Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0435

P7_TA(2012)0435 L-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (COM(2012)0115 – C7-0079/2012 – 2012/0054(COD)) P7_TC1-COD(2012)0054 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

ĠU C 419, 16.12.2015, pp. 214–215 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/214


P7_TA(2012)0435

L-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (COM(2012)0115 – C7-0079/2012 – 2012/0054(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2015/C 419/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0115),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0079/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Novembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0351/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari, hawn taħt imsemmija;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2012)0054

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1218/2012.)


Top