Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0876

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

/* COM/2011/0876 final - 2011/0429 (COD) */

52011PC0876

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma /* COM/2011/0876 final - 2011/0429 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Din il-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna r-reviżjoni ta’ sustanzi ta’ prijorità (SP) fil-qasam tal-politika dwar l-ilma, jiġifieri s-sustanzi kimiċi identifikati fost dawk li jippreżentaw riskju sinifikanti għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku fil-livell tal-UE, li huma elenkati fl-Anness X għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) 2000/60/KE[1]. L-Artikolu 16(4) tal-WFD jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-lista ta’ SP mill-inqas kull erba’ snin; l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali (EQSD - Environmental Quality Standards Directive) 2008/105/KE[2], li fiha huma stabbiliti l-istandards tal-kwalità ambjentali (EQS - environmental quality standards)[3] għas-SP, jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta r-riżultat tal-ewwel reviżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2011. Bħala parti mir-reviżjoni, il-Kummissjoni trid tikkunsidra fost affarijiet oħrajn is-sustanzi fl-Anness III għal dik id-Direttiva għall-inklużjoni possibbli fil-lista. Hija meħtieġa wkoll tippreżenta proposti, jekk xieraq, għal PS ġodda, li tistabbilixxi EQS għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment jew il-bijota[4] kif xieraq, u li tirrevedi l-EQS u l-istat tal-SP eżistenti.

· Kuntest ġenerali

Il-WFD tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ pressjonijiet konsiderevoli fuq l-ambjent akkwatiku, inkluż mit-tniġġis kimiku, u l-ħtieġa għal ġestjoni tal-ilma sostenibbli. L-objettivi ambjentali tagħha jinkludu l-kisba ta’ stat kimiku u ekoloġiku tajjeb għall-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, u l-prevenzjoni tad-deterjorazzjoni. Id-Direttiva hija implimentata fil-livell tad-Distretti tal-Baċini tax-Xmajjar (RBDs – River Basin Districts). L-Istati Membri kienu meħtieġa li sal-2009 jadottaw Pjan ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara (RBMP - River Basin Management Plan) ibbażat fost affarijiet oħra fuq analiżi tal-pressjonijiet u tal-impatti u r-riżultat tal-monitoraġġ, u programm ta’ miżuri għal kull distrett.

Sabiex jilħqu stat kimiku tajjeb, il-korpi tal-ilma għandhom jissodisfaw l-EQS stabbiliti għas-SP u 8 sustanzi niġġiesa oħra li diġà ġew regolati fil-livell tal-UE. It-33 SP attwali jinkludu firxa ta’ sustanzi kimiċi industrijali, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u metalli/komposti tal-metall. Ċerti SP huma identifikati bħala Sustanzi Perikolużi ta’ Prijorità (PHS - Priority Hazardous Substances) minħabba l-persistenza, il-bijoakkumulazzjoni u/jew it-tossiċità tagħhom jew livell ekwivalenti ta’ tħassib, kriterji konsistenti mal-kriterji għal Sustanzi ta' Tħassib Għoli Ħafna (SVHCs - Substances of Very High Concern) skont REACH[5]. L-Istati Membri huma meħtieġa jimmonitorjaw l-SP fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ, u jirrapportaw qabżiet tal-EQS. Il-WFD titlob l-adozzjoni ta’ miżuri għall-kontroll tar-rilaxxi, l-emissjonijiet u t-telf ta’ SP u PHS fl-ambjent akkwatiku – tnaqqis progressiv fil-każ tas-SP, il-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali fil-każ tal-PHS.

L-objettiv ta’ stat ekoloġiku tajjeb jeħtieġ li għas-sustanzi kimiċi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib fil-livell lokali/tal-baċin tax-xmara/nazzjonali iżda mhux bħala SP fil-livell tal-UE, l-istandards iridu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali. Dawk is-sustanzi kimiċi huma magħrufin bħala sustanzi speċifiċi li jniġġsu l-baċin tax-xmara.

Ix-xogħol tekniku fuq ir-reviżjoni tal-lista ta’ SP beda fl-2007 b’eżerċizzju ta’ prijoritizzazzjoni sabiex jiġu identifikati SP ġodda possibbli, u dan kien segwit bil-proċessi ta’ stabbiliment ta’ EQS għalihom u r-reviżjoni tal-EQS għal SP eżistenti u l-istat tagħhom. Is-sustanzi ġodda proposti u t-tibdiliet għas-sustanzi eżistenti huma mistennija li jiġi kkunsidrati fl-RBMPs u l-programmi ta' miżura aġġornati tal-2015.

Matul ir-reviżjoni tal-lista ta’ SP, ġie identifikat titjib fil-funzjonament tal-EQSD, kif ukoll mekkaniżmu għat-titjib tal-identifikazzjoni ta’ SP addizzjonali f’reviżjonijiet futuri.

· Dispożizzjonijiet eżistenti f’dan il-qasam

– Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma

– Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

– Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma

· Konsistenza ma’ politiki oħra

Is-Sitt Programm ta’Azzjoni Ambjentali jidentifika l-miżuri għas-sustanzi ta’ prijorità bħala azzjoni prinċipali (ara l-Artikolu 7(2)(e) tad-Deċiżjoni 1600/2002/KE)[6]. Il-proposta hija konsistenti ma’ politiki u leġiżlazzjoni prinċipali relatati bħal:

– Il-politika dwar is-sustanzi kimiċi: ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

– Il-politika dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti: ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi

– Il-politika dwar il-bijoċidi: id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

– Il-politika dwar il-farmaċewtiċi: id-Direttiva 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

– Il-politika dwar l-emissjonijiet industrijali: id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż u d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali

– Il-politika dwar l-iskart: Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart; Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulata); Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

– Il-politika dwar Sustanza Niġġiesa Organika Persistenti (POPs): ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti

– Il-politika għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar: id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)

2.         RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

· Konsultazzjonijiet u użu tal-kompetenzi

Ix-xogħol tekniku għar-reviżjoni, jiġifieri prinċipalment il-prijoritizzazzjoni u l-istabbiliment tal-EQS, ġie stabbilit mid-DĠ ENV u l-JRC u twettaq minn firxa ta’ esperti fil-perjodu 2008-2010. Dawn inkludew membri tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Aspetti Kimiċi E taħt l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni (CIS – Common Implimentation Strategy) tal-WFD[7], b’mod partikolari żewġ sottogruppi tal-WG E, u l-konsulenza ta’ INERIS (bil-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju Internazzjonali għall-Ilma, IOW - International Office for Water). Is-sħubija tal-WG E u ż-żewġ sottogruppi jikkonsistu mid-DĠs tal-Kummissjoni (ENV, ENTR u SANCO), l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati inkluża firxa ta’ assoċjazzjonijiet tal-industrija Ewropej (AESGP, AISE, Business Europe, CEFIC, CEPI, CONCAWE, COPA-COGECA, ECPA, EFPIA, EUCETSA, EUDA, EUREAU, EURELECTRIC, EUROFER, EUROMETAUX, EUROMINES), NGOs (EEB, Greenpeace, WWF) u organizzazzjonijiet intergovernattivi (OSPAR).

WG E ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għar-reviżjoni billi appoġġa l-ġbir tad-dejta (inkluż dejta tal-monitoraġġ u ta' periklu), il-proċess ta’ prijoritizzazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi ġodda, l-aġġornament tad-Dokument ta’ Gwida Teknika dwar l-istabbiliment tal-EQS, u d-derivazzjoni tal-EQS. Appoġġa wkoll ir-reviżjoni tas-sustanzi ta’ prijorità u l-EQS eżistenti. Iż-żewġ sottogruppi tal-WG E li wettqu ħafna mix-xogħol kienu l-Grupp tal-Esperti dwar id-Dokument ta’ Gwida Teknika dwar l-EQS (EG-EQS), u s-Sottogrupp dwar ir-Reviżjoni tas-Sustanzi ta’ Prijorità (SG-R), it-tnejn ippreseduti minn esperti mill-JRC u r-Renju Unit. Il-gruppi tal-partijiet interessati tal-industrija tal-WG E involvew il-kumpaniji membri l-aktar reċenti, ġeneralment irrappreżentati minn esperti tekniċi, fid-diskussjonijiet tas-sottogrupp, b’mod partikolari meta l-proċedura tal-għażla laħqet l-istadji finali tagħha u ġew żviluppati l-EQS.

L-abbozzi tal-EQS ġew sottomessi lill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali (SCHER)[8] għall-opinjoni tiegħu.

Fl-opinjoni tiegħu dwar il-fajl tal-EQS għan-Nikil, SCHER innota li analiżi fil-fond, inkluża analiżi statistika indipendenti, ta’ ċerta dejta ta’ livell ogħla, setgħet tinfluwenza l-EQS finali. Għalkemm minn dak iż-żmien dan ġie ppruvat, id-differenza tal-opinjoni fost l-esperti tfisser li, fl-abbozz tal-proposta l-MA-EQS (ilmijiet interni) għan-Nikil ġie stabbilit għal 4 minflok 2 μg/l, sakemm joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjoni ulterjuri ma’ SCHER dwar il-konklużjonijiet tal-analiżi.

· Valutazzjoni tal-impatt

Meta x-xogħol tekniku kien fl-istadji finali tiegħu fl-2010, beda x-xogħol fuq il-valutazzjonijiet tal-impatt bil-bidu ta’ studju mill-konsulent Entec[9]. Il-konsulent abbozza rapporti dwar l-impatti ta’ sustanzi individwali b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tax-xogħol tekniku[10], u dawn intużaw għal parti kbira tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ appoġġ.

Grupp ta’ Tmexxija tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt appoġġja l-preparazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt, bil-parteċipazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni li ġejjin: is-Segretarjat-Ġenerali (SĠ), AGRI, ENTR, JRC, MARE, REGIO, RTD, u SANCO.

Għall-iżvilupp tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, twettqu konsultazzjonijiet ma’ WG E u ma’ partijiet interessati addizzjonali mhux irrappreżentati f’dak il-WG.

Il-Bord dwar il-Valutazzjonijiet tal-Impatt iddiskuta r-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Ġunju 2011. Il-kummenti li saru ġew indirizzati fir-rapport ta’ akkumpanjament tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Bażi legali

Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 192(1) tat-Trattat.

· Prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità

It-tniġġis tal-ilma għandu karattru transkonfinali importanti ħafna. 60 % tat-territorju tal-UE jinstab f’baċini tax-xmajjar kondiviżi. Minħabba dan, u minħabba li ħafna sustanzi li jikkawżaw it-tniġġis jintużaw mal-UE kollha, huwa xieraq li jiġu stabbiliti EQS armonizzati għalihom fil-livell tal-UE fejn jiġi identifikat riskju sinifikanti għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku. Minbarra l-protezzjoni usa’, jiġu żgurati kundizzjonijiet aktar ekwi milli meta kieku jkunu biss ftit Stati Membri li jistabbilixxu EQS jew jekk l-EQS nazzjonali jkunu differenti ħafna.

Din il-proposta hija limitata għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ prijorità u għall-istabbiliment ta’ EQS fil-livell tal-UE. Ebda miżuri tal-UE addizzjonali ma huma proposti, lil hinn minn dawk diġà disponibbli. Miżuri ta’ kontroll tat-tniġġis speċifiċi u addizzjonali jibqgħu f’idejn l-Istati Membri, li jistgħu jagħżlu l-mod l-aktar effettiv biex jilħqu l-objettivi b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet lokali.

· Għażla tal-istrument

Strument propost: Direttiva li temenda l-WFD u l-EQSD.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ebda implikazzjoni baġitarja ma hija mistennija.

5.           INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

· Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Il-proposta temenda l-EQSD u l-WFD, dik tal-aħħar fir-rigward tal-Anness X biss.

L-Artikolu 1 jissostitwixxi l-Anness X għall-WFD bit-test stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva. L-Anness X aġġornat jinkludi s-SP proposti ġodda u jidentifika ż-żewġ SP eżistenti bħala PHS. L-Anness huwa ssimplifikat bl-inklużjoni ta’ parti mill-informazzjoni li preċedentement kienet fit-tabella fin-noti ta’ qiegħ il-paġna.

L-Artikolu 2 ta’ din il-proposta jemenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-EQSD:

L-Artikolu 2 huwa emendat biex jintroduċi definizzjoni għat-terminu "matriċi", jiġifieri kompartiment ambjentali li japplikaw għalih l-EQS u li fih il-konċentrazzjonijiet ta’ SP u PHS għalhekk huma mmonitorjati, normalment l-ilma, is-sediment jew il-bijota (il-ħut sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor).

L-Artikolu 3 huwa emendat biex ikun magħmul koerenti mal-istruttura ġdida tal-Parti A tal-Anness I (b’mod partikolari bl-inklużjoni tal-istandards tal-bijota fl-Anness), u biex jemenda l-obbligi tal-Istati Membri rigward l-għażla tal-matriċi għall-monitoraġġ. Hemm matriċi ta’ monitoraġġ difolt speċifikata għal kull sustanza, abbażi tal-karatteristiċi intrinsiċi tagħha. Il-flessibbiltà eżistenti għall-Istati Membri biex jagħżlu matriċi alternattiva hija miżmuma, iżda issa hija soġġetta għas-sodisfazzjon tal-kriterji minimi ta’ prestazzjoni analitika fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE[11]. Barra minn hekk, għas-simplifikazzjoni tar-rapportar, l-obbligi ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-EQSD huma integrati fir-rapportar tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar taħt l-Artikolu 15 tal-WFD. Fl-aħħar nett, il-mandat ta’ komitoloġija biex jiġi emendat il-paragrafu 3 tal-Parti B tal-Anness I huwa allinjat mas-setgħat tad-delegazzjoni l-ġodda.

L-Artikoli 4(4) u 5(6) huma revokati bħala konsegwenza tal-allinjament tal-att mas-setgħat ta’ implimentazzjoni ġodda fit-Trattat. Tali setgħat mhumiex xierqa għall-adozzjoni tal-linji gwida tekniċi għaliex dawn mhumiex dokumenti vinkolanti.

L-Artikolu 8 huwa aġġornat.

Huwa miżjud Artikolu 8a ġdid li jindirizza dispożizzjonijiet speċifiċi għas-sustanzi li jaġixxu kullimkien bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi.

Huwa miżjud Artikolu 8b ġdid sabiex tiġi stabbilita lista ta’ sorveljanza għall-ġabra mmirata tad-dejta ta’ monitoraġġ biex tappoġġja r-reviżjonijiet futuri tal-lista ta’ SP.

L-Artikolu 9 huwa emendat biex jiġi allinjat mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 il-ġdid[12] dwar is-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni u jintroduċi Artikolu 10 ġdid dwar l-eżerċizzju tas-setgħat delegati.

Il-Parti A tal-Anness I hija mibdula bl-Anness II għal din id-Direttiva, li jintroduċi l-SP proposti l-ġodda, jemenda l-EQS għal ċerti SP eżistenti[13] u jintroduċi kolonna għall-istandards tal-bijota. Din il-kolonna tal-aħħar tinkludi t-tliet standards tal-bijota li kienu diġà stabbiliti bl-Artikolu 3(2)(a) tal-EQSD kif ukoll standards tal-bijota għal ċerti SP eżistenti oħra u ċerti SP ġodda. L-elenkar tak-istandards tal-bijota fl-Anness I għall-EQSD jissimplifika l-preżentazzjoni u jtejjeb iċ-ċarezza.

Il-paragrafu 2 tal-Parti B tal-Anness I għall-EQSD huwa emendat biex jagħmel referenza xierqa għas-setgħat ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 9.

L-Anness II għall-EQSD skada u ġie revokat.

L-Anness III għall-EQSD, marbut mal-Artikolu 8 attwali, skada u ġie revokat.

L-Artikolu 3 ta’ din il-proposta jistabbilixxi l-obbligi rigward it-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u n-notifika lill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali.

L-Artikolu 4 jirreferi għad-dħul fis-seħħ.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi li d-Direttiva tkun indirizzata lill-Istati Membri.

2011/0429 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz ta' att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[15],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) It-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ jippreżenta theddida għall-ambjent akkwatiku b’effetti bħal tossiċità akuta u kronika għall-organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni fl-ekosistema u t-telf ta’ ħabitats u l-bijodiversità, kif ukoll theddida għas-saħħa tal-bniedem. Bħala prijorità, il-kawżi tat-tniġġis għandhom jiġu identifikati u l-emissjonijiet għandhom jiġu trattati mis-sors, fil-mod l-aktar ekonomikament u ambjentalment effettiv.

(2) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma[16] tistabbilixxi strateġija kontra t-tniġġis tal-ilma. Dik l-istrateġija tinvolvi l-identifikazzjoni tas-sustanzi ta’ prijorità fost dawk li jikkawżaw riskju sinifikanti lil jew permezz tal-ambjent akkwatiku fil-livell tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta' sostanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika tal-ilma[17] tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ 33 sustanza jew gruppi ta’ sustanzi li ġew prijoritizzati fil-livell tal-Unjoni u li fil-preżent huma inklużi fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE.

(3) Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma[18] tistabbilixxi standards tal-kwalità ambjentali (EQS) għat-33 sustanza ta’ prijorità identifikati fid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE u 8 sustanzi oħra li jniġġsu li diġà ġew regolati fil-livell tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet u l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE.

(4) Il-Kummissjoni mexxiet reviżjoni tal-lista tas-sustanzi ta’ prijorità skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE u waslet għall-konklużjoni li huwa xieraq li temenda l-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità billi tidentifika sustanzi ġodda għal azzjoni prijoritarja fil-livell tal-Unjoni, u tistabbilixxi EQS għalihom, u taġġorna skont il-progress xjentifiku l-EQS għal ċertu sustanzi eżistenti, u tistabbilixxi l-EQS tal-bijota għal ċerti sustanzi ta' prijorità eżistenti u ġodda.

(5) Ir-reviżjoni tal-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità ġiet appoġġjata minn konsultazzjoni estensiva mal-esperti mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-partijiet interessati u l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali (SCHER).

(6) Ħafna atti tal-Unjoni ġew adottati mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, li jikkostitwixxu miżuri ta’ kontroll tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva għal sustanzi ta' prijorità individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ protezzjoni ambjentali jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-oħra eżistenti tal-Unjoni. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-istrumenti eżistenti minflok l-istabbiliment ta’ kontrolli ġodda. L-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE[19].

(7) Minn meta saret id-derivazzjoni tal-EQS għat-33 sustanza ta’ prijorità inklużi fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE ġew konklużi għadd ta’ valutazzjonijiet tar-riskju taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti[20], sostitwit aktar tard bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE[21]. Sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni u jiġu aġġornati l-EQS skont l-aħħar għarfien xjentifiku u tekniku fir-rigward tar-riskji għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku, l-EQS għal uħud mis-sustanzi eżistenti jeħtieġu jiġu riveduti.

(8) Sustanzi addizzjonali li jimponu riskju sinifikanti għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku fil-livell tal-Unjoni ġew identifikati u prijoritizzati bl-użu tal-approċċi speċifikati fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u jeħtieġ li jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi ta’ prijorità. L-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli ġiet ikkunsidrata fid-derivazzjoni tal-EQS għal dawn is-sustanzi.

(9) Id-derivazzjoni tal-EQS għas-sustanzi perikolużi ta’ prijorità normalment tinvolvi livelli ogħla ta’ inċertezza milli huwa l-każ għas-sustanzi ta’ prijorità, iżda l-EQS xorta jistabbilixxi parametru referenzjarju għall-valutazzjoni tal-konformità mal-objettiv ta’ stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ, kif definit fl-Artikolu 2(24) u l-punti (ii) u (iii) tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE. Madankollu, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, l-għan aħħari għas-sustanzi perikolużi ta’ prijorità huwa l-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tal-emissjonijiet, ir-rilaxxi u t-telf, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE.

(10) L-għarfien xjentifiku dwar id-destin u l-effetti tas-sustanzi li jniġġsu fl-ilma evolva b’mod sinifikanti dawn l-aħħar snin. Aħna nafu aktar dwar f'liema kompartiment tal-ambjent akkwatiku (ilma, sediment jew bijota, minn hawn ’il quddiem "matriċi") huwa probabbli li fih tkun tinstab is-sustanza, u għalhekk fejn huwa l-aktar probabbli li l-konċentrazzjoni tagħha tkun tista’ titkejjel. Ċerti sustanzi idrofobiċi ħafna jakkumulaw fil-bijota u huwa diffiċli ħafna li jiġu skoperti fl-ilma anki bl-użu tat-tekniki analitiċi l-aktar avvanzati. Għal dawn is-sustanzi, l-EQS għandhom jiġu stabbiliti fil-bijota. Madankollu, sabiex jieħdu vantaġġ mill-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom u jaddattawha għaċ-ċirkostanzi lokali tagħhom, l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jużaw matriċi alternattivi (ilma, sediment jew bijota) għall-monitoraġġ sakemm il-livell ta’ protezzjoni offrut mill-EQS u s-sistema ta’ monitoraġġ ikun tajjeb daqs dak ipprovdut mill-EQS u l-matriċi stabbiliti f'din id-Direttiva.

(11) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma[22], tistabbilixxi kriterji ta’ prestazzjoni minimi għall-metodi analitiċi użati fil-monitoraġġ tal-istat tal-ilma. Dawk il-kriterji jiżguraw informazzjoni ta’ monitoraġġ sinifikanti u rilevanti billi jitolbu l-użu ta’ metodi analitiċi li huma sensittivi biżżejjed biex jiżguraw li kwalunkwe qbiż tal-EQS jista’ jiġi skopert u mkejjel b’mod affidabbli. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jużaw matriċijiet ta’ monitoraġġ minbarra dawk speċifikati permezz ta' din id-Direttiva biss jekk il-metodu analitiku użat jissodisfa l-kriterji ta' prestazzjoni minimi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE għall-EQS u l-matriċi rilevanti, jew għandu prestazzjoni ferm aħjar mill-metodu użat għall-EQS u l-matriċi speċifikati f’din id-Direttiva.

(12) Is-sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBTs) u sustanzi oħra li jaġixxu bħall-PBTs jistgħu jinstabu għal deċennji fl-ambjent akkwatiku fil-livelli li jimponu riskju sinifikanti, anki jekk ikunu diġà ttieħdu miżuri estensivi għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet. Uħud huma kapaċi wkoll li jinġarru għal distanzi twal u jinstabu tista’ tgħid kullimkien fl-ambjent. Ħafna mit-tali sustanzi huma fost is-sustanzi perikolużi ta’ prijorità eżistenti u proposti u, minħabba li jinstabu kullimkien u jibqgħu fit-tul, uħud minnhom jeħtieġu kunsiderazzjoni speċjali fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-preżentazzjoni tal-istat kimiku skont id-Direttiva 2000/60/KE u fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ.

(13) Rigward il-preżentazzjoni tal-istat kimiku skont it-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippreżentaw separatament l-impatt fuq l-istat kimiku tas-sustanzi li jaġixxu bħala PBTs li jinstabu kullimkien sabiex dak it-titjib fil-kwalità tal-ilma miksub fir-rigward ta’ sustanzi oħra ma jiġix oskurat. Minbarra l-mappa obbligatorja li tkopri s-sustanzi kollha, jistgħu jiġu pprovduti żewġ mapep oħra, waħda tkopri biss is-sustanzi li jaġixxu bħala PBTs li jinstabu kullimkien u oħra tkopri sustanzi oħra.

(14) Il-monitoraġġ għandu jiġi adattat għall-iskala spazjali u temporali tal-varjazzjoni mistennija fil-konċentrazzjonijiet. Minħabba d-distribuzzjoni wiesgħa u ż-żminijiet twal tal-irkupru mistennija għas-sustanzi li jaġixxu bħala PBTs li jinstabu kullimkien, l-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu n-numru ta’ siti ta’ monitoraġġ u/jew il-frekwenza tal-monitoraġġ għal dawk is-sustanzi, sakemm ikun disponibbli xenarju bażi ta’ monitoraġġ statistikament robust .

(15) Il-kunsiderazzjoni speċjali mogħtija lis-sustanzi li jaġixxu bħala PBTs li jinstabu kullimkien ma teżentax lill-Unjoni jew lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri addizzjonali għal dawk diġà meħudin, inkluż fil-livell nazzjonali, għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet, ir-rilaxxi u t-telf ta’ dawk is-sustanzi biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE.

(16) Dejta ta’ monitoraġġ ta’ kwalità għolja, flimkien ma’ dejta dwar l-effetti ekotossikoloġiċi, hija meħtieġa għall-valutazzjonijiet tar-riskju li jappoġġjaw l-għażla ta’ sustanzi ta’ prijorità ġodda. Id-dejta ta’ monitoraġġ miġbura mill-Istati Membri, għalkemm tjiebet b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin, mhux dejjem hija adegwata għall-iskop f'termini ta' kwalità u kopertura tal-Unjoni. Id-dejta ta’ monitoraġġ hija partikolarment nieqsa għal ħafna sustanzi li jniġġsu emerġenti, li jistgħu jiġu definiti bħala sustanzi li jniġġsu li fil-preżent mhumiex inklużi fil-programmi ta' monitoraġġ ta' rutina fil-livell tal-Unjoni iżda li jistgħu jimponu riskju sinifikanti li jeħtieġ regolamentazzjoni, skont l-effetti potenzjali (eko)tossikoloġiċi u għas-saħħa tagħhom u l-livelli tagħhom fl-ambjent (akkwatiku).

(17) Hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ġdid biex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni ta’ monitoraġġ immirata ta’ kwalità għolja dwar il-konċentrazzjoni tas-sustanzi fl-ambjent akkwatiku, b’attenzjoni fuq sustanzi li jniġġsu u sustanzi emerġenti li għalihom id-dejta ta’ monitoraġġ disponibbli mhijiex ta’ kwalità biżżejjed għall-iskop ta' valutazzjoni tar-riskju. Il-mekkaniżmu l-ġdid għandu jiffaċilita l-ġbir ta' dik l-informazzjoni matul il-baċini tax-xmajjar tal-Unjoni. Sabiex l-ispejjeż ta’ monitoraġġ jinżammu f'livelli raġonevoli, il-mekkaniżmu għandu jiffoka fuq numru limitat ta' sustanzi, inklużi temporanjament f'lista ta' sorveljanza, u numru limitat ta' siti ta' monitoraġġ, iżda jagħti dejta rappreżentattiva li hija xierqa għall-iskop tal-proċess ta’ prijoritizzazzjoni tal-Unjoni. Il-lista għandha tkun dinamika, sabiex twieġeb għal informazzjoni ġdida dwar ir-riskji potenzjali imposti mis-sustanzi li jniġġsu emerġenti u tevita l-monitoraġġ ta' sustanzi għal aktar żmien minn dak neċessarju.

(18) Sabiex jiġu simplifikati l-obbligi ta’ rapportar għall-Istati Membri, u tiżdied il-koerenza ma’ elementi relatati oħrajn tal-immaniġjar tal-ilma, ir-rekwiżiti ta’ notifika fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/105/KE għandhom jingħaqdu mal-obbligi ta’ rapportar ġenerali skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE.

(19) Bl-adozzjoni ta’ din il-proposta u s-sottomissjoni tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni kkompletat l-ewwel reviżjoni tagħha tal-lista ta’ Sustanzi ta’ Prijorità kif meħtieġ bl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE. Din inkludiet reviżjoni tas-sustanzi fl-Anness III għal dik id-Direttiva, li uħud minnhom ġew identifikati għall-prijoritizzazzjoni. Fil-preżent ma hemmx biżżejjed evidenza biex jiġu prijoritizzati s-sustanzi l-oħra. Il-possibbiltà li informazzjoni ġdida dwar dawk is-sustanzi tista’ ssir disponibbli jfisser li dawn mhumiex esklużi mir-reviżjoni fil-ġejjieni, bħalma huwa minnu għas-sustanzi l-oħra meqjusin mhux prijoritizzati fir-reviżjoni preżenti. Għalhekk, l-Anness III għad-Direttiva 2008/105/KE skada u għandu jiġi revokat. L-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva għandu jiġi emendat kif xieraq, ukoll rigward id-data ta’ rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(20) Sabiex tirreaġġixxi għall-progress tekniku u xjentifiku rilevanti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva fil-ħin, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex taġġorna l-metodu ta’ applikazzjoni tal-istandards tal-kwalità ambjentali stabbiliti fid-Direttiva.

(21) Barra minn hekk, sabiex ittejjeb il-bażi tal-informazzjoni għall-identifikazzjoni fil-futur ta’ sustanzi ta’ prijorità, b’mod partikolari fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu emerġenti, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tfassal lista ta’ sorveljanza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(22) Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(23) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, tal-metodi ta’ monitoraġġ użati għall-monitoraġġ tas-sustanzi fuq il-lista ta’ sorveljanza u tal-formats ta’ rapportar għar-rapportar lill-Kummissjoni tad-dejta u l-informazzjoni ta’ monitoraġġ, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[23].

(24) Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kisba ta’ stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ billi jiġu stabbiliti EQS għas-sustanzi ta’ prijorità u ċerti sustanzi oħra li jniġġsu, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, permezz taż-żamma tal-istess livell ta’ protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ mal-Unjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(25) Għalhekk, id-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 2008/105/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2008/105/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

‘Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/90/KE.

Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

'Matriċi' tfisser kompartament tal-ambjent akkwatiku, li huwa ilma, sediment jew bijota.'

2. L-Artikolu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

‘Artikolu 3

1.       Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ.

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I. [Nota: dan il-paragrafu mhuwiex emendat]

2.       Għas-sustanzi bin-numru 5, 15, 16, 17, 21, 28, 34, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-bijota stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I. Għall-bqija tas-sustanzi, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.

3.       L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw EQS għal matriċi differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dik l-opinjoni għandhom japplikaw l-EQS rilevanti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I jew, jekk l-ebda wieħed ma jkun inkluż għall-matriċi rilevanti, jistabbilixxu wieħed li joffri mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS stipulati f’dak l-anness.

L-Istati Membri jistgħu jużaw dik l-alternattiva biss fejn il-metodu ta’ analiżi użat għall-matriċi magħżula jissodisfa l-kriterji ta’ prestazzjoni minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE(*) jew, fejn dawk il-kriterji ma jiġux issodisfati għal kwalunkwe matriċi, il-metodu għandu prestazzjoni ferm aħjar minn dak użat għall-matriċi speċifikata fil-paragrafu 2.

4.       Għas-sustanzi li għalihom jiġi applikat EQS għas-sediment u/jew għall-bijota, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw is-sustanza fil-matriċi rilevanti mill-inqas darba kull sena, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju tal-esperti ma jiġġustifikax intervall ieħor.

5.       L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar aġġornati, prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE:

(a)     tabella li tippreżenta l-limiti tal-kwantifikazzjoni tal-metodi ta’ analiżi applikati, u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi relatata mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE;

(b)     għas-sustanzi li għalihom intużat l-alternattiva fil-paragrafu 3:

(i)      ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu tagħha;

(ii)      fejn rilevanti, l-EQS alternattivi stabbiliti, evidenza li dawn ikunu tal-inqas protettivi daqshom, inkluż id-dejta u l-metodoloġija użata għad-derivazzjoni tagħhom, u l-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ li japplikaw għalihom;

(iii)     għal paragun mal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-limiti ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi tal-analiżi għall-matriċi speċifikati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, inkluż l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE;

(c)     ġustifikazzjoni għall-frekwenza tal-monitoraġġ applikata skont il-paragrafu 4, jekk l-intervalli ta’ monitoraġġ huma itwal minn sena.

6.       L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-analiżi tat-tendenza fit-tul tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi ta’ prijorità elenkati fil-Parti A tal-Anness I li għandhom tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota, b’kunsiderazzjoni partikolari tas-sustanzi bin-numru 2, 5, 6, 7, 12, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 26, 28, 30, 34, 35, 36, 37, 43 u 44, abbażi tal-monitoraġġ tal-istat tal-ilma mwettaq skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. Dawn għandhom jieħdu miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw, soġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, li tali konċentrazzjonijiet ma jiżdidux b’mod sinifikanti fis-sediment u/jew fil-bijota rilevanti. [Nota: l-emenda tinkludi biss iż-żieda tar-referenzi għal sustanzi ta’ prijorità ġodda (30 sa 44)]

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza tal-monitoraġġ fis-sediment u/jew fil-bijota sabiex jipprovdu biżżejjed dejta għal analiżi tat-tendenzi fit-tul li hija affidabbli. Bħala linja gwida, il-monitoraġġ għandu jseħħ kull tliet snin, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju tal-esperti ma jkunux jiġġustifikaw intervall ieħor. [Nota: dan il-paragrafu mhuwiex emendat]

7.       Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku, inkluż il-konklużjoni tal-valutazzjonijiet tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 16(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-informazzjoni mir-reġistrazzjoni tas-sustanzi disponibbli pubblikament skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u, jekk neċessarju, tipproponi li l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva jiġu riveduti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 tat-Trattat b’konformità mal-iskeda ta’ żmien stipulata fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE. [Nota: dan il-paragrafu mhuwiex emendat]

8.       Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 li jikkonċernaw l-emenda tal-punt 3 tal-Parti B tal-Anness I għal din id-Direttiva.

_________

(*)     ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.’

3. Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 5 huma revokati.

4. L-Artikolu 8 huwa mibdul b’dan li ġej:

‘Artikolu 8

Reviżjoni tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultat tar-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE stipulata fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva. Din għandha takkumpanja r-rapport, jekk xieraq, bil-proposti rilevanti, b'mod partikolari proposti għall-identifikazzjoni ta' sustanzi ta' prijorità jew sustanzi perikolużi ta’ prijorità ġodda jew għall-identifikazzjoni ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità bħala sustanzi perikolużi ta’ prijorità u sabiex jiġu stabbiliti l-EQS korrispondenti għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment jew il-bijota, kif xieraq.'

5. Qiegħed jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

‘Artikolu 8a

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi li jaġixxu bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi li jinstabu kullimkien

Għas-sustanzi bin-numru 5, 21, 28, 30, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jippreżentaw l-informazzjoni dwar l-istat kimiku separatament minn dik għall-bqija tas-sustanzi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, bla preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V għal dik id-Direttiva rigward il-preżentazzjoni tal-istat kimiku ġenerali, u/jew

(b) jimmonitorjaw b’mod inqas intensiv minn dak li hu meħtieġ għas-sustanzi ta’ prijorità skont l-Artikolu 3(4) ta’ din id-Direttiva u l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, sakemm il-monitoraġġ ikun wieħed rappreżentattiv u diġà tkun teżisti linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku, li tkopri mill-inqas ċiklu wieħed tal-ippjanar tal-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar ta’ sitt snin.

L-ewwel paragrafu għandu jkun mingħajr ħsara għall-objettivi u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4(1)(a), 11(3)(k) u 16(6) tad-Direttiva 2000/60/KE.'

6. Qiegħed jiddaħħal l-Artikolu 8b li ġej:

‘Artikolu 8b

Lista ta’ sorveljanza

1.       Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għalihom għandha tinġabar id-dejta ta’ monitoraġġ minn madwar l-Unjoni sabiex tappoġġja l-eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni futuri skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Fi kwalunkwe ħin, il-lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha mhux aktar minn 25 sustanza jew grupp ta' sustanzi u għandha tindika l-matriċi ta' monitoraġġ għal kull sustanza. Is-sustanzi għandhom jintgħażlu minn fost dawk li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu jimponu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku. Fl-għażla tas-sustanzi għal-lista ta' sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli inkluż proġetti ta’ riċerka, il-karatterizzazzjoni u l-programmi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri taħt l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u l-informazzjoni dwar il-volumi ta’ produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti, inkluż dik miġbura skont id-Direttivi 98/8/KE, 2001/82/KE* u 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.       Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 dwar it-tfassil tal-lista ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.       Il-Kummissjoni għandha tfassal il-lista ta’ sorveljanza kif imsemmi fil-paragrafu 1 mill-[…][24].

4.       L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq mill-inqas perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fi żmien 3 xhur mill-inklużjoni tagħha fil-lista ta’ sorveljanza.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-inqas stazzjon wieħed għal kull, bħala medja, 15000 km2 ta’ erja ġeografika, b’minimu ta’ wieħed għal kull Stat Membru.

Fl-għażla tal-istazzjonijiet rappreżentattivi, tal-frekwenza tal-monitoraġġ u l-ħin għal kull sustanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ix-xejriet tal-użu tas-sustanza. Il-frekwenza ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darba fis-sena.

5.       L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 4 lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista ta’ sorveljanza, u kull 12-il xahar minn hemm ’il quddiem sakemm is-sustanza tinżamm fuq il-lista. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjon u l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

6.       Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ tas-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza u l-formati tekniċi għar-rapportar lill-Kummissjoni, tar-riżultati ta’ monitoraġġ u l-informazzjoni relatata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

*        ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

**      ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

***    ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.’

7. L-Artikolu 9 huwa mibdul b’dan li ġej:

‘Artikolu 9

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tisfira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.(*)

2.       Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*)     ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.’

8. L-Artikolu 10 huwa mibdul b’dan li ġej:

‘Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati qiegħda tiġi konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(8) u 8b(2) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-[…][25].

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(8) u 8b(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għanda tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(8) u 8b(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi mfissra ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew inkella mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’

9. Fl-Anness I, il-Parti A qed tiġi mibdula bit-test stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

10. Fl-Anness I, il-punt 2 tal-Parti B qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

‘2. Il-kolonni 6 u 7 tat-tabella: Għal kwalunkwe korp tal-ilma tal-wiċċ konċernat, l-applikazzjoni tal-MAC-EQS tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fil-korp tal-ilma ma taqbiżx l-istandard.

Madankollu, skont it-Taqsima 1.3.4 tal-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi statistiċi, bħall-kalkolazzjoni perċentili, sabiex jiżguraw livell aċċettabbli ta’ fiduċja u preċiżjoni għad-determinazzjoni tal-konformità mal-MAC-EQS. Jekk jagħmlu dan, tali metodi statistiċi għandhom jikkonformaw mar-regoli dettaljati stabbiliti skont il-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ din id-Direttiva.’

11. L-Annessi II u III huma revokati.

Artikolu 3

1.       L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva l-aktar tard sa ... [26]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.       L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 31.1.2012

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

‘ANNESS X LISTA TA’ SUSTANZI TA’ PRIJORITÀ FIL- QASAM TAL-POLITIKA TAL-ILMA

Numru || Numru CAS1 || Numru tal-UE2 || Isem is-sustanza ta’ prijorità3 || Identifikata bħala sustanza perikoluża ta’ prijorità

(1) 15972-60-8 || 240-110-8 || Alaklor ||

(2) 120-12-7 || 204-371-1 || Antraċina || X

(3) 1912-24-9 || 217-617-8 || Atrażina ||

(4) 71-43-2 || 200-753-7 || Benżen ||

(5) Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Eteri tad-difenil bromurati || X4

(6) 7440-43-9 || 231-152-8 || Kadmju u l-komposti tiegħu || X

(7) 85535-84-8 || 287-476-5 || Kloroalkani, C10-13 || X

(8) 470-90-6 || 207-432-0 || Klorfenvinfos ||

(9) 2921-88-2 || 220-864-4 || Klorpirifu (Klorpirifosetil) ||

(10) 107-06-2 || 203-458-1 || 1,2‑dikloroetan ||

(11) 75-09-2 || 200-838-9 || Diklorometan ||

(12) 117-81-7 || 204-211-0 || Di(2‑etileżil)ftalat (DEHP) || X

(13) 330-54-1 || 206-354-4 || Dijuron ||

(14) 115-29-7 || 204-079-4 || Endosulfan || X

(15) 206-44-0 || 205-912-4 || Fluworanten5 ||

(16) 118-74-1 || 204-273-9 || Eżaklorobenżen || X

(17) 87-68-3 || 201-765-5 || Eżaklorobutadjen || X

(18) 608-73-1 || 210-168-9 || Eżakloroċikloeżan || X

(19) 34123-59-6 || 251-835-4 || Isoproturon ||

(20) 7439-92-1 || 231-100-4 || Ċomb u l-komposti tiegħu ||

(21) 7439-97-6 || 231-106-7 || Merkurju u l-komposti tiegħu || X

(22) 91-20-3 || 202-049-5 || Naftalina ||

(23) 7440-02-0 || 231-111-4 || Nikil u l-komposti tiegħu ||

(24) Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Nonilfenoli || X6

(25) Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Ottilfenoli7 ||

(26) 608-93-5 || 210-172-0 || Pentaklorobenżen || X

(27) 87-86-5 || 201-778-6 || Pentaklorofenol ||

(28) Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Idrokarburi poliaromatiċi (PAH)8 || X

(29) 122-34-9 || 204-535-2 || Simażina ||

(30) Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Komposti tat-tributiltin || X9

(31) 12002-48-1 || 234-413-4 || Triklorobenżen ||

(32) 67-66-3 || 200-663-8 || Triklorometan (kloroform) ||

(33) 1582-09-8 || 216-428-8 || Trifluralin || X

(34) 115-32-2 || 204-082-0 || Dikofol || X

(35) 1763-23-1 || 217-179-8 || Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS) || X

(36) 124495-18-7 || Mhux applikabbli || Kinossifen || X

(37) Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Diossini u l-komposti simili tad-diossini || X10

(38) 74070-46-5 || 277-704-1 || Aklonifen ||

(39) 42576-02-3 || 255-894-7 || Bifenoks ||

(40) 28159-98-0 || 248-872-3 || Ċibutrina ||

(41) 52315-07-8 || 257-842-9 || Ċipermetrina11 ||

(42) 62-73-7 || 200-547-7 || Diklorvos ||

(43) Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Eżabromoċiklododekani (HBCDD) || X12

(44) 76-44-8 / 1024-57-3 || 200-962-3 / 213-831-0 || Ettaklor u epossidu tal-ettaklor || X

(45) 886-50-0 || 212-950-5 || Terbutrin ||

(46) 57-63-6 || 200-342-2 || 17alfa-etinlestradjol13 ||

(47) 50-28-2 || 200-023-8 || 17beta-estradjol13 ||

(48) 15307-79-6 || 239-346-4 || Diklofenak13 ||

__________________________

1             CAS: Chemical Abstracts Service.

2             Numru tal-UE: Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

3             Fejn gruppi ta’ sustanzi jkunu ġew magħżula, sakemm mhux innotat speċifikament, ir-rappreżentanti individwali tipiċi huma definiti fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ standards tal-kwalità ambjentali.

4             Tetra, Penta, Eża u Ettabromodifeniletere biss (Numri CAS 93703-48-1, 32534‑81‑9, 36483-60-0, 68928-80-3, rispettivament).

5             Il-fluworantene huwa fuq il-lista bħala indikatur ta’ idrokarburi poliaromatiċi oħra, aktar perikolużi.

6             In-nonilfenol (CAS 25154-52-3, UE 246-672-0) inklużi l-isomeri 4-nonilfenol (CAS 104-40-5, UE 203-199-4) u 4-nonilfenol (ramifikat) (CAS 84852-15-3, UE 284-325-5).

7             L-ottilfenol (CAS 1806-26-4, UE 217-302-5) inkluż l-isomeru 4-(1,1',3,3'-tetrametilbutil)-fenol (CAS 140-66-9, UE 205-426-2).

8             Inkluż benżo(a)pirene (CAS 50-32-8, UE 200-028-5), benżo(b)fluworantene (CAS 205-99-2, UE 205-911-9), benżo(g,h,i)perilene (CAS 191-24-2, UE 205-883-8), benżo(k)fluworantene (CAS 207-08-9, UE 205-916-6), indeno(1,2,3-cd)pirene (CAS 193-39-5, UE 205-893-2) u minbarra l-antraċina, il-fluworantene u n-naftalina, li huma elenkati separatament.

9             Inkluż il-katjonu tat-tributiltin (CAS 36643-28-4).

10            Dan jinkludi l-komposti li ġejjin:

7 dibenżo-p-diossini poliklorinati (PCDDs): 2,3,7,8-T4CDD (CAS 1746-01-6), 1,2,3,7,8-P5CDD (CAS 40321-76-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDD (CAS 39227-28-6), 1,2,3,6,7,8-H6CDD (CAS 57653-85-7), 1,2,3,7,8,9-H6CDD (CAS 19408-74-3), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDD (CAS 35822-46-9), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDD (CAS 3268-87-9)

10 dibenżofurani poliklorinati (PCDFs): 2,3,7,8-T4CDF (CAS 51207-31-9), 1,2,3,7,8-P5CDF        (CAS 57117-41-6), 2,3,4,7,8-P5CDF (CAS 57117-31-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDF (CAS 70648-26-9), 1,2,3,6,7,8-H6CDF (CAS 57117-44-9), 1,2,3,7,8,9-H6CDF (CAS 72918-21-9), 2,3,4,6,7,8-H6CDF (CAS 60851-34-5), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDF (CAS 67562-39-4), 1,2,3,4,7,8,9-H7CDF (CAS 55673-89-7), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDF (CAS 39001-02-0)

12 bifenili poliklorinati simili għad-diossini (PCB-DL): 3,3’,4,4’-T4CB (PCB 77, CAS 32598-13-3), 3,3’,4’,5-T4CB (PCB 81, CAS 70362-50-4), 2,3,3',4,4'-P5CB (PCB 105, CAS 32598-14-4), 2,3,4,4',5-P5CB (PCB 114, CAS 74472-37-0), 2,3',4,4',5-P5CB (PCB 118, CAS 31508-00-6), 2,3',4,4',5'-P5CB (PCB 123, CAS 65510-44-3), 3,3’,4,4’,5-P5CB (PCB 126, CAS 57465-28-8), 2,3,3',4,4',5-H6CB (PCB 156, CAS 38380-08-4), 2,3,3',4,4',5'-H6CB (PCB 157, CAS 69782-90-7), 2,3',4,4',5,5'-H6CB (PCB 167, CAS 52663-72-6), 3,3’,4,4’,5,5’-H6CB (PCB 169, CAS 32774-16-6), 2,3,3',4,4',5,5'-H7CB (PCB 189, CAS 39635-31-9).

11            Dan jinkludi t-tmien isomeri li jikkontribwixxu għal CAS 52315-07-8, u għalhekk ukoll CAS 67375-30-8 (Alfa-ċipermetrin).

12            Dan jinkludi 1,3,5,7,9,11-Eżabromoċiklododekan (CAS 25637-99-4), 1,2,5,6,9,10- Eżabromoċiklododekan (CAS 3194-55-6), α-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-50-6), β-HEżabromoċiklododekan (CAS 134237-51-7) u γ- Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-52-8).

13            L-inklużjoni ta' dawn is-sustanzi fl-Anness X hija mingħajr peġudizzju għar-Regolament (KE) 726/2004, id-Direttiva 2001/83/KE u d-Direttiva 2001/82/KE.’

ANNESS II

‘PARTI A: STANDARDS TAL-KWALITÀ AMBJENTALI (EQS)

MA: medja annwali.

KMP: konċentrazzjoni massima permissibbli.

Unità:   [µg/l] għall-kolonni (4) sa (7)

            [µg/kg piż imxarrab] għall-kolonna (8)

(1) (2) || (3) || (4) || (5) || (6) || (7) || (8)

Nru || Isem tas-sustanza || Numru CAS1 || MA‑EQS2 Ilmijiet tal-wiċċ interni3 || MA‑EQS2 Ilmijiet tal-wiċċ oħra || MAC‑EQS4 Ilmijiet tal-wiċċ interni3 || MAC‑EQS4 Ilmijiet tal-wiċċ oħra || EQS Bijota12

(1) Alaklor || 15972‑60‑8 || 0,3 || 0,3 || 0,7 || 0,7 ||

(2) Antraċina || 120‑12‑7 || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,1 ||

(3) Atrażina || 1912‑24‑9 || 0,6 || 0,6 || 2,0 || 2,0 ||

(4) Benżen || 71‑43‑2 || 10 || 8 || 50 || 50 ||

(5) Difenileteri brominati5 || 32534‑81‑9 || 4,9 10-8 || 2,4 10-9 || 0,14 || 0,014 || 0,0085

(6) Kadmju u l-komposti tiegħu (skont il-klassijiet tal-alkalinità tal-ilma) 6 || 7440‑43‑9 || ≤ 0.08 (Klassi 1) 0.08 (Klassi 2) 0.09 (Klassi 3) 0.15 (Klassi 4) 0.25 (Klassi 5) || 0,2 || ≤ 0,45 (Klassi 1) 0.45 (Klassi 2) 0.6 (Klassi 3) 0.9 (Klassi 4) 1,5 (Klassi 5) || ≤ 0,45 (Klassi 1) 0.45 (Klassi 2) 0.6 (Klassi 3) 0.9 (Klassi 4) 1,5 (Klassi 5) ||

(6a) Tetraklorur tal-karbonju7 || 56‑23‑5 || 12 || 12 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(7) C10‑13 Kloroalkani8 || 85535‑84‑8 || 0,4 || 0,4 || 1,4 || 1,4 ||

(8) Klorfenvinfos || 470‑90‑6 || 0,1 || 0,1 || 0,3 || 0,3 ||

(9) Klorpirifu (Klorpirifos-etil) || 2921‑88‑2 || 0,03 || 0,03 || 0,1 || 0,1 ||

(9a) Pestiċidi miċ-ċiklodien: Aldrin7 Dieldrin7 Endrin7 Isodrin7 || 309‑00‑2 60‑57‑1 72‑20‑8 465‑73‑6 || Σ = 0.01 || Σ = 0.005 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(9b) Total ta’ DDT7,9 || Mhux applikabbli || 0,025 || 0,025 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

para-para-DDT7 || 50‑29‑3 || 0,01 || 0,01 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(10) 1,2‑dikloroetan || 107‑06‑2 || 10 || 10 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(11) Diklorometan || 75‑09‑2 || 20 || 20 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(12) Di(2‑etileżil)ftalat (DEHP) || 117‑81‑7 || 1,3 || 1,3 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(13) Dijuron || 330‑54‑1 || 0,2 || 0,2 || 1,8 || 1,8 ||

(14) Endosulfan || 115‑29‑7 || 0,005 || 0,0005 || 0,01 || 0,004 ||

(15) Fluworanten || 206‑44‑0 || 0,0063 || 0,0063 || 0,12 || 0,12 || 30

(16) Eżaklorobenżen || 118‑74‑1 || || || 0,05 || 0,05 || 10

(17) Eżaklorobutadin || 87‑68‑3 || || || 0,6 || 0,6 || 55

(18) Eżaklorokloeżanan || 608‑73‑1 || 0,02 || 0,002 || 0,04 || 0,02 ||

(19) Isoproturon || 34123‑59‑6 || 0,3 || 0,3 || 1,0 || 1,0 ||

(20) Ċomb u l-komposti tiegħu || 7439‑92‑1 || 1,213 || 1,3 || 14 || 14 ||

(21) Merkurju u l-komposti tiegħu || 7439‑97‑6 || || || 0,07 || 0,07 || 20

(22) Naftalina || 91‑20‑3 || 2 || 2 || 130 || 130 ||

(23) Nikil u l-komposti tiegħu || 7440‑02‑0 || 413 || 8,6 || 34 || 34 ||

(24) Nonilfenoli (4-Nonilfenol) || 84852-15-3 || 0,3 || 0,3 || 2,0 || 2,0 ||

(25) Ottilfenoli ((4-(1,1',3,3'-tetrametilbutil)-fenol)) || 140‑66‑9 || 0,1 || 0,01 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(26) Pentaklorobenżen || 608‑93‑5 || 0,007 || 0,0007 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(27) Pentakloro-fenol || 87‑86‑5 || 0,4 || 0,4 || 1 || 1 ||

(28) Idrokarburi poliaromatiċi (PAH)11 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

Benżo(a)pirene || 50-32-8 || 1,7 10-4 || 1,7 10-4 || 0,27 || 0,027 || 2 għall-ħut 5 għall-krustaċji u ċ-ċefalopodi 10 għall-molluski

Benżo(b)fluworanten || 205‑99‑2 || 0,017 || 0,017

Benżo(k)fluworanten || 207‑08‑9 || 0,017 || 0,017

Benżo(g,h,i)-perilen || 191‑24‑2 || 8,2 10-3 || 8,2 10-4

Indeno(1,2,3-cd)-pirene || 193-39-5 || ||

(29) Simażina || 122‑34‑9 || 1 || 1 || 4 || 4 ||

(29a) Tetrakloroetilen7 || 127‑18‑4 || 10 || 10 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(29b) Trikloroetilen7 || 79‑01‑6 || 10 || 10 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(30) Komposti tat-tributiltin (Katjoni tat-tributiltin) || 36643-28-4 || 0,0002 || 0,0002 || 0,0015 || 0,0015 ||

(31) Triklorobenżen || 12002-48-1 || 0,4 || 0,4 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(32) Triklorometan || 67-66-3 || 2,5 || 2,5 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(33) Trifluralin || 1582-09-8 || 0,03 || 0,03 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(34) Dikofol || 115-32-2 || 1,3 10-3 || 3,2 10-5 || Mhux applikabbli10 || Mhux applikabbli10 || 33

(35) Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS) || 1763-23-1 || 6,5 10-4 || 1,3 10-4 || 36 || 7,2 || 9,1

(36) Kinossifen || 124495-18-7 || 0,15 || 0,015 || 2,7 || 0,54 ||

(37) Diossini u l-komposti simili tad-diossini || Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 10 fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE || || || || || Somma ta’ PCDD+PCDF+PCB-DL 0,008 µg.kg-1 TEQ14

(38) Aklonifen || 74070-46-5 || 0,12 || 0,012 || 0,12 || 0,012 ||

(39) Bifenoks || 42576-02-3 || 0,012 || 0,0012 || 0,04 || 0,004 ||

(40) Ċibutrina || 28159-98-0 || 0,0025 || 0,0025 || 0,016 || 0,016 ||

(41) Ċipermetrina || 52315-07-8 || 8 10-5 || 8 10-6 || 6 10-4 || 6 10-5 ||

(42) Diklorvos || 62-73-7 || 6 10-4 || 6 10-5 || 7 10-4 || 7 10-5 ||

(43) Eżabromoċiklododekani(HBCDD) || Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 12 fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE || 0,0016 || 0,0008 || 0,5 || 0,05 || 167

(44) Ettaklor u epossidu tal-ettaklor || 76-44-8 / 1024-57-3 || 2 10-7 || 1 10-8 || 3 10-4 || 3 10-5 || 6,7 10-3

(45) Terbutrin || 886-50-0 || 0,065 || 0,0065 || 0,34 || 0,034 ||

(46) 17alfa-etinlestradjol || 57-63-6 || 3,5 10-5 || 7 10-6 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(47) 17beta-estradjol || 50-28-2 || 4 10-4 || 8 10-5 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli ||

(48) Diklofenak || 15307-79-6 || 0,1 || 0,01 || Mhux applikabbli10 || Mhux applikabbli10 ||

__________________________

1                 CAS: Chemical Abstracts Service.

2             Dan il-parametru huwa l-EQS imfisser bħala valur medju annwali (MA‑EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tal-isomeri kollha.

3             L-ilmijiet tal-wiċċ interni jinkludu x-xmajjar u l-għadajjar u l-korpi tal-ilma artifiċjali u modifikati ħafna.

4             Dan il-parametru huwa l-EQS imfisser bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (KMP‑EQS). Fejn il-KMP‑EQS hija mmarkata bħala "mhux applikabbli", il-valuri tal-MA‑EQS huma meqjusin protettivi kontra l-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perjodu qasir fir-rilaxxi kontinwi minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

5             Għall-grupp ta’ sustanzi ta’ prijorità kopert mid-difenileteri brominati (Nru 5), l- EQS għandhom ikunu paragunati mas-somma tal-konċentrazzjonijiet tan-numri konġeneri 28, 47, 99, 100, 153 u 154.

6             Għall-Kadmju u l-komposti tiegħu (Nru 6), il-valuri tal-EQS ivarjaw skont il-ħruxija tal-ilma kif speċifikat fil-kategoriji ta' klassi ħamsa (Klassi 1: <40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 to <50 mg CaCO3/l, Klassi 3: 50 to <100 mg CaCO3/l, Klassi 4: 100 sa <200 mg CaCO3/l, u Klassi 5: ≥200 mg CaCO3/l).

7             Din is-sustanza mhijiex sustanza ta’ prijorità iżda waħda mis-sustanzi l-oħra li jniġġsu li għalihom l-EQS huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni li kienet tapplika qabel it-13 ta’ Jannar 2009.

8             Ma huwa pprovdut ebda parametru indikattiv għal dan il-grupp ta’ sustanzi. Il-parametru/i indikattiv(i) għandu/hom jiġi/u definit(i) permezz tal-metodu analitiku.

9             It-total ta’ DDT jikkonsisti mis-somma tal-isomeri 1,1,1-trikloro2.2 bis (p-klorofenil) etan (Numru CAS 50‑29‑3; Numru tal-UE 200‑024‑3); 1,1,1‑trikloro‑2 (o-klorofenil)-2-(p‑klorofenil) etan (Numru CAS 789‑02‑6; Numru tal-UE 212‑332‑5); 1,1-dikloro‑2,2 bis (p‑klorofenil) etilene (Numru CAS 72‑55‑9; Numru tal-UE 200‑784‑6); u 1,1‑dikloro‑2,2 bis (p‑klorofenil) etilene (Numru CAS 72‑54‑8; Numru tal-UE 200‑783‑0).

10            Ma hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex jiġi stabbilit il-KMP-EQS għal dawn is-sustanzi.

11            Għall-grupp ta’ sustanzi ta’ prijorità tal-idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (Nru 28), l-EQS tal-bijota huma bbażati fuq it-tossiċità tal-benżo(a)pirene, li għandha titkejjel bħala markatur għall-PAHs oħra, u li l-konċentrazzjoni tagħha għandha tkun paragunata mal-EQS. Il-MA-EQS fl-ilma huwa valur korrispondenti.

12            Sakemm ma jkunx indikat espliċitament, l-EQS tal-bijota jirreferu għall-ħut.

13            Dawn l-EQS jirreferu għall-konċentrazzjonijiet bijodisponibbli tas-sustanzi.

14            PCDD: dibenżo-p-diossini poliklorinati; PCDF: dibenżofurani poliklorinati; PCB-DL: bifenili poliklorinati simili tad-diossini; TEQ: ekwivalenti tossiċi.

[1]               Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:02000L0060-20090113:MT:NOT

[2]               Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84). http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32008L0105:MT:NOT

[3]               EQS huwa definit bħala ‘il-konċentrazzjoni ta' kontaminant partikolari jew ta’ grupp ta' kontaminanti fl-ilma, sediment jew bijota li ma jridux jiġu maqbuża sabiex jipproteġu s-saħħa umana u l-ambjent.’ (Artikolu 2(35) tal-WFD)

[4]               Bijota tirreferi għal kwalunkwe grupp ta’ organiżmi akkwatiċi ħajjin li jista’ jiġi analizzat u użat bħala indikatur tat-tniġġis bħal ħut, molluski bivalvi, invertebrati, eċċ.

[5]               Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1). http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32006R1907:MT:NOT

[6]               Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1). http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2002:242:0001:0015:EN:PDF

[7]               http://ec.europa.eu/environment/water/water-framework/objectives/implementation_en.htm

[8]               SCHER huwa wieħed mill-Kumitati Xjentifiċi li jipprovdi pariri indipendenti lill-Kummissjoni. Dan huwa magħmul minn 17-il xjenzjat. Għal aktar informazzjoni ara http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/environmental_risks/index_en.htm

[9]               Il-Kuntratt Nru 070307/2009/547548/SER/D1

[10]             Għas-sustanzi eżistenti li qed jiġu riveduti, parti mill-informazzjoni ta’ appoġġ għall-istudji ġiet ippreparata mit-tieni konsulent, WRc (bil-kontribuzzjoni ta’ Milieu).

[11]             Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36). http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:201:0036:0038:MT:PDF

[12]             Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:055:0013:0018:MT:PDF

[13]             Il-bidliet jaffettwaw is-sustanzi eżistenti li ġejjin: numri 2 (Antraċina), 5 (Eteri tad-difenil brominati), 15 (Fluworantene), 20 (Ċomb u l-komposti tiegħu), 22 (Naftalina), 23 (Nikil u l-komposti tiegħu) u 28 (Idrokarburi poliaromatiċi).

[14]             ĠU C , , p. .

[15]             ĠU C , , p. .

[16]             ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

[17]             ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.

[18]             ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84.

[19]             ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

[20]             ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

[21]             ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

[22]             ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.

[23]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[24]             12-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[25]             Data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

[26]             12-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

Top