Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0386

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

    /* COM/2012/0386 final */

    52012DC0386

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp /* COM/2012/0386 final */


    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

    Informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

    1.           Daħla

    Skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern[1], u l-Artikoli 57(3) u (4) tal-għaxar (10) Regolament Finanzjarju FEŻ[2], il-Kummissjoni f'dan id-dokument qed tippreżenta l-istimi tal-impenji, tal-ħlasijiet u tal-kontribuzzjonijiet għall-perjodu 2012 sal-2013, filwaqt li tqis il-previżjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) fir-rigward tal-Faċilità ta' Investiment.

    Dan id-dokument ifassal l-implimentazzjoni finanzjarja tal-FEŻ (it-8 wieħed sal-10 wieħed) għall-2011 u l-previżjonijiet tal-implimentazzjoni għall-2012 sal-2014.

    L-Istati Membri jikkontribwixxu fondi direttament lill-Bank Ewropew għall-Investiment għall-istrumenti li jamministra taħt id-9 u l-10 FEŻ (il-Faċilità tal-Investiment u s-sussidji tar-rati tal-imgħax). Kontribuzzjonijiet għal strumenti l-oħra, inklużi kontribuzzjonijiet għall-istrumenti l-qodma amministrati mill-BEI (kapital ta' riskju u sussidji tal-imgħax), jitħallsu lill-Kummissjoni.

    2.           Introduzzjoni

    Il-Kummissjoni u l-BEI aġġornaw il-previżjonijiet tagħhom għall-impenji u l-ħlasijiet għall-2012 u l-2013 għal kull pajjiż tal-AKP[3] u għall-OCTs[4]. B'mod partikolari, il-previżjonijiet għall-ħlasijiet ġew imfassla bil-għan li tingħata għajnuna lill-Istati Membri sabiex dawn jevalwaw bl-aktar mod eżatt possibbli l-ammonti li jridu jirriżervaw mill-baġits nazzjonali tagħhom filwaqt li jiżguraw li jkun hemm riżorsi finanzjarji biżżejjed disponibbli għall-FEŻ sabiex jiġu evitati problemi ta' likwidità.

    F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ[5], u l-Artikolu 57(5) tar-Regolament Finanzjarju[6], l-istimi pprovduti f’dan id-dokument se jkunu aġġornati fil-Komunikazzjoni ta' Ottubru 2012.

    It-tabella li ġejja turi t-tendenza ġenerali fl-impenji u l-ħlasijiet, inklużi l-projezzjonijiet għall-2012 - 2013 (il-Kummissjoni u l-BEI).

    Impenji u ħlasijiet grossi: xejra tal-1998-2013 (Miljuni ta’ EURO)[7]

    3.           L-implimentazzjoni tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fil-31 ta' Diċembru 2011 (impenji, ħlasijiet u sitwazzjoni finanzjarja)

    L-annessi 1, 2 u 3 juru rispettivament l-impenji, il-ħlasijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja attwali rreġistrati fl-2011 meta mqabbla mal-previżjonijiet li saru f'Ottubru 2011[8] u l-projezzjonijiet li saru għall-2012 u l-2013.

    Fi tmiem is-sena 2011, 63% tal-10 FEŻ kien ġie impenjat, fit-triq it-tajba biex nilħqu l-mira tagħna li l-10 FEŻ ikun impenjat sa tmiem l-2013.

    4.           Tbassir finanzjarju għall-2012 - 2014[9]

    It-tabella li ġejja tipprovdi aġġornament ibbażat fuq l-aktar previżjonijiet reċenti.

    5.           Il-previżjonijiet tal-implimentazzjoni finanzjarja għas-snin 2012 u 2013

    Il-previżjonijiet il-ġodda huma ppreżentati fl-Annessi 1 sa 3.

    Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-FEŻ għall-2012 kienu deċiżi mill-Kunsill f'Ottubru tal-2011[10], għal EUR 3 600 miljun għall-Kummissjoni u EUR 280 miljun għall-BEI. Il-previżjonijiet il-ġodda tal-2012 jikkonfermaw il-ħtiġijiet tat-teżor ta' EUR 280 miljun. Minħabba pagamenti inqas milli mbassar fl-2011 u l-fatt li bilanċ konsiderevoli tal-likwidità ġie riportat mill-2010, il-Kummissjoni temmen li huwa ġġustifikat li tnaqqas it-talba tagħha għal EUR 2 600 miljun.

    Il-limitu massimu l-ġdid propost għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fl-2013 jammonta għal EUR 3 300 miljun għall-Kummissjoni u EUR 250 miljun għall-BEI[11].

    Ta' min wieħed jenfasizza li ċ-ċifri mhumiex ħlief previżjoni preliminari li jridu jiġu ttrattati b’kawtela. Wara s-sajf il-Kummissjoni u l-BEI se jagħmlu previżjonijiet ġodda li jkunu aktar affidabbli. Dawn se jiġu ppreżentati fil-komunikazzjoni ta' Ottubru.

    Anness 4. Il-kontribuzzjonijiet ta' kull Stat Membru għall-FEŻ għall-2012 (EUR)

    [1]               Ftehim intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, dwar il-Finanzjament tal-Għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE, ĠU L 247 tad-9.9.2006, p. 32.

    [2]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

    [3]               L-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku.

    [4]               Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej.

    [5]               ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

    [6]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

    [7]               Għall-2012-2013, ammonti mbassra

    [8]               COM(2011) 692 finali, 26.10.2011.

    [9]               Minħabba li l-qafas finanzjarju għall-perjodu wara l-2013 għadu ma ġiex miftiehem u huwa mistenni li jkollu impatt materjali fuq iċ-ċifri tal-implimentazzjoni, l-ammonti għall-2014 huma mogħtija p.m. u ma huma mogħtija l-ebda previżjonijiet għas-sena 2015.

    [10]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’Novembru 2011 – dokument tal-Kunsill 16965/11.

    [11]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’Novembru 2011 – dokument tal-Kunsill 16965/11.

    Top