Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0197

    Roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Mejju 2012 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD))
    P7_TC1-COD(2011)0187 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 10 ta' Mejju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (Riformulazzjoni)

    ĠU C 261E, 10.9.2013, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 261/54


    Il-Ħamis 10 ta’ Mejju 2012
    Roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni ***I

    P7_TA(2012)0197

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD))

    2013/C 261 E/14

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0402),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0190/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 (1),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni tal-atti legali (2),

    wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta' Novembru 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-28 ta' Marzu 2012 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0149/2012),

    A.

    billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 131.

    (2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    Il-Ħamis 10 ta’ Mejju 2012
    P7_TC1-COD(2011)0187

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Mejju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (Riformulazzjoni)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 531/2012.)


    Top