This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0906
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Council Regulation (EC) No 774/94 opening and providing for the administration of certain Community tariff quotas for high-quality beef, and for pigmeat, poultrymeat, wheat and meslin, and brans, sharps and other residues
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra
/* KUMM/2011/0906 finali - 2011/0445 (COD) */
/* KUMM/2011/0906 finali - 2011/0445 (COD) */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) jiddistingwu bejn żewġ tipi ta’ atti tal-Kummissjoni: L-Artikolu 290 tat-TFEU jippermetti lil-leġiżlatur sabiex jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. Fit-terminoloġija użata mit-Trattat, l-atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod jissejħu “atti delegati” (l-Artikolu 290(3)). L-Artikolu 291 tat-TFEU jippermetti lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha neċessarji tal-liġi nazzjonali sabiex jimplimentaw atti vinkolanti tal-Unjoni. Dawk l-atti jistgħu jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn huma meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħhom. Fit-terminoloġija użata mit-Trattat, atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod jissejħu "atti ta’ implimentazzjoni" (Artikolu 291(4)). L-għan tal-proposta preżenti tikkonsisti fl-allinjament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra, mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat, Ir-Regolament (KE) Nru 774/94 jagħti setgħat lill-Kummissjoni li jippermettilha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni neċessarji. Ir-Regolament jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-aġġustamenti għal dak ir-Regolament, fil-każ li l-volumi u l-kundizzjonijiet l-oħra tal-arranġamenti tal-kwota għandhom jiġu aġġustati, b'mod partikolari b'deċiżjoni li tapprova ftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 774/94 jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 774/94, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati jew ta’ analiżi tal-impatt minħabba li l-proposta li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 ikun allinjat mat-TFUE hija materja interistituzzjonali li għandha tikkonċerna r-Regolamenti kollha tal-Kunsill. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju tal-Proposta L-allinjament tar-Regolament(KE) Nru 774/94 mad-dispożizzjonijiet il-ġodda previsti skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona. - Bażi legali L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 4. L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit. 5. L-ELEMENTI FAKULTATTIVI Ma hemmx elementi fakultattivi. 2011/0445 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ġie trażmess lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94[1] jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. 2. B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 774/94 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 3. Sabiex ikunu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 774/94, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għal dak ir-Regolament, fil-każ li jiġu aġġustati l-volumi u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-kwota, b'mod partikolari b'deċiżjoni li tapprova ftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 774/94, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regoli neċessarji għall-amministrazzjoni tal-arranġamenti għall-kwota msemmija f'dak ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni[2]. 5. Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 774/94 għandu jkun emendat skont dan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 774/94 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikoli 7 u 8 jinbidlu b’dan li ġej: "Artikolu 7 Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-arranġamenti tal-kwota msemmija f'dan ir-Regolament u, skont kif xieraq: (a) id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) id-dispożizzjoni marbuta mar-rikonoxximent tad-dokument li jippermetti li jiġu vverifikati l-garanziji msemmija fil-punt (a), u (c) il-ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni u t-terminu tal-validità tagħhom. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament u tal-Kunsill [ Ir-Regolament dwar l-OKS Unika allinjat ]*. Artikolu 8 Il-Kummisssjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 8a għall-fini tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għal dan ir-Regolament li jirriżultaw, fil-każ li l-volumi u l-kundizzjonijiet l-oħra tal-arranġamenti tal-kwota msemmija f'dan ir-Regolament jiġu aġġustati, b'mod partikolari b'deċiżjoni li tapprova ftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. * ĠU L …, …, p. " (2) Jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej: "Artikolu 8a 1. Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [ daħħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jemenda ]. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. [2] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.