Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0368

    Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) (COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD))
    P7_TC1-COD(2011)0217 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

    ĠU C 68E, 7.3.2014, p. 85–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 68/85


    It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
    Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) ***I

    P7_TA(2012)0368

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) (COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD))

    2014/C 68 E/15

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0489),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0217/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-28 ta' Marzu 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0271/2012),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 137.


    It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
    P7_TC1-COD(2011)0217

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva Nru 1093/2012/UE.)


    Top