Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XP0101

    L-istabbiliment ta’ statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Marzu 2011 dwar l-istabbiliment ta’ statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet

    ĠU C 199E, 7.7.2012, p. 187–188 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 199/187


    Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
    L-istabbiliment ta’ statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet

    P7_TA(2011)0101

    Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar l-istabbiliment ta’ statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet

    2012/C 199 E/24

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-ekonomija soċjali (1),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (2),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    A.

    billi l-ġid u l-istabilità tas-soċjetà ġejjin mid-diversità tagħha f'dak li hu imprenditorjat, u billi l-assoċjazzjonijiet, is-soċjetajiet mutwi u l-fondazzjonijiet jikkontribwixxu għal dik id-diversità billi jipprovdu mudell kummerċjali distintiv ibbażat fuq valuri fundamentali, jiġifieri s-solidarjetà, is-sorveljanza demokratika u li wieħed jiffavorixxi l-objettivi soċjali aktar milli l-gwadann,

    B.

    billi, filwaqt li l-assoċjazzjonijiet, is-soċjetajiet mutwi u l-fondazzjonijiet s'issa żviluppaw f'kuntest primarjament nazzjonali, jeħtieġ li jtejbu l-aċċess transkonfinali biex jimmassimizzaw il-potenzjal imprenditorjali tagħhom fl-UE,

    1.

    Jinnota li hu meħtieġ li jinħolqu “kundizzjonijiet ugwali” li jipprovdu lill-assoċjazzjonijiet, lis-soċjetajiet mutwi u lill-fondazzjonijiet strumenti u opportunitajiet ekwivalenti għal dawk disponibbli għal strutturi ġuridiċi organizzattivi oħrajn, biex b'hekk tingħata dimensjoni Ewropea lill-organizzazzjoni u lill-attivitajiet tagħhom;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tintroduċi proposti għal statuti Ewropej għall-assoċjazzjonijiet, is-soċjetajiet mutwi u l-fondazzjonijiet, tipproponi studju tal-fattibilità u valutazzjoni tal-impatt għall-istatuti għall-assoċjazzjonijiet u għas-soċjetajiet mutwi, u biex tlesti l-valutazzjoni tal-impatt għall-istatut għall-fondazzjonijiet fiż-żmien opportun;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (3), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


    (1)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 16.

    (2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0186.

    (3)  Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tal-10 ta’ Marzu 2011 (P7_PV(2011)03-10(ANN1)).


    Top