod li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li fadal mhux se jkunu meħtieġa fl-2012.

    17 04 03 01 || Fond ta' emerġenza għal ilmenti veterinarji u kontaminazzjonijiet oħrajn tal-annimali li huma ta' riskju għall-fattur pubbliku - Miżuri ġodda || - 4 400 000 || || Minħabba s-sitwazzjoni favorevoli tas-saħħa tal-annimali fl-2012, it-talbiet għall-kontribuzzjoni mill-Fond ta' Emerġenza se jkunu biss nofs il-provvediment stabbilit fil-bidu tas-sena. Żieda ta' EUR 17-il miljun f’pagamenti hija spjegata fit-taqsima 3 ta' hawn fuq.

    17 04 07 01 || Għalf u ikel u attivitajiet relatati - Miżuri ġodda || - 3 380 000 || || Din is-sena se jiġu ffinanzjati inqas azzjonijiet milli kien ippjanat inizjalment.

    Total Intestatura 2 || - 80 017 976 || - 99 068 ||

    09 02 05 || Miżuri oħra fis-settur awdjoviżiv u tal-midja || - 40 741 || || It-tnaqqis propost fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa r-riżultat tal-kanċellazzjoni ta' proċedura ta' akkwist għal studju dwar mudelli ta' negozju għall-fornituri ta' kontenut tal-internet (SMART2012/0030) minħabba li eżerċizzju simili jitwettaq minn Servizz tal-Kummissjoni ieħor.

    Total Intestatura 3b || - 40 741 || 0 ||

    40 02 41 || Approprjazzjonijiet differenzjati - Ftehimiet Internazzjonali tas-Sajd (Riżerva) || - 45 652 520 || - 47 252 520 || Numru ta' ftehimiet li bħalissa qed jiġu nnegozjati mhux se jkunu adottati sa tmiem is-sena (il-Marokk, il-Gabon, il-Gżejjer Solomon, il-Ginea-Bissaw). Għalhekk, l-approprjazzjonijiet imdaħħla fir-riżerva għal dan il-għan mhux se jintużaw fl-2012.

    Riżervi totali għal interventi finanzjarji || - 45 652 520 || - 47 252 520 ||

    TOTAL FINALI || - 133 414 172 || - 47 351 588 ||

    5.           Tabella sommarja skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju

    Intestatura/subintestatura tal-Qafas Finanzjarju || Qafas finanzjarju 2012 || Baġit 2012 (inkl. BE 1-3/2012 u ABE 4-5/2012) || ABE 6/2012 || Baġit 2012 (Inkl. BE 1-3/2012 u ABE 4-6/2012)

    AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP

    1. TKABBIR SOSTENIBBLI || || || || || || || ||

    1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 14 853 000 000 || || 15 403 000 000 || 11 482 916 106 || - 7 702 937 || 625 316 535 || 15 395 297 063 || 12 108 232 641

    Marġni || || || - 50 000 000 || || || || - 42 297 063 ||

    1b. Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi || 52 761 000 000 || || 52 752 576 141 || 43 835 746 321 || || 7 170 500 000 || 52 752 576 141 || 51 006 246 321

    Marġni || || || 8 423 859 || || || || 8 423 859 ||

    Total || 67 614 000 000 || || 68 155 576 141 || 55 318 662 427 || - 7 702 937 || 7 795 816 535 || 68 147 873 204 || 63 114 478 962

    Marġni[12] || || || - 41 576 141 || || || || - 33 873 204 ||

    2. PRESERVAZZJONI U ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI || || || || || || || ||

    Li minnhom nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 48 093 000 000 || || 43 969 637 305 || 43 875 978 049 || - 65 420 000 || 17 000 000 || 43 904 217 305 || 43 892 978 049

    Total || 60 810 000 000 || || 59 975 774 185 || 57 034 220 262 || - 125 670 494 || 1 121 648 412 || 59 850 103 691 || 58 155 868 674

    Marġni || || || 834 225 815 || || || || 959 896 309 ||

    3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA || || || || || || || ||

    3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja || 1 406 000 000 || || 1 367 806 560 || 835 577 878 || || 10 000 000 || 1 367 806 560 || 845 577 878

    Marġni || || || 38 193 440 || || || || 38 193 440 ||

    3b. Ċittadinanza || 699 000 000 || || 1 385 690 821 || 1 336 954 221 || - 40 741 || || 1 385 650 080 || 1 336 954 221

    Marġni || || || 1 563 220 || || || || 1 603 961 ||

    Total || 2 105 000 000 || || 2 753 497 381 || 2 172 532 099 || - 40 741 || 10 000 000 || 2 753 456 640 || 2 182 532 099

    Marġni[13] || || || 39 756 660 || || || || 39 797 401 ||

    4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI || 8 997 000 000 || || 9 405 937 000 || 6 955 083 523 || || 67 087 548 || 9 405 937 000 || 7 022 171 071

    Marġni[14] || || || - 150 000 000 || || || || - 150 000 000 ||

    5. AMMINISTRAZZJONI || 8 523 000 000 || || 8 279 641 996 || 8 277 736 996 || || || 8 279 641 996 || 8 277 736 996

    Marġni[15] || || || 327 358 004 || || || || 327 358 004 ||

    TOTAL || 148 049 000 000 || 141 360 000 000 || 148 570 426 703 || 129 758 235 307 || - 133 414 172 || 8 994 552 495 || 148 437 012 531 || 138 752 787 802

    Marġni || || || 1 209 764 338 || 12 445 957 052 || || || 1 43 178 510 || 3 451 404 557

    [1]               ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    [2]               ĠU L 56, 29.2.2012, p. 1.

    [3]               ĠU L 184, 13.7.2012, p. 1.

    [4]               ĠU L 214, 10.8.2012, p. 1.

    [5]               ĠU L 221, 17.8.2012, p. 1.

    [6]               COM(2012) 340.

    [7]               COM(2012) 536.

    [8]               ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1.

    [9]               Bilanċi u aġġustament ta' bilanċi bbażati fuq il-VAT għas-snin finanzjarji preċedenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10(4), (5) u (8) tar Regolament (KE, EURATOM) Nru 1150/2000.

    [10]             Bilanċi u aġġustament ta' bilanċi bbażati fuq l-introjtu/prodott nazzjonali gross għas-snin finanzjarji preċedenti bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10(6) sa (8) tar Regolament (KE, EURATOM) Nru 1150/2000.

    [11]             Dazji tad-dwana u dazji oħra msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE.

    [12]             Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhux inkluż fil-kalkolu tal-marġini taħt l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun). EUR 50 miljun ‘il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati bil-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibbiltà.

    [13]             L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiddaħħal apparti l-intestaturi relevanti kif previst mit-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006 (mhux disponibbli bil-Malti))

    [14]             Il-marġni tal-2012 għall-intestatura 4 ma jqisx l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EUR 258,9 miljun). EUR 150 miljun ‘il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati bil-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibbiltà.

    [15]             Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, ittieħed kont tan-nota (1) f'qiegħ il-paġna tal-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 84 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

    Top