Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0008

Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, u li jistupula l-arranġamenti proċedurali relatati miegħu (09138/2011 – C7-0163/2011 – 2011/0050(NLE))

ĠU C 227E, 6.8.2013, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 227/41


Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012
Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ***

P7_TA(2012)0008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, u li jistupula l-arranġamenti proċedurali relatati miegħu (09138/2011 – C7-0163/2011 – 2011/0050(NLE))

(2013/C 227 E/14)

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09138/2011),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (07702/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0163/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0391/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.


Top