This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0392
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS A Reinforced European Research Area Partnership for Excellence and Growth
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Sħubija Rinfurzata taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u għat-Tkabbir
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Sħubija Rinfurzata taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u għat-Tkabbir
/* COM/2012/0392 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Sħubija Rinfurzata taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u għat-Tkabbir /* COM/2012/0392 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Sħubija Rinfurzata taż-Żona
Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u għat-Tkabbir (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 1. Iż-ŻER f’kuntest ekonomiku u
politiku ġdid Tittejjeb il-prestazzjoni
tar-riċerka tal-Ewropa għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-ħolqien
tal-impjiegi L-għarfien huwa l-munita tal-ekonomija
l-ġdida. Għalhekk kapaċità ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni
fuq quddiem nett fil-livell dinji, li tkun mibnija fuq bażi xjentifika
pubblika f’saħħitha, hija ta’ importanza kritika għall-ksib ta’
rkupru ekonomiku dejjiemi u sabiex tkun żgurata l-pożizzjoni
tal-Ewropa fl-ordni globali emerġenti. L-investiment dirett barrani esoġenu tal-UE
fir-riċerka u l-iżvilupp qed jirnexxi, billi jirreżisti
għax-xejra ta’ tnaqqis fl-investiment dirett barrani kumplessiv
esoġenu.[1]. Iżda l-indikaturi
tal-kwalità, l-eċċellenza u l-impatt fil-qasam xjentifiku juru
dgħufija tal-pożizzjoni globali tal-UE u esodu kontinwu ta' talent
xjentifiku. Il-Kummissjoni pproponiet żieda
fil-baġit tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp għal
EUR 80 biljun għall-inizjattiva Orizzont 2020, u l-Istati
Membri impenjaw ruħhom għall-mira tal-UE biex sal-2020 jinvestu fuq
medja 3 % tal-PDG tal-UE fir-riċerka. Iżda biex ir-ritorn fuq
dan l-investiment jiġi massimizzat, l-Ewropa għandha żżid
l-effiċjenza, l-effettività u l-eċċellenza tas-sistema
tar-riċerka pubblika tagħha. Din hija r-raġuni għaliex iż-Żona
Ewropea tar-Riċerka (ŻER) tinsab fil-qalba tal-istrateġija
Ewropa 2020 u tal-inizjattiva ta’ politika ewlenija tagħha, l-Unjoni
tal-Innovazzjoni[2] kif ukoll għaliex
il-Kunsill Ewropew talab biex iż-ŻER titlesta sal-2014[3].
L-Unjoni tal-Innovazzjoni għandha l-għan li tiżgura li prodotti
u servizzi ġodda intensivi fl-għarfien jikkontribwixxu sostanzjalment
għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi, imma bażi xjentifika
ta’ livell tassew dinji hija kruċjali biex dan il-għan jinkiseb. Għan ewlieni taż-ŻER huwa wkoll
li jonqsu kemm l-esodu tal-imħuħ notevolment minn reġjuni aktar
dgħajfa, kif ukoll il-varjazzjoni reġjonali fuq firxa wiesgħa
fil-prestazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni, li jimmiraw għal
eċċellenza madwar l-Unjoni permezz tal-ispeċjalizzazzjoni
intelliġenti. Bħalma sar għall-proposta
tal-Kummissjoni għal Orizzont 2020, dan kollu għandu jinkiseb
bl-użu ta’ regoli u proċeduri li huma sempliċi kemm jista’ jkun
mill-perspettiva tal-utent. Id-definizzjoni taż-ŻER –
il-ftuħ u l-konnessjoni tas-sistemi tar-riċerka tal-UE Iż-ŻER hija bbażata fuq
27 sistema nazzjonali tar-riċerka tal-Istati Membri ffinanzjati
mid-dħul mit-taxxi nazzjonali. Dawn se jibqgħu distinti safejn ikun
ta’ benefiċċju għall-UE u għall-Istati Membri individwali,
billu jippermetti lill-Ewropa tieħu vantaġġ sħiħ mid-diversità
xjentifika, kulturali u ġeografika tagħha. Huwa essenzjali li
l-Istati Membri u r-reġjuni jibnu sistemi tar-riċerka tagħhom
stess, ibbażati fuq l-elementi pożittivi tagħhom stess,
f’konformità mal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti. Madankollu, jeħtieġ
li s-sistemi nazzjonali ikunu aktar miftuħa għal xulxin u
għad-dinja, aktar interkonnessi u aktar interoperabbl sabiex
iż-ŻER issir żona kompetittiva fil-livell globali li tippermetti
lill-Ewropa tkun mexxejja dinjija fl-indirizzar tal-isfidi kbar u fejn l-Istati
Membri kollha jipparteċipaw. Dan se jiġġenera kemm aktar
kompetizzjoni kif ukoll aktar kooperazzjoni. Il-kompetizzjoni tiżgura li
l-finanzjament ikun allokat lill-aħjar riċerkaturi u timijiet
tar-riċerka, filwaqt li l-kooperazzjoni tippermetti li l-aħjar
imħuħ jaħdmu flimkien sabiex jitħaffu l-iskoperti u
jiġu indirizzati l-isfidi l-kbar (it-tixjiħ tal-popolazzjoni,
is-sigurtà tal-enerġija, il-mobbiltà, id-degradazzjoni ambjentali,
eċċ) kif ukoll tevita d-duplikazzjoni żejda tal-investiment fir-riċerka
u fl-infrastruttura nazzjonali. Fid-dawl tal-innovazzjoni miftuħa u
tan-natura dejjem aktar kollaborattiva tax-xjenza, it-tlestija
taż-ŻER tfisser ukoll ir-realizzazzjoni tal-‘ħames libertà’[4]
- iċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien
xjentifiku, inkluż permezz ta’ mezzi diġitali[5].
Id-definizzjoni li ġejja taż-ŻER hija bbażata fuq
it-Trattat ta' Liżbona[6] u fuq
il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew: żona tar-riċerka
unifikata miftuħa għad-dinja bbażata fuq is-Suq Intern, li fiha
r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija
jiċċirkolaw liberament u li permezz tagħha l-Unjoni u l-Istati
Membri tagħha jsaħħu s-sisien xjentifiċi u
teknoloġiċi tagħhom, il-kompetittività tagħhom u
l-kapaċità tagħhom li jindirizzaw kollettivament l-isfidi l-kbar. Il-prijoritajiet taż-ŻER Fuq il-bażi
tal-analiżi tal-elementi pożittivi u tan-nuqqasijiet fis-sistemi
tar-riċerka tal-Ewropa[7] u fuq il-bażi
tal-għan ġenerali li sal-2014 jiġu stimolati passi ta’ tibdil
dejjiema fil-prestazzjoni u fl-effettività tar-riċerka tal-Ewropa, il-prijoritajiet
taż-ŻER huma: ·
Sistemi nazzjonali tar-riċerka aktar
effettivi – inkluż żieda fil-kompetizzjoni
fi ħdan il-limiti tal-fruntieri nazzjonali u investiment sostenut jew
aktar investiment fir-riċerka ·
Kooperazzjoni u kompetizzjoni transnazzjonali
ottimi – id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’
aġendi komuni tar-riċerka dwar sfidi kbar, it-titjib tal-kwalità
permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa madwar l-Ewropa, u l-bini u
t-tħaddim effettiv ta’ infrastrutturi tar-riċerka ewlenin fuq
bażi pan-Ewropea ·
Suq tax-xogħol miftuħ
għar-riċerkaturi - li jiżgura
t-tneħħija tal-ostakli fir-rigward ta’ mobbiltà, taħriġ u
karrieri attraenti għar-riċerkaturi ·
L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni
tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka – biex
jinġieb fi tmiemu t-telf ta’ talent prezzjuż u sabiex jiġu
diversifikati l-opinjonijiet u l-approċċi fir-riċerka u
titrawwem l-eċċellenza ·
L-ottimizzazzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-aċċess
għall-għarfien xjentifiku u t-trasferiment tiegħu inkluż permezz
taż-ŻER diġitali - dan jiggarantixxi
l-aċċess għall-għarfien u l-użu tiegħu għal
kulħadd. It-tlestija taż-ŻER se
ġġib l-effiċjenza, il-kwalità u gwadannji tal-impatt kif ukoll
opportunitajiet ġodda għall-Istati Membri kollha. Hija opportunità
għall-Istati Membri bi prestazzjoni aktar baxxa biex jieħdu
r-responsabbiltà tar-riformi fis-sistema tagħhom tar-riċerka, billi
jmexxu proċess tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u billi
jgħinu sabiex jingħalaq id-distakk fl-innovazzjoni. Il-programm
Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali se jkunu ta’ appoġġ
għal dan. Id-dimensjoni esterna hija parti vitali,
trasversali u integrali taż-ŻER. Din se tkun indirizzata aktar tard
fl-2012 bħala parti minn Komunikazzjoni separata dwar approċċ
strateġiku għat-tisħiħ u l-iffokar tal-kooperazzjoni
internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-qagħda bħalissa Iż-ŻER mhix se tibda mix-xejn.
Mill-2000, l-UE, l-Istati Membri, il-pajjiżi oħrajn involuti u
l-partijiet interessati għamlu progress sostanzjali. Eżempji ta’ progress fil-bini
ta’ ŻER Il-Programmi Kwadri suċċessivi
kkontribwixxew għaż-ŻER permezz ta’ azzjoni diretta[8]
u indiretta inklużi inizjattivi ewlenin tal-Kummissjoni: ·
il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka li jinvolvi
kompetizzjoni Ewropea fuq firxa wiesgħa għall-eċċellenza
fir-riċerka innovattiva ·
L-ERA-NETs għall-koordinazzjoni tal-programmi
tar-riċerka Ewropej, nazzjonali u reġjonali (eż. E-Rare li
jikkoordina madwar nofs ir-riċerka tal-mard rari fl-Ewropa) ·
L-inizjattivi tal-Artikolu 185 li
jgħaqqdu l-isforzi tal-UE, nazzjonali u reġjonali f’programmi Ewropej
uniċi (eż. l-inizjattiva EMRP dwar il-metroloġija li tiġbor
flimkien 44 % tar-riżorsi fl-UE kollha għax-xjenza dwar
is-sistema tal-kejl) ·
L-azzjonijiet Marie Curie li għamlu l-mobbiltà
possibbli għal aktar minn 60 000 riċerkatur L-inizjattivi tal-Istati Membri: ·
Passi lejn politika koordinata
għall-infrastrutturi tar-riċerka eż. it-twaqqif tal-Forum
Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI) li
pproduċa l-ewwel Pjan Direzzjonali Ewropew għall-Infrastrutturi
tar-Riċerka[9] u żewġ
infrastrutturi Ewropej tar-riċerka[10] mogħtija
status ta’ Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (ERIC[11])
flimkien ma’ ħafna oħrajn imnedija jew li qed jitħejjew[12]. ·
Il-Programmazzjoni Konġunta[13]
sabiex jiġu indirizzati sfidi kbar li qed żżid fil-momentum u
fl-impenn politiku – eż. il-ftehim tal-Istati Membri tal-2010 dwar linji
gwida dwar l-kundizzjonijiet ta’ qafas tal-programmazzjoni konġunta
fir-riċerka[14] - każ separat hija
l-Alleanza Ewropea għar-Riċerka fl-Enerġija biex twettaq
programmi tar-riċerka pan-Ewropej fil-kuntest tal-Pjan
tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET-Plan)[15] ·
Is-Sħubija Ewropea għal Riċerkaturi[16]
li twassal għall-ġestjoni mtejba tal-karrieri fir-riċerka
f’għadd dejjem jikber ta’ istituzzjonijiet – din ippromwoviet
l-utilizzazzjoni tal-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi
ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi[17]
(il-Karta u l-Kodiċi), li kienet proposta mill-Kummissjoni, li ċerti
Stati Membri ttrasponew fil-kuntesti nazzjonali tagħhom u li ħolqot
oqfsa ta’ faċilitar[18] b’riżultati tajbin
ħafna ·
Ħidma konġunta fuq it-Trasferiment
tal-Għarfien[19] li għenet biex
tiżgura li l-Istati Membri jadottaw politiki dwar it-tixrid
tal-għarfien Il-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew
tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija qed jgħinu biex iwaqqfu
sħubijiet pan-Ewropej fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni –
li għandhom jifformaw parti minn Orizzont 2020 Madankollu, il-progress kien wieħed
irregolari fid-dimensjonijiet differenti taż-ŻER u fl-Istati Membri.
Filwaqt li l-infrastrutturi tar-riċerka, pereżempju, ibbenefikaw minn
taħlita ta’ korp strateġiku, pjan direzzjonali u regolazzjoni,
l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni konġunta għadha kajmana
ħafna u ma nkisbux livelli ottimi ta’ kompetizzjoni. Barra minn hekk,
il-varjabbiltà bejn l-Istati Membri aktar avvanzati u dawk li għadhom lura
hija kbira b’mod partikolari fil-prassi tat-tixrid tal-għarfien u
fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-prospetti tal-karrieri fir-riċerka. 2. Approċċ prammatiku
għat-tlestija taż-ŻER sal-2014 – responsabbiltà u azzjoni Minħabba n-nuqqas ta’ żmien,
l-approċċ l-aktar effettiv u prammatiku għall-ilħuq
tal-iskadenza tal-2014 huwa sħubija taż-ŻER rinfurzata –
imsejsa aktar fil-fond, usa' u aktar effiċjenti minn dik tal-lum - bejn l-Istati
Membri, il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet
interessati fir-riċerka[20]. Dan ifisser li s-Sħubija
ŻER primarja bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni tkun ikkomplementata
billi l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati jkunu involuti b’mod
sistematiku, bħal fil-każ ta’ Science Europe (li tgħaqqad
flimkien l-organizzazzjonjiet li jiffinanzjaw u jwettqu r-riċerka) fejn
xieraq. Ir-rwol espliċitu
għall-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati fir-riċerka huwa
wieħed ġdid u importanti. Huwa konsistenti max-xewqat tagħhom,
mar-reazzjoni tal-konsultazzjoni pubblika dwar iż-ŻER u
mas-sejħiet ripetuti tal-Kunsill[21]. Is-sħubija tibni
fuq inizjattivi preċedenti mal-partijiet interessati bħall-pjan
direzzjonali taż-ŻER li ħareġ mill-Fondazzjoni Ewropea
tax-Xjenza (ESF)/European Association of the Heads of Research Funding and
Research Performing Organisations (EUROHORCs)[22] u sensiela ta'
simpożja trilaterali informali[23] li jinvolvu
rappreżentanti ta’ livell għoli tal-Istati Membri,
l-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka u l-Kummissjoni
organizzati permezz tal-EUROHORCs u segwiti minn Science Europe. L-approċċ jiffoka fuq prijoritajiet
ewlenin u huwa bbażat fuq ir-responsabbiltà u orjentat lejn l-azzjoni billi
jqiegħed id-dmir fuq il-partijiet kollha biex iwasslu titjib konkret
fis-sistema tar-riċerka tal-UE fi ħdan l-ambitu tal-kompetenzi
tagħhom. Ir-riformi u
l-azzjonijiet għal kull prijorità li għandhom jiġu
implimentati sal-2014 huma deskritti hawn taħt: 2.1. Sistemi nazzjonali
tar-riċerka aktar effettivi Il-kompetizzjoni miftuħa fil-livell
nazzjonali hija kruċjali sabiex jinkiseb l-akbar valur mill-fondi
pubbliċi investiti fir-riċerka. F’dan ir-rigward il-prestazzjoni
tal-aħjar prassi li l-Istati Membri kollha għandhom jiksbu tinvolvi: ·
L-allokazzjoni tal-fondi permezz ta’ sejħiet
mifuħa għal proposti, li jiġu evalwati minn panils ta' esperti
ewlenin indipendenti kemm domestiċi kif ukoll mhux domestiċi
(l-evalwazzjoni bejn il-pari[24]) – dan iwassal biex ir-riċerkaturi
jilħqu livelli kompetittivi ta’ prestazzjoni internazzjonalment ·
Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-organizzazzjonijiet
u timijiet li jwettqu r-riċerka u l-produzzjoni tagħhom bħala
bażi għal deċiżjonijiet dwar il-finanzjament istituzzjonali
– l-evalwazzjoni bejn il-pari tista’ tifforma parti minn tali valutazzjoni u,
fuq perjodu ta’ żmien twil, twassal għal bidla fil-livell
organizzattiv Filwaqt li l-bilanċ bejn dawn
iż-żewġ approċċi jista’ jvarja, sabiex jingħelbu
d-diverġenzi fil-prestazzjoni madwar l-UE, l-approċċi
għandhom ikunu fil-qalba tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament
tar-riċerka fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri huma mistiedna biex: ·
Jintroduċu jew isaħħu finanzjament
kompetittiv permezz ta’ sejħiet għal proposti u valutazzjonijiet istituzzjonali
bħala l-mezzi ewlenin għall-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi
għar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jintroduċu riformi
leġiżlattivi jekk meħtieġ ·
Jiżguraw li l-korpi pubbliċi kollha
responsabbli għall-allokazzjoni ta’ fondi għar-riċerka japplikaw
il-prinċipji bażiċi ta’ evalwazzjoni bejn il-pari fil-livell
internazzjonali Il-Kummissjoni se: ·
Tappoġġja t-tagħlim reċiproku u
l-iskambju ta’ prassi tajba bejn l-Istati Membri dwar it-tneħħija
tal-ostakli ġuridiċi nazzjonali u ostakli oħrajn għaż-ŻER
favur il-prijoritajiet stabbiliti f'din il-Komunikazzjoni ·
Tappoġġja lill-Istati Membri u
r-reġjuni permezz tal-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni
Intelliġenti biex jużaw il-Fondi Strutturali għall-iżvlupp
ta’ kapaċità tar-riċerka u ta’ strateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni
intelliġenti, inkluż l-appoġġ għal programmi
konġunti tar-riċerka, f’konformità mal-għanijiet tal-politika
ta' Koeżjoni ·
Tappoġġja l-Presidenti taż-ŻER
bil-għan li titrawwem bidla strutturali fl-istituzzjonijiet sabiex
il-kwalità tar-riċerka tagħhom tilħaq livelli internazzjonali
ta’ eċċellenza 2.2. Kooperazzjoni u kompetizzjoni
transnazzjonali ottimi Flimkien nindirizzaw l-isfidi l-kbar L-UE teħtieġ li taġixxi b'mod
urġenti u koerenti biex tinkiseb d-dimensjoni ta’ sforz u ta’ impatt
meħtieġa sabiex bil-fondi pubbliċi li hemm disponibbli
għar-riċerka u li huma limitati jiġu indirizzati l-isfidi
l-kbar. L-Aġendi Strateġiċi tar-Riċerka żviluppati
fil-kuntest tal-Inizjattivi ta’ Programmazzjoni Konġunta juru impenn
mill-Istati Membri biex jindirizzaw sfidi kbar kif mitlub fid-Dikjarazzjoni
Lund tal-2009[25] u mill-Kunsill[26].
Il-Programmazzjoni Konġunta għandha wkoll il-potenzjal li
ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-imsieħba internazzjonali.
Iżda sal-lum l-implimentazzjoni wriet nuqqasijiet. Il-qofol huwa
l-iffaċilitar tar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali billi
jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn il-programmi nazzjonali u dawk
internazzjonali, bl-allinjament strateġiku tas-sorsi differenti ta' fondi
nazzjonali u oħrajn fil-livell tal-UE minflok bl-użu ta’ fondi
transfruntiera per se. Il-livell tal-allinjament attwalment huwa baxx
wisq biex jagħmel impatt serju fuq l-isfidi kbar u kumplessi[27].
Dan huwa parzjalment dovut għad-differenzi bejn ir-regoli u
l-proċessi nazzjonali rigward il-finanzjament u s-selezzjoni, iżda
huwa wkoll kwistjoni ta’ rieda politika. Jeħtieġ li jinħolqu
l-kundizzjonijiet biex l-Istati Membri kollha jibbenefikaw minn kooperazzjoni
transkonfinali u kompetizzjoni msaħħa permezz ta’: –
Definizzjoni ta’ prijoritajiet komuni u ta’
aġendi tar-riċerka konġunta, li tibni fuq l-Inizjattivi ta’
Programmazzjoni Konġunta u fuq il-kontribut minn attivitajiet
strateġiċi li jħarsu 'l quddiem. –
L-implimentazzjoni tal-aġendi tar-riċerka
konġunta, meta possibbli, permezz ta’ sejħiet konġunti jew tal-anqas
sinkronizzati bejn l-Istati Membri bbażati fuq evalwazzjonijiet bejn
il-pari konġunti fil-livell internazzjonali li jwasslu riżultati
komparabbli għall-proposti kollha. Dan għandu jiżgura
kompetizzjoni pan-Ewropea, li l-benefiċċji tagħha diġà huma
rikonoxxuti fuq firxa wiesgħa mill-Istati Membri (kważi kollha
jipparteċipaw b’mod regolari fis-sejħiet konġunti tal-ERA-NET u
wħud jagħżlu li jagħtu finanzjament nazzjonali
lir-riċerkaturi li qegħdin fil-lista tar-riżerva tal-Kunsill
Ewropew tar-Riċerka proprju għal din ir-raġuni). Għandu
wkoll jidentifika l-elementi nazzjonali f’saħħithom u dawk
dgħajfa f’kull qasam fl-UE kollha, u b'hekk jgħin lill-Istati Membri
jiddeċiedu f’liema qasam iridu jispeċjalizzaw –
L-implimentazzjoni u/jew il-finanzjament
konġunt ta’ sejħiet u ta’ proġetti, li jibnu fuq l-esperjenza
sal-lum u d-dispożizzjonijiet għas-Sħubijiet
Pubbliċi-Pubbliċi fl-Orizzont 2020. Dan jeħtieġ li
r-regoli nazzjonali ta’ finanzjament isiru kompatibbli u javviċinaw u
jingħaqdu fi standards komuni Ewropej. L-aġendi tar-riċerka konġunta
għandhom jiġu implimentati f'kooperazzjoni ma’ pajjiżi li
mhumiex fl-UE skont kif ikun rilevanti u xieraq. L-Istati Membri huma mistiedna biex: ·
Jżidu l-isforzi sabiex jimplimentaw
l-aġendi tar-riċerka konġunta li jindirizzaw sfidi kbar, il-qsim
tal-informazzjoni dwar attivitajiet f’oqsma prijoritarji miftiehma, u b’hekk
jiżguraw l-impenn ta’ fondi nazzjonali adegwati u strateġikament
allinjati fil-livell Ewropew f’dawn l-oqsma u li titwettaq evalwazzjoni ex-post
komuni ·
Jiżguraw li r-rikonoxximent reċiproku
tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari huwa konformi ma' standards internazzjonali
bħala bażi għad-deċiżjonijiet nazzjonali ta’
finanzjament ·
Ineħħu l-ostakli legali u oħrajn
għall-interoperabbiltà transfruntiera tal-programmi nazzjonali li
tippermetti finanzjament konġunt ta’ azzjonijiet inkluża
l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE fejn din hija rilevanti L-organizzazzjonijiet tar-riċerka tal-partijiet interessati huma
mistiedna biex: ·
Jaqblu dwar prinċipji komuni ta’ finanzjament
- spejjeż eliġibbli, rekwiżiti ta’ rappurtar, eċċ.
biex programmi tar-riċerka nazzjonali jsiru kompatibbli, interoperabbli
(transfruntiera) u aktar faċli għar-riċerkaturi ·
Ikomplu jiżviluppaw u jniedu l-Lead-Agency,
Money-Follows-Cooperation Line, Money-Follows-Researcher u mudelli oħra
għall-kooperazzjoni transfruntiera ·
Jittestjaw l-użu ta’ sejħiet
sinkronizzati, fejn possibbli, flimkien ma’ evalwazzjoni bejn il-pari unika u
konġunta fil-livell internazzjonali ta’ proposti bħala bażi
għad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament Il-Kummissjoni se: ·
Issegwi, tistimola u tipparteċipa
fis-Sħubijiet Pubbliċi-Pubbliċi sabiex jiġu indirizzati
sfidi kbar kif stipulat fil-Komunikazzjoni dwar Sħubija fir-Riċerka u
l-Innovazzjoni[28]
għall-ingranaġġ tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u biex
tkun żgurata koordinazzjoni mill-qrib mal-attivitajiet rilevanti
fil-kuntest tal-Orizzont 2020 ·
Fuq il-bażi tal-informazzjoni fornuta
mill-Istati Membri, tippjana attivitajiet f’oqsma prijoritarji miftiehma,
bil-ħsieb li tidentifika l-punti pożittivi, id-dgħufiji,
in-nuqqasijiet u d-duplikazzjonijiet ·
Tappoġġja lill-Istati Membri u
lill-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka fl-implimentazzjoni
tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari konġunti fil-livell internazzjonali u
biex jistabbilixxu standards komuni tal-finanzjament - pereżempju permezz
tat-tikketta taż-ŻER, marka li tirrikonoxxi l-aħjar prassi
f'operazzjonijiet transfruntiera fir-riċerka Investiment effettiv fl-infrastrutturi
tar-riċerka u l-użu tagħhom Ir-riċerka eċċellenti tiddependi
fuq faċilitajiet u infrastrutturi tar-riċerka (RIs) ta’ livell dinji
inklużi l-infrastrutturi elettroniċi bbażati fuq l-ICT (eRIs),
Tali infrastrutturi tar-riċerka jiġbdu it-talent lejhom u jistimolaw
l-innovazzjoni u l-opportunitajiet tan-negozju. L-infrastrutturi
elettroniċi bbażati fuq l-ICT b’mod partikolari jippermettu
r-riċerka kollaborattiva intensiva fid-dejta li qed issir dejjem aktar
prevalenti bis-saħħa ta’ timijiet imferrxa ġeografikament -
eScience. L-isfidi huma li jkunu żgurati impenji nazzjonali
għall-implimentazzjoni tal-pjan direżżjonali tal-ESFRI, jinkiseb
l-akbar valur għall-flus mill-investiment fil-livelli kollha,
jingħelbu l-ostakli għall-kostruzzjoni u l-operazzjoni u li jkun
żgurat l-aċċess miftuħ għar-riċerkaturi
għall-infrastrutturi tar-riċerka fl-Ewropa kollha. L-Unjoni
tal-Innovazzjoni tinkludi impenn għat-tlestija jew għat-tnedija
tal-kostruzzjoni sas-sena 2015 ta' 60 % tal-infrastrutturi
tar-riċerka prijoritarji tal-pjan direzzjonali tal-ESFRI li huma ta'
interess pan-Ewropew. Dan jirrikjedi investiment li jmur lil hinn mill-mezzi
ta’ pajjiżi individwali – għalhekk jeħtieġ li jinġabru
flimkien il-fondi reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea, b’mod
partikolari għall-infrastrutturi tar-riċerka tal-ERIC, inklużi
l-faċilitajiet distribwiti li jeħtieġu l-parteċipazzjoni
tal-ikbar għadd possibbli ta' pajjiżi mal-kapaċità nazzjonali u
reġjonali ta’ livell dinji. Bosta infrastrutturi tar-riċerka Ewropej
ġodda jibbenefikaw ukoll minn imsieħba internazzjonali jew huma
l-fergħat Ewropej ta' netwerks madwar id-dinja kollha. Huwa kruċjali
li jkunu żgurati l-kontroll tal-ispejjeż u l-ġestjoni ta’
proġetti globali. Il-grupp ta’ għoxrin ekonomija ewlenin (G20) qed
jindirizza dawn il-kwistjonijiet bil-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni.
L-Istati Membri huma mistiedna biex: · Jikkonfermaw l-impenji finanzjarji għall-kostruzzjoni u l-operazzjoni tal-ESFRI, l-infrastrutturi tar-riċerka globali, nazzjonali u reġjonali ta’ interess pan-Ewropew, partikolarment meta jiżviluppaw pjanijiet direzzjonali nazzjonali u l-programmi tal-Fondi Strutturali li jmiss · Ineħħu l-ostakli legali u ostakli oħra għall-aċċess transfruntier għall-infrastrutturi tar-riċerka Il-Kummissjoni se: · Tappoġġja permezz ta’ Orizzont 2020 l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka kif ukoll l-integrazzjoni globali kontinwa tal-infrastrutturi tar-riċerka tal-UE partikolarment dawk mogħtija l-istatus ERIC · Tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jikkonnettjaw il-pjanijiet direzzjonali tal-infrastrutturi tar-riċerka mal-pjan direzzjonali tal-ESFRI u mal-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fil-programmi kkofinanzjati tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Fondi Strutturali, b’hekk tirrinforza l-kapaċità tar-reġjuni inqas vantaġġati li jospitaw u jieħdu sehem fl-infrastrutturi tar-riċerka ta’ interess pan-Ewropew u internazzjonali · Tappoġġja programmi ta’ taħriġ għall-ġestjoni ta’ tali infrastrutturi tar-riċerka · Tiżviluppa f'koperazzjoni mal-ESFRI, mal-e-IRG[29] u mal-partijiet interessati oħra Karta ta’ Aċċess li tistabbilixxi standards komuni u r-regoli armonizzati dwar l-aċċess u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka · Taħdem ma’ ESFRI sabiex jiġu stabbiliti prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali u biex tipprovdi parir u gwida lill-Istati Membri dwar kif jingħelbu l-ostakli tekniċi, legali jew finanzjarji għall-implimentazzjoni · Flimkien mal-ESFRI, mal-e-IRG u mal-partijiet interessati oħra, tiddefinixxi l-prinċipji komuni għall-evalwazzjoni, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt u l-għodod ta’ monitoraġġ li jistgħu jiġu applikati fil-programmi reġjonali, nazzjonali u Ewropej sabiex ikun faċilitat il-ġbir flimkien ta’ fondi minn sorsi differenti · Taħdem ma’ e-IRG biex tippromwovi l-allinjament tal-approċċi tal-UE u nazzjonali għall-iżvilupp u l-użu tal-infrastruttura elettronika tar-riċerka 2.3. Suq tax-xogħol
miftuħ għar-riċerkaturi Filwaqt li l-mobbiltà tar-riċerkaturi[30]
tikkontribwixxi lejn l-eċċellenza, bosta ostakli qed jostakolaw
it-triq lejn suq tax-xogħol ġenwin għar-riċerka Ewropea[31].
Ostaklu mill-aktar importanti huwa n-nuqqas ta’ reklutaġġ
miftuħ, trasparenti u msejjes fuq il-mertu[32],
li jagħmel il-karrieri tar-riċerka inqas attraenti u li jfixkel
il-mobbiltà, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-prestazzjoni tar-riċerka. Il-mobbilità issir aktar faċli jekk
il-barranin/dawk li mhumiex residenti jingħataw aċċess għal
għotjiet nazzjonali u b’hekk isiru portabbli lil hinn mill-fruntieri[33].
F’xi każijiet, l-ostakli legali u amministrattivi jwaqfu milli dan
iseħħ. Inizjattivi bħal 'Money Follows Researcher'[34]
juru kif dawn l-ostakli jistgħu jitneħħew u kif l-Istati Membri
u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka jistgħu jorganizzaw
l-aċċess għal u portabilità ta’ għotjiet nazzjonali,
filwaqt li jħarsu l-interessi tal-partijiet kollha. Ostakli oħra jinkludu strateġiji
politiċi għar-riżorsi umani li jirriżultaw fi prospetti
ħżiena ta’ karriera għar-riċerkaturi
żgħażagħ, prassi inadegwati tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ostakli
tas-sigurtà soċjali, u l-mobbiltà insuffiċjenti bejn l-akkademja u
n-negozju li twassal biex hemm riċerkatur wieħed biss għal kull
sitta fil-qasam akkademiku b’esperjenza fis-settur privat[35].
L-ostakli għar-rikonoxximent ġust ta’ diplomi akkademiċi
jippersistu wkoll. L-Istati Membri huma mistiedna biex: · Ineħħu l-ostakli legali u ostakli oħra għall-applikazzjoni tar-reklutaġġ tar-riċerkaturi li jkun miftuħ, trasparenti u bbażat fuq il-mertu · Ineħħu l-ostakli legali u ostakli oħra li jxekklu l-aċċess u l-portabbiltà transfruntiera ta’ għotjiet nazzjonali · Jappoġġjaw l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Impenn[36] biex jipprovdu informazzjoni u servizzi koordinati u personalizzati għar-riċerkaturi permezz tan-netwerk pan-Ewropew EURAXESS[37] · Jappoġġjaw it-twaqqif u t-tmexxija ta’ programmi ta' taħriġ strutturat innovattiv għad-dottorat li japplikaw il-Prinċipji dwar it-Taħriġ għad-Dottorat Innovattiv[38] · Joħolqu qafas[39] li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija tar-Riżorsi Umani għal Riċerkaturi li tinkorpora l-Karta u l-Kodiċi[40] L-organizzazzjonijiet tar-riċerka tal-partijiet interessati huma mistiedna biex: · Jirreklamaw il-postijiet tax-xogħol vakanti kollha fuq il-portal tal-Impjiegi EURAXESS billi jużaw il-profili komuni stabbiliti fil-Qafas Ewropew għall-Karrieri fir-Riċerka[41] · Jimlew il-karigi fir-riċerka skont proċeduri ta’ reklutaġġ miftuħa, trasparenti u ibbażati fuq il-mertu li jkunu proporzjonati mal-livell tal-kariga konformi mal-prinċipji bażiċi tal-Karta u l-Kodiċi u li jinkludu ċittadini li mhumiex tal-UE; · Jiżviluppaw strateġiji sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi skont l-istrateġija tar-Riżorsi Umani għal Riċerkaturi · Jiddefinixxu u jimplimentaw prinċipji għall-aċċessibbiltà u l-portabbiltà ta’ għotjiet nazzjonali · Jipprovdu taħriġ strutturat fid-dottorat ibbażat fuq il-Prinċipji ta’ Taħriġ Dottorali Innovattiv · Jiżviluppaw u jimplimentaw programmi strutturati biex tiżdied il-mobbiltà bejn l-industrija u l-akkademja[42] · Il-Kummissjoni se: · Ssaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni tan-netwerk EURAXESS sabiex dan isir mezz ta’ aċċess għall-assistenza speċifika għar-riċerkaturi · Tappoġġja l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu Ewropew għall-Akkreditazzjoni għall-amministrazzjoni tar-riżorsi umani bbażata fuq Karta u Kodiċi fl-universitajiet u fl-istituzzjonijiet tar-riċerka ffinanzjati minn fondi pubbliċi · Tappoġġja l-ħidma ta’ grupp ta’ pajjiżi ‘pathfinder’ għall-kisba ta’ rikonoxximent awtomatiku ta' diplomi paragunabbli[43] · Tieħu inizjattivi biex tindirizza l-ostakli tas-sigurtà soċjali għar-riċerkaturi fl-UE u tkompli tiffaċilita d-dħul u s-soġġorn ta’ riċerkaturi ċittadini ta' pajjiżi terzi billi: – Tiċċara f’Komunikazzjoni r-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għal gruppi ta’ ħaddiema b’livell għoli ta’ mobbiltà intra-UE, inklużi r-riċerkaturi – Tkompli mill-ġdid bil-ħidma għal Direttiva fuq l-portabbiltà tal-pensjoni li tistabbilixxi standards minimi fl-akkwiżizzjoni u fil-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni supplementari[44] – Tappoġġja l-partijiet interessati fit-twaqqif tal-Fond(i) pan-Ewropew tal-pensjoni supplementari għar-riċerkaturi – Tirrevedi d-Direttiva 2005/71/KE dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika. 2.4. L-ugwaljanza bejn is-sessi u
l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka Minkejja
strateġiji nazzjonali u fil-livell tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi,
ir-riċerka Ewropea għadha ssofri minn telf konsiderevoli u minn
użu ineffiċjenti ta’ nisa bi kwalifiki għolja ħafna.
Iż-żieda annwali fir-riċerkaturi nisa huwa inqas min-nofs
in-numru annwali ta' nisa gradwati b’PhD u ftit wisq huma n-nisa
f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija jew li huma involuti fit-teħid
tad-deċiżjonijiet. Fl-2005 il-Kunsill stabbilixxa mira li n-nisa
jrrappreżentaw 25 % tal-pożizzjonijiet ewlenin fis-settur
pubbliku fil-qasam tar-riċerka, iżda fl-2009 13 % biss
tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, kienu nisa[45].
L-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fit-tfassil, fl-evalwazzjoni u
fl-implimentazzjoni tar-riċerka għadha wkoll wisq limitata. L-isfida hi li
dawn il-punti kollha jittejbu sabiex jiżdiedu l-kwalità u r-rilevanza
tar-riċerka. Il-Kummissjoni hi diġà impenjata li tiżgura
40 % mis-sess l-anqas rappreżentat fil-gruppi ta’ esperti, fil-panils
u fil-kumitati kollha tagħha u se tapplika dan b’mod partikolari
fl-inizjattiva Orizzont 2020. L-Istati Membri huma mistiedna biex: · Joħolqu l-ambjent ġuridiku u ta’ politika u jipprovdu inċentivi biex: – jitneħħew l-ostakli legali u ostakli oħra għar-reklutaġġ, u għaż-żamma u l-avvanz fil-karriera tar-riċerkaturi nisa filwaqt li jkun hemm konformità sħiħa mal-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi[46] – jiġu indirizzati l-iżbilanċi fir-rigward ta’ dimensjoni tas-sessi fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet – tissaħħaħ id-dimensjoni tas-sessi fil-programmi tar-riċerka · Jidħlu fi sħubijiet mal-aġenziji ta' finanzjament, mal-organizzazzjonijiet u l-universitajiet tar-riċerka biex titrawwem bidla kulturali u istituzzjonali rigward is-sessi - karti, ftehimiet ta’ prestazzjoni, premjijiet · Jiżguraw li mill-inqas 40 % mis-sess b’livell baxx ta’ rappreżentazzjoni jipparteċipaw fil-kumitati involuti fir-reklutaġġ/fl-avvanz tal-karriera u fit-twaqqif u l-evalwazzjoni tal-programmi tar-riċerka L-organizzazzjonijiet tar-riċerka tal-partijiet interessati huma mistiedna biex: · Jimplimentaw bidla istituzzjonali relatata mat-tmexxija tar-riżorsi umani, il-finanzjament, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-programmi tar-riċerka permezz tal-Pjanijiet għall-Ugwaljanza Bejn Is-Sessi li jimmiraw lejn: – It-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt/audits tal-proċeduri u l-prassi għall-identifikazzjoni tad-diskriminazzjoni bejn is-sessi – L-implimentazzjoni ta’ strateġiji innovattivi sabiex kwalunkwe diskriminazzjoni tkun ikkorreġuta – L-istabbiliment ta’ miri u l-monitoraġġ tal-progress permezz ta’ indikaturi Il-Kummissjoni se: · Trawwem l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fil-programmi u l-proġetti ta’ Orizzont 2020 mill-bidu u l-implimentazzjoni tagħhom, sal-evalwazzjoni, inkluż permezz tal-użu ta’ inċentivi · Tipproponi fl-2013 Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri li tinkorpora linji gwida komuni dwar bidla istituzzjonali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-universitajiet u fl-istituzzjonijiet tar-riċerka. 2.5. L-ottimizzazzjoni taċ-ċirkolazzjoni
u l-aċċess għall-għarfien xjentifiku u t-trasferiment
tiegħu Ir-riċerka u l-innovazzjoni jibbenefikaw
mix-xjenzati, mill-istituzzjonijiet tar-riċerka, mill-aċċess
tan-negozji u taċ-ċittadini, mill-kondiviżjoni u l-użu
tal-għarfien xjentifiku eżistenti u mill-possibilità li
t-tħassib jew l-istennijiet f’waqthom fir-rigward ta’ tali attivitajiet
jiġu espressi. Sfida ewlenija hija l-implimentazzjoni ġenerali
tal-Aċċess Miftuħ - jiġifieri aċċess għall-internet
u l-użu b’xejn għall-pubblikazzjonijiet u d-dejta xjentifika
ffinanzjata minn fondi pubbliċi - minħabba l-qagħda irregolari
tal-progress tal-politiki tal-Istati Membri f'dan il-qasam. B’mod aktar
ġenerali, sabiex jiżdied l-impatt ekonomiku tar-riċerka,
jeħtieġ li titrawwem l-Innovazzjoni Miftuħa, ir-rabtiet bejn
ir-riċerka, in-negozju u l-edukazzjoni (it-trijangolu tal-għarfien)
permezz tal-EIT u b’mod partikoli bit-trasferiment tal-għarfien bejn
l-istituzzjonijiet tar-riċerka pubbliċi u s-settur privat waqt li
jkunu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Peress li
fil-biċċa l-kbira tagħhom il-ħolqien u t-trasferiment
tal-għarfien jużaw il-mezzi diġitali, għandhom
jitneħħew ukoll l-ostakli għall-aċċess onlajn bla
xkiel għas-servizzi tar-riċerka diġitali bil-għan
tal-kollaborazzjoni, il-komputerizzazzjoni u l-aċċess
għall-informazzjoni xjentifika (ix-Xjenza elettronika) u l-infrastrutturi
elettroniċi permezz tal-promozzjoni ta’ ŻER diġitali. It-tipi
differenti ta’ trasferiment tal-għarfien, ta’ ċirkolazzjoni u ta’
aċċess għandhom ukoll jiġu integrati fil-kooperazzjoni
fir-riċerka mal-pajjiżi li mhumiex tal-UE. L-Istati Membri huma mistiedna biex: · Jiddefinixxu u jikkoordinaw il-politiki tagħhom dwar l-aċċess għal u l-preżervazzjoni tal-informazzjoni xjentifika[47] · Jiżguraw li r-riċerka pubblika tikkontribwixxi għal Innovazzjoni Miftuħa u jrawmu t-trasferiment tal-għarfien bejn is-setturi pubbliċi u privati permezz ta’ strateġiji nazzjonali tat-trasferiment tal-għarfien · Jarmonizzaw il-politiki tal-aċċess u tal-użu għall-infrastrutturi elettroniċi pubbliċi tar-riċerka u dawk relatati mal-edukazzjoni kif ukoll għas-servizzi assoċjati tar-riċerka diġitali u b’hekk jippermettu konsorzji ta’ tipi differenti ta' msieħba pubbliċi u privati · Jadottaw u jimplimentaw l-istrateġiji nazzjonali tal-identità elettronika għar-riċerkaturi li jagħtihom aċċess tranżnazzjonali għas-servizzi tar-riċerka diġitali L-organizzazzjonijiet tar-riċerka tal-partijiet interessati huma mistiedna biex: · Jadottaw u jimplimentaw miżuri ta’ aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet u għad-dejta li tirriżulta minn riċerka ffinanzjata pubblikament · Jimplimentaw u jippromwovu l-adozzjoni tal-identità elettronika u tas-servizzi tar-riċerka diġitali · Jiżguraw interazzjoni ottima u konnessjonijiet u sħubijiet strateġiċi bejn l-akkademja u l-industrija u jiddefinixxu aġendi tar-riċerka kollaborattiva konġunta biex jimmassimizzaw l-użu tar-riżultati tar-riċerka · Itejbu r-rikonoxximent u l-professjonalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ trasferiment tal-għarfien u jsaħħu ir-rwol tal-uffiċċji tat-trasferiment tal-għarfien Il-Kummissjoni se: · Tistabbilixxi aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi bħala prinċipju ġenerali għall-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE f’Orizzont 2020. Għad-dejta tar-riċerka, tiżviluppa approċċ flessibbli li jqis l-interessi relatati mal-oqsma xjentifiċi differenti u relatati man-negozju · Tkompli tiffinanzja proġetti relatati mal-aċċess miftuħ · Tadotta Komunikazzjoni u Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar aċċess għal u l-preservazzjoni ta’ informazzjoni xjentifika fl-era diġitali · Tipproponi pjan direzzjonali għall-iżvilupp tal-infrastruttura elettronika sabiex tkun appoġġjata x-xjenza elettronika permezz tal-aċċess miftuħ għall-għodod u r-riżorsi tar-riċerka · Tappoġġja attivitajiet li jrawmu s-sensibilizzazzjoni tal-partijiet interessati għall-aċċess miftuħ u għax-xjenza elettronika · Tiżviluppa bis-saħħa ta’ valutazzjoni tal-inizjattivi eżistenti, approċċ ta’ politika komprensiv għall-Innovazzjoni miftuħa u għat-trasferiment tal-għarfien, u tikkonsulta dwarhom mal-partijiet interessati. · Taħdem mal-partijiet interessati biex jiżviluppaw sett ta’ ftehimiet mudelli tal-konsorzju għat-titjib fit-trasferiment tal-għarfien · Tiffaċilita forum tal-Istat Membri għal skambji regolari u għar-rappurtar dwar l-iżviluppi nazzjonali dwar il-forniment, l-adozzjoni u l-użu tas-servizzi tar-riċerka diġitali 3. Kundizzjonijiet
għas-suċċess – ir-rieda politika, ir-responsabbiltà, il-metodi
tat-twassil u t-trasparenza L-Istati Membri – l-atturi primarji Primarjament, l-Istati Membri għandhom
jagħmlu r-riformi nazzjonali meħtieġa u joħolqu
l-kundizzjonijiet biex jikkompletaw iż-ŻER. Huma għandhom ukoll
jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi billi
jiffaċilitaw l-azzjonijiet li huma responsabbli għalihom
l-organizzazzjonjiet li jiffinanzjaw u jwettqu r-riċerka.
L-implimentazzjoni ottima se tirrikjedi kemm strutturi u proċessi ta’
ħidma permanenti u ad hoc kif ukoll tmexxija ta’ livell għoli
mill-Kunsill[48]. Dan jista’ jinkiseb
parzjalment bl-adattatment tal-kumitati u tal-gruppi taż-ŻER
eżistenti bħall-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka,
il-korp konsultattiv ewlieni taż-ŻER għall-Kunsill u
għall-Kummissjoni, li l-mandat tiegħu għandu jiġi rivedut
sal-aħħar tal-2012[49]. L-Istati Membri
jeħtieġu wkoll jaqdu rwol fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
tal-progress u fl-appoġġ tat-tmexxija politika fil-kuntest
taċ-ċiklu annwali tas-Simestru Ewropew. Il-partijiet
interessati tar-riċerka – it-tħaffif tal-implimentazzjoni L-organizzazzjonijiet tal-partijiet
interessati tar-riċerka għandhom jieħdu r-responsabbiltà
għall-azzjonijiet taż-ŻER li jiġu indirizzati lilhom
fil-limiti tal-awtonomiji u tal-ġuriżdizzjonijeit rispettivi
tagħhom kif stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali. L-organizzazzjonijiet
tal-partijiet interessati tar-riċerka rilevanti se jiġu mistiedna
jiffirmaw Stqarrija Konġunta mal-Kummissarju f’termini ġenerali dwar
ir-rieda tagħhom li jaħdmu għat-tlestija taż-ŻER. Huma
għandhom jistabbilixxu wkoll l-azzjonijiet speċifiċi taż-ŻER
li se jieħdu f'termini ta' skedar, forniment, rapportar pubbliku dwar
il-progress, eċċ. f’Memorandum ta’ Fehim iffirmat flimkien
mal-Kummissjoni jew dikjarazzjoni unilaterali, li tgħarraf
lill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi tagħhom u lill-Imsieħba
l-oħra. Il-Kummissjoni – appoġġ
imsaħħaħ Il-Kummissjoni se twettaq l-azzjonijiet
msemmija hawn li huma taħt ir-responsabbiltà tagħha u fir-rigward
tal-azzjonijiet l-oħra hija se tappoġġja lill-Istati Membri u
lill-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati. Mill-2014, il-Kummissjoni se
tiżgura li l-inizjattiva Orizzont 2020 tgħin biex tikkonsolida
t-tlestija u l-funzjonament taż-ŻER, billi tappoġġja
l-azzjonijiet konformi maż-ŻER fir-rigward tal-karrieri u l-mobbiltà
tar-riċerkaturi, id-dimensjoni tas-sessi, il-kooperazzjoni transfruntiera,
l-aċċess miftuħ, it-trasferiment tal-għarfien u
l-infrastrutturi. Se tiżgura l-iżvilupp ta’ politika inklussiva
taż-ŻER billi tappoġġja d-djalogu strutturat ma’
organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati tar-riċerka u ma’ korpi tas-soċjetà
ċivili rilevanti - eż. fil-forma ta’ pjattaforma ddedikata
tal-partijiet interessati. Monitoraġġ trasparenti L-approċċ ta’ sħubija
rinfurzata deskritt f'din il-Komunikazzjoni ma tissostitwix
leġiżlazzjoni, lanqas ma jipprekludi d-dritt tal-Kummissjoni li
tressaq proposti leġiżlattivi bbażati fuq
id-dispożizzjonijiet ġodda relatati maż-ŻER fit-TFUE.
Għalhekk il-Kumissjoni se tiżviluppa mekkaniżmu sod
għall-monitoraġġ taż-ŻER ibbażat fuq indikaturi[50],
għall-azzjonijiet kollha, biex jimmonitorja r-riformi fil-politika
taż-ŻER u l-implimentazzjoni tagħhom, li jipprovdi trasparenza
lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-komunità xjentifika, u li jservi
bħala bażi għad-deċiżjonijiet tiegħu stess.
Il-Kummissjoni se tiddetermina l-qagħda tax-xenarju ta’ referenza fl-2012
permezz tal-istatistika uffiċjali u tar-riżultati minn studji/minn
stħarriġ. L-ewwel rapport annwali dwar il-progress taż-ŻER
fl-2013, li se jkun trażmess lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, se
jqabbel ix-xenarju ta’ referenza mal-azzjonijiet imħabbra mill-Istati
Membri wara din il-Komunikazzjoni. Mill-2014, valutazzjoni sħiħa
tal-progress se tkun trasmessa lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Jekk
il-progress ma jkunx suffiċjenti, se jiġu kkunsidrati
għażliet differenti, inklużi l-għażliet
leġiżlattivi, ibbażati fuq d-dispożizzjonijiet ġodda
tat-TFUE, li huma stipulati fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dan
id-dokument. Il-monitoraġġ se jsir f’konnessjoni mill-qrib
mas-Simestru Ewropew, filwaqt li tinżamm konsistenza ma’ attivitajiet oħra
rilevanti ta’ monitoraġġ - pereżempju, il-Valutazzjoni
tal-Impatt u l Orizzont 2020 [1] 'Internationalisation of business investments in R&D
and analysis of their economic impact', studju imminenti tad-DĠ
tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. [2] COM (2010)546 [3] ’L-Ewropa teħtieġ żona unifikata
tar-riċerka biex tattira t-talent u l-investiment. Għalhekk
għandhom jiġu indirizzati rapidament il-lakuni li fadal u
ż-Żona Ewropea tar-Riċerka għandha titlesta sal-2014 biex
jinħoloq suq uniku ġenwin għall-għarfien, ir-riċerka u
l-innovazzjoni.’ Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, Frar 2011;
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, Marzu 2012 [4] Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill
Ewropew 7652/1/08 Marzu 2008 [5] jiġifieri spazju online bla xkiel
għaċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien u t-teknoloġija –
"iż-ŻER diġitali" [6] Ara l-Artikolu 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea [7] Ara l-valutazzjoni tal-impatt ex-ante, ir-riżultati
tal-konsultazzjoni pubblika dwar iż-ŻER http://ec.europa.eu/research/era/
u l-opinjoni 1215/11 ta’ Diċembru 2011 tal-Kumitat
taż-Żona Ewropea tar-Riċerka [8] Appoġġ xjentifiku taċ-ĊKR
għall-politika tal-UE [9] http://ec.europa.eu/research/infrastructures/pdf/esfri-strategy_report_and_roadmap.pdf [10] L-istħarriġ ‘Survey of Health Ageing and
Retirement in Europe’ http://www.share-project.org/ u l-‘Common Language Resources and Technology Infrastructure’ http://www.clarin.eu/external/ [il-‘European Social Science Survey’ applika għall-Istatus ERIC
f’Marzu 2012] [11] http://ec.europa.eu/research/infrastructures/index_en.cfm?pg=eric [12] Għaxra mit-48 proġett ta’ Pjanijiet Direzzjonali
tal-ESFRI tal-2010 qed jiġu implimentati, pereżempju t-tliet
Infrastrutturi tar-Riċerka għax-xjenzi bioloġiċi tnedew
is-sena l-oħra - Analysis and Experimentation on Ecosystems (ANAEE),
Systems Biology-Europe (ISBE), u EU Microbial Resource Research Infrastructure
(MIRRI) [http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/11/522] u
16 oħra jistgħu jinbdew sa tmiem l-2012
http://ec.europa.eu/research/infrastructures/index_en.cfm?pg=preparatory_phase_projects [13] COM (2008)468 Ara wkoll il-Portal tal-Inizjattivi
tal-Programmazzjoni Konġunta: http://ec.europa.eu/research/era/areas/programming/joint_programming_en.htm [14] http://ec.europa.eu/research/era/docs/en/voluntary_guidelines.pdf
li ntlaqgħu tajjeb mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill 17166/10 ta’
Novembru 2010 [15] www.eera-set.eu ; COM (2007)723 [16] COM(2008)317 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill
13671/08, Settembru 2008 [17] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Istati
Membri C(2005)576 - il-Karta tipprovdi qafas għall-ġestjoni
tal-karrieri tar-riċerkaturi; il-Kodiċi tippromwovi l-proċeduri
miftuħa u trasparenti għar-reklutaġġ u l-apprezzament [18] Eż. ir-reviżjoni wara tliet snin ta’
implimentazzjoni tal-“Concordat” tar-Renju Unit http://www.vitae.ac.uk/,
Marzu 2012 [19] fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar
il-ġestjoni ta’ proprjetà intellettwali f’attivitajiet
għat-trasferiment tal-għarfien u Kodiċi ta’ Prattika għal
universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi C(2008)1329 [20] Il-korpi federali u rappreżentattivi tal-atturi
pubbliċi u privati fir-riċerka (inklużi r-riċerkaturi,
l-universitajiet, l-organizzazzjonjiet li jiffinanzjaw u jwettqu
r-riċerka) u l-membri tagħhom [21] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 10231/08, Mejju 2008;
16767/08, Diċembru 2008; 9956/09, Mejju 2009;
Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill 17159/09, Diċembru 2009;
10255/10, Mejju 2010 [22] 2009 ESF/EUROHORCs: "Vision on a Globally Competitive
ERA and their Road Map for Actions" [23] Liżbona 2009, Zurich 2010, Tartu
2011, Bled 2012 [24] Il-prinċipji ewlenin stabbiliti fil-"voluntary
guidelines on framework conditions for joint programming in research",
ERAC – il-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Programmazzjoni Konġunta,
2010 [25] http://www.se2009.eu/polopoly_fs/1.8460!menu/standard/file/lund_declaration_final_version_9_july.pdf
li ġiet sottoskritta minn 350 riċerkaturi, finanzjaturi,
rappreżentanti tan-negozju u politikanti fil-konferenza Dinji Ġodda,
Soluzzjonijiet Ġodda li saret taħt l-awspiċi tal-Presidenza
Svediża f'Lulju 2009 u rikonoxxuta mill-Kunsill http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/09/st13/st13513.mt09.pdf
[26] Il-Konklużjonijiet
tal-Kunsill 16127/09, Diċembru 2009 [27] Il-finanzjament transnazzjonali kien jammonta biss għal 0,8 %
skont l-istatistika GBAORD fl-2010 [28] COM (2011)572 [29] e-Infrastructure Reflection Group www.e-irg.eu [30] Fl-aħħar tliet snin, madwar 30 %
tar-riċerkaturi tal-UE ħadmu barra minn pajjiżhom għal
perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur (KE, 2010) [31] Ara wkoll l-Aġenda għall-immodernizzar
tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa COM (2011)567 [32] Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Professjoni
tar-Riċerka 2012 [33] Ir-rapport tal-Grupp ta’ Tmexxija taż-ŻER
għar-Riżorsi Umani u l-Mobbiltà (SGHERM) dwar Aċċess
għal u l-Portabbiltà tal-Għotjiet 2012 [34] 2009, ESF/EUROHORCs: "Vision on a Globally
Competitive ERA and their Road Map for Actions" [35] Ir-rapport tal-Grupp ta’ Tmexxija taż-ŻER
għar-Riżorsi Umani u l-Mobbiltà (SGHERM) dwar l-Iżvilupp
Professjonali ta’ Riċerkaturi 2012 [36] Permezz ta’ din id-Dikjarazzjoni l-membri tan-netwerk
EURAXESS jirrikonoxxu l-għanijiet ta’ Euraxess [37] Dan jorbot flimkien erba’ attivitajiet (Impjiegi,
Servizzi, Drittijiet u Konnessjonijiet) iddedikat għall-iżvilupp
tal-karriera u l-mobbiltà tar-riċerkaturi http://ec.europa.eu/euraxess [38] COM (2011)567 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 126375, Novembru 2011 [39] Ir-rapport tal-Grupp ta’ Tmexxija taż-ŻER
għar-Riżorsi Umani u l-Mobbiltà (SGHERM) dwar il-kwistjonijiet
tar-riżorsi umani 2012 [40] http://ec.europa.eu/euraxess/index.cfm/rights/strategy4Researcher [41] http://ec.europa.eu/euraxess/pdf/research_policies/Towards_a_European_Framework_for_Research_Careers_final.pdf [42] Bħal: ‘Industry-Academic Pathways and Partnerships’
tal-programm Marie Curie u s-suċċessur futur tiegħu fil-kuntest
ta’ Orizzont 2020. [43] http://www.ehea.info/Uploads/(1)/Bucharest%20Communique%202012.pdf [44] COM (2012)55 [45] Ċifri tas-SHE għall-2009 [46] Ara d-Direttiva 2006/54/KE [47] Il-Kummissjoni qed tippjana biex tadotta dalwaqt
Komunikazzjoni u Rakkomandazzjoni dwar dan is-suġġett [48] Il-Kunsill jista’ wkoll jutilizza l-konferenzi
ministerjali annwali taż-ŻER, li jinvolvu l-pajjiżi assoċjati
mal-kontribut mill-KŻER u mill-Kummissjoni [49] Riżoluzzjoni tal-Kunsill 10255/10
Mejju 2010 [50] Ara lista tentattiva fl-Anness li jakkumpanja Dokument ta’
Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt - eż.
is-sehem fil-baġit pubbliku nazzjonali tar-Riċerka u l-Iżvilupp
allokat għall-finanzjament ibbażat fuq proġetti kompetittivi
bħala indikatur tal-effikaċja tas-sistema nazzjonali
tar-riċerka, jew is-sehem tar-riċerka madwar l-UE tal-postijiet vakanti
rreklamati fuq Euraxess bħala indikatur ta' reklutaġġ
miftuħ