Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0081

    Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta' Marzu 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (09771/2011 – C7-0206/2011 – 2010/0343(NLE))

    ĠU C 251E, 31.8.2013, p. 212–212 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 251/212


    L-Erbgħa 14 ta’ Marzu 2012
    Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw ***

    P7_TA(2012)0081

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (09771/2011 – C7-0206/2011 – 2010/0343(NLE))

    2013/C 251 E/32

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (09771/2011),

    wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (08134/2011),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3) u (4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0206/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0024/2012),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


    Top