EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0367

Materjal riproduttiv tal-foresti ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni (COM(2012)0355 – C7-0175/2012 – (2012/0172(COD))
P7_TC1-COD(2012)0172 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE biex tinkludi l-materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija 'kwalifikati' u biex taġġorna l-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

ĠU C 68E, 7.3.2014, p. 84–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 68/84


It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
Materjal riproduttiv tal-foresti ***I

P7_TA(2012)0367

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni (COM(2012)0355 – C7-0175/2012 – (2012/0172(COD))

2014/C 68 E/14

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0355),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0175/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali tat-18 ta' Settembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Settembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0277/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
P7_TC1-COD(2012)0172

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE biex tinkludi l-materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija 'kwalifikati' u biex taġġorna l-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva Nru 1104/2012/UE.)


Top