This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0297
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL AND THE EUROPEAN PARLIAMENT on the European Research Council's operations and realisation of the objectives set out in the Specific Programme "Ideas" in 2011
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Dwar l-operazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u l-kisba tal-miri stabbiliti fil-Programm Speċifiku "Ideas" fl-2011
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Dwar l-operazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u l-kisba tal-miri stabbiliti fil-Programm Speċifiku "Ideas" fl-2011
/* COM/2012/0297 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Dwar l-operazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u l-kisba tal-miri stabbiliti fil-Programm Speċifiku "Ideas" fl-2011 /* COM/2012/0297 final */
1. Introduzzjoni u Bażi
Legali Il-kompitu ewlieni tal-Kunsill Ewropew
għar-Riċerka (KER) stabbilit bid-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2007/134/KE[1]
huwa l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku "Ideas" (Ideat),
b'baġit kumplessiv ta' EUR 7.51 biljun. Il-KER jikkonsisti f’Kunsill Xjentifiku
indipendenti appoġġjat minn struttura ta' implimentazzjoni ddedikata
fil-forma tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-KER (ERCEA)[2] li nħolqot skont
ir-reġim ġenerali tal-aġenziji eżekuttivi.
Ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-programm "Ideas" u
għall-appoġġ tal-Kunsill Xjentifiku ġiet iddelegata
lill-Aġenzija mill-Kummissjoni fl-2008 u l-awtonomija ngħatat
lill-Aġenzija f'Lulju 2009. F'konformità mal-Artikolu 4.4 u
l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm
Speċifiku "Ideas", dan ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni,
imfassal b'kooperazzjonu mal-Kunsill Xjentifiku tal-KER u l-Aġenzija
Eżekuttiva tal-KER, jippreżenta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni
tal-operazzjonijiet tal-KER u l-ksib tal-għanijiet tagħha fl-2011.
Dan ir-rapport huwa kkumplimentat b'rapport mill-Kunsill Xjentifiku dwar
l-implimentazzjoni u l-kisbiet xjentifiċi tal-programm matul
is-sena 2011[3]. 2. Kwistjonijiet ta'
Strateġija Il-Kunsill Xjentifiku huwa responsabbli biex
jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika tal-KER, inkluż
l-istabbiliment tal-iktar dokument ta' strateġija importanti tal-KER,
il-Programm ta' Ħidma annwali "Ideas". 2.1. Skemi ta' finanzjament Żewġ skemi ta' għotja jiffurmaw
il-qofol tal-Programm ta' Ħidma "Ideas". Għotjiet għad-Debuttanti, li jappoġġjaw lir-riċerkaturi fl-istadju bikri
tal-karriera tagħhom, bil-għan li jipprovdu kundizzjonijiet ta'
xogħol li jippermettulhom isiru mexxejja indipendenti tar-riċerka. Għotjiet għal Riċerkaturi
Avvanzati, imfassla biex jappoġġjaw mexxejja
tar-riċerka importanti u stabbiliti billi jipprovdu r-riżorsi
meħtieġa biex jippermettulhom ikomplu x-xogħol tal-gruppi
tagħhom, billi jfittxu kisbiet sinifikanti ġodda fil-linja
tar-riċerka tagħhom. Il-Kunsill Xjentifiku, biex
isaħħaħ ir-rwol tal-KER fil-katina tal-innovazzjoni
mir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien
għall-benefiċċji soċjo-ekonomiċi, fl-2011
żviluppa u nieda opportunità ġdida ta' offerta - il-Prova
tal-Kunċett – li hija offruta lid-detenturi tal-għotjiet tal-KER
biex jistabbilixxu l-potenzjal tal-innovazzjoni ta’ ideat li joħorġu
mill-proġetti tagħhom iffinanzjati mill-KER. L-iskema timmira li
tkopri d-differenza fil-finanzjament fl-istadju l-iktar bikri tal-innovazzjoni.
2.2. Il-Programm ta' Ħidma
għall-2011 għall-Programm Speċifiku "Ideas" Il-Programm ta' Ħidma għall-2011
għall-Programm Speċifiku "Ideas" ġie stabbilit
fl-14 ta' April 2010 mill-Kunsill Xjentifiku u ġie adottat
sussegwentement fid-19 ta' Lulju 2010 mill-Kummissjoni[4]. Il-Programm ta’ Ħidma
ġie rivedut u jinkludi l-opportunità l-ġdida ta’ għotja,
il-Prova tal-Kunċett. Il-verżjoni riveduta, stabbilita mill-Kunsill
Xjentifiku fid-29 ta’ Novembru 2010, ġiet adottata
mill-Kummissjoni fl-24 ta’ Marzu 2011[5]. Minbarra l-introduzzjoni tal-Għotjiet
tal-Prova tal-Kunċett, saru ftit aġġustamenti
fl-istrateġija xjentifika. Il-perjodu tal-eliġibiltà
għall-Għotja għad-Debuttanti ġie estiż ulterjorment;
issa jikkonsisti minn 2 – 12-il-sena għall-għoti ta’ PhD (2 – 7
għal "debuttanti" u 7-12 għal "konsolidanti").
Ir-restrizzjoni fuq l-applikazzjoni mill-ġdid kienet illaxkata wkoll;
l-applikanti issa jistgħu japplikaw mill-ġdid għas-sejħa li
ġejja jekk il-proposta tagħhom kienet ivvalutata li taqbeż
il-limitu tal-kwalità. Id-dominju interdixxiplinarju issemma mill-ġdid
bħala “ir-raba’ dominju” b’baġit indikattiv ta’ 10%. 2.3. Metodoloġija għal
reviżjoni bejn il-pari Il-KER juża
struttura ta' bordijiet ta' livell għoli ta' reviżjoni bejn il-pari
li l-membri tagħhom jintgħażlu mill-Kunsill Xjentifiku u
jinkludu xjenzjati, inġiniera u studjużi kemm mill-UE kif ukoll lil
hinn minnha. Dawn il-bordijiet ikopru d-dixxiplini kollha tar-riċerka u
huma organizzati f'qafas ta' tliet dominji ta' riċerka ewlenin: Ix-Xjenzi
Fiżiċi u l-Inġinerija, ix-Xjenzi tal-Ħajja, u x-Xjenzi Soċjali
u l-Istudji Umanistiċi. B'konsistenza mas-sejħiet preċedenti,
l-għadd tal-bordijiet kien ta’ 25 għaż-żewġ skemi ta'
għotja. Il-proposti Prova tal-Kunċett ġew ivvalutati minn sett
speċifiku ta’ reviżuri bejn il-pari li ħadmu mill-bogħod. 3. L-Implimentazzjoni
tal-Programm Fl-implimentazzjoni tal-Programm fl-2011,
l-impenji ta' iktar minn EUR 1.3 biljun (impenn globali) u
l-ħlasijiet ta' EUR 725 miljun ġew eżegwiti b'mod
sħiħ, u rrappreżentaw 100% tal-krediti operazzjonali
tal-Programm Speċifiku "Ideas" għall-2011. Madwar
2.2 % tal-baġit operazzjonali ntefaq fuq l-amministrazzjoni. 3.1. Għotjiet Sa mill-Programm ta' Ħidma tal-2008,
is-sejħiet tal-KER involvew proċess ta' applikazzjoni f'pass
wieħed, fejn l-applikanti huma mitluba jressqu l-proposta kompluta
tagħhom u evalwazzjoni f'żewġ stadji. L-għotjiet jiġu offruti lill-aqwa
proposti li jiddependu fuq il-baġit disponibbli. L-offerta ssir
abbażi tal-proposta nfisha u l-finanzjament irrakkomandat
mir-reviżjoni bejn il-pari. 3.1.1. Għotjiet tal-KER
għad-Debuttanti Is-sejħa tal-2011 tal-KER
għall-Għotjiet għad-Debuttanti ġiet ippubblikata
f'Lulju 2010 b'baġit indikattiv ta' EUR 661 miljun.
B'kollox waslu 4080 proposta mqassma skont il-kategorija kif ġej:
1690 proposta fix-Xjenzi Fiżiċi u l-Inġinerija, 1440 fix-Xjenzi
tal-Ħajja u 950 fix-Xjenzi Soċjali u l-Istudji Umanistiċi.
Intgħażlu total ta’ 485 proposta għall-fondi, b'total ta' aktar
minn EUR 670 miljun mogħtija u għotja medja kumplessiva
mogħtija ta' madwar EUR 1.4 miljun. Is-sejħa tal-2012
għall-Għotjiet għad-Debuttanti ġiet ippubblikata
f'Lulju 2011 b'baġit indikattiv ta' EUR 730 miljun.
Bħala reazzjoni, tressqu total ta' 4741 proposta: 2058
għax-Xjenzi Fiżiċi u l-Inġinerija, 1653 għax-Xjenzi
tal-Ħajja u 1030 għax-Xjenzi Soċjali u l-Istudji
Umanistiċi, li jirrappreżentaw 43%, 35 % u 22% rispettivament,
sehem simili għas-sejħiet tal-Għotjiet għad-Debuttanti
tal-2010 u tal-2011. 3.1.2. Għotjiet KER għal
Riċerkaturi Avvanzati Is-sejħa tal-2011
għall-Għotjiet tal-KER għal Riċerkaturi Avvanzati ġiet
ippubblikata f'Novembru 2010 b'baġit indikattiv ta'
EUR 661 miljun. B'kollox waslu 2284 proposta mqassma skont
il-kategorija kif ġej: 917 –il proposta fix-Xjenzi Fiżiċi u
l-Inġinerija (40%), 789 fix-Xjenzi tal-Ħajja (35%) u 578 fix-Xjenzi
Soċjali u l-Istudji Umanistiċi (25%). Il-proċess ta' evalwazzjoni
ammonta għal total ta' 294 proposta miżmuma
għall-finanzjament b'total ta' madwar EUR 700 miljun
mogħtija u għotja medja kumplessiva ta' madwar
EUR 2.4 miljuni. Is-sejħa tal-2012
għall-Għotjiet tal-KER għal Riċerkaturi Avvanzati ġiet
ippubblikata f'Novembru 2011 bl-iskadenzi bejn Frar u April 2012 u
b’baġit indikattiv ta' EUR 680 miljun. 3.1.3. Il-Prova tal-Kunċett
tal-KER L-ewwel sejħa għal Prova
tal-Kunċett ġiet ippubblikata f’Marzu 2011 b’baġit
indikattiv ta’ EUR 10 miljun, li bejn wieħed u ieħor nofsu
mar għal kull wieħed miż-żewġ rawnds ta' evalwazzjoni
li jsegwu ż-żewġ skadenzi għas-sottomissjonijiet stabbiliti
għal Ġunju u Novembru 2011 rispettivament. Ir-riċerkaturi
biss li kellhom diġà Għotja tal-KER għad-Debuttanti jew
Għotja tal-KER għal Riċerkaturi Avvanzati kienu eliġibbili
li japplikaw għal fond Prova tal-Kunċett. Total ta’ 78 proposta waslu
fl-ewwel skadenza u 73 minnhom kienu kkunsidrati eliġibbli għal
valutazzjoni, bid-distribuzzjoni li ġejja għal kull dominju
tal-għotja oriġinali tal-KER li għandu l-applikant. 58%
fix-Xjenzi Fiżiċi u l-Inġinerija, 34% fix-Xjenzi tal-Ħajja
u 8% fix-Xjenzi Soċjali u l-Istudji Umanistiċi. Il-valutazzjoni
rriżultat fi 30 proposta aċċettati għall-finanzjament. Sat-tieni skadenza waslu total ta’ 73 proposta
li 67 minnhom kienu kkunsidrati eliġibbli għal evalwazzjoni,
bid-distribuzzjoni li ġejja għal kull dominju tal-għotja
oriġinali tal-KER li għandu l-applikant. 61% fix-Xjenzi
Fiżiċi u l-Inġinerija, 34% fix-Xjenzi tal-Ħajja u 5%
fix-Xjenzi Soċjali u l-Istudji Umanistiċi. 3.2. Il-Kumitat tal-Programm Minbarra d-doveri formali tiegħu,
il-Kumitat tal-Programm tal-Programm Speċifiku "Ideas" iservi
bħala netwerk ta' komunikazzjoni importanti bejn l-Istati Membri u
l-Pajjiżi Assoċjati mal-FP7 (is-Seba' Programm Kwadru), il-Kunsill
Xjentifiku, is-Segretarju Ġenerali tal-KER u l-Kummissjoni. Fl-2011,
il-laqgħat ta' dan il-kumitat saru fit-5 ta' April u
l-24 ta' Ottubru. 3.3. Analiżi etika Kumplessivament, fl-2011 ir-Reviżjoni
etika involviet 55 espert estern u kopriet 100% tal-proposti, li minnhom 3 biss
ġew indikati li jirrelataw maċ-Ċelloli Staminali dderivati
mill-Embrijun Uman. Dawn il-proposti se jiġu trasferiti lill-Kummissjoni
għall-finalizzazzjoni tal-proċess. 3.4. Rimedju Fl-2011, waslu 234 talba għal rimedju, li
jirrappreżentaw 3.6% tal-proposti sottomessi, tnaqqis sinifikanti meta
kkumparat mal-4.6% fl-2010. Iż-żewġ talbiet ta’
suċċess għal rimedju oriġinaw fi żbalji fuq stima
individwali fl-ewwel pass tal-proċess ta' evalwazzjoni.
Fiż-żewġ każijiet seħħet evalwazzjoni
kompletament mill-ġdid, li kkonkludiet li ż-żewġ proposti
kellhom jitqiegħdu fuq il-lista għall-finanzjament; konsegwenza
ta’dan, iż-żewġ proposti intgħażlu
għall-għotja. 3.5. Komunikazzjoni Matul l-2011 il-KER intensifika l-attivitajiet
ta’ sensibilizzazzjoni tiegħu dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament,
fl-Ewropa u lil hinn, filwaqt li jiżgura l-preżenza u l-involviment
tiegħu f'konferenzi ta' riċerka u esebizzjonijiet internazzjonali,
kif ukoll f'fieri tal-karrieri u f'sessjonijiet ta' ħidma, filwaqt li
l-viżibbiltà tal-proġetti ffinanzjati tal-KER għoliet fost
il-pubbliku ġenerali u l-midja. Fl-Ewropa, il-KER
ħa sehem fil-laqgħat annwali tal-Organizzazzjoni Ewropea
tal-Bioloġija Molekulari fi Vjenna u tal-Assoċjazzjoni Ewropea
tas-Soċjoloġija f'Ġinevra, il-Kungress tal-Federazzjoni
tas-Soċjetajiet Ewropej tal-Bijokimika f’Turin, il-Fiera tal-Karrieri
tal-Impjiegi Naturali f'Londra, il-laqgħa tal-Universitajiet Ewropej,
ir-Relazzjonijiet Pubbliċi u l-Uffiċjali tal-Informazzjoni fi Praga,
il-Konferenza Falling Walls f'Berlin, kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Innovazzjoni
tal-UE fi Brussell. Saru sforzi speċjali f’pajjiżi
b’parteċipazzjoni baxxa fl-iskemi tal-KER. F’Ġunju, fl-okkażjoni
tal-Presidenza Ungeriża tal-Unjoni Ewropea, il-KER organizza konferenza
ewlenija dwar "Il-Promozzjoni tal-Eċċellenza fir-Riċerka
fl-Ewropa", f'Budapest, flimkien mal-Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi.
L-attenzjoni kienet fuq l-aħjar riċerkaturi li kellhom
suċċess fil-kisba ta' għotjiet ferm kompetittivi tal-KER.
Għażla ta’ detenturi tal-għotjiet tal-KER taw
ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju
Nobel 2010 Konstantin Novoselov. F’Riga (il-Latvja) ġiet organizzata
preżentazzjoni pubblika dwar il-KER b'kooperazzjoni mal-Akkademja
nazzjonali tax-Xjenzi. Fil-Polonja, serje ta’ workshops ta’ sensibilizzazzjoni
kienu organizzati mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali u Reġjonali
tal-Polonja. Fil-25 ta’ Mejju 2011, il-KER
ġie invitat għal skambju ta’ fehmiet mal-Kumitat tal-Parlament
Ewropew għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE).
Seħħ skambju ta’ fehmiet ukoll fil-Kunsill tal-Kompetittività
fit-30 ta’ Settembru 2011 mal-Kummissarju
għar-riċerka, l-innovazzjoni u x-xjenza u l-President tal-KER. Barra mill-Ewropa,
il-KER reġa’ kien preżenti fi ftit pajjiżi ta’ prijorità,
fosthom l-Istati Uniti tal-Amerika (Karrieri Ewropej MIT, l-Assoċjazzjoni
Amerikana għall-Iżvilupp fix-Xjenza, il-Laqgħa Annwali
tas-Soċjetà għan-Newroxjenza, l-Assoċjazzjoni Amerikana għar-Riċerka
dwar il-Kanċer, il-Konferenza Internazzjonal Bio, il-Laqgħa
tal-Unjoni Amerikana tal-Ġeofiżika), iċ-Ċina (żjarat
f'organizzazzjonijiet tar-riċerka u universitajiet f'Beijing), l-Indja
(il-Kungress Indjan tax-Xjenza f'Chennai u l-parteċipazzjoni f’kampanja
tal-UE organizzata mid-Delegazzjoni tal-UE madwar il-pajjiż) u
l-Brażil (Sao Paulo u Brasilia), fl-okkażżjoni tas-60
anniversarju tal-Aġenzija tal-Fondazzjoni tar-Riċerka
tal-Brażil. Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku u l-persunal
tal-Aġenzija Eżekuttiva ikkontribwixxew f’ħafna minn dawn l-attivitajiet
ta’ għajnuna u attendew kungressi xjentifiċi oħra li saru fl-UE
u f’partijiet oħra tad-dinja (bħal-Laqgħa Annwali
tas-Soċjetà Amerikana għall-Bijoloġija taċ-Ċelloli
f'Denver, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Konferenza Annwali Amerikana
tal-Assoċjazzjoni Antropoloġika f'Montréal u l-laqgħa
tal-Ħarifa tas-Soċjetà tar-Riċerka dwar il-Materjali
f’Varsavja). Il-KER ġibed l-attenzjoni tal-midja
fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha tul is-sena, kemm bħala organizzazzjoni
u permezz tal-proġetti ffinanzjati u d-detenturi tal-għotjiet
tiegħu. L-attivitajiet tal-istampa rriżultaw f’għadd tajjeb ta’
artikli kemm fl-istampa xjentifika kif ukollf'dik aktar ġenerali (aktar
minn 1900 tismija) u f'ħafna stqarrijiet għall-istampa u
aġġornamenti mqassma lill-midja. Intervisti numerużi
mal-President, is-Segretarju Ġenerali jew il-Kunsill Xjentifiku tal-KER
ġew ippubblikati, ukoll f'gazzetti ewlenin ta' kuljum. B’segwitu
għall-aħbarijiet, ġew ippubblikati tliet “Features
Speċjali” fl-okkażżjoni ta’ jum l-Alzheimer, ix-Xahar
tas-Sensibilizzazzjoni dwar il-Kanċer tas-Sider u l-Konferenza dwar
it-Tibdil fil-Klima tan-NU f'Durban. Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali (NCPs)
ibbażati fl-Ewropa kollha u li jservu bħala multiplikaturi
tal-informazzjoni għall-applikanti potenzjali, inżammu infurmati
kontinwament dwar l-iżviluppi tal-KER u s-sejħiet tiegħu. Finalment, f’Settembru ġiet imnedija
websajt kompletament ġdida, b’dehra u sensazzjoni ġdida, lejawt
ġdid, navigazzjoni aktar ċara u aktar sempliċi għall-utent,
funzjonalitajiet addizzjonali u b’approċċ aktar dinamiku. Rivista li
toħroġ kull tliet xhur l-isem ta’ “Ideas” ġiet ippubblikata l-ewwel
darba f’Marzu, biex toffri aktar informazzjoni dettaljata u
preżentazzjonijiet tal-kisbiet, il-proġetti, il-benefiċjarji
tal-għotjiet u s-sħab tal-KER. 3.6. Monitoraġġ,
Valutazzjoni u Evalwazzjoni (MVE) tal-Programm Speċifiku "Ideas" Evalwazzjoni tar-riżultati
ewlenin tal-KER tħejjiet flimkien mal-valutazzjoni tal-impatt ex-ante
tal-proposta tal-Kummissjoni dwar Horizon 2020, il-Programm ta’ Qafas li
jmiss għar-Riċerka u l-Innovazzjoni[6].
Is-sejbiet minn din l-evalwazzjoni jinkludu dawn li ġejjin: ·
Sa tmiem is-sena 2011 kienu għaddejin aktar
minn 2000 proġett ta' riċerka transfruntiera f'madwar
470 istituzzjoni prestiġjuża ta' riċerka fl-Ewropa. ·
Mill-2011, sitta u tletin benefiċjarju
tal-KER irċivew premjijiet xjentifiċi internazzjonali
prestiġjużi, fosthom 4 Premijiet Nobel u 3 Medalji fil-Qasam. ·
L-għadd ta’ artikli li jirrikonoxxu
finanzjament mill-KER, ippubblikati f'ġurnali riveduti bejn il-pari
żdied minn 1200 fl-2010 għal iktar minn 1750 fl-2011,
b’total ta’ iktar minn 3400 mill-2008. Din hija taħlita ta'
għadd ta' proġetti li qed jiżdiedu u proġetti li qed
jimmaturaw u li qed jagħtu aktar riżultati. ·
L-impronta tal-KER qed tikber malajr kif jidher
mill-attenzjoni fuq artikli fi tnejn mill-aktar ġurnali xjentifiċi
ċċitati (Nature u Science). Fl-2011, kull gimgħa talanqas
proġett wieħed iffinanzjat mill-KER ippubblika s-sejbiet tiegħu
f’Nature jew f’Science. Dan jikkorrispondi ma' kull ħmistax u kull seba'
ġimgħat fl-2010 u l-2009 rispettivament. Fl-2010, il-Kummissjoni, l-ERCEA u l-Kunsill
Xjentifiku ħadu azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Analiżi
tal-KER ta' strutturi u mekkaniżmi[7].
F'Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-KER[8], il-Kummissjoni kkonfermat
l-arranġamenti għall-appoġġ lokali lill-President u
l-Viċi-Presidenti tal-Kunsill Xjentifiku fil-postijiet tax-xogħol
tagħhom u introduċiet onorarju għall-attendenza fil-laqgħat
plenarji tal-Kunsill Xjentifiku bħala rikonoxximent tal-impenji personali
tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku u tal-ħin li jużaw biex iwettqu
l-kompiti tal-KER. L-istess deċiżjoni introduċiet
il-kunċett tal-Kumitat Permanenti għall-Identifikazzjoni, sabiex
jiġu identifikati membri futuri tal-Kunsill. Dawn il-miżuri saru
operazzjonali u ġew ipprovduti b’baġit fir-reviżjoni
tal-programm ta’ ħidma Ideas f’Marzu 2011[9]. Bit-tmexxija tal-KER u f'kuntatt mill-qrib
mal-Kunsill Xjentifiku, il-Kummissjoni rriflettiet iktar dwar soluzzjoni
sostenibbli u li tħares 'il quddiem, fid-dawl ta’ Horizon 2020. Din
ir-riflessjoni ġiet fdata lil Task Force, imwaqqfa f'Diċembru 2010
u li kienet tinkludi rappreżentanti tal-Kunsill Xjentifiku tal-Bord ta'
Reviżjoni tal-KER u tal-Kummissjoni[10].
Ir-rapport tat-Task Force tal-KER ġie ppubblikat
fit-12 ta’ Lulju 2011[11]
u ġie mgħoddi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.
Il-konklużjoni ewlenija tiegħu hija li fil-perjodu
taż-żmien ta' Horizon 2020, il-futur tal-KER huwa żgurat
aħjar fl-istruttura ta' Aġenzija Eżekuttiva. Ir-rapport huwa
konformi ferm mal-konklużjonijiet tar-Reviżjoni tal-KER tal-2009.
Huwa jirrikonoxxi s-suċċess enormi li kellu sa issa l-KER u
jipproponi miżuri għat-titjib tal-operazzjonijiet tiegħu.
Waħda mill-innovazzjonijiet rakkomandati hija d-dispożizzjoni
għal President kważi full-time ibbażat fi Brussell,
dispożizzjoni li tneħħi l-ħtieġa ta’ Segretarju
Ġenerali tal-KER. Ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ġew
inkorporati fil-proposti tal-Kummissjoni għall-programm speċifiku li
jimplimenta Horizon 2020[12].
4. Struttura tal-Kunsill
Ewropew tar-Riċerka 4.1. Il-Kunsill Xjentifiku It-tiġdid ta’ terz tal-membri tal-Kunsill
Xjentifiku daħal fis-seħħ f’Jannar 2011 u kien
ippreżentat fir-rapport annwali tas-sena l-oħra[13]. Il-Kumitat Permanenti ta’ Identifikazzjoni għadu għaddej
bit-tfittxija għal membri futuri u f'Diċembru 2011 ħabbar
il-konsultazzjoni tal-komunità xjentifika[14] għall-eżerċizzju
ta' identifikazzjoni li jmiss, f’Ottubru 2012. Wara t-tiġdid tal-Kunsill Xjentifiku,
il-Professuri Pavel Exner u Carl-Henrik Heldin, it-tnejn membri fundaturi
tal-Kunsill Xjentifiku, ġew eletti bħala Viċi-Presidenti[15]. Fl-2011 il-Kunsill Xjentifiku għażel
lill-Prof. Donald Bruce Dingwel, Professur fil-Volkanoloġija Esperimentali
fl-Università ta' Ludwig-Maximilian ta’ Munich, bħala t-tielet Segretarju
Ġenerali wara Ernst-Ludwig Winnacker u Andreu Mas-Colell. Il-Prof.
Dingwell ħa l-kariga fl-1 ta’ Settembru 2011[16]. Il-Kunsill Xjentifiku organizza 5 laqgħat
plenarji fl-2011, li tnejn minnhom saru barra minn Brussell. f’Budapest
(l-Ungerija) f’Ġunju u f’Riga (il-Latvja) f’Ottubru. Is-sommarju
tal-laqgħat plenarji huwa ppubblikat fil-websajt tal-KER[17]. Barra mis-sessjonijiet plenarji, il-membri
tal-Kunsill Xjentifiku jiltaqgħu fi Gruppi ta' Ħidma u jindirizzaw
kwistjonijiet speċifiċi. Fl-2011, l-Aġenzija Eżekuttiva
organizzat diversi laqgħat tal-Gruppi ta' Ħidma dwar
"L-Innovazzjoni u r-Relazzjonijiet mal-Industrija",
l-"Aċċess Miftuħ", l-“Internazzjonalizzazzjoni" u
l-"Bilanċ bejn is-Sessi". Il-Gruppi ta' Ħidma jagħmlu
analiżi u jikkontribwixxu għall-istrateġija xjentifika tal-KER
permezz ta' proposti li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Xjentifiku
b'mod plenarju f'oqsma koperti mill-mandati tagħhom: jeżaminaw
ir-relazzjoni tal-KER mas-settur industrijali/tan-negozju u l-impatt
tar-riċerka dwar l-innovazzjoni ffinanzjata mill-KER; jiżviluppaw
pożizzjoni tal-KER dwar l-aċċess miftuħ; jesploraw mekkaniżmi
adattati biex jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi
mhux Ewropej, partikolarment mill-Brażil, ir-Russja, l-Indja u
ċ-Ċina (il-pajjiżi BRIC) fl-iskemi tal-KER; jiżguraw li
l-KER ikun fuq ta' quddiem fl-aqwa prassi rigward il-bilanċ bejn is-sessi
tal-benefiċjarji. Il-Kunsill Xjentifiku għandu
żewġ Kumitati Permanenti, wieħed dwar ir-reviżjoni bejn
il-pari u ieħor dwar il-kunflitt ta' interess u l-imġiba xjentifika
ħażina. Serje ta’ dokumenti ta’ ħidma li fihom analiżi u
messaġġi importanti rigward il-kwistjonijiet speċifiċi
trattati minn Gruppi oħra ta' Ħidma u mill-Kumitati Permanenti
tħejjew mill-Aġenzija Eżekuttiva, b’ħidma mal-membri
tal-gruppi. Biex ikun żgurat iktar il-kuntatt
mal-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva, il-President u
l-Viċi-Presendenti tal-Kunsill Xjentifiku, is-Segretarju Ġenerali
tal-KER u d-Direttur tal-Aġenzija jiltaqgħu regolarment bħala
l-Bord tal-KER. Għal dawn il-laqgħat jattendu l-ogħla livelli
tal-korp ta’ ġestjoni tal-Aġenzija. Fl-2011, il-Bord iltaqa' fi
Brussell għaxar (10) darbiet, partikolarment biex iħejji
l-laqgħat tal-Kunsill Xjentifiku jew minħabba s-segwitu tagħhom. Il-laqgħat plenarji tal-Kunsill
Xjentifiku u l-laqgħat tal-membri tiegħu mal-partijiet interessati
tal-KER jitħejjew bl-appoġġ organizzattiv u amministrattiv
tal-Aġenzija Eżekuttiva. L-Aġenzija tipprovdi wkoll pariri u
analiżi biex tgħin lill-Kunsill Xjentifiku jissodisfa l-kompiti
tiegħu kif deskritt fl-Anness 1 għall-Programm Speċifiku Ideas,
kif ukoll bħala appoġġ għall-attivitajiet operattivi
tal-Gruppi ta' Ħidma u l-kumitati permanenti tiegħu. 4.2. L-Aġenzija
Eżekuttiva tal-KER Minn Lulju 2009, l-Aġenzija kienet
responsabbli għall-aspetti kollha tal-implimentazzjoni amministrattiva u
t-twettiq tal-programm kif ipprovdut fil-Programm ta' Ħidma. L-operazzjonijiet tal-Aġenzija huma
ssorveljati minn Kumitat ta’ Tmexxija, maħtur mill-Kummissjoni.
F’konformità mal-konklużjonijiet tat-Task Force tal-KER, is-sħubija
tal-Kumitat ta’ Tmexxija ġiet immodifikata biex tinkludi, żewġ
membri tal-Kunsill xjentifiku, il-Professuri Sierd Cloetingh u Tomasz Dietl,
bħala membri esterni. Il-Kumitat huwa presedut mid-Direttur Ġenerali
ta' DĠ għar-Riċerka u Innovazzjoni filwaqt li s-Segretarju
Ġenerali tal-KER huwa osservatur. Fl-2011, il-Kumitat tat-Tmexxija
organizza erba' laqgħat u adotta d-deċiżjonijiet relatati
mal-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Aġenzija, il-baġit u
l-kontijiet. Waqt kull laqgħa tiegħu, il-Kumitat ta' Tmexxija
rċieva rapport dettaljat dwar il-progress mid-Direttur tal-Aġenzija. 4.2.1. Il-Persunal tal-Aġenzija Il-baġit operattiv tal-2011 ipprovda pjan
ta’ stabbiliment ta' 100 aġent temporanju u baġit għal
253 persunal kuntrattwali u 7 esperti nazzjonali ssekondati, li ammontaw
għal total ta’ 360 aġent. Fi tmiem Diċembru 2011,
l-Aġenzija impjegat total ta' 350 aġent: 97 aġent
temporanju, 245 aġent kuntrattwali u 8 esperti nazzjonali
ssekondati. L-istatistika ta' Diċembru 2011 turi
li l-Aġenzija timpjega madwar 36 % rġiel u 64 % nisa.
Fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi tal-persunal speċjalizzat
ħafna (l-Aġenti Temporanji u l-Grupp ta' Funzjoni IV
tal-Aġenti Kuntrattwali), 54 % tal-karigi huma okkupati min-nisa. Fi
tmiem l-2011, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-KER impjegat ċittadini
minn 24 Stat Membru. Pablo Amor segwa lil Jack Metthey bħala Direttur
ad interim tal-Aġenżija Eżekuttiva tal-KER
fl-1 ta’ Jannar 2011. 5. Konklużjonijiet u
Previżjoni għall-2012 L-għotjiet tal-KER intlaqgħu tajjeb
ħafna mill-komunità tar-riċerka. Sa mill-bidu tal-2007 il-KER lestiet
tmien sejħiet għall-proposti għall-iskemi għad-Debuttanti u
għal Riċerkaturi Avvanzati. Il-kompetizzjonijet irrendew total ta’
iktar minn 26000 proposta li minnhom 2500 intgħażlu
għall-finanzjament permezz ta’ reviżjoni rigoruża bejn il-pari. Fl-2012, il-Kunsill Xjentifiku ser
jintroduċi l-Għotjiet ta’ Sinerġija biex jippermetti
gruppi żgħar ta’ riċerkaturi li jiġbru flimkien ħiliet
kumplimentari, għarfien u riżorsi, sabiex jindirizzaw flimkien
il-problemi ta' riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, u jmorru lil hinn
minn dak li jista' jikseb riċerkatur waħdu. L-għotjiet ta’
sinerġija qed jiġu introdotti fuq bażi pilota u b’baġit ta’
EUR 150 miljun[18]. Matul l-2012 se
jkun hemm ukoll id-diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar
il-proposti tal-Kummissjoni għal Horizon 2020. Ambizzjoni ewlenija
waħda ta’ Horizon 2020 hija li tkun appoġġjata
l-pożizzjoni tal-UE bħala mexxejja dinjija fix-xjenza b’baġit
dedikat ta’ EUR 24.6 biljun, inkluża żieda ta’ 77%
fil-fondi għall-KER. L-istimulazzjoni
tal-baġit tal-KER se tippermetti aktar riċerkaturi ta' kalibru
għoli u l-ideat pijunieri tagħhom biex ikunu appoġġjati, u
speċjalment riċerkaturi iżgħar biex ikunu pprovduti
b'perspettiva fit-tul. Finalment,
fl-2012, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-KER se tkun temmet 3 snin ta'
eżistenza awtonoma u se tgħaddi minn valutazzjoni esterna, li se
tinkludi analiżi tal-benefiċċju mal-ispiża. Ir-rapport ta’
evalwazzjoni se jiġi mgħoddi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. [1] ĠU L 57, 24.02.2007, p. 14. [2] 2008/37/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija
Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka
għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju Ideat
fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 9, 12.01.2008.
p. 15). [3] http://erc.europa.eu/sites/default/files/document/file/erc_annual_report_2011.pdf [4] C(2010)4898 tad-19.07.10, mhux ippubblikat [5] C(2011)1848 tal-24.03.11, mhux ippubblikata [6] COM (2011) 809 finali, tat-30.11.2011 [7] Rapport tar-Reviżjoni tal-Bord: Navvanzaw lejn
Organizzazzjoni tar-Riċerka ta' livell dinji li tmur lil hinn
mill-Fruntieri: Analiżi tal-Istrutturi u l-Mekkaniżmi tal-Kunsill
Ewropew għar-Riċerka (23 ta' Lulju 2009). http://erc.europa.eu/index.cfm?fuseaction=page.display&topicID=158 Tweġiba tal-Kummissjoni: Komunikazzjoni lill-Kunsill u
lill-Parlament C(2009) 552 finali tat-22.10.2009 http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/other_reports_studies_and_documents/commission_communication_on_the_erc_review_-_22_october_2009.pdf
[8] Id-Deċiżjoni 2011/12/UE tat-12.1.2011, ĠU L 9,
13.1.2011, p. 5 [9] C(2011) 1848 tal-24.03.11, mhux pubblikata. [10] Stqarrija
għall-Istampa IP/10/1759 http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/10/1759&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=fr [11] http://erc.europa.eu/about-erc/reviews-and-development-erc [12] COM (2011) 811 finali, tat-30.11.2011 [13] COM(2011) 497, 17.8.2011. [14] http://ec.europa.eu/research/index.cfm?pg=newsalert&lg=en&year=2011&na=na-121211 [15] http://erc.europa.eu/pdf/ERC_Press_release_Vice-Presidents.pdf
[16] http://erc.europa.eu/pdf/ERC_Press_release_New_Secretary_General.pdf [17] http://erc.europa.eu/about-erc/organisation [18] http://ec.europa.eu/research/fp7/pdf/wp2012/wp2012_ideas_en.pdf