Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0332

    Ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut (COM(2011)0888 – C7-0508/2011 – 2011/0434(COD))
    P7_TC1-COD(2011)0434 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli

    ĠU C 353E, 3.12.2013, p. 211–212 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 353/211


    L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
    Ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut ***I

    P7_TA(2012)0332

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut (COM(2011)0888 – C7-0508/2011 – 2011/0434(COD))

    2013/C 353 E/42

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0888),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0508/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0146/2012),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 112.


    L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
    P7_TC1-COD(2011)0434

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1026/2012.)


    Top