EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0834
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL establishing a Programme for the Competitiveness of Enterprises and small and medium-sized enterprises (2014 - 2020)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020)
/* KUMM/2011/0834 finali - 2011/0394 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) /* KUMM/2011/0834 finali - 2011/0394 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet għall-proposta L-intrapriżi, partikolarment
l-Intrapriżi ż-Żgħar u ta' daqs Medju (SMEs), huma
kontributur importanti tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni. Jekk l-Unjoni trid
li twettaq l-prijoritajiet tagħha tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-kompetittività għandha
tkun ċentrali. Filwaqt li hemm għad-dispożizzjoni
tal-Unjoni mezzi regolatorji, inklużi leġiżlazzjoni
intelliġenti u qtugħ ta’ burokrazija żejda għan-negozji
tal-Unjoni, xi fallimenti tas-suq jistgħu jkunu indirizzati b’mod effettiv
permezz ta’ finanzjament pubbliku fuq il-livell tal-Unjoni. Dan qed iseħħ diġà. Il-Programm
ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) jipprovdi
finanzjament għal azzjoni rilevanti. Il-bżonn li dan
l-appoġġ finanzarju jkompli u jiżviluppa kien rikonuxxut
fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “A budget for Europe 2020”[1]. Issa l-Kummissjoni pproponiet
“Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs” (COSME) b’allokazzjoni
totali ta’ EUR 2,5 biljun għall-perjodu 2014-2020. Il-kuntest ġenerali In-negozji tal-Unjoni jiffaċċjaw
l-isfida li jkunu kompetittivi fuq skala globali. Madankollu, huma ostakolati
minn fallimenti tas-suq li jimminaw il-kapaċità tagħhom biex
jikkompetu ma’ kontropartijiet f’partijiet oħra tad-dinja. Minħabba
f'dan, l-SMEs tal-Unjoni juru inqas produttività ta’ xogħol u riżorsi
u jikbru aktar bil-mod mill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti,
pereżempju, u huma inqas kapaċi jadattaw b’suċċess
għall-kondizzjonijiet ta’ qafas li jinbidlu minn intrapriżi ikbar
fl-Ewropa. Id-diffikultajiet li jaffaċċaw l-SMEs ġew aggravati
bil-kriżi ekonomika u finanzjarja reċenti u biż-żidiet
fil-prezzijiet tal-komoditajiet u r-riżorsi. Filwaqt li azzjonijiet biex jindirizzaw dawn
in-nuqqasijiet fis-suq huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u
r-reġjuni, f’xi oqsma hemm potenzjal ċar għal valur miżjud
tal-UE. Pereżempju, l-Unjoni tista’ tgħin billi ssaħħaħ
is-Suq Uniku, tappoġġa l-koerenza u l-konsistenza fil-miżuri
nazzjonali, tgħin fil-kisba tal-effetti katalitiċi tat-tixrid
tal-aħjar prattiki jew biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala. Lil hinn
mill-garanzija tal-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku, l-Unjoni għandha
s-sehem fit-titjib tal-ambjent tan-negozju biex ikunu żgurati
intrapriżi tal-Unjoni diversifikati u qawwija, u biex l-SMEs ikunu
kapaċi jikkompetu fuq skala globali, filwaqt li jadattaw għal
ekonomija effiċjenti fir-riżorsi b’karbonju baxx. Dan il-Programm qiegħed jiġi propost
bħala mezz biex jindirizza nuqqasijiet tas-suq ewlenin li jillimitaw
it-tkabbir tal-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, fl-Unjoni. Rigward
il-kompetittività u l-imprenditorija, l-isfidi ewlenin li n-negozji tal-Unjoni
jkomplu jiffaċċjaw huma: –
diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament
tal-SMEs li jitħabtu biex juru l-affidabbiltà
kreditizja tagħhom u jsibuha diffiċli biex jiksbu
aċċess għall-kapital tar-riskju; –
spirtu imprenditorjali dgħajjef -- 45 % taċ-ċittadini Ewropej biss jixtiequ jaħdmu
għal rashom imqabbla mal-55 % fl-Istati Uniti; –
ambjent tan-negozju li ma jwassalx għal
negozji ġodda u tkabbir, ikkaratterizzat minn
frammentazzjoni regolatorja persistenti u wisq burokrazija; –
kapaċità limitata tal-SMEs biex jadattaw għal ekonomija b’karbonju baxx, reżiljenti għat-tibdil
fil-klima u effiċjenti fir-riżorsi u l-enerġija u adattabbli
għall-klima minħabba mezzi finanzjarji limitati u għarfien
espert limitat; –
kapaċità limitata tal-SMEs biex
jespandu lejn swieq lil hinn minn pajjiżhom,
kemm fis-Suq Uniku u kif ukoll lil hinn. Dawn id-diffikultajiet jfissru li mhux
biżżejjed jinħolqu l-intrapriżi, u li dawk li huma varati
ta’ spiss mhumiex vijabbli, jew jaħdmu ħażin f’termini ta’
produttività u l-vijabilità ta’ intrapriżi li jkunu għadhom kif
inħolqu. Fuq livell makro, qed nassistu għal tnaqqir
fil-vantaġġ kompetittiv tal-ekonomija tal-UE. Skont l-istrateġija Ewropa 2020
tal-Unjoni, dan il-Programm tfassal biex joħloq il-kundizzjonijiet biex
l-intrapriżi Ewropej jirnexxu u biex ikun żgurat li l-SMEs huma
kapaċi jieħdu vantaġġ sħiħ tal-potenzjal enormi
tas-Suq Uniku, kif ukoll biex iħeġġiġhom biex iħarsu
lilhinn minnu. Hemm bżonn li jsir sforz speċjali biex ikun promoss
l-iżvilupp tal-SMEs, l-għajn ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku u
ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni, li jammontaw għal aktar minn 67 %
tal-impjiegi fis-settur privat u li jipprovdu iktar minn 58 % tal-fatturat
totali fl-UE. Se tingħata attenzjoni partikolari biex
tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi fis-settur
tat-turiżmu biex jimplimentaw il-kompetenzi l-ġodda tal-Unjoni
stipulati fit-Trattat ta’ Lisbona minħbba l-kontribut sinifikanti ta' dan
is-settur lill-PGD tal-Unjoni u l-proporzjon għoli ta' SMEs attivi f'dan
is-settur. L-objettivi tal-proposta Il-Programm għandu jipprova jilħaq
l-objettivi ġenerali li ġejjin: ·
li tissaħħaħ il-kompetittività u
s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, inkluż fis-settur
tat-turiżmu; ·
li titħeġġeġ kultura
imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. L-attivitajiet iffinanzjati permezz
tal-Programm se jimmiraw li: ·
Jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas biex isaħħu l-kompetittività u s-sostenibilità
tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu
billi jappoġġaw il-koerenza u l-konsistenza fl-implimentazzjoni kif
ukoll fit-tfassil tal-politika infurmata fil-livell tal-UE. L-ambjent ekonomiku
u regolatorju jista’ jittejjeb permezz ta’ valutazzjoni komparattiva,
l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-inizjattivi settorjali. Il-politika
tal-SME se tkun żviluppata u l-kompetittività tal-SMEs promossa
f’konformità mal-għanijiet tal-Att dwar in-Negozji
ż-Żgħar (SBA) u l-Istrateġija Ewropa 2020.
L-azzjonijiet tal-Unjoni se jinkludi t-tisħiħ tal-użu
tal-prinċipju “Naħsbu l-Ewwel fiż-Żgħir” fit-tfassil
tal-politika tal-Unjoni u l-Istati Membri, li jkunu identifikati u skambjati
l-aħjar prattiki sabiex jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tal-SBA, u
l-appoġġ għall-SMEs fil-massimizzazzjoni tal-potenzjal tas-Suq
Uniku. Setturi tan-negozju, inklużi l-manifattura u s-servizzi, u setturi
magħżula li fihom hemm proporzjon kbir ta’ SMEs se
jissaħħu. ·
Il-promozzjoni tal-imprenditorija, inkluż
fost gruppi speċifiċi fil-mira: L-attivitajiet
se jinkludu s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi,
l-iżvilupp tal-ħiliet u l-attitudnijiet intrapreditorjali,
speċjalment fost intraprendituri ġodda,
iż-żgħażagħ u n-nisa, u l-promozzjoni tat-tieni
ċans għall-intraprendituri. ·
It-titjib tal-aċċess għall-finanzi
għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn: Strumenti finanzjarji
għat-tkabbir, inklużi pjattaformi ġodda ta’ ekwità u ta’ dejn li
jipprovdu faċilità ta’ ekwità ta’ garanziji fuq self, se jippermettu
l-SMEs li jkollhom aċċess aktar faċli għall-finanzjament .
L-ewwel, faċilità ta’ ekwità għall-fażi ta’
tkabbir tal-investiment se tipprovdi lill-SMEs finanzjament ta’ ekwità
rimborsabbli b’orjentament kummerċjali primarjament fil-forma ta’ kapital
ta’ riskju permezz ta' intermedjarji finanzjarji. It-tieni, faċilità ta’
self se tipprovdi lill-SMEs b'arranġamenti tal-qsim tar-riskju dirett
jew intermedjarji finanzjarji oħrajn biex ikopru self. ·
It-titjib tal-aċċess għas-swieq
ġewwa l-Unjoni u globalment: Se jiġu pprovduti servizzi ta’
appoġġ orjentati lejn it-tkabbir tan-negozju permezz tan-Netwerk
Ewropa għall-Intrapriża biex jiffaċilitaw l-espansjoni
tan-negozju fis-Suq Uniku u lil hinn. Dan il-Programm se jipprovdi wkoll
appoġġ kummerċjali lill-SMEs fis-swieq barra mill-Unjoni. Se
jkun hemm ukoll appoġġ għall-kooperazzjoni industrijali
internazzjonali, partikolarment biex jitnaqqsu differenzi f’ambjenti
regolatorji u kummerċjali bejn l-UE u l-imsieħba kummerċjali
ewlenin tagħha. Il-valur miżjud tal-UE Il-valur addizzjonali għall-azzjoni
fil-livell tal-Unjoni jserraħ fuq dawn il-ħames sorsi
prinċipali: ·
it-tisħiħ tas-Suq Uniku, billi
tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq fl-oqsma bħalma huma l-investiment
tal-kapital ta’ riskju, is-self transkonfinali u t-titjib fil-kreditu kif ukoll
il-limitazzjonijiet organizzattivi u informazzjonali li jostakolaw lill-SMEs
milli jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li joffri tas-Suq
Uniku. Pereżempju, l-għan ewlieni tal-istrumenti finanzjarji se jkun
biex jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs f'settur
tas-suq li mhux kopert mill-miżuri tal-Istati Membri, li huma ristretti
għal investimenti u appoġġ f’kull pajjiż. Il-punt fokali se
jkun fuq il-finanzjament tal-espansjoni tal-intrapriżi orjentati lejn
it-tkabbir li huma mmirati lejn l-espansjoni internazzjonali, attivitajiet
transkonfinali u biex ikun żviluppat suq tal-finanzjament tal-SMEs
transkonfinali. Programm fil-livell tal-Unjoni biss jista’ jaqdi dan ir-rwol. ·
dimostrazzjoni u effetti katalitiċi permezz
tat-tixrid tal-aħjar prattiki politiċi u industrijali. Skont
il-programm kurrenti, l-aħjar eżempji fil-promozzjoni
tal-intraprenditorija u l-SMEs fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali
jistgħu jintgħażlu għall-kompetizzjoni tal-Premijiet
għall-Intrapriża Ewropea. Il-Premjijiet għandhom l-għan li
jippremjaw l-aħjar miżuri meħuda mill-awtoritajiet
pubbliċi, pereżempju fl-oqsma tas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis
tal-piż amministrattiv. Kull sena madwar 400 proġett bdew jikkompetu
f’kompetizzjonijiet nazzjonali u madwar 56 intgħażlu minn
pajjiżhom għall-parteċipazzjoni fil-Kompetizzjoni Ewropea fejn
il-ġurija Ewropea tagħżel sitt rebbieħa. Minn 250 nomini
nazzjonali, aktar minn 30 rebħu premju u ġew promossi fl-Ewropa
kollha bħala l-aħjar prattika. It-trasferiment tal-ħiliet u
l-għarfien bejn il-fruntieri jikkontribwixxi lejn l-allinjament
tal-politiki tal-Istati Membri, il-ħolqien ta’ sħubijiet ġodda u
biex jitnaqqas d-distakk bejn l-ekonomiji Ewropej. Amministrazzjonijiet Ewropej
nazzjonali u lokali għandhom il-possibbiltà li jippreżentaw
l-inizjattivi tagħhom ta’ suċċess tal-konferenza dwar l-SBA,
organizzata kull sena mill-Kummissjoni u l-Presidenza tal-Unjoni. Il-Konferenza
saret l-eventwalità ewlenija għall-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar
prattiki fl-Unjoni u lil hinn. Pereżempju, l-aħħar Konferenza
dwar l-SBA f’Budapest attirat 340 parteċipant mill-Istati Membri
tal-Unjoni u minn 30 Stat mhux Membru. Kienu ppreżentati 28 prattika tajba
fil-gruppi ta' ħidma. Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, ir-rwol
tal-EIF jiffaċilita l-iskambju kostanti tal-aħjar prattiki fl-oqsma
tal-garanziji u tal-kapital ta’ riskju, filwaqt li l-effett katalitiku huwa
rikonoxxut li huwa partikolarment għoli għal-kapital spekulattiv. ·
ekonomiji tal-iskala f’oqsma li jkun diffiċli
għall-Istati Membri individwali li jiksbu l-massa kritika
meħtieġa. Pereżempju, fil-qasam tal-SMEs barra mill-pajjiż,
Il-valur Ewropew miżjud jinħoloq bil-ġbir flimkien tal-isforzi
nazzjonali u, bit-twaqqif tas-servizzi li jkun jonqoshom il-massa kritika jekk
ikunu provduti fuq il-livell nazzjonali (pereżempju, permezz ta’ infurzar
tal-IPR). Iċ-"China IPR SMEs Helpdesk", iffinanzjat
mill-programm preżenti, joffri pariri li s-soltu ma jkunux disponibbli lill-SMEs
ta’ Stati Membri iżgħar[2].
Altrimenti, l-intervent tal-Unjoni jista' jikkontribwixxi biex tkun evitata
d-duplikazzjoni ta' sforz, tkun promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u
l-koordinazzjoni mal-Istati rilevanti li mhumiex Membri. Fil-każ tat-turiżmu,
hemm valur miżjud ċar fit-teħid tal-inizjattiva fil-livell
tal-Unjoni speċjalment fl-oqsma li ġejjin: il-konsolidament
tal-bażi tal-għarfien permezz ta’ sondaġġi u studji
pan-Ewropej sabiex nifhmu aħjar id-domanda u l-forniment, li
mingħajrha t-tqabbil tad-dejta u konsistenza fl-Unjoni kollha ma
jintlaħqux[3];
l-iżvilupp ta’ strateġiji konġunti transnazzjonali ta’
promozzjoni tal-Ewropa bħala dar ta’ kwalità għolja u
destinazzjonijiet turistiċi sostenibbli[4];
L-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki li jistgħu jkunu ta’
benefiċċju lil setturi speċifiċi, bħalma huma
turiżmu marittimu u tal-kosta. kif ukoll l-estensjoni tal-istaġun
tat-turiżmu, li jista’ jsir aħjar bl-iskambji bejn Stati Membri
differenti milli minn kull pajjiż individwalment. ·
il-koerenza u l-konsistenza fil-miżuri nazzjonali permezz tal-iskambju tal-aħjar
prattiki fil-livell Ewropew u l-valutazzjoni komparattiva. Waħda
mill-aħjar eżempji għas-suċċess ta’
eżerċizzji ta’ valutazzjoni komparattiva ffinanzjati taħt
il-programm attwali hija azzjoni għas-simplifikazzjoni tal-proceduri
tal-istart-ups. Sa mill- 2008, is-sitwazzjoni u l-progress ta’ kull pajjiż
u sena b’sena kienu mmoniterjati filwaqt li tqiesu tliet aspetti ta’
simplifikazzjoni (li dwarhom kien hemm mandat mill-Kunsill tal-Kompetittività
biex isir eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva): żmien
medju, l-ispejjeż amministrattivi u proċeduri biex tinħoloq
kumpanija b'risponsabbiltà limitata. L-azzjoni kienet tikkonsisti
f’laqgħat ta’ esperti semiannwali ("in-Network tal-Koordinaturi
Nazzjonali tal-Istart-Ups") innominati mill-Istati Membri. L-iskop
tagħha kien li tiżviluppa l-metodoloġija ta’ kejl, issegwi
l-progress u tappoġġa dan il-progress bl-iskambju ta’ prattiki u ta’
tagħrif tajba. Mill-2002 il-ħinijiet ta’ reġistrazzjoni waqgħu
b'70 % u l-ispejjeż niżlu bin-nofs. Wara s-suċċess ta’
din il-miżura, il-miri ġew riveduti sa Frar 2011 skont
ir-Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA). ·
għarfien espert uniku miksub
mill-istituzzjonijiet tal-UE: –
Dan huwa l-każ tal-istituzzjonijiet
finanzjarji tal-UE, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew
tal-Investiment (EIF), li esperjenza tagħhom fit-tfassil u
fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ finanzajment favorevoli għall-SMEs hija
unika. L-esperjenza miksuba mill-EIF f’10 snin u aktar tikkostitwixxi assi
uniku ta’ valur Mill-2007 ikun aġixxa bħala investitur f’19il-finanzjament
tal-kapital ta’ riskju appoġġat mis-CIP, ta’ spiss b’sehem ewlieni,
bil-ħruġ ta’ investiment totali ta’ aktar minn EUR 1,4 biljun
għall-SMEs orjentati lejn it-tkabbir. Fir-rigward tal-prestazzjoni
storika, taħt l-ewwel ġenerazzjoni tal-kapital ta’ riskju tal-UE
(il-faċilità tal-Istart-up tal-ETF taħt l-Inizjattiva tat-Tkabbir u
Impjiegi minn 1998-2000) aktar minn 98 % tal-flus investiti diġà
tħallsu lura, jew fl-aħħar se jkollhom jitħallsu lura,
mill-benefiċjarji, inkluż Skype (it-telefonija voice-over IP),
Vertaris (ir-reċiklaġġ tal-karta) u Solaire Direct (strutturi
fotovoltajiċi). –
In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi
kiseb riżultati tanġibbli billi poġġa enfasi fuq
il-promozzjoni għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs (fis-Suq Intern u
lil hinn) billi pprovda tagħrif dwar kwistjonijiet tal-Unjoni kif ukoll
dwar il-possibbiltà li jiddakkar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni.
Ir-rwol tiegħu hu speċjalment importanti biex jingħelbu
asimmetriji tal-informazzjoni ffaċċjati mill-SMEs u jittaffew
l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ attivitajiet
transkonfinali. Il-valur tal-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi huwa
kostitwit minn metodoloġiji kondiviżi, strumenti u għodod
użati li provvedituri tas-servizz daħħlu u (ko-)finanzjati
mill-awtoritajiet reġjonali/nazzjonali tagħhom. Koerenza mal-politiki u programmi
oħra Huwa essenzjali li jitqiesu l-interessi u
ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-SMEs fit-tfassil tal-politiki
tal-Unjoni u tal-programmi ta’ ffinanzjar. Il-qafas finanzjarju futur se
jitfassal biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-negozji
ż-żgħar fil-programmi ta’ ffinanzjar, billi jiġu
ssimplifikati r-regoli, jitnaqqsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni,
jiġu aċċelerati l-proċeduri tal-għoti u jkun provdut
"one-stop shop" biex ikun eħfef għall-benefiċjarji
tal-iffinanzjar tal-Unjoni. Minħabba l-importanza tiegħu biex
jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020, it-titjib tal-ambjent tan-negozju
għall-SMEs jissemma f’sitta minn seba' inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020:
Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, Unjoni ta’
innovazzjoni, Żgħażagħ Attivi, Aġenda Diġitali
għall-Ewropa, Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi,
Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi. Ta’ rilevanza
partikolari għall-Programm il-ġdid hi l-inizjattiva ewlenija
“Politika Industrijali għall-Era ta’ Globalizzazzjoni” li ddeskriviet
approċċ strateġiku ġdid, filwaqt li indirizzat
il-kompetittività Ewropea kif ukoll il-ħolqien u t-tkabbir ta’ intrapriżi
żgħar u ta’ daqs medju u l-promozzjoni ta’ kultura
intraprenditorjali. Il-Programm il-ġdid propost se jipprovdi
wkoll għodda li tista’ sservi għanijiet oħra ta’ politika.
In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi se jipprovdi mezz għal
rabtiet ma’ programmi u inizjattivi oħra, f’termini ta’ diffużjoni
tal-informazzjoni “minn fuq għal isfel”, filwaqt li jippromovihom ukoll
ġbir “minn isfel għal fuq” tar-reazzjonijiet tal-partijiet
interessati. Se Dan se jkompli jipprovdi informazzjoni, pariri u
appoġġ lill-SMEs dwar programmi ambjentali u konformità.
Sinerġiji ma’ programmi oħra se jkunu massimizzati. Pereżempju,
l-attivitajiet ta’ garanzija proposti fil-Programm il-ġdid ser joperaw
flimkien ma’ attivitajiet ta’ garanzija ffinanzjati taħt il-Fondi
Strutturali tal-UE u l-Faċilità Mikrofinanzjarja Progress. Strumenti
tal-Kapital ta’ Riskju se jikkumplimentaw dawk provduti taħt l-inizjattiva
Horizon 2020 - il-Programm Qafas ġdid għar-riċerka u
l-innovazzjoni. Il-programm se jevita wkoll id-duplikazzjoni ma’ programmi
oħra, partikolarment fl-oqsma tal-promozzjoni tal-intraprenditorija u
l-ħiliet. Se tingħata wkoll kunsiderazzjoni bir-reqqa
l-kumplimentarjetà tal-Programm il-ġdid bl-Istrument ta’ Sħubija
propost. Se tkun essenzjali li l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea tkun
komplimentari għad-dimensjoni esterna tal-aġenda interna li
tiżgura tkabbir sostenibbli u impjiegi fl-Ewropa. Ġestjoni tal-Programm Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni "A budget for Europe 2020"[5], il-ġestjoni se tkun
prinċipalment esternalizzata. –
L-istrumenti finanzjarji ser jitħaddmu
mill-Grupp tal-Bank Ewropew għall-Investiment f’isem il-Kummissjoni; –
Azzjonijiet oħra jistgħu jiġu
ġestiti minn aġenzija eżekuttiva, filwaqt li jibnu fuq
l-esperjenza pożittiva[6]
mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni
(EACI) fil-qafas finanzjarju multiannwali attwali. Se titwettaq analiżi
tal-benefiċċji tal-ispejjeż. L-esternalizzazzjoni għas-CIP
irriżultat f’suċċess speċjali fir-rigward
tas-simplifikazzjoni, peress li l-EACI, b’riżultat
tal-ispeċjalizzazzjoni tagħha, issimplifikat u żviluppat
proċeduri adattati għall-SMEs. Partijiet relatati mal-SMEs ta’ programmi
oħra tal-infiq futuri jistgħu wkoll jiġu esterjorizzati
lill-EACI. Dawn jistgħu jinkludu partijiet ta’ Horizon 2020 li
jagħmel dik l-aġenzija “one-stop-shop” għal SMEs li jixtiequ
jaċċessaw programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-użu ta’
aġenzija eżekuttiva waħda jista’ jwassal ukoll għal
proċess issimplifikat tal-użu tal-għodod tal-IT u portali
elettroniċi, u b’hekk ikompli jikkontribwixxi għal aċċess
aktar faċli għall-SMEs. Simplifikazzjoni Prijorità għall-Kummissjoni f’dan
il-programm, bħal f’programmi oħra fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju
Multiannwali (MFF), hija li jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju u jkun
ffaċilitat l-aċċess għall-fondi għal intrapriżi
tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, safejn hu possibbli. Dan l-approċċ
huwa applikat fil-Programm dwar il-Kompetittività u l-SMEs (COSME) billi
ssejjes ruħu unikament fuq ir-Regolament Finanzjarju, mingħajr ebda
deroga. Dan jipprovdi għal proċeduri amministrattivi sempliċi,
koerenti u standardizzati għall-intrapriżi li jridu aċċess
għall-fondi. Ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju
se tgħin biex jagħmilha iktar faċli għall-intrapriżi
ż-żgħar biex jieħdu sehem fi programmi ta’ finanzjament,
pereżempju billi jkunu ssimplifikati r-regoli, jttnaqqsu l-ispejjeż
ta’ parteċipazzjoni, jkunu aċċellerati l-proċeduri
tal-għoti u jkun provdut "one-stop shop" biex l-aċċess
għall-finanzjament tal-Unjoni jkun aktar faċli. Huwa propost li jkun
hemm sistema ġdida ta’ somom sħaħ. Dawn il-karatteristiċi jissodisfaw
il-ħtiġijiet espressi fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur
tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP): ·
jiġu sssimplifikati l-proċeduri amministrattivi
u l-proċeduri tan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi permezz ta’
simplifikazzjoni tal-preparazzjoni tal-proposti ·
jagħmlu iktar użu ta’ somom
sħaħ, rati fissi ·
jitneħħa r-rekwiżit biex
jingħataw l-ismijiet tal-membri l-istaff impjegati fuq proġett ·
jkunu ssimplifikati dokumenti amministrattivi li
jridu jkunu sottomessi għall-kuntratti ·
titneħħa l-ħtieġa għal
benefiċjarji privati li jipprovdu garanziji tal-bank. Il-Programm se jwieġeb għal dawn
is-suġġerimenti billi jsir użu massimu tar-Regolament Finanzjarju
l-ġdid tal-UE, u se jaċċerta li r-rekwiżiti
tar-rappurtaġġ jkunu ssimplifikati aktar, li se jinkludu użu
aktar estensiv ta’ rapportaġġ onlajn. Barra minn hekk, biex ikun hemm
aċċess aħjar mill-SMEs għall-iffinanzjar, ir-regoli
tal-parteċipazzjoni u tal-eliġibbiltà tal-programmi futuri ta’
finanzjament kollha tal-Unjoni se jiġu allinjati kemm jista’ jkun
possibbli. Strumenti finanzjarji bħala tali huma
sempliċi biex jintużaw għall-intrapriżi peress li dawn
jindirizzaw il-bank jew il-kapital ta' riskju tagħhom b’talba ta’
finanzjament ordinarju u mhux bi proposta bħala għoti tal-finanzi.
Dwar l-istrumenti finanzjarji li jridu jiġu implimentati mill-Fond Ewropew
għall-Investiment (FEI) jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn
xierqa, il-proposta tal-Kummissjoni għal pjattaformi ta’ ekwità u dejn u
r-Regolament Finanzjarju rivedut se jirregolaw ir-rekwiżiti tal-istrumenti
amministrattivi finanzjarji. Ir-regoli se jiġu ssimplifikati kemm jista’
jkun possibbli biex jinħoloq bilanċ bejn l-obbligi tar-rappurtaġġ
dwar l-intermedjarji u l-benefiċjarji min-naħa l-waħda, u
l-ġestjoni finanzjarja soda, inklużi ħtiġijiet
tal-verifika, min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, il-proċeduri
ssimplifikati żviluppati mill-EACI se jgħaddu għand
il-Kummissjoni għal tipi simili ta’ proġetti. Se jinqasmu
l-aħjar prattiki rigward, per eżempju, is-simplifikazzjonijiet
introdotti mill-Aġenzija fil-ftehimiet ta’ għotja, il-kuntratti u
l-proċeduri. Simplifikazzjoni ulterjuri tista’ tinkludi l-modalitajiet ta’
implimentazzjoni iktar flessibbli għal ftehimiet ta’ għotja biex
jiġi evitat il-bżonn ta’ emendi fi stadju aktar tard. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET
INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Din id-deroga tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013.
Fil-kuntest tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt għal programm
suċċessur, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika li
indirizzat udjenza wiesgħa, inklużi organizzazzjonijiet pubbliċi
u privati u individwi, li tikkonsisti f 'erba' fażijiet: –
sondaġġ onlajn (inkluż
sondaġġ speċifiku dwar l-istrumenti finanzjarji[7]), li dam mit-8 ta’ Novembru 2010
sa l-11 ta' Frar 2011; –
konferenza pubblika fil-25 ta’ Jannar 2011;
–
laqgħat mar-rappreżentanti tal-Istati
Membri fil-Kumitat ta-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni
(EIP) u fil-Laqgħa Konġunta tal-Kumitati tas-CIP; –
laqgħa tal-Bord Strateġiku Konsultattiv
tas-CIP fit-2 ta’ Frar 2011. Il-konsultazzjoni kkonfermat li bosta
partijiet tal-programm attwali qed jaħdmu tajjeb, u li hemm
appoġġ kbir biex jinżamm programm tal-Unjoni li
jappoġġa l-SMEs u li joħloq ambjent ta’ negozju favorevoli.
Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-finanzi
għall-SMEs ġew ukoll diskussi fil-laqgħat tal-Forum dwar
il-Finanzjament tal-SMEs li saret f’Settembru 2010 u f’Marzu 2011. L-evalwazzjoni tal-programm attwali Fis-CIP attwali, jitwettqu evalwazzjonijiet
kemm fil-livell ta’ programmi speċifiċi u kif ukoll fil-livell
tal-programm qafas. Ħafna azzjonijiet proposti tal-Programm huma
kontinwazzjoni tal-azzjonijiet tal-Programm għall-Intraprenditorija u
l-Innovazzjoni tas-CIP. Is-sejbiet prinċipali
tal-evalwazzjonijiet tal-EIP tqassru hawn taħt. Valutazzjoni interim Il-valutazzjoni interim tal-EIP[8] ivvalutat riżultati
inizjali tal-EIP, b’fokus fuq it-twaqqif tan-Netwerk Ewropa
għall-Intrapriża u l-impatti tal-istrumenti finanzjarji ffinanzjati
skont l-EIP u l-il-programm predeċessur tiegħu. Il-valutazzjoni
kkonfermat li l-għanijiet tal-EIP indirizzat b’mod effiċjenti l-ostakoli
l-aktar importanti u r-restrizzjonijiet li jiffaċċjaw l-SMEs Ewropej
bħalma huma l-piżijiet regolatorji u amministrattivi u
l-aċċess limitat għall-finanzi. L-istrumenti finanzjarji
sostnuti mill-EIP huma meħtieġa minħabba falliment tas-suq u
biex jindirizzaw ir-restrizzjonijiet ta’ finanzjament li l-istart-ups u l-SMEs
li qed jikbru qed jiffaċċjaw fl-Unjoni kollha. L-istrumenti
finanzjarji tal-EIP tqiesu bħala approċċ innovattiv li
jindirizza fallimenti tas-suq fil-finazjament tal-SMEs. Rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib
kienu jinkludu: ·
jiżviluppaw sett standard ta’ indikaturi ta'
monitoraġġ biex ikun irrekordjat u rrapportat il-progress
tal-programm; ·
tittejjeb il-funzjoni tal-feedback tan-Netwerk
Ewropa għall-Intrapriżi; ·
tkun issimplifikata l-istruttura tal-EIP biex
jittejbu r-rabtiet bejn azzjonijiet individwali u l-għanijiet tal-EIP
globali. Valutazzjoni finali Il-valutazzjoni finali tal-EIP[9] eżaminat ir-relevanza,
l-effiċjenza, l-effettività, it-tagħrif u l-kuxjenza, l-utilità u
s-sostenibilità tal-programm, b’fokus speċifik fuq il-komponenti ewlenin
tiegħu: l-istrumenti finanzjarji, in-Netwerk Ewropa
għall-Intrapriżi, u l-innovazzjoni. Il-valutazzjoni involviet
konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati u l-benefiċjarji
permezz ta’ sondaġġi u intervisti. Is-sejbiet tal-valutazzjoni kienu
inkoraġġanti. L-EIP tqieset bħala li sejra tajjeb fil-kisba
tal-impatti antiċipati, biex tindirizza l-ħtiġijiet, il-problemi
u l-kwistjonijiet li għalihom tfasslet u għamlet dan b’mod partikolarment
effiċjenti fil-livell Ewropew. L-għanijiet tagħha tqiesu bħala
rilevanti ħafna għall-bżonnijiet tal-intrapriża u konformi
mal-miri ta’ Ewropa 2020. Il-programm ġie evalwat bħala ta’
benefiċċju għall-utenti finali, partikolarment l-SMEs, b’mod
effettiv. Il-miżuri tal-EIP, partikolarment l-istrumenti finanzjarji,
nstabu li effettivament ħolqu kondizzjonijiet għar-replikazzjoni
reali tas-suq. Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin saru
fuq kif trid tittejjeb aktar l-implimentazzjoni tal-EIP: ·
ikun żviluppat proċess ta’ ġestjoni
sistematika sabiex ikunu segwiti għanijiet transversali fil-programm u
biex jintrabtu l-għanijiet ta’ livell għoli ma’ azzjonijiet u
miżuri ffinanzjati uniċi, ·
biex ir-rabtiet ma’ elementi oħrajn
tal-politika tal-Intrapriżi jsiru aktar espliċiti, pereżempju,
b’referenzi għall-prijoritajiet tal-Att dwar in-Negozji
ż-Żgħar jew rilevanti għall-inizjattivi prominenti ta’
Ewropa 2020. ·
tkun żviluppata sistema ta’
monitoraġġ u indikaturi li, filwaqt li huma ta' kontribut siewi
fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm, xorta jeħtieġu
rfinar. Diġà hemm aktar attenzjoni speċjali
fuq il-kejl tal-prestazzjoni u fuq l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-programm
attwali u dan se jkollu post prominenti fil-Programm il-ġdid. Dan
tal-aħħar se jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet ta' hawn fuq, b'mod
partikolari bit-tisħiħ tal-loġika tal-intervent tal-Programm li
jorbotha b'mod eqreb mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni. Il-valutazzjoni tal-impatt Saret valutazzjoni tal-impatt li tkopri
l-istrumenti tal-programm u li qiegħda takkumpanja din il-proposta
tal-Kummissjoni. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat erba’
għażliet: –
L-Għażla 1, Xogħol
bħas-soltu, li tkopri l-istess elementi relatati mal-SMEs u
l-kompetittività hekk kif l-EIP hi mistennija li tkopri fl-2013. –
L-Għażla 2 li ma tkomplix l-interventi
finanzjarji attwali kollha. –
L-Għażla 3b li żżomm
l-ambitu attwali ta’ intervent b’espansjoni baġitarja bbilanċjata. –
L-Għażla 3c li tfisser espansjoni
baġitarja ffukata, b’appoġġ finanzjarju ristrett mal-istrumenti
finanzjarji u n-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li espansjoni
baġitarja modesta hi l-għażla preferuta, peress li tipprovdi
approċċ bilanċjat f’termini ta’ kisbiet fl-effiċjenza,
massa kritika, il-koerenza u l-effettività, u tindirizza l-fallimenti
regolatorji u tas-suq. Wara opinjoni tal-Bord tal-Valutazzjoni
tal-Impatt, ir-rapport ittejjeb kif ġej: –
is-sejbiet tal-valutazzjoni u l-opinjonijiet
tal-partijiet interessati kienu ddettaljati aħjar fit-test; –
l-impatti soċjali ġew evalwati b’mod
aktar wiesa’; –
il-koerenza tal-politika u l-koerenza ma’ programmi
oħra tal-UE kien evalwati aktar u spjegati fir-rapport. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-bażi legali Il-proposta hija bbażata fuq
l-Artikolu 173 u l-Artikolu 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea. Dan fih id-dispożizzjonijiet li
ġejjin : –
L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-Programm; –
L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-għanijiet
ġenerali u l-Artikolu 3 l-għanijiet speċifiċi; –
L-Artikolu 4 jiddeskrivi il-baġit
tal-Programm; –
L-Artikolu 5 jikkonċerna
l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi; –
L-Artikoli 6, 7, 8 u 9 jiddeskrivu l-oqsma ta’
azzjonijiet tal-Programm; –
L-Artikolu 10 jiddefinixxi Programm ta’
ħidma annwali għall-implementazzjoni; –
L-Artikolu 11 jiddefinixxi l-ambitu għal
miżuri ta’ appoġġ li jittieħdu mill-Kummissjoni; –
L-Artikolu 12 jiddeskrivi
dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; –
L-Artikolu 13 jiddeskrivi forom ta’
għajnuna finanzjarja; –
L-Artikolu 14 jipprovdi informazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji; –
L-Artikolu 15 jiddeskrivi
dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji
tal-Unjoni; –
L-Artikolu 16 jistipola dispożizzjonijiet
dwar il-kumitat; –
L-Artikoli 17, 18 u 19 jiddeskrivu atti
ddelegati, l-eżerċizzju tad-delega u dispożizzjonijiet għal
proċedura ta’ urġenza; –
L-Artikolu 20 jistabbilixxi d-data
tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Prinċipji tas-sussidjarjetà u
tal-proporzjonalità L-intervent propost tal-UE huwa skont
it-Trattat ta’ Lisbona, peress li se timmira speċifikament fallimenti politiċi
bħalma huma n-nuqqas ta’ koordinazzjoni u netwerking effettiv u fallimenti
tas-suq bħalma huma asimmetriji tal-informazzjoni li jistgħu
jiġu indirizzati biss fil-livell tal-UE. Li tkun stabbilita politika
koordinata u konsolidata jitqies bħala ferm prezzjuża biex
jinġiebu lill-partijiet interessati ewlenin flimkien, il-kondiviżjoni
tal-għarfien, l-ideat u t-tħassib, u biex tgħin titqajjem
kuxjenza fi ħdan u mal-gvernijiet kollha u fil-komunità wiesgħa. Xejn mill-miżuri meqjusa taħt
il-Programm futur ma jitlob biex il-miżuri fil-livell tal-UE
jissostitwixxu l-inizjattivi nazzjonali, jew deċiżjonijiet li jorbtu
fil-livell tal-UE. L-intervent tal-UE tfassal biex jagħmel il-miżuri
nazzjonali jaħdmu aħjar, billi tingħatalhom dimensjoni tal-UE,
b’koordinazzjoni aħjar u t-tneħħija tal-ostakoli transkonfinali
għall-koperazzjoni jew minn atturi privati jew awtoritajiet pubbliċi.
Il-kooperazzjoni tal-atturi u l-istrutturi nazzjonali u reġjonali
titħeġġeġ permezz ta’ netwerking "orizzontali"
aktar milli ċentralizzazzjoni “vertikali”. L-azzjoni tal-UE trid tkun proporzjonali, fi
kliem ieħor, l-isforzi u l-mezzi użati jridu jkunu kompletament
ġustifikati skont il-miri. F’dan ir-rigward, minħabba l-isfidi li
l-ekonomija tal-UE qiegħda tiffaċċja, id-daqs u l-iskala tal-azzjoni
tal-UE huma mistennija li jiġġeneraw impatti pożittivi fl-Ewropa
kollha permezz ta’ effett kumulattiv u effetti multiplikaturi. Minħabba
l-limitazzjonijiet baġitarji, il-miżuri proposti fil-livell tal-UE
ntgħażlu bir-reqqa biex juru l-valur miżjud tal-UE. Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq,
jista’ jiġi konkluż li l-intervent fil-livell tal-UE propost biex
jippromwovi l-intraprenditorija u l-kompetittività huwa kompletament
ġustifikat, speċjalment meta jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs.
IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI L-approprjazzjonijiet finanzjarji
għall-implimentazzjoni tal-Programm matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal
EUR 2,522 biljun[10]. 2011/0394 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm
għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi
ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 173 u 195
ta’ dan, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020
- Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”[11] f’Marzu 2010 (minn hawn
‘il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni
kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010.
L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u
hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li
ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u
l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni
soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin
għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u
kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir
tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livell għoljin ta' impjiegi,
karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u
l-enerġija u l-koeżjoni soċjali. (2)
Sabiex ikun żgurat li l-industrija jkollha
sehem ċentrali fit-twettiq tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, il-Kummissjoni
adottat Komunikazzjoni bit-titolu "Politika industrijali integrata
għal era ta’ globalizzazzjoni fejn il-kompetittività u s-sostenibbiltà
jkunu ċentrali"[12]
f’Ottubru 2010, li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew dwar
il-Konklużjonijiet tagħha ta’ Diċembru 2010. Din hija
inizjattiva prominenti tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Komunikazzjoni
tistabbilixxi strateġija li timmira li tagħti spinta lit-tkabbir u
l-impjiegi billi żżomm u ssostni bażi qawwija industrijali
diversifikata u kompetittiva fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ titjib
tal-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi u n-negozju, kif ukoll
permezz tat-tisħiħ ta’ bosta aspetti tas-Suq Uniku, inklużi
servizzi relatati man-negozju. (3)
F’Ġunju 2008 il-Kummisjsoni adottat
il-Komunikazzjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar
in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa [13] li kienet
approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008. L-Att dwar in-Negozji
ż-Żgħar (SBA) jipprovdi qafas politiku komprensiv
għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jippromovi
l-intraprenditorija u jistabbilixxi fis-sod il-prinċipju “Aħseb
l-Ewwel fiż-Żgħir” fil-liġi u l-politika sabiex
tissaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs. L-SBA tistabbilixxi 10 prinċipji
u tiddeskrivi politika u azzjonijiet leġiżlattivi li jippromovu
l-potenzjal tal-SMEs biex jikbru u joħolqu l-impjiegi. L-implimentazzjoni
tal-SBA tikkontribwixxi lejn il-kisba tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020.
Azzjonijiet diversi għall-SMEs diġà ġew stabbiliti
fl-inizjattivi prominenti. (4)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu
“Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar"
għall-Ewropa”[14]
ta’ Frar 2011, li kienet approvata mill-Kunsill tal-Kompetittività ta’
Mejju 2011, tevalwa l-implimentazzjoni tal-SBA u teżamina
l-bżonnijiet tal-SMEs li joperaw f’ambjent ekonomiku preżenti fejn
isibu dejjem aktar diffikultà biex jiksbu l-finanzjament u l-aċċess
għas-swieq. Din ir-reviżjoni tippreżenta ħarsa
ġenerali lejn il-progress li sar fl-ewwel sentejn tal-SBA, tistabbilixxi
azzjonijiet ġodda biex jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw
mill-kriżi ekonomika rrappurtata mill-partijiet interessati, u tipproponi
modi kif jistgħu jittejbu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-SBA bi rwol
ċar għall-partijiet interessati, u bl-organizzazzjonijiet tan-negozju
fuq quddiem. (5)
Mal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li
jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 [15], adottata fid-29 ta' Ġunju
2011, il-Kummissjoni tistabbilixxi pakkett ta' proposti leġiżlattivi
u d-dokumenti tal-baġit tal-Unjoni 2014-2020. Dak il-qafas finanzjarju
multiannwali jiddeskrivi kif se jintlaħqu l-għanijiet tal-politika
ta’ żieda fit-tkabbir u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi fl-Ewropa u
l-istabbiliment ta’ ekonomija b’karbonju baxx u aktar konxja mill-ambjent u
Ewropa internazzjonalment prominenti. (6)
Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ
tal-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni,
partikolarment l-SMEs, l-avvanz tas-soċjetà tal-għarfien, u l-iżvilupp
msejjes fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat, għandu jkun stabbilit
Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn ‘il
quddiem "il-Programm"). (7)
Il-Kummissjoni impenjat ruħha li
tpoġġi fiċ-ċentru tal-programm tal-infiq tal-Unjoni
l-azzjoni dwar il-klima u li tidderieġi ta’ mill-inqas 20 %
tal-baġit tal-Unjoni għal għanijiet relatati mal-klima. Huwa
importanti li jkun żgurat li l-mitigazzjoni u l-adattament tal-bidla
fil-klima kif ukoll il-prevenzjoni tar-riskju huma promossi fil-preparazzjoni,
it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programm. Il-miżuri koperti minn dan
ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni
tat-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà b'karbonju baxx u
reżiljenti għat-tibdil fil-klima. (8)
Il-kompetittività tal-politika tal-Unjoni hija
maħsuba biex nistabbilixxu l-arranġamenti istituzzjonali u
politiċi li joħolqu l-kundizzjonijiet li taħthom
l-intrapriżi jistgħu jikbru b’mod sostenibbli. Produttività mtejba
hija sors dominanti ta' introjtu sostenibbli tat-tkabbir, li min-naħa
tagħha tikkontribwixxi għal titjib fl-istandards tal-għajxien.
Il-kompetittività tiddependi wkoll fuq l-abbiltà tal-kumpaniji sabiex
jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet bħalma
hu s-Suq Uniku Ewropew. Dan huwa speċjalment importanti għall-SMEs,
li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi fl-Unjoni, jipprovdu
tnejn mit-tliet impjiegi eżistenti fis-settur privat, u 80 %
tal-impjiegi ġodda, u jikkontribwixxi b’iktar min-nofs tat-total tal-valur
miżjud maħluq mill-intrapriżi fl-Unjoni. L-SMEs huma
mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-integrazzjoni
soċjali. (9)
Il-kompetittività tpoġġiet taħt
lenti fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fis-snin riċenti minħabba
fallimenti istituzzjonali, politiċi u tas-suq li qed jimminaw il-kompetittività
intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs. (10)
Il-Programm għandu għalhekk jindirizza
fallimenti tas-suq li jaffettwaw il-kompetittività fl-ekonomija tal-Unjoni fuq
skala globali dovuti prinċipalment għal-kwistjonijiet li jnawru
l-kapaċità tal-intrapriżi li jikkompetu mal-kontropartijiet
tagħhom f’partijiet oħra tad-dinja. (11)
Il-Programm għandu partikolarment jindirizza
lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003
li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u
ta’ daqs medju[16].
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro,
lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali u
lill-intrapriżi soċjali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll
lill-karatteristiċi speċifiċi u rekwiżiti tal-intraprendituri
żgħażagħ, intraprendituri potenzjali u ġodda u
intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi fil-mira, bħal
pereżempju, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal
gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħalma
huma persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll
iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu
intraprendituri u jiġu promossi it-tieni ċansijiet
għall-intraprendituri. (12)
Ħafna mill-problemi tal-kompetittività
tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess
għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu
tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess
għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u
l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa u fuq it-tkabbir tal-intrapriżi.
Il-valur miżjud għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti
tinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital
ta’ riskju u fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs pan-Ewropew.
L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu kumplimentarji għall-użu
tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs. L-entitajiet
delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw
addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE.
(13)
In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi wera
li kien ta’ valur miżjud għall-SMEs Ewropej bħala
“one-stop-shop” ta’ appoġġ għan-negozji billi għin
intrapriżi biex itejbu l-kompetittività tagħhom u jesploraw
l-opportunitajiet kummerċjali fis-Suq Uniku u lil hinn. It-tħaffif
tal-metodoloġiji u l-metodi ta’ ħidma u d-dispożizzjonijiet ta’
dimensjoni Ewropea għal servizzi ta' appoġġ għan-negozju
jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, in-Netwerk
għin lill-SMEs isibu kooperazzjoni jew sħab ta’ trasferiment
tat-teknoloġija, jiksbu pariri dwar sorsi ta’ finanzjament u dwar
il-proprjetà intellettwali u dwar l-eko-innovazzjoni u l-produzzjoni
sostenibbli. Kiseb ukoll rispons dwar il-leġiżlazzjoni u l-istandards
tal-Unjoni. L-Għarfien espert uniku tiegħu huwa partikolarment importanti
sabiex jingħelbu l-assimetriji fl-informazzjoni u jittaffew
l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ tranżazzjonijiet
transkonfinali. (14)
L-internazzjonalizzazzjoni limitata tal-SMEs kemm
ġewwa u barra l-Ewropa taffettwa l-kompetittività. Skont xi stimi,
attwalment 25 % tal-SMEs fl-Unjoni jesportaw jew esportaw f’xi punt matul
l-aħħar tliet snin, li minnhom 13 % biss jesportaw barra
mill-Unjoni fuq bażi regolari u 2 % biss investew lil hinn minn
pajjiżhom. Skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, li stieden
lill-Unjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw u
jinkoraġġixxu lill-SMEs jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq barra
l-Unjoni, l-UE tappoġġa netwerk ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Negozju
Ewropej f’aktar minn 20 suq barrani. Dan jipprovdi għajnuna finanzjarja fiċ-Ċentru
għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun, korpi tan-negozju
f’Ħong Kong, l-Malasja u Singapor kif ukoll fiċ-Ċentru Ewropew
għan-Negozju u t-Teknoloġija fl-Indja, ċentri tal-SMEs tal-UE fiċ-Ċina
u fit-Tajlandja u l-Helpdesk għall-SMEs dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà
Intellettwali fiċ-Ċina. Valur miżjud Ewropew jinħoloq
bil-ġabra flimkien tal-isforzi nazzjonali f’dan il-qasam, tkun evitata
d-duplikazzjoni, tkun promossa l-kooperazzjoni u billi jkunu offruti servizzi
li jonqoshom il-massa kritika li kieku jkunu provduti fil-livell nazzjonali. (15)
Biex tittejjeb il-kompetittività
tal-intrapriżi Ewropej, notevolment l-SMEs, l-Istati Membri u
l-Kummissjoni għandhom bżonn joħolqu ambjent kummerċjali
favorevoli. L-interessi tal-SMEs u s-setturi li fihom huma l-iktar attivi
jeħtieġu attenzjoni partikulari. Inizjattivi fil-livell tal-Unjoni
huma meħtieġa biex ikunu żviluppati opportunitajiet indaqs
għall-SMEs u biex ikunu skambjati informazzjoni u għarfien fuq skala
Ewropea. (16)
Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività
huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni.
Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini
tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal
rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 %
fiċ-Ċina[17].
Effetti ta’ dimostrazzjoni u katalitiċi, pereżempju Premjijiet u
konferenzi Ewropej, kif ukoll koerenza u konsistenza biex jissaħħu
l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji
tal-aħjar prattiċi jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli. (17)
Il-kompetizzjoni globali, it-tibdil demografiku,
restrizzjonijiet fir-riżorsi xejriet soċjali emerġenti
jiġġeneraw sfidi u opportunitajiet għal xi setturi.
Pereżempju, is-setturi bbażati fuq id-disinn qed jiffaċċjaw
sfidi globali u huma kkaratterizzati minn proporzjon qawwi ta’ SMEs u
għalhekk jeħtiġilhom jadattaw biex jaħsdu
l-benefiċċji u jaħtfu l-potenzjal mhux sfruttat ta' domanda
għolja ta’ prodotti personalizzati u inklużivi. Peress li dawn l-isfidi
japplikaw għall-SMEs kollha fl-Unjoni f’dawn is-setturi, hemm bżonn
ta’ sforz kollettiv fuq il-livell tal-Unjoni. (18)
Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata “Europe, the world's
No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in
Europe”,[18]
li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’
Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija
tal-Unjoni. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment
lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u
għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività
imprenditorjali, peress li hija mmexxija prinċipalment mill-SMEs.
It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-importanza tat-turiżmu li
jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f’dan il-qasam li
jikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Hemm valur miżjud ċar
għall-inizattiva tat-turiżmu fuq il-livell tal-Unjoni,
speċjalment fil-forniment tad-dejta u l-analiżi, fl-iżvilupp ta’
strateġiji ta’ promozzjoni transnazzjonali u fl-iskambju tal-aħjar
prattiki. (19)
Il-Programm għandu jindika azzjonijiet
għall-għanijiet, il-pakkett finanzjarju totali biex jintlaħqu
dawk l-għanijiet, it-tipi differenti ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni,
u l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u
għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. (20)
Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi
oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu
jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess.
B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament
doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali
tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji
mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi
Strutturali. (21)
Il-prinċipji tat-trasparenza u tal-opportunità
indaqs bejn is-sessi għandhom jiġu kkunsidrati fl-inizjattivi u
l-azzjonijiet rilevanti kollha koperti mill-Programm. Ir-rispett tad-drittijiet
tal-bniedem u l-liberta fundamentali għaċ-ċittadini kollha
għandhom jiġu kkunsidrati wkoll f’dawk l-inizjattivi u
l-attivitajiet. (22)
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi,
għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi
r-referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali
ta' XX/YY/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar
il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar id-dixxiplina
baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[19], għall-awtorità
baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. (23)
Biex ikun żgurat li l-finanzjament jiġi
limitat għall-indirizzar ta’ fallimenti tas-suq, ta’ politika u
istituzzjonali, u bil-ħsieb li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq,
il-finanzjament mill-Programm għandu jħares ir-regoli
tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. (24)
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
u l-Protokolli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdu
għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati fi programmi
tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi għandha tkun
possibbli fejn jippermettu l-Ftehimiet u l-proċeduri. (25)
Il-Programm għandu jkun immonitorjat u evalwat
sabiex jingħata lok għall-aġġustamenti. (26)
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom
jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu kollu
tal-infiq, inklużi l-prevenzjoni, id-ditezzjoni u l-investigazzjoni
tal-irregolaritajiet, l-irkupru tal-fondi li jintilfu, jitħallsu bi
żball jew jintużaw b'mod ħażin u, jekk ikun il-każ,
permezz ta' pieni. (27)
Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi
għall-implimentazzjoni ta’dan ir-Regolament, għandhom jiġu
konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, biex tadotta
programm annwali ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm. Dawk
is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont
ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011
li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet
ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni
tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[20]. (28)
Is-setgħa biex ikunu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli
speċifiċi għall-parteċipazzjoni u l-esternalizzazzjoni ta'
ċerti kompiti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq
konsultazzjonijiet xierqa fil-ħidma preparatorja tagħha, inkluż
fil-livell espert. (29)
Il-Kummissjoni għandha tiżgura
t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill waqt il-preparazzjoni u t-tfassil
tal-atti delegati. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I
Suġġett Artikolu 1
L-istabbiliment Programm għal azzjonijiet tal-Unjoni
fil-qasam tal-kompetittività tal-intrapriżi, b’enfasi speċjali fuq
l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (minn hawn 'il
quddiem "il-Programm"), huwa stabbilit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Dicembru 2020. Artikolu 2
Għanijiet ġenerali 1.
Il-Programm għandu jikkontribwixxi
lill-għanijiet ġenerali li ġejjin filwaqt li jagħti
attenzjoni lill-bżonnijiet speċifiċi tal-SMEs fuq il-livell
Ewropew u globali: (a)
li tissaħħaħ il-kompetittività u
s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, inkluż fis-settur
tat-turiżmu; (b)
li titħeġġeġ kultura
imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. 2.
Il-kisba tal-għanijiet imsemmija
fil-Paragrafu 1 għandhom jitkejlu bl-indikaturi li ġejjin: (a)
il-persentaġġ tat-tkabbir tas-settur
industrijali tal-Unjoni relatat mat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), (b)
it-tkabbir tal-eżitu tal-manifattura
tal-Unjoni fl-ekoindustriji, (c)
il-bidliet fil-piż amministrattiv fuq l-SMEs, (d)
it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud
u n-numru ta’ impjegati, (e)
u r-rata ta’ dħul tal-SMEs. 3.
Il-programm għandu jappoġġa
l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandu
jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta’ “tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv”. Partikolarment, il-Programm għandu
jikkontribwixxi lejn l-mira ewlenija li tikkonċerna l-impjiegi. KAPITOLU II
Għanijiet speċifiċi u l-oqsma ta’ azzjoni Artikolu 3
Objettivi speċifiċi 1.
L-għanijiet speċifiċi tal-Programm
għandhom ikunu: (f)
li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas
għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni
inkluż is-settur tat-turiżmu; (g)
li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost
gruppi speċifiċi fil-mira: (h)
li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi
għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn; (i)
li jittejjeb l-aċċess għas-swieq
ġewwa l-Unjoni u globalment: 2.
Il-bżonn li l-intrapriżi jaddattaw
għal ekonomija b’karbonju baxx, reżiljenti għat-tibdil
fil-klima, u efficjenti fl-użu tar-riżorsi għandu jkun promoss
fl-implimentazzjoni tal-Programm. 3.
Biex jitkejjel l-impatt tal-Programm fil-kisba
tal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-Paragrafu 1,
għandhom jintużaw l-indikaturi tal-prestazzjoni. Dawk l-indikaturi
huma stabbiliti fl-Anness I. Artikolu 4
Il-baġit 4.
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni
tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 2,522 biljuni, li minnhom
EUR 1,4 biljun se jiġi allokat għall-istrumenti
finanzjarji. 5.
Il-pakkett finanzjarju stabbilit taħt dan
ir-Regolament jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet
preparatorji, ta' monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li
huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u l-kisba
tal-għanijiet tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’
esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni
korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati
mal-għanijiet ġenerali ta’ dan il-Programm, spejjeż konnessi
man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’
informazzjoni, flimkien mal-ispejjez l-oħra kollha ta’ assistenza
amministrattiva u teknika sofferti mill-Kummissjoni għall-ġestjoni
tal-Programm. 6.
L-allokazzjoni finanzjarja tista' tkopri wkoll
l-ispejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa
biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri
adottati skont id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[21].
Jekk hu meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu ma
jiddaħħlux fil-baġit lil hinn mill-2020 biex jiġu koperti
spejjeż simili, sabiex jippermettu t-tmexxija ta’ azzjonijiet li jkunu
għadhom ma ntemmewx sal-31 ta’ Diċembru 2020. Artikolu 5
Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi 7.
Il-Programm għandu jkun miftuħ
għall-parteċipazzjoni ta’ : (j)
Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea
tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika
Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE, u
pajjiżi Ewropej oħra meta l-ftehim u l-proċeduri jippermettu
dan; (k)
Il-pajjiżi li qed jaderixxu, il-pajjiżi
kandidati u kandidati potenzjali skont il-prinċipji ġenerali u
t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’
dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Qafas
u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni rispettivi,
jew arranġamenti simili; (l)
Pajjiżi li jaqgħu taħt l-ambitu
tal-politika Ewropea tal-viċinat, meta l-ftehimiet u l-proċeduri
jippermettu hekk u skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u
l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk
il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Qafas
rispettivi, il-Protokolli tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u
d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni. 8.
Entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi msemmija
fil-Paragrafu 1, fil-każ li l-kondizzjonijiet f’dak il-paragrafu ma
jiġux sodisfatti jew meta l-pajjiżi jiddeċiedu li ma
jisseħbux fil-programm, jew entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi
oħra jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet skont il-Programm. 9.
Tali entitajiet ma għandhomx ikunu intitolati
li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, ħlief meta
huwa indispensabbli għall-Programm, b’mod partikolari f’termini ta’
kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi
tal-Unjoni. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika
lill-entitajiet li jagħmlu l-qligħ. Artikolu 6
L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività
u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni 10.
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa
azzjonijiet biex titjieb u tissaħħaħ il-kompetittività u
s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, sabiex
tittejjeb l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-politiki nazzjonali
għall-promozzjoni tal-kompetittività u s-sostenibbilità u t-tkabbir
tal-intrapriżi fl-Ewropa. 11.
Il-Kummissjoni tista tappoġġa
l-azzjonijiet intenzjonati li jiżviluppaw l-istrateġiji l-ġodda
tal-kompetittività. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu dawn li
ġejjin: (m)
miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni
u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u
s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza
għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi
xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet
ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli; (n)
miżuri li jinkoraġġixxu
l-kooperazzjoni fit-tfassil tal-politika u l-iskambju ta’ prattiki tajbin fost
l-Istati Membri, pajjiżi oħra parteċipanti fil-Programm u
l-kompetituri ewlenin tal-Unjoni, u li jindirizzaw ukoll aspetti tal-politiki
tal-kompetittività internazzjonali. (o)
appoġġ għall-SMEs
għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu
l-politika, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif
tal-aċċess għall-programmi u l-miżuri jkunu ta’ sostenn
tal-SMEs. 12.
Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa
inizjattivi li jaċċelleraw il-ħolqien tal-industriji
kompetittivi bbażati fuq l-attivitajiet transsettorjali f’żoni karatterizzati
minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b'kontribuzzjoni għoli lejn il-PGD
tal-Unjoni. Dawn l-inizjattivi għandhom jistimulaw l-iżvilupp ta’
swieq ġodda u l-provvista ta' prodotti u servizzi bbażati fuq l-aktar
mudelli kummerċjali kompetittivi jew fuq ktajjen ta’ valur modifikati.
Dawn għandhom jinkludu inizjattivi li jtejbu l-produttività,
l-effiċjenza tar-riżorsi, is-sostenibilità u r-responsabilità
soċjali korporattiva. Artikolu 7
Azzjonijiet li jippromwovu l-intraprenditorija 13.
Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi lejn
il-promozzjoni tal-imprenditorija billi ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas li
jaffettwaw l-iżvilupp tal-intraprenditorija. Il-Kummissjoni għandha
tappoġġa ambjent tan-negozju favorevoli għall-iżvilupp u
t-tkabbir tal-intrapriżi. 14.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari
lill-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri ġodda u
potenzjali, intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi ta’
mira. 15.
Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri
tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet u attitudnijiet
intraprenditorjali, b' mod partikolari fost intraprendituri potenzjali u
ġodda. Artikolu 8
Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs 16.
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa
azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs
għall-finanzjament fil-fażijiet tagħhom tal-bidu u t-tkabbir
filwaqt li jikkumplimentaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati
Membri għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun
żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati
mill-qrib ma' dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni u fuq
il-livell nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw
il-provvista tal-finanzi tal-ekwità u d-dejn. 17.
Bħala parti mill-azzjonijiet imsemmija
fil-Paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa miżuri,
soġġetti għad-domanda tas-suq, biex jittejjeb il-finanzjament
transkonfinali u multinazzjonali biex jassisti lill-SMEs fl-internalizzazzjoni
tal-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. 18.
Id-dettalji tal-azzjonijiet imsemmija
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness II. Artikolu 9
Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess
għas-swieq 19.
Il-Kummissjoni għandha żżomm
l-appoġġ tagħha għan-Netwerk Ewropa
għall-Intrapriżi sabiex ikompli t-titjib fil-kompetittività tal-SMEs
u l-aċċess għas-swieq. 20.
Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa
azzjonijiet biex jittejbu l-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku
inkluż għoti ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni. 21.
Il-miżuri speċifiċi għandhom
l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq
barra l-Unjoni u li jsaħħu servizzi ta’ appoġġ
eżistenti f 'dawk is-swieq. L-SMEs jistgħu jirċievu
appoġġ permezz tal-Programm dwar l-istandards u d-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi ta’ prijorità. 22.
L-azzjonijiet tal-Programm jistgħu jimmiraw li
jrawmu kooperazzjoni industrijali internazzjonali, inklużi djalogi
industrijali u regolatorji ma’ pajjiżi terzi. Il-miżuri
speċifiċi jistgħu jimmiraw li jitnaqqsu d-differenzi bejn
l-Unjoni u pajjiżi oħra f’oqfsa regolatorji għal-prodotti
industrijali, dwar il-politika industrijali u t-titjib tal-ambjent tan-negozju.
KAPITOLU III
Implimentazzjoni tal-Programm Artikolu 10
Programm ta' ħidma annwali 23.
Sabiex ikun implimentat il-Programm, il-Kummissjoni
għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali f’konformità
mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Il-programmi
ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-għanijiet segwiti,
ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali
tagħhom. Dawn għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu
jkunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u
skeda indikattiva tal-implimentazzjoni, kif ukoll indikaturi xierqa
għall-monitoraġġ tal-effettività fit-twettiq tal-eżiti u
l-kisbiet tal-għanijiet. Dawn għandhom jinkludu għotjiet
għall-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ valutazzjoni u r-rata
massima tal-kofinanzjament. 24.
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm
f’konformità mar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [ir-Regolament
Finanzjarju l-Ġdid]). 25.
Il-Programm għandu jkun implimentat sabiex
jiġi żgurat li l-azzjonijiet appoġġati jieħdu kont
tal-iżviluppi u l-ħtiġijiet futuri, b’mod partikolari wara
l-evalwazzjoni interim, imsemmija fl-Artikolu 12(3), u li dawn huma
rilevanti għal swieq li qed jevolvu, l-ekonomija u l-bidliet
fis-soċjetà. Artikolu 11
Miżuri ta' appoġġ 26.
Flimkien mal-miżuri koperti mill-programm ta’
ħidma msemmija fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha twettaq
b’mod regolari miżuri ta’ sostenn, inklużi dawn li ġejjin: (p)
l-analiżi u l-monitoraġġ ta’
kwistjonijiet tal-kompetittività settorjali u transsettorjali; (q)
l-identifikazzjoni ta’ prattiċi tajbin u
approċċi ta' politika, u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom; (r)
evalwazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri
tal-Unjoni ta’ rilevanza partikolari għall-kompetittività
tal-intrapriżi, bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma ta’
leġiżlazzjoni eżistenti li jeħtiġilhom jiġu
ssimplifikati, jew oqsma li fihom hemm bżonn li jiġu propost
miżuri leġiżlattivi ġodda; (s)
l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni li
taffettwa l-intrapriżi, il-politika speċifika industrijali u
l-miżuri relatati mal-kompetittività; 27.
Dawn il-miżuri ta’ appoġġ imsemmija
fil-Paragrafu 1 ma għandhomx neċessarjament jiffurmaw parti
mill-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10. Artikolu 12
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni 28.
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja
l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Programm. 29.
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali
ta’ monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effettività
tal-attivitajiet appoġġati skont l-implimentazzjoni finanzjarja,
ir-riżulati u, fejn hu possibbli, l-impatt. Ir-rapport għandu
jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ nfiq relatat mal-klima u l-impatt
fuq l-appoġġ lill-għanijiet tal-bidla fil-klima sakemm dan
il-ġbir ta’ din l-informazzjoni ma joħloqx piż amministrattiv
mhux ġustifikat għall-SMEs. 30.
Mhux iktar tard mill-2018, il-Kummissjoni
għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni
tal-għanijiet tal-azzjonijiet kollha skont dan il-Programm fil-livell ta'
riżultati u impatti, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u
l-valur miżjud Ewropew ta' dan, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar
it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. Ir-rapport
tal-evalwazzjoni għandu jindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni,
il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa
tal-għanijiet kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri
għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli
u inklużiv. Dan għandu jqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq
l-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti; 31.
Rapport tal-evalwazzjoni għandu jiġi
stabbilit dwar l-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-miżuri
li jikkontibwixxu għal deċiżjoni dwar it-tiġdid possibbli,
modifika jew sospensjoni ta’ xi miżura sussegwenti. 32.
Għandhom jiġu żviluppati sett ta’
indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni bħala bażi biex ikunu
eżaminati safejn l-għanijiet tal-azzjonijiet appoġġati
mill-Programm intlaħqu. Huma għandhom jitkejlu skont xenarji
bażi predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni. 33.
Il-partijiet kollha involuti għandhom
jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta kollha u l-informazzjoni
meħtieġa biex jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni
tal-miżuri kkonċernati. KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finanzjarji u forom ta’ assistenza finanzjarja Artikolu 13
Forom ta’ għajnuna finanzjarja L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont
il-Programm tista’ tiġi implimentata indirettament, billi jkunu ddelegati
l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil entitajiet elenkati fl-Artikolu XX
tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid]. Artikolu 14
Strumenti finanzjarji 34.
Strumenti finanzjarji skont il-Programm
għandhom jitħaddmu bl-għan li jkun ffaċilitat
l-aċċess għall-finanzi tal-SMEs orjentati lejn it-tkabbir. L-istrumenti
fianzjarji għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u faċilità ta'
garanzija fuq self. 35.
L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs orjentati
għat-tkabbir jistgħu, fejn hu xieraq, jiġu magħquda ma’
strumenti finanzjarji oħra stabbiliti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet
amministrattivi tagħhom skont [l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament
(UE) Nru XXX/201X [ir-Regolament il-Ġdid dwar il-Fondi Strutturali]],
u għotjiet iffinanzjati mill-Unjoni, inkluż taħt dan
ir-Regolament. 36.
L-istrumenti finanzjarji għandhom jimmiraw li
jippreservaw il-valur tal-assi provduti mill-baġit tal-Unjoni. Dawn
jistgħu jiġġeneraw dħul aċċettabbli biex
jintlaħqu l-għanijiet tas-sħab l-oħra jew l-investituri. 37.
Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (EU)
Nru XXXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], id-dħul u
l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed
għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju.
Għal strumenti finanzjarji li diġà huma stabbiliti fil-qafas finanzjarju
multiannwali għall-perjodu 2007-2013, id-dħul u l-ħlasijiet
iġġenerati bl-operazzjonijiet mibdija f’dak il-perjodu għandhom
ikunu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu 2014-2020. Artikolu 15
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 38.
Il-Kummissjoni għandha tieħu
l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati
azzjonijiet finanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni jitħarsu bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra
l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, b'verifiki
effettivi, u jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru
tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun il-każ, permezz ta'
penali effettivi, proporzjonati u deterrenti. 39.
Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti
tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’
verifika, abbażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, fuq
il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi,
s-sottokuntratturi u partijiet terzi oħra kollha li rċevew fondi
tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. 40.
L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi
(OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi
ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali
finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE)
Nru 2185/96 bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi,
korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi
finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew
deċiżjoni dwar għotja jew ta' kuntratt li jikkonċerna
l-finanzjament tal-Unjoni. 41.
Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni
subparagrafi, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’
organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta’ għotja u
deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw
mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu
jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF
biex iwettqu tali verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. KAPITOLU V
Kumitat u dispożizzjonijiet finali Artikolu 16
Kumitat 42.
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn
kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 43.
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu,
għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 17
Atti delegati 44.
Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li taddotta atti ta' delegazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18
li jikkonċerna t-tibdiliet tal-indikaturi provduti fil-lista
tal-Anness I ta' dan id-Regolament jekk dawn ma jkunux xierqa biex ikejlu
l-progress biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u
speċifiċi tal-Programmi. 45.
Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li taddotta atti ta’ delegazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18
li jikkonċerna tibdiliet fid-dettalji tal-azzjonijiet speċifiċi
stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk l-iżviluppi
ekonomiċi tas-suq jitolbu hekk jew skont ir-riżultati miksuba
mill-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-Programm ta’ Qafas ta’
Kompetittività u Innovazzjoni (LGF) u l-Istrument tal-Qsim tar-Riskju (RSI)
tas-7 Programm Qafas għall-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju 46.
Meta dan ikun meħtieġ għal
raġunijiet imperattivi ta’ urġenza bħalma huma bidla
fil-kondizzjonijiet ekonomiċi rapidi, il-proċedura provduta
fl-Artikolu 19 għandha tapplika għal atti delegati adottati
skont dan l-Artikolu. Artikolu 18
Eżerċizzju tad-delega 47.
Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti
delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta
għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 48.
Id-delega tas-setgħa msemmija
fl-Artikolu 17 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal
perjodu ta’ seba’ snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ tal-att
bażiku leġiżlattiv]. 49.
Id-delega ta’ setgħa msemmija
fl-Artikolu 17 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka
għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa
speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol
fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata
hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati li huma
diġà fis-seħħ. 50.
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni
għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
51.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 17
għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda
oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament
Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu,
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma
kenux sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu
jiġġedded b'xahrejn oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew
jew tal-Kunsill. Artikolu 19
Proċedura ta’ urġenza 52.
Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu
għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u
għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni espressa
skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu
tal-proċedura ta' urġenza. 53.
Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill
jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont
il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(5). F’tali każ,
il-Kummissjoni għanha tħassar l-att mingħajr dewmien wara
notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament
Ewropew u l-Kunsill. Artikolu 20
Revoka u dispożizzjonijiet tranżitorji 54.
Id-Deċiżjoni 1639/2006/KE titħassar
b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. 55.
Madankollu, azzjonijiet li nbdew skont
id-Deċiżjoni 1639/2006/KE u l-obbligi finanzjarji ralatati ma’ dawk
l-azzjonijiet għandhom ikomplu jkunu regolati b’dik id-Deċiżjoni
sakemm jitlestew. 56.
L-allokazzjoni finanzarja msemmija
fl-Artikolu 4 tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna
amministrattiva u teknika neċessarji biex tkun żgurata
t-tranżizzjoni bejn dan il-programm u l-miżuri addottati skont
id-Deċiżjoni 1639/2006/KE. Artikolu 21
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I
Indikaturi għal għanijiet ġenerali u speċifiċi Għan ġenerali: || 1. Li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostennbbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu Indikatur tal-impatt[22] || Sitwazzjoni attwali || Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020) It-tkabbir tal-kompetittività industrijali[23] Bidla tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs (Għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita intrapriża ġdida) It-tkabbir tal-produzzjoni tal-manifattura tal-UE fl-ekoindustriji (bidla fil-perċentwal mis-sena ta’ qabel) || 2009: -3.1%, 2008: -0.3%, 2007: +0.7% 2009: -3.1 % L-għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME: sebat ijiem ta’ xogħol Tkabbir annwali ta' 6-7 % matul l-aħħar snin || Tkabbir annwali ta’1 % u tkabbir ta’ 5 % fl-2015 Tnaqqis ta’ għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME: tlett ijiem ta’ xogħol fl-2020. Tkabbir annwali ta’ medja ta’ 8 % matul id-deċennju li jmiss; Sal-2015, hija mmirata żieda ta’ 50 % fil-produzzjoni Għan ġenerali: || 2. Li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs Indikatur tal-impatt || Sitwazzjoni attwali || Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020) It-tkabbir tal-SME f’dawk li huma valur miżjud u impjegati Ir-rispons mill-SMEs u l-benefiċjarji finali l-oħra dwar il-valur miżjud, l-utilità u r-rilevanza tal-Programm (dan għandu jitkejjel fl-evalwazzjonijiet tal-Programm) permezz tan-Netwerk Ewropew tal-Intrapriża (EEN) u stħarriġiet onlajn Ir-rata tad-dawran tal-SME (l-istart-ups u l-mortalità) || Fl-2010 l-SMEs pprovdew aktar minn 58 % tal-fatturat totali tal-UE (GVA); l-għadd totali tal-impjegati fl-SMEs: 87,5 miljun (67 % tal-impjiegi fis-settur privat fl-UE) 78 % ta’ sodisfazzjon u rispons pożittiv dwar il-valur miżjud tal-EEN || Żieda fil-mira tal-Valur Miżjud Gross tal-SMEs ta’ 4 % fis-sena; tkabbir annwali ta’ impjegati fl-SMEs ta '1 % Żieda ta’ aktar minn 80 % ta’ sodisfazzjon fuq il-valur miżjud tal-EEN Għan speċifiku: || Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE inkluż fis-settur tat-turiżmu Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 Attivitajiet biex titjieb il-Kompetittività L-għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati L-għadd ta’ verifiki ta’ “prestazzjoni” fuq il-kwalità u l-valur miżjud tal-attivitajiet Livell ta’ adozzjoni minn kumpaniji tal-produzzjoni sostenibbli Ewropea u l-għodod tal-produzzjoni, inklużi l-EMAS, l-ekotikketta, u l-ekodisinn || Il-programm ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni kien aġġornat fl-2010 u qiegħed fit-triq it-tajba biex fl-2012 inaqqas il-burokrazija b'25 %. Saru ħames miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena sal-2010. Fl-2010 tnedew erba’ verifiki ta’ “prestazzjoni” li inkludew il-partijiet interessati għall-politiki dwar l-ambjent, it-trasport, l-impjiegi u l-industrija. Ir-rispons inkluda kummenti dwar il-leġiżlazzjoni u l-valur miżjud tal-attivitajiet. Madwar 35 000 ISO 14001 ċertifikazzjonijiet tal-EMS u 4 500 reġistrazzjoni tal-EMAS, 18 000 liċenzja għall-Ekotikketta tal-UE || Madwar seba’ miżuri ta' simplifikazzjoni fis-sena. L-approċċ ta’ rispons bil-verifiki ta’ “prestazzjoni” se jiġi estiż għal politiki oħra u se jwassal biex is-simplifikazzjonijiet ikollhom impatt pożittiv fuq l-industrija. Huma previsti sa tnax-il verifika ta’ “prestazzjoni”, bl-għan ta’ regolamentazzjoni aħjar. L-għadd sinifikanti tal-kumpaniji jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom, japplikaw sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u jiksbu titjib fil-produttività tar-riżorsi u l-prestazzjoni ambjentali. Parti sinifikanti tal-produzzjoni tikkonsisti fi prodotti li huma effiċjenti fir-riżorsi u ekoloġiċi L-iżvilupp tal-politika tal-SME L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME Żieda fil-pubbliċità mifruxa madwar l-UE tal-Premji Ewropej għall-Intrapriża b’pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid u fil-kumplessità għall-intrapriżi l-ġodda || L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME: 15-il Stat Membru L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha: 60 fl-2010 Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid: sebat ijiem ta’ xogħol || L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME: 21 Stat Membru L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha: 80 Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid: ħamest ijiem ta’ xogħol Kunċetti ġodda tan-negozju L-għadd ta’ prodotti/servizzi ġodda fis-suq Il-livell ta’ esportazzjonijiet addizzjonali u ammonti monetarji korrispondenti Ir-rispons mill-partijiet interessati dwar il-kwalità u l-valur miżjud tal-attivitajiet || S’issa din l-attività kienet ristretta għal xogħol analitiku ta' skala limitata. || Mira biex l-għadd kumulattiv ta’ prodotti/servizzi ġodda ikun ħamsa fl-2017 (jiżdied għal 15 fl-2018 u għal 25 fl-2019). Fir-rigward tal-esportazzjonijiet, s’issa m’hemm l-ebda impatt mistenni fl-2017. Is-sehem tal-esportazzjonijiet tal-ewwel ġenerazzjoni tal-SMEs parteċipanti se jidher fl-2018 b’żieda mmirata ta’ 20 %. Mill-inqas 70 % tal-SMEs parteċipanti fl-2014 għandhom jesprimu impatt pożittiv fuq il-fatturat tagħhom fi stħarriġ li se jsir fl-aħħar tal-2017 Turiżmu L-għadd ta’applikazzjonijiet għall-finanzjament Il-perċentwal tal-SMEs (u x-xejra) fl-applikazzjonijiet għal opportunitajiet ta’ finanzjament relatat mat-turiżmu L-għadd ta’ entitajiet li jadottaw it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew L-għadd ta’ destinazzjonijiet li jadottaw il-mudelli ta’ żvilupp sostenibbli fit-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza || It-total tal-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament (għas-sejħiet kollha għall-proposti): madwar 75 fis-sena (medja għall-2011) Sal-lum, l-ebda sejħa għall-proposti ma kienet indirizzata direttament lill-SMEs Sal-lum l-ebda entità ma adottat it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew (azzjoni f 'elaborazzjoni) It-total tal-għadd ta’ Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza li ngħataw il-premju kien ta’ 98 (medja ta’ 20 fis-sena – fl-2007-10, fl-2008-20, fl-2009-22, fl-2010-25, fl-2011-21) || It-total tal-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament (għas-sejħiet kollha għall-proposti): aktar minn 100 fis-sena 30 % tas-sejħiet għall-proposti direttament indirizzati lill-SMEs Kopertura ta’ 50 % tal-iskemi ta’ evalwazzjoni eliġibbli biex jipparteċipaw fit-Tikketta ta' Kwalità tat-Turiżmu Ewropew 200 u aktar destinazjzonijiet jadottaw mudelli ta’ żvilupp sostenibbli fit-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (sa 30 fis-sena). Għan speċifiku: || Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 Sostenn għall-imprenditorija Ir-rispons dwar il-perċezzjoni pubblika tal-intraprenitorija (il-perċentwal taċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom kif tkejjel permezz tal-Ewrobarometru) L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra L-għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati għall-SMEs || Iċ-cifri mill-2007 u l-2009 huma stabbli f’45% L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE: 22 (2010) L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 5 ħames miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena (2010). || Iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom żdiedu għal 50 % L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE: 25 L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 10 Madwar seba’ miżuri ta' simplifikazzjoni fis-sena Għan speċifiku: || Li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-forma ta’ ekwità u dejn Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 Strumenti Finanzjarji għat-tkabbir L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) garanziji u l-valur tas-self L-għadd ta’ impriżi li huma sostnuti minn VC u l-valur tal-investimenti (inklużi n-negozjati transkonfinali) || L-istrumenti proposti għadhom ma tnedewx u mhumiex l-istess bħall-istrumenti attwali, għaldaqstant id-dejta mill-istrumenti attwali tista’ ma tkunx komparabbli || L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) garanziji (+/- 95 000) u l-valur tas-self (+/- EUR 10.7 biljuni) Għadd ta’ impriżi sostnuti minn VC: (+/– 180) u l-valur tal-investimenti (+/- EUR 220 miljuni) Għan speċifiku: || Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi L-għadd ta’ftehimiet ta’ sħubija ffirmati Żieda fil-marka tan-Netwerk u l-marka tal-Kultura rikonoxxuti (eż. għarfien dwar il-marka fost il-popolazzjoni tal-SME) Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku) L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija || In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi Ftehimiet ta’Sħubija ffirmati: 1.950 (2010) Żieda fil-marka tan-Netwerk u fil marka tal-Kultura rikonoxxuti: għadha mhix imkejla Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): 78% L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ: 435.000 (2010) L-għadd ta’ SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 45.000 (2010) || In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi Ftehimiet ta’Sħubija ffirmati: 3,000/fis-sena Żieda fil-marka tan-Netwerk u fil-marka tal-Kultura rikonoxxuti: 30 % ta’SMEs milħuqa Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): >80% L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ 500.000fis-sena L-għadd ta’ SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 60.000fis-sena Appoġġ lin-negozju tal-SME fi swieq li mhumiex fl-UE Is-sehem (%) tal-SMEs involuti f'attivitajiet internazzjonali (l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet, FDI u attivitajiet oħrajn) barra mill-UE || 13 % (2009) || 17 % (2017) Kooperazzjoni Industrijali Internazzjonali L-għadd ta’ każijiet ta’ allinjament mtejjeb bejn ir-regolamenti tal-UE u dawk ta’ pajjiżi terzi għall-prodotti industrijali L-għadd ta’oqsma u prassi tajba tal-Att tal-UE dwar in-Negozji ż-Żgħar li ġew introdotti f'pajjiżi tal-viċinat u pajjiżi kandidati || Huwa stmat li f’kooperazzjoni regolatorja mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) hemm medja ta’ żewġ oqsma rilevanti ta’ allinjament sinifikanti ta' regolamenti tekniċi Huwa stmat li bħala medja, fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat olitika fir-reġjun, Il-Viċinat tal-Lvant u tal-viċinat tal-MED) tal-għaxar oqsma tal-politika tal-SBA mill-inqas tlieta minnhom ġew regolati b' dawn il-pajjiżi. || Tliet oqsma rilevanti tal-allinjament sinifikanti tar-regolamenti tekniċi mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) (2017) Ħames oqsma tal-politika tal-SBA fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat tal-MED) (2017) ANNESS II Azzjonijiet għat-titjib
fl-aċċess tal-SMEs għall-finanzi 1.
L-azzjonijiet għat-titjib fl-aċċess
tal-SMEs għall-finanzi għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u
faċilità tal-garanzija ta’ self. 1.
Il-faċilità ta’ ekwità tal-Kompetittività u
tal-Programm tal-SME, il-Faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir (EFG),
għandhom jiġu implimentati bħala parti minn strument finanzjarju
waħdieni tal-Ekwità tal-UE li tappoġġa t-tkabbir
tal-intrapriżi tal-UE u r-riċerka, żvilupp u innovazzjoni
mill-istadju bikri (inkluża ż-żerriegħa) sal-istadju
tat-tkabbir u appoġġat finanzjarjament mill-Orizzont 2020 u dan
il-Programm. L-EFG għandu juża l-istess
mekkaniżmu tat-twassil bħall-faċilità tal-ekwità
għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni li għandha tiġi
stabbilita skont l-Orizzont 2020, b'konformità mat-termini stipulati hawn
taħt. 2.
Il-Faċilità tal-Garanzija ta’ Self (LGF)
għandha tiġi implimentata bħala parti minn strumenti finanzjarju
waħdieni tad-dejn tal-UE għat-tkabbir u r-riċerka,
l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-intrapriżi tal-UE, bl-użu
tal-istess mekkaniżmu tat-twassil bħal dik il-parti tal-SME mmexxija
mid-domanda tal-faċilità tad-dejn skont Orizzont 2020 (RSI II),
b’konformità mat-termini stipulati hawn taħt. 3.
Il-faċilitajiet ta’ garanziji tal-ekwità u ta’
self għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti
finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju u fl-Att Iddelegat li jissostitwixxi
r-Regoli ta’ Implimentazzjoni u b'rekwiżiti speċifiċi
għat-tħaddim aktar dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti
fil-gwida tal-Kummissjoni. 4.
Il-faċilitajiet ta’ garanzija tal-ekwità u ta’
self se jikkomplimentaw l-użu mill-Istati Membri tal-istrumenti
finanzjarji għall-SMEs fil-qafas ta’ politika ta’ koeżjoni. 5.
Il-faċilitajiet ta' garanzija tal-ekwità u ta’
self jistgħu, fejn xieraq, jippermettu l-ġbir flimkien ta’
riżorsi finanzjarji bl-Istati Membri li jkunu lesti jikkontribwixxu parti
mill-Fondi Strutturali allokati lilhom b’konformità mal-[Artikolu 33(1)(a)
tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali]. 6.
L-introjti u l-ħlasijiet lura relatati mal-GIF
2 skont il-Programm Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni
(id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill) għandhom jiġu assenjati għall-Kompetittività u
l-Programm tal-SME. 7.
L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs li huma
orjentati lejn it-tkabbir għandhom jiġu implimentat b’konformità
mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE. Il-Faċilità
tal-ekwità għat-Tkabbir (EFG) 8.
L-EFG għandha tiffoka fuq fondi li jipprovdu
kapital ta’riskju u finanzjament intermedju, bħalma hu s-self subordinat u
parteċipanti, għall-intrapriżi ta’ espansjoni u dawk li
qegħdin fi stadju ta’ tkabbir, partikolarment dawk li joperaw
transkonfinalment, filwaqt li jkollha l-possibbiltà biex tagħmel
investimenti f'intrapriżi li qegħdin fi stadju bikri flimkien mal-faċilità
tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni skont l-Orizzont
2020. Fil-każ tal-aħħar, l-investiment minn l-EFG m’għandux
jaqbeż l-20 % tal-investiment totali tal-UE ħlief
f'każijiet ta' fondi f'diversi stadji, fejn il-finanzjament mill-EFG u
l-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni
se jkun ipprovdut fuq bażi pro rata, abbażi tal-politika ta’
investiment tal-fondi. L-EFG għandu jevita li jixtri kapital ta’ akkwist
jew kapital ta’ bdil intiż għax-xoljiment ta' intrapriża
akkwistata. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda l-limitu ta’ 20 %
fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu. 9.
L-appoġġ għandu jingħata
fil-forma ta' wieħed mill-investimenti li ġejjin: (a)
direttament mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI)
jew entitajiet oħra fdati bl-implimentazzjoni f'isem il-Kummissjoni; jew (b)
minn fondi ta’ fondi jew vetturi tal-investiment li
jinvestu b’mod transkonfinali stabbiliti mill-FEI jew entitajiet oħra
fdati bl-implimentazzjoni f’isem il-Kummissjoni flimkien ma’ investituri
privati u/jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi nazzjonali; Il-Faċilità
ta’ Garanzija ta' Self (LGF) 10.
L-LGF għandha titħaddem mill-FEI jew minn
entitajiet oħra fdati bl-implimentazzjoni f'isem il-Kummissjoni.
Il-faċilità għandha tipprovdi: ·
kontrogaranziji u arranġamenti oħra li
jikkondividu r-riskju għal skemi ta' garanzija; ·
garanziji diretti u arranġamenti oħra li
jikkondividu r-riskju għal kwalunkwe intermedjarju finanzjarju ieħor
li jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà. 11.
L-LGF għandha tikkonsisti
fiż-żewġ azzjonijiet li ġejjin: ·
l-ewwel azzjoni, finanzjament ta’ dejn permezz ta'
self, inkluż self subordinat u parteċipanti, jew kirja, għandha
tnaqqas id-diffikultajiet partikolari li l-SMEs iħabbtu wiċċhom
magħhom biex ikollhom aċċess għall-finanzi jew
minħabba r-riskju għoli pperċepit tagħhom jew minħabba
n-nuqqas ta' kollateral disponibbli biżżejjed tagħhom; ·
it-tieni azzjoni, it-titolizzazzjoni tal-portafolli
ta’ finanzjament ta’ dejn tal-SME, għandha timmobilizza l-finanzjament
addizzjonali tad-dejn għall-SMEs skont arranġamenti xierqa ta’
kondiviżjoni tar-riskju mal-istituzzjonijiet identifikati. Is-sostenn
għal dawn it-tranżazzjonijiet għandu jiddependi mill-impenn
tal-istituzzjonijiet minn fejn joriġina l-finanzjament (originating institutions)
li jużaw parti sinifikanti mil-likwidità li jibqa' jew il-kapital
immobilizzat għal self ġdid lil SMEs f'perjodu ta' żmien
raġonevoli. L-ammont ta' dan il-finanzjament ġdid permezz ta' dejn
għandu jiġi kkalkulat skond l-ammont tar-riskju tal-portafoll
iggarantit u għandu jiġi nnegozjat, flimkien mal-perjodu ta'
żmien, individwalment ma' kull istituzzjoni li toriġinah. 12.
L-LGF għandha tkopri self sa EUR 150.000
u b’maturità minima ta’ 12-il xahar, minbarra s-self fil-portafoll ta'
titolizzazzjoni. L-LGF għandha tkun imfassla b’tali mod li jkun possibbli
li wieħed jirrapporta dwar l-SMEs innovattivi sostnuti, kemm f’termini
tal-għadd ta' self kif ukoll f'dak li hu volum ta' self. DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. IL-QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titlu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma
tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. L-għan(ijiet)
1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/l-inizjattiva 1.6. It-tul
ta’ żmien u l-impatt finanzjarju 1.7. Il-metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. IL-MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
ta’ monitoraġġ u rappurtar 2.2. Is-sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Il-miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. L-ISTIMA TAL-IMPATT
FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/i
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i 3.2. L-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Is-sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.2. L-istima
tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. L-istima
tal-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibilità
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Il-parteċipazzjoni
ta’ parti terza fil-finanzjament 3.3. L-istima
tal-impatt fuq l-introjtu DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. IL-QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titlu
tal-proposta/inizjattiva Il-proposta għal Regolament tal-Parlament
Ewropew u l-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività
tal-Intrapriżi u intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (2014—2020) 1.2. Qasam/oqsma
ta’ poitika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[24] Qasam ta’ politika: Impriża u
Industrija Attivitajiet: Kompetittività, Politika
Industrijali, Innovazzjoni u Imprenditorija. Dan il-qasam ta’ politika jikkorrispondi
mal--istruttura tal-ABB attwali. Għas-sena baġitarja 2014 tista’
tiġi definita struttura baġitarja ġdida wara l-approvazzjoni
tal-ftehim interistituzzjonali għall-Perspettiva Finanzjarja 2014-2020. 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
ġdida ¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
ġdida li tiġi wara proġett ta' prova/azzjoni preparatorja[25] x Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni
ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. L-għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva L-għan strateġiku multiannwali
mmirat mill-Programm propost huwa l-implimentazzjoni tal-istrateġija
Ewropa 2020, li, bl-inizjattivi ewlenin tagħha ta’ tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, tenfasizza miżuri biex
issaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul
tal-intrapriżi tal-UE għall-futur. Il-Programm se
jħeġġeġ kultura imprenditorjali u jippromwovi
l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. B’mod partikolari, il-Programm propost se
jikkontribwixxi għall-mira ewlenija dwar l-impjiegi (75 % tal-persuni
bejn l-20 u l-64 sena jridu jiġu impjegati). 1.4.2. L-għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet tal-ABM/ABB
ikkonċernat(i) 1. Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’
qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi
tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu 2. Li tiġi promossa
l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira; 3. Li jitjieb l-aċċess
għall-finanzi għall-SMEs; 4. Li jitjieb l-aċċess
għas-swieq li qegħdin fl-Unjoni u globalment. Il-miri fuq il-medda medja taż-żmien
għal dawn l-għanijiet speċifiċi huma deskritti
fl-Anness I mar-Regolament. L-attività/L-attivitajiet tal-ABM/ABB
ikkonċernata/i Tista’ tiġi definita struttura
baġitarja ġdida wara l-approvazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali
għall-Perspettiva Finanzjarja 2014-2020. 1.4.3. Ir-riżultat(i)
u l-impatt mistennija Speċifika l-effetti li
l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi
fil-mira. L-għan aħħari tal-Programm
propost huwa li tinkiseb bidla pożittiva fil-qagħda ekonomika
tal-Unjoni Ewropea u tal-intrapriżi tagħha, bħalma hu tkabbir
ikbar, aktar impjiegi u għadd ikbar ta’ start-ups. L-isforzi se jiffukaw
fuq il-kontribuzzjoni għall-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020
u l-miri ewlenin tagħha permezz ta’ għoti ta’ appoġġ
lill-attivitajiet tal-inizjattiva ewlenija “Politika industrijali integrata
għall-era tal-globalizzazzjoni” u tar-Reviżjoni tal-Att dwar
in-Negozji ż-Żgħar. L-iskop u l-irwol ewlieni tal-Programm huwa li
jiġu appoġġati l-iżvilupp, il-koordinazzjoni u
l-implimentazzjoni ta’ politika Ewropea dwar il-kompetittività li tkun moderna
u effettiva, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs. Aktar speċifikament, l-għanijiet
speċifiċi msemmija taħt 1.4.2 se jintlaħqu permezz ta’: –
aċċess mtejjeb għall-finanzi
għall-SMEs li huma orjentati lejn it-tkabbir u dawk li għandhom
il-potenzja li jsiru internazzjonali; –
appoġġ lin-negozji u servizzi ta'
informazzjoni mtejba lill-SMEs, kemm fis-Suq Intern kif ukoll lil hinn minnu; –
skambju mtejjeb tal-aħjar prassi u
informazzjoni, valutazzjoni komparattiva u koordinazzjoni tal-politika
fil-livell reġjonali, nazzjonali u dak Ewropew; –
kompetittività mtejba tas-setturi fil-mira. L-impriżi Ewropej huma l-partijiet
interessati ewlenin li huma affettwati mill-motivi wara l-problema u li
l-Programm il-ġdid għandu jirreaġixxi għalihom L-SMEs huma
aktar affettwati minn kumpaniji ikbar minħabba l-karatteristiċi
tagħhom f’termini ta’ proprjetà kapitali, ġestjoni u metodi ta’
finanzjament, li jeħtieġu intervent ta’ politika mfassla apposta.
Peress li l-SMEs huma s-sors ewlieni ta' impjiegi ġodda fl-UE,
l-iżvilupp tagħhom jaffettwa direttament il-forza tax-xogħol.
L-indirizzar tal-problemi li jiffaċċjaw l-SMEs għandha ttejjeb
ukoll b’mod sinifikanti l-prospetti tal-impjiegi. 1.4.4. L-indikaturi
tar-riżultati u l-impatt Speċifika l-indikaturi
għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/l-inizjattiva. L-approċċ ta’ ġestjoni
bbażata fuq ir-riżultati applikat fil-programm attwali u
l-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni tiegħu kienu ta’
suċċess fil-wiri tal-kisbiet tal-programm kif ukoll
fiż-żieda tar-reponsabbiltà tal-UE. Filwaqt li jkompli jibni fuq din
l-esperjenza u jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni li waslulu,
il-Programm il-ġdid għandu loġika ta’ intervent ċara (fejn
l-għanijiet operattivi INTELLIĠENTI jikkontribwixxu għall-kisba
ta’ għanijiet ġenerali) u sett ta’ indikaturi tal-impatt u
riżultati korrispondenti. Meta wieħed iqis l-intervall ta’ żmien
bejn it-twassil tar-riżultati u l-impatt tagħhom fuq l-għanijiet
ġenerali, bħala regola, il-progress lejn il-kisba tagħhom se
jitkejjel f’intervalli ta’ tliet snin filwaqt li l-progress lejn il-kisba
tal-għanijiet operattivi se jitkejlu fuq bażi annwali. Il-lista
kollha ta’ indikaturi hija pprovduta bħala Anness I mal-proposta tal-Kummissjoni
għar-Regolament. 1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/l-inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżit(i)
li għandu/għandhom jiġi/u ssodisfat/i fuq żmien qasir jew
fit-tul Il-Programm propost se jappoġġa
lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati ewlenin
fit-tfassil, fil-koordinazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki effettivi
relatati mal-kompetittività u l-imprenditorija u l-attivitajiet ta’
appoġġ li għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi fuq
il-medda twila taż-żmien: –
Aċċess problematiku għall-finanzi –
Livelli baxxi tal-ħolqien tal-SME –
Kwistjonijiet fl-ispeċjalizzazzjoni
tal-industrija –
Kapaċità limitata biex tadatta
għall-isfidi tas-sostenibbiltà –
Internazzjonalizzazzjoni limitata tal-SMEs –
Spirtu imprenditorjali dgħajjef u –
Ambjent mhux favorevoli għan-negozju. Fit-terminu l-qasir/medju l-Programm
il-ġdid se jindirizza l-fallimenti politiċi, dawk tas-suq u dawk
tal-istituzzjonijiet kif ġej:: –
Nuqqas ta' koordinazzjoni politika –
Asimmetriji fl-informazzjoni –
Spejjeż għat-transazzjoni għoljin u –
Frammentazzjoni tal-ambjent regolatorju. 1.5.2. Valur
miżjud tal-involviment tal-UE L-UE tinsab unikament fil-pożizzjoni li
tipprovdi pjattaforma Ewropea għall-iskambji politiċi u tagħlim
reċiproku fil-kompetittività u l-politiki relatati mal-SMEs li jinvolvu
l-partijiet interessati f’livell nazzjonali, dak reġjonali u dak Ewropew.
L-attivitajiet tal-UE jżidu valur lill-attivitajiet fil-livell nazzjonali
u / jew reġjonali billi jipprovdu d-dimensjoni Ewropea mal-ġbir u
l-analiżi tad-dejta, l-iżvilupp tal-għodod u metodi
statistiċi u l-indikaturi komuni. Evidenza bħal din madwar l-Ewropa
hija prerekwiżit għal analiżi soda tal-fatturi ewlenin li
għandhom impatt fuq il-kompetittività u l-SMEs. 1.5.3. Il-lezzjonijiet
li tgħallimna minn esperjenzi simili fil-passat Evalwazzjoni tal-EIP Il-Kummissjoni wettqet l-evalwazzjonijiet
interim u finali tal-Programm għall-Imprenditorija u l-Innovazzjoni (EIP)
(li tlestew f’April 2009 u f’April 2011) u evalwazzjoni interim
tas-CIP (Marzu 2010). Dawn l-evalwazzjonijiet tal-EIP u tas-CIP urew li
l-għanijiet tal-programmi huma rilevanti għall-għanijiet
strateġiċi tal-politiki tal-UE u huma allinjati magħhom.
Minkejja baġit limitat, il-progress kien viżibbli, partikolarment
fejn jidħlu l-azzjonijiet l-aktar importanti li jindirizzaw l-SMEs. L-intervisti
u evidenza oħra juru biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew. Evalwazzjoni tal-EACI Parti mill-baġit tal-EIP ġie
ddelegat lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u
l-Innovazzjoni (EACI). Evalwazzjoni, li ġiet iffinalizzata f'Mejju 2011,
ikkonkludiet li l-EACI kien jaħdem tajjeb u kien mekkaniżmu ta’
twassil effiċjenti u effettiv għall-inizjattivi li għalihom
għandu responsabbiltà operattiva. Dan ikkonferma li kważi 100 %
tal-baġit kien ġie esegwit. Konsultazzjoni pubblika Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar suċċessur
possibbli għas-CIP bħala parti mill-proċess tal-valutazzjoni
tal-impatt. Din kienet indirizzata lill-organizzazzjonijiet pubbliċi u
privati jew individwi li xtaqu jagħtu l-fehmiet tagħhom, bħal
impriżi, organizzazzjonijiet tan-negozju, dawk li jipprovdu
appoġġ lir-riċerka u l-innovazzjoni u l-amministrazzjoni
nazzjonali, reġjonali u pubblika. Il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika
jikkonsisti fi stħarriġ onlajn, konferenza pubblika, laqgħat
mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-kumitati tal-ġestjoni
tas-CIP differenti u laqgħa tal-Bord Strateġiku Konsultattiv tas-CIP.
Il-konsultazzjoni kkonfermat li bosta partijiet tal-programm attwali
jaħdmu tajjeb, u li hemm appoġġ kbir għaż-żamma
ta’ programm tal-UE immirat biex jappoġġa l-SMEs u l-ħolqien ta
ambjent favorevoli għan-negozju. Fil-laqgħat tal-Forum dwar
il-Finanzi tal-SMEs li kien hemm f’Settembru 2010 u f’Marzu 2011,
ġew diskussi ukoll kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess
għall-finanzi għall-SMEs. 1.5.4. Il-koerenza
u s-sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħra Il-Kummissjoni se tiżgura koordinazzjoni
effettiva bejn l-inizjattivi tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri min-naħa,
u bejn id-diversi inizjattivi tal-Unjoni f’oqsma relatati, min-naħa
l-oħra, u biex b'hekk tiffoka fuq il-valur miżjud Ewropew u
l-minimizzazzjonital-iddupplikar tax-xogħol. Is-sinerġiji ma' programmi oħrajn se
jiġu mmassimizzati b'mod partikolari billi jipprovdu għodda li tista’
sservi wkoll għanijiet ta’ politika oħra. In-Netwerk Ewropa
għall-Intrapriżi se jipprovdi mezz għal rabtiet ma’ programmi u
inizjattivi oħra, f’termini ta’ diffużjoni tal-informazzjoni “minn
fuq għal isfel”, filwaqt li jippromovihom kif ukoll jiġbor “minn
isfel għal fuq” ir-reazzjonijiet tal-partijiet interessati. Il-Programm il-ġdid se jevita
l-iddupplikar tax-xogħol bejn il-programmi: mhux se jkopri azzjonijiet li
jindirizzaw fallimenti fis-suq relatati mal-innovazzjoni, li se jkunu koperti
bil-Programm Orizzont 2020. B’mod partikolari, l-istrumenti finanzjarji
previsti taħt Orizzont 2020 se jiffokaw fuq il-finanzjament
tal-intrapriżi li huma bbażati fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni
filwaqt li l-Programm il-ġdid se jkollu fil-mira tiegħu l-SMEs li
huma fil-fażijiet ta’ tkabbir u ta’ internazzjonalizzazzjoni. B’dan
il-grupp fil-mira, il-Programm il-ġdid se jevita wkoll l-iddupplikar ta’
xogħol mal-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress
(Mikrofinanzjament għall-Progress). Dan tal-aħħar twaqqaf
bħala parti mir-risposta tal-Unjoni għall-kriżi b’żieda
fil-qgħad u fl-esklużjoni soċjali. L-għan
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress huwa li l-mikrofinanzjament ikun
aktar disponibbli u jiżdied l-aċċess għalih minn gruppi
vulnerabbli, speċjalment fl-ekonomija soċjali. L-istess japplika
għas-suċċessur tiegħu wara l-2013, li għandu jiġi
estiż għall-investimenti fl-intrapriżi soċjali. Barra minn
hekk, l-attivitajiet ta’ garanzija fil-Programm propost se jitħaddmu
flimkien ma’ attivitajiet ta’ garanzija ffinanzjati taħt il-Fondi
Strutturali. Is-suċċessur tal-SMEG se jiffoka aktar fuq garanziji li
jappoġġaw is-self transkonfinali u f’aktar minn pajjiż
wieħed, kif ukoll it-titolizzazzjoni, f'konformità
mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dan jiżgura grad
għoli ta' kumplimentarjetà ma’ programmi bħalma huma JEREMIE li huma
ffukati fuq livelli nazzjonali u reġjonali. Se tingħata wkoll kunsiderazzjoni
bir-reqqa l-kumplimentarjetà tal-Programm il-ġdid bl-Istrument ta’
Sħubija propost. Se tkun essenzjali li azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea
tkun komplimentari għad-dimensjoni esterna tal-aġenda interna li
tiżgura tkabbir sostenibbli u impjiegi fl-Ewropa. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet
tal-Programm il-ġdid u kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
dwar il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) li jmiss, huwa neċessarju li
l-interessi u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-SMEs jiġu
kkunsidrati fit-tfassil tal-politiki kollha tal-Unjoni u l-programmi ta’
finanzjament. Il-qafas finanzjarju tal-ġejjieni se jitfassal biex
jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi
ż-żgħar fil-programmi ta’ finanzjament, billi jissimplifika
r-regoli, inaqqas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni, jħaffef
il-proċeduri tal-għoti u jipprovdi punt uniku ta’ servizz
"one-stop shop" biex jagħmel il-ħajja aktar faċli għall-benefiċjarji
tal-finanzjament tal-Unjoni. 1.6. It-tul
ta’ żmien u l-impatt finanzjarju X Proposta/inizjattiva ta' perjodu limitat –
X Proposta/inizjattiva fis-seħħ
mill-[01/01/2014 sal-31/12/2020 –
X Impatt finanzjarju (approprjazzjonijiet
għall-ħlasijiet) mill-2014 sal-2024 (fir-rigward tal-Istrumenti Finanzjarji
sal-2035) ¨ Proposta/inizjattiva ta’ perjodu mhux
limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn YYYY sa
YYYY, –
segwita b’operat fuq skala sħiħa. 1.7. Il-mod(i)
ta’ġestjoni previsti(i)[26] X Ġestjoni ċentralizzata diretta
mill-Kummissjoni X Ġestjoni ċentralizzata
indiretta bid-delega tax-xogħlijiet tal-implimentazzjoni lil: –
X aġenziji eżekuttivi –
X entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet[27] –
¨ entitajiet mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’
servizz pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
identifikati fl-att bażiku rilevanti kif mifhum fl-Artikolu 49
tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi X Ġestjoni konġunta ma'
organizzazzjonijiet internazzjonali Kummenti : Huwa previst li l-azzjoni tiġi
parzjalment ġestita direttament mill-Kummissjoni u parzjalment
ġestita indirettament mid-delegazzjoni lill-aġenziji eżekuttivi. Rigward il-possibiltajiet l-oħra
għall-ġestjoni indiretta u minħabba n-natura tal-azzjonijiet u
l-proġetti previsti fil-Programm propost, il-Kummissjoni qed tikkunsidra
tagħmel użu minn aġenzija eżekuttiva eżistenti. Dan se
jikkonċerna biss ix-xogħlijiet li ma jinvolvux għażliet
politiċi. Għal ċerti attivitajiet
analitiċi u ta’ valutazzjoni komparattiva, hija prevista wkoll
il-ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali
bħalma huma l-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD, l-UNWTO (l-Organizzazzjoni
Dinjija tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti) u l-ETC - il-Kummissjoni
Ewropea għat-Turiżmu. L-istrumenti finanzjarji se jiġu
implimentati mill-Fond Ewropew għall-Investiment. 2. IL-MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
ta’ monitoraġġ u rappurtar Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet Il-monitoraġġ
tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-ġejjieni se jiġi żgurat
mill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi kontinwa, direttament mis-servizzi
tal-Kummissjoni u indirettament minn intermedjarji bħall-FEI u l-aġenziji
eżekuttivi li jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni ta'
partijiet mill-Programm. Il-Kummissjoni se tfassal rapport annwali ta’
monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effikaċja
tal-attivitajiet appoġġati f’dawk li huma implimentazzjoni finanzjarja,
riżulati u, fejn possibbli, impatti u li jippermetti għal kull
aġġustament meħtieġ fil-politika u l-prijoritajiet ta’
finanzjament. Il-kejl tal-prestazzjoni se jkun soġġett għal sett
konsistenti ta’ indikaturi. Is-sistema ta’
monitoraġġ u evalwazzjoni se tiddependi l-aktar fuq dik tal-programm
attwali, iżda t-titjib li ġej se jsir fis-sistema tal-ġbir
tad-dejta u tal-analiżi tagħha, kif ukoll fl-approċċ ta’
evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ (wara r-rakkomandazzjonijiet
mill-evalwazzjonijiet tal-programm attwali): –
formulazzjoni ta' sett ġdid ta' indikaturi
speċifiċi u arranġamenti ta’ monitoraġġ; –
kontroreferenza għall-indikaturi ewlenin
tal-Ewropa 2020 biex tidderieġi l-proċess tal-programm ta’
ġestjoni u biex tipprovdi kontribut addizzjonali għall-proċess
ta’ monitoraġġ tal-Ewropa 2020; –
l-użu ta’ metodoloġiji kontrofattwali,
tqabbil tal-kampjuni tal-benefiċjarji ma’ sett simili ta’
nonbenefiċjarji, jekk rilevanti, u sabiex tiddistingwi l-impatt
tal-programm fuq l-indikaturi proposti mill-effett ta’ ċirkostanzi ekonomiċi
li jinbidlu. –
rikors għal evalwazzjonijiet tematiċi
fid-diversi komponenti tal-programm futur, jekk rilevanti. Il-Programm
il-ġdid se jkun soġġett għal evalwazzjoni interim u
oħra ex-post biex jevalwaw il-progress lejn l-għanijiet u
r-riżultati. L-evalwazzjoni interim se titlesta sal-aħħar tal-2017
biex tgħin fil-preparazzjoni għal strument suċċessur
għall-Programm. Se ssir valutazzjoni ex-post fi żmien sentejn
mit-tlestija tal-Programm. 2.2. Is-sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Ir-riskju/i
identifikat(i) Il-baġit tal-Programm se jiġu
implimentati permezz ta' strumenti finanzjarji, għotjiet u akkwist
pubbliku. Ir-riskji huma differenti għal kull wieħed minn dawn
it-tipi differenti ta' nefqa. L-awditjar imwettaq mill-Qorti Ewropea
tal-Awdituri u l-awditjar ex-post tal-Kummissjoni nnifisha identifikaw
ir-riskji ewlenin li ġejjin li jibqgħu potenzjalment validi għal
dan il-Programm: Għall-istrumenti finanzjarji: Ir-riskji
ewlenin identifikati jirreferu għall-eliġibbiltà (tal-intermedjarji
finanzjarji internazzjonali (IFI’s) u l-benefiċjarji finali),
il-konformità kuntrattwali (traspożizzjoni tar-rekwiżiti
tal-Kummissjoni fid-dokumentazzjoni kuntrattwali), il-konformità
tal-proċess (nuqqas ta’ osservanza tal-proċessi preskritti
mill-Kummissjoni) u l-prestazzjoni (nuqqas ta’ kisba ta’ miri/għanijiet
definiti minn qabel). Dawn it-tipi tar-riskju se jiġu
indirizzati billi jqisu l-fatturi li ġejjin: ·
Aspetti sinifikanti tal-proċess ta'
ġestjoni u ta’ kontroll huma mwettqa mill-IFI. ·
Il-Kummissjoni għandha sserraħ fil-parti
l-kbira tagħha fuq is-sistemi ta’ kontroll tal-ġestjoni tal-IFIs. ·
Huwa importanti li jkun żgurat livell xieraq
ta' kontrolli matul il-katina tal-implimentazzjoni b’responsabbiltajiet
ċari għall-imsieħba kollha involuti. ·
Il-verifika ex-ante ċentrali fl-unità
finanzjarja tad-DĠ japplika biss għal tranżazzjonijiet
baġitarji mal-IFI u ma’ dawk li mhumiex speċifiċi
għall-proġett. Għall-għotjiet: Ir-regoli kumplessi
tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż u l-ispeċjalizzazzjoni
relattivament limitata fil-ġestjoni finanzjarja ta' ċerti
benefiċjarji (SMEs) jistgħu jirriżultaw f'riskju għoli ta'
spejjeż iddikjarati inkorrettament (eż. talbiet
mill-benefiċjarji għall-ispejjeż mhux imġarrba
mill-maniġer u proprjetarju tal-SME). In-nuqqas ta’ bażi ta’ dejta kompluta
bl-informazzjoni dwar il-benefiċarji, il-proġetti u l-ispejjeż
ddikjarati jistgħu jwasslu biex id-detezzjoni ta’ benefiċjarji
riskjużi u ta’ ħlasijiet possibbilment doppji ta’ spejjeż jew
irregolaritajiet oħrajn tkun diffiċli u għaldaqstant
tirriżulta f’attività mhux effettiva kontra l-frodi. Għall-akkwisti pubbliku: Żbalji li
ma jinqabdux u impreċiżjonijiet li ma jiġux korretti f’offerti
jew fi speċifikazzjonijiet tal-offerti jistgħu jwasslu għal
eżekuzzjoni ħażina ta’ kuntratt. 2.2.2. Metodu/i
ta’ kontroll previst(i) Huma previsti metodi ta’ kontroll differenti
biex jindirizzaw ir-riskji differenti identifikati hawn fuq 1. STRUMENTI FINANZJARJI Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema
tal-kontroll intern Hija prevista sistema ta’ ġestjoni u
kontroll ibbażata fuq il-miżuri li ġejjin għall-istrumenti
finanzjarji: –
evalwazzjoni ex-ante tal-IFI –
monitoraġġ ibbażat fuq ir-riskju,
inkluż abbażi tar-rappurtaġġ standardizzat, –
azzjoni preventiva permezz tat-tfassil
tal-eliġibbiltà xierqa, il-konformità kuntrattwali, il-konformità tal-proċess
u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni; –
rimedji kuntrattwali li jippermettu azzjoni
korrettiva f’każ ta’ żball fl-implimentazzjoni f’dak li għandu
x’jaqsam mal-eliġibbiltà, il-konformità kuntrattwali, il-konformità
tal-proċess u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni; –
kontrolli ex-ante fuq il-ħlasijiet mid-DĠ
lill-kont fiduċjarju tal-IFI; –
l-allinjament ta' miżuri ta’ interess; –
il-parteċipazzjoni fit-tmexxija –
id-drittijiet għall-aċċess
għall-awditjar dwar l-IFIs, is-sottointermedjarji u l-benefiċjarji
finali; –
trejl sħiħ tal-awditjar li jkopri
l-katina tal-implimentazzjoni; –
l-awditjar tal-konformità u tal-prestazzjoni
mill-aġenti tal-Kummissjoni –
iż-żieda fl-assigurazzjoni integrata li
tqis is-sistema tal-kontrolli interni u l-awditjar intern miżmum mill-IFIs
u s-sottointermedjarji li tindirizza l-eliġibbiltà, il-konformità
kuntrattwali, il-konformità tal-proċess u r-rekwiżiti
tal-prestazzjoni; –
dikjarazzjonijiet finanzjarji vverifikati minn
awdituri esterni; –
dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni pprovduti minn
IFIs fuq bażi annwali. Il-verifika li l-proċessi qegħdin
jaħdmu kif imfassla se tkun żgurata permezz ta’ diversi mezzi ta’
informazzjoni: –
l-għarfien tal-maniġment dwar l-istat
tas-sistemi ta’ kontroll intern tad-DĠs, miġbura permezz
tax-xogħol ta’ kuljum u l-esperjenzi; –
is-superviżjoni formali tad-DĠ,
l-arranġamenti tas-segwitu u ta’ monitoraġġ; –
ir-riżultati minn reviżjoni
annwali tal-ICS (“konformità sħiħa mar-rekwiżiti
bażiċi”); –
ir-riżultati tal-eżerċizzju
tal-Valutazzjoni tar-Riskju; –
il-kontrolli ex-ante u ex-post, inkluż
rapporti ta' eċċezzjonijiet u/jew dgħjufijiet fil-kontroll
intern; –
ir-riżultati minn awditjar finanzjarju
estern tad-DĠs; –
ix-xogħol ta’ awditjar u ta’
konsulenza mwettaq mill-Kapaċità tal-Verifika Interna tad-DĠs; –
l-evalwazzjonijiet tal-Programmi mwettqa minn
evalwaturi esterni. L-awditjar mill-IAC, l-IAS jew l-ECA se
jipprovdu aktar rispons dwar l-adegwatezza tas-sistema tal-kontroll. L-istima tal-ispejjeż u
tal-benefiċċji tal-kontrolli implikat mis-sistema ta’ kontroll Il-kontrolli previsti ġew meqjusa f’sens
wiesa’ f’konformità mad-definizzjoni tal-mudell COSO tal-kontroll intern
definit bħala "proċess imfassal biex jipprovdi assigurazzjoni
raġonevoli fir-rigward tal-kisba tal-għanijiet fl-effikaċja u fl-effiċjenza
tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rappurtaġġ finanzjarju, u
l-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli".
L-ispejjeż tal-kontrolli huma stmati fuq bażi komprensiva li tkopri
kwalunkwe attivitajiet li huma direttament jew indirettament marbuta
mal-verifika tad-drittijiet tal-IFI, FI u FB u r-regolarità tan-nefqa. Fejn
possibbli dawn huma dettaljati matul id-diversi stadji ta 'ġestjoni, u
skont id-deskrizzjoni tas-sistema tal-kontroll previsti. L-aġġustamenti biex jitqiesu
t-tibdil mistennija tal-proposta l-ġdida jinkludu d-dejta għat-tibdil
ewlenin li ġejjin: a) Kjarifika tar-regoli applikabbli skont
il-Pjattaformi tal-Ewkità/tad-Dejn u żieda fl-azzjoni preventiva permezz
tat-tfassil tar-rekwiżiti xierqa b) Allinjament ta’ miżuri ta’ interess u
aktar rimedji kuntrattwali għal azzjoni korrettiva fil-każ ta’
żball ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti. Valutazzjoni tal-livell ta’ riskju mistenni
ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli Skont is-sistema ta’ kontroll prevista,
il-livell mistenni ta' riskju ta' nuqqas ta' konformità (definit bħala
r-riskju mistenni ta’ żbalji tal-legalità u r-regolarità li
jseħħu fil-livell ta’ tranżazzjonijiet) se jinżamm
taħt 2 % fuq bażi multiannwali, iżda bi spiża aktar
baxxa minħabba l-mitigazzjoni tal-frekwenza tar-riskju u l-impatt
tar-riskju, li jirriżultaw mill-miżuri addizzjonali introdotti. Ir-rata tal-iżbalji hija mistennija li
tonqos minħabba l-kjarifika tar-regoli applikabbli inklużi
r-rekwiżiti INTELLIĠENTI, minħabba aktar riinfurzar tar-rimedji
kuntrattwali u minħabba ż-żieda fl-allinjament ta' interess. 2. GĦOTJIET Huwa previst li parti sinifikanti
tal-baġit ta’ dan il-Programm se jiġi implimentat taħt
il-ġestjoni ċentralizzata indiretta jiġifieri mwettaq
mill-aġenziji eżekuttivi. Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema
tal-kontroll intern Il-qafas ta’ kontroll intern attwali huwa
mibni fuq l-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern
tal-Kummissjoni, il-proċeduri għall-għażla tal-aħjar
proġetti u t-tisrif tagħhom fi strumenti legali, f’ġestjoni tal-proġett
u tal-kuntratt matul il-proġett kollu, f’kontrolli ex ante fuq il-klejms,
li jinkludu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati tal-awditjar,
ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-ispejjeż, awditjar
u korrezzjonijiet ex post, u evalwazzjoni. Id-dokumentazzjoni ta' sejħiet
għall-proposta tinkludi fiha gwida ddettaljata dwar ir-regoli
tal-eliġibbiltà u notevolment dwar l-iktar żbalji frekwenti
fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal. Il-benefiċjarji huma mistiedna
jipprovdu, diġà meta jagħmlu proposta, biżżejjed dettalji
dwar l-ispejjeż previsti li jippermettu verifika ex-ante u d-detezzjoni
ta' żbalji possibbli jew miżinterpretazzjonijiet u fejn
meħtieġ bidliet tal-implimentazzjoni jew l-adattament tal-ftehim dwar
l-għotja. Dan se jżid b’mod sinifikanti ċ-ċertezza legali
tal-benefiċjarji u jnaqqas ir-riskju ta’ żbalji. Kontrolli ex-post se jitwettqu sabiex
jiddeterminaw il-medja rappreżentattiva tar-rata ta’ żbalji li se
jibqa’ minkejja t-taħriġ, il-verifiki ex-ante u l-korrezzjonijiet.
L-istrateġija tal-awditjar ex-post għan-nefqa skont il-Programm se
tkun ibbażata fuq l-awditjar finanzjarju tat-tranżazzjonijiet
definiti mit-Teħid ta’ Kampjuni ta’ Unità Monetarja, flimkien ma’ kampjun
ibbażat fuq ir-riskju. L-istrateġija tal-awditjar ex-post fir-rigward
tal-legalità u r-regolarità se tiġi kkumplementata minn evalwazzjoni
operattiva riinfurzata u l-istrateġija ta’ kontra l-frodi (ara
l-punt 2.3 hawn taħt). L-istima tal-ispejjeż u
tal-benefiċċji tal-kontrolli implikat mis-sistema ta’ kontroll Irid jinstab bilanċ bejn, min-naħa,
iż-żieda fl-attrazzjoni tal-Programm billi jitnaqqas il-piż ta’
kontroll għall-benefiċjarji (aktar fiduċja u teħid ta’
riskju bl-użu akbar ta’ rati fissi, somom f’daqqa u skali ta’ unità) u,
min-naħa l-oħra, l-assigurazzjoni li r-rata ta’ żbalji mhux
ikkoreġuti tibqa' baxxa kemm hu raġonevolment fattibbli.. Id-DĠ ENTR se tistabbilixxi sistema ta’
kontroll intern kosteffikaċi li se tagħti assigurazzjoni
raġonevoli li r-riskju ta’ żball, matul il-perjodu ta’ nefqa
multiannwali huwa, fuq bażi annwali,, fil-marġni ta’ 2-5 %;
bl-għan aħħari li jinkiseb livell residwu ta' żbalji kemm
jista’jkun qrib it-2 % fl-għeluq tal-programmi multiannwali, ladarba
l-impatt finanzjarju tal-awditjar kollu, il-miżuri ta’ korrezzjoni u
rkupru jkunu ġew ikkunsidrati. L-istrateġija tal-awditjar għandha
timmira li tipprovdi rappreżentazzjoni ġusta u affidabbli tar-riskju
ta' żbalji u teżamina b’mod effikaċi u effettiv
l-indikazzjonijiet ta' frodi. Il-kontrolli ex-ante tal-proposti qabel
l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja u l-kjarifika tar-regoli
tal-eliġibbiltà ma għandhomx iżidu b’mod sinifikament
iż-żmien għall-kuntratt. L-uffiċjali li jawtorizzaw permezz
ta’ delega għandhom jirrappurtaw kull sena l-ispejjeż u
l-benefiċċji tal-kontroll u l-Kummissjoni għandha tirrapporta
lill-awtorità leġiżlattiva fil-qafas tar-Reviżjoni Intermedja
dwar il-livell tan-nuqqas ta’ konformità li jista’ jinkiseb. Valutazzjoni tal-livell ta’ riskju mistenni
ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli A. Is-sorsi attwali tal-iżbalji Abbażi tar-riżultati, s’issa,
ġew identifikati żbalji rikorrenti fir-rigward ta’ dan li ġej: ·
spejjeż tal-persunal: jintalab ħlas għall-medja tal-spejjeż jew inkella
għall-ispejjeż ibbaġitjati (minflok l-ispejjeż attwali),
in-nuqqas li jinżammu rekords adegwati tal-ħin involut fuq
il-programm, jintalab ħlas għal oġġetti li mhumiex
eliġibbli (spejjeż tal-maniġer proprjetarju tal-SME). ·
kwalunkwe spejjeż diretti oħrajn: żbalji regolari identifikati huma s-sottokuntrattar
mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, jew mingħajr ma jiġu
rrispettati r-regoli tal-valur għall-flus, eċċ. ·
spejjeż indiretti:
f’għadd ta’ każijiet l-ispejjeż indiretti huma perċentwal
b’rata fissa tal-ispejjeż diretti, u għaldaqstant l-iżball
fl-ispejjeż indiretti huwa proporzjonali mal-iżball fl-ispejjeż
diretti. B. Opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni
proposti Il-programm se jibbenefika mill-miżuri
ta’ simplifikazzjoni inklużi fir-reviżjoni trijennali tar-Regolament
Finanzjarju. F'dan il-qafas il-Kummissjoni se tuża l-possibbiltà li
jiġu adottati miżuri ta' simplifikazzjoni bħal pereżempju
skali ta’ spejjeż tal-unità għall-maniġer proprjetarju tal-SME
jew l-użu ta’ rati standard għall-ispejjeż tal-persunal
b’konformità mal-prinċipji tal-kont tas-soltu tal-benefiċjarji. C. Kontribuzzjoni ta’ tibdil fil-kontroll
għat-tnaqqis tal-livell ta’ nuqqas ta’ konformità mistenni Il-punt ta’ bidu huwa status quo, abbażi
tal-awditjar tal-għotja tas-CIP imwettqa s’issa. Ir-rata ta’ żbalji
misjuba waqt l-awditjar tas-CIP li għadu għaddej, s’issa hija ta’ madwar
5 %. Abbażi tas-suppożizzjonijiet li: –
il-benefiċjarji tal-għotjiet skont
il-Programm tal-ġejjieni dwar il-Kompetittività u l-SME il-huma simili
għal dawk li pparteċipaw fis-CIP, u li –
terz tas-sorsi tal-iżbalji huma stmati li huma
dawk elenkati taħt punt B hawn fuq, il-miżuri ta’ simplifikazzjoni
inklużi fir-Regolament Finanzjarju huma mistennija jwasslu għal
tnaqqis fir-rata ta’ żbalji. Tnaqqis ieħor tal-iżbalji huwa
mistenni minn kjarifika ex-ante tar-regoli tal-eliġibbiltà. Konklużjoni: ittieħdu l-miżuri
kollha msemmija hawn fuq flimkien, l-għan aħħari huwa li
jintlaħaq livell residwu ta' żbalji li kemm jista’ jkun ikun qrib it-2 %
sal-aħħar taċ-ċiklu tal-ħajja. Dan ix-xenarju hua bbażat fuq
il-preżunzjoni li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni mhumiex
soġġetti għall-modifiki sostanzjali fil-proċess
tat-teħid tad-deċiżjonijiet. 3. AKKWIST PUBBLIKU Il-qafas tal-kontroll intern mibni fuq
l-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni,
il-proċeduri tal-akkwist pubbliku għall-għażla tal-aħjar
proposti u għall-ġestjoni tal-kuntratt matul il-proġett /
kuntratt, u kontrolli ex-ante fuq il-fatturi u l-ħlasijiet għandhom
jevitaw żbalji residwi li jkunu aktar minn 2 %. 2.3. Il-miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika l-miżuri ta’
prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew maħsuba. Fil-qafas tal-Istrateġija ta' Kontra
l-Frodi tal-Kummissjoni (CAFS)[28]
u bl-għajnuna tal-OLAF permezz ta' konsultazzjoni u parteċipazzjoni
fin-Netwerk tal-OLAF għall-Prevenzjoni u d-Detezzjoni tal-Frodi (FPDNet),
DĠ ENTR żviluppat abbozz tal-Istrateġija Kontra l-Frodi (AFS)
tagħha li tkopri l-miżuri għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta'
frodi u irregolaritajiet kemm interni kif ukoll dawk fir-rigward
tal-benefiċjarji u l-kuntratturi. L-AFS se tiġi aġġornati
kull sena. B’mod partikolari għall-għotjiet,
il-Pjan ta’ Azzjoni tal-AFS tad-DĠ ENTR jipprevedi l-ħolqien ta’
reġistru ċentrali tal-benefiċjarji kollha tiegħu
(koordinaturi, imsieħba, sottokuntratturi u atturi oħrajn) u
tal-proġetti (rapporti u dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż). Din
il-bażi ta’ dejta, flimkien mal-akkwist ippjanat tal-għodod
b’saħħithom għall-analiżi tad-dejta għad-detezzjoni
tal-indikaturi tal-frodi jew ‘sinjali ta’ periklu’, se ttejjeb b’mod sinifikanti
l-funzjonijiet ta’ kontroll u l-kapaċitajiet ta’ awditjar tagħha. Sabiex iżid l-għarfien u
l-kapaċità għat-twettiq ta’ kontrolli preventivi u effettivi, il-Pjan
ta’ Azzjoni tal-AFS tad-DĠ ENTR jipprevedi l-offerta ta' korsijiet
speċifiċi ta' taħriġ u materjal ta' gwida. Barra minn hekk,
se tiġi żviluppata u implimentata strateġija ta’ kontroll
għall-evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u teknika
tal-benefiċjarji flimkien ma’ kategorizzazzjoni tar-riskju
tal-benefiċjarji abbażi tal-indikaturi tal-frodi,
ir-reġistrazzjoni tal-għodod tal-IT u l-immarkar għall-awditjar
ex ante / ex post. Barra minn hekk, se jiġu żviluppati
proċeduri tal-awditjar u gwida għall-awditjar ex post ibbażati
fuq ir-riskju u b’enfasi fuq każijiet possibbli ta’ frodi u
irregolaritajiet. Dan l-AFS se jkun allinjat aħjar mal-istandards
tal-kontroll intern, b’mod partikolari mal-eżerċizzju
tal-valutazzjoni tar-riskju, u mal-AFS ta' DĠs oħra u ma' entitajiet
sottodelegati. Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji,
il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumentazzjoni kuntrattwali
mal-IFI tkun tinkludi miżuri biex jipprevjenu l-frodu, il-korruzzjoni u
kwalunkwe attività illegali oħra u tinkludi wkoll l-obbligu għall-IFI
biex jittrasponi dawn il-miżuri fil-kuntratti tagħhom ma’
intermedjarji magħżula u wkoll fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’
kontroll tagħhom, inkluż eż. l-attivitajiet ta’
monitoraġġ ibbażati fuq ir-rekwiżiti definiti minn qabel
tal-Kummissjoni. 3. L-ISTIMA TAL-IMPATT
FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/i
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i ·
Linji baġitarji ġodda mitluba
(indikattivi) Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas
finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Intestatura 1 || Diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finazjarju [1] || Il-linja tan-nefqa operattiva: 02 02 01 Programm tal-Kompetittività u tal-SME || Diff. || IVA || IVA || IVA || le [1] || Il-linja(i) tan-nefqa amministrattiva(i) || Mhux Diff || IVA || IVA || IVA || le 3.2. L-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Is-sommarju tal-istima tal-impatt
fuq in-nefqa Miljuni f’EUR (sa tliet (3) punti
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali 1 || Numru || [Intestatura ….........................................................................................................................] DĠ: ENTR || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Wara l-2020 || TOTAL Approprazzjonijiet operattivi || || || || || || || || || In-numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1) || 213.600 || 256.000 || 300.500 || 346.000 || 393.500 || 441.000 || 492.400 || || 2443.000 Ħlasijiet || (2) || 110.240 || 235.240 || 287.240 || 311.240 || 327.240 || 368.240 || 439.240 || 364.320 || 2443.000 Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[29] || 02.0104 || (3) || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 12.000 || 12.000 || || 79.000 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ ENTR || Impenji || =1+3 || 224.600 || 267.000 || 311.500 || 357.000 || 404.500 || 453.000 || 504.400 || || 2522.000 Ħlasijiet || =2 +3 || 121.240 || 246.240 || 298.240 || 322.240 || 338.240 || 380.240 || 451.240 || 364.320 || 2522.000 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 213.600 || 256.000 || 300.500 || 346.000 || 393.500 || 441.000 || 492.400 || || 2443.000 || Ħlasijiet || (5) || 110.240 || 235.240 || 287.240 || 311.240 || 327.240 || 368.240 || 439.240 || 364.320 || 2443.000 || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 12.000 || 12.000 || || 79.000 || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <1> tal-qafas finanzjarji multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 224.600 || 267.000 || 311.500 || 357.000 || 404.500 || 453.000 || 504.400 || || 2522.000 || Ħlasijiet || =5+ 6 || 121.240 || 246.240 || 298.240 || 322.240 || 338.240 || 380.240 || 451.240 || 364.320 || 2522.000 || || Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || “ Nefqa amministrattiva ” Miljuni f’EUR (sa
tliet (3) punti deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL DĠ: ENTR || Ir-riżorsi umani || 18.764 || 19.140 || 19.522 || 19.913 || 20.311 || 20.717 || 21.131 || 139.498 Nefqa amministrattiva oħra || 0.086 || 0.088 || 0.089 || 0.091 || 0.093 || 0.095 || 0.097 || 0.639 || || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 5 tad-DĠ ENTR[30] tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 18.850 || 19.228 || 19.611 || 20.004 || 20.404 || 20.812 || 21.228 || 140.137 Miljuni f’EUR (sa
tliet (3) punti deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Wara l-2020 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || Impenji || 243.450 || 286.228 || 331.111 || 377.004 || 424.904 || 473.812 || 525.628 || || 2662.137 Ħlasijiet || 140.090 || 265.468 || 317.851 || 342.244 || 358.644 || 401.052 || 472.468 || 364.320 || 2662.137 3.2.2. L-istima
tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi –
X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji
f’miljuni ta’ EUR (sa tliet (3) punti deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati [31] ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL || RIŻULTATI || Tip ta’ riżultat[32] || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || L-għadd totali ta’ riżultati || Totali Spiża || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1: It-titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE || || || || || || || || || || || || || || || || Attivitajiet għat-titjib tal-Kompetittività Ewropea: || Studji, valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet, konferenzi || 0.250 || 54 || 13.500 || 55 || 13.750 || 57 || 14.250 || 58 || 14.500 || 60 || 15.000 || 61 || 15.250 || 62 || 15.500 || 407 || 101.680 Attivitajiet għall-iżvilupp tal-politika tal-SMEs u għall-promozzjoni tal-kompetittività tal-SMEs || Laqgħat, rapporti, bażi ta’ dejta || 0.075 || 98 || 7.350 || 98 || 7.350 || 122 || 9.150 || 124 || 9.300 || 128 || 9.600 || 138 || 10.350 || 152 || 11.400 || 860 || 64.480 Turiżmu || Proġetti, premjijiet, stħarriġiet, avvenimenti || 1.000 || 9 || 9.000 || 12 || 12.000 || 16 || 16.000 || 19 || 19.000 || 22 || 22.000 || 25 || 25.000 || 28 || 28.000 || 131 || 131.440 Kunċetti ġodda ta’negozju għal oġġetti tal-konsumatur || Proġetti ta' replika tas-suq || 1.000 || 8 || 8.000 || 9 || 9.000 || 11 || 11.000 || 13 || 13.000 || 14 || 14.000 || 15 || 15.000 || 17 || 17.000 || 87 || 86.800 Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || 384.400 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2: Il-Promozzjoni tal-Imprenditorija || || || || || || || || || || || || || || || || Attivitajiet li jippromwovu l-imprenditorija || Studji, kampanji, avvenimenti || 0.5 || 5 || 2.500 || 6 || 3.000 || 5 || 2.500 || 6 || 3.000 || 6 || 3.000 || 6 || 3.000 || 7 || 3.500 || 41 || 20.720 l-għadd ta’ skambji || 0.007 || 600 || 4.200 || 720 || 5.040 || 1300 || 9.100 || 1400 || 9.800 || 1650 || 11.550 || 1770 || 12.390 || 2000 || 14.000 || 9440 || 66.080 Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || 86.800 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3: It-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-SMEs || || || || || || || || || || || || || || || || Strumenti Finanzjarji || L-għadd ta’ SMEs li huma benefiċjarji (garanziji ta’ self) || 0.004 || 7500 || 30.000 || 17 000 || 68.000 || 27 000 || 108.000 || 31 000 || 124.000 || 31 000 || 124.000 || 31 000 || 124.000 || 42 000 || 168.000 || 186500 || 746.320 || Volum ta’ self (f’miljuni tal-EUR) || || 1 071 || || 2 201 || || 3 384 || || 3 995 || || 4 065 || || 4 119 || || 5 420 || || 24255 || || L-għadd ta’ SMEs li huma benefiċjarji (VC) || 1. 220 || 10 || 12.200 || 30 || 36.600 || 46 || 56.120 || 85 || 103.700 || 115 || 140.300 || 140 || 170.800 || 140 || 170.800 || 566 || 690.000 || Miljuni f’EUR spekulati (VC) || || 103 || || 343 || || 686 || || 1 064 || || 1 445 || || 1 817 || || 1 869 || || 7 327 || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || || || || || || || || || || || || || || || 1436.320 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 4: Titjib fl-aċċess għas-swieq || || || || || || || || || || || || || || || || In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi || Proposti għall-isħubija || 0.005 || 5732 || 28.660 || 5821 || 29.105 || 5923 || 29.615 || 6040 || 30.200 || 6106 || 30.530 || 6336 || 31.680 || 6540 || 32.700 || 42 498 || 212.500 SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ (kull 1000 SME) || 0.065 || 403 || 26.195 || 418 || 27.170 || 438 || 28.47 || 458 || 29.77 || 488 || 31.720 || 508 || 33.020 || 539 || 35.035 || 3252 || 211.380 Appoġġ lill-SMEs li qegħdin barra mill-pajjiż || Studji || 0.250 || 10 || 2.500 || 12 || 3.000 || 15 || 3.750 || 14 || 3.500 || 15 || 3.750 || 18 || 4.500 || 20 || 5.000 || 104 || 25.951 || Ċentri tal-SMEs; Helpdesks tal-SMEs || 1.000 || 5 || 5.000 || 6 || 6.000 || 7 || 7.000 || 9 || 9.000 || 10 || 10.000 || 11 || 11.000 || 12 || 12.000 || 60 || 60.000 || Pjattaformi, avvenimenti, attivitajiet ta’ promozzjoni || 0.200 || 6 || 1.200 || 6 || 1.300 || 8 || 1.600 || 10 || 1.900 || 10 || 2.000 || 12 || 2.400 || 13 || 2.600 || || 13.249 Appoġġ lill-kooperazzjoni industrijali internazzjonali || Laqgħat tal-workshops || 0.200 || 5 || 1.000 || 7 || 1.400 || 8 || 1.600 || 9 || 1.800 || 10 || 2.000 || 11 || 2.200 || 12 || 2.400 || 62 || 12.400 Subtotal għall-għan speċifiku Nru 4 || || || || || || || || || || || || || || || || 535.480 SPIŻA TOTALI || || 213.600 || || 256.000 || || 300.500 || || 346.000 || || 393.500 || || 441.000 || || 492.400 || || 2443.000 3.2.3. L-istima
tal-impatt stmat fuql- approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju
–
¨ Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet amministrattivi –
X Il-proposta/L-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif
spjegat hawn taħt: Miljuni f’EUR (sa
tliet (3) punti deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || || || || || || || || Ir-riżorsi umani || 18.764 || 19.140 || 19.522 || 19.913 || 20.311 || 20.717 || 21.131 || 139.498 Nefqa amministrattiva oħra || 0.086 || 0.088 || 0.089 || 0.091 || 0.093 || 0.095 || 0.097 || 0.639 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || 18.850 || 19.228 || 19.611 || 20.004 || 20.404 || 20.812 || 21.228 || 140.137 Barra mill-INTESTATURA 5[33] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Ir-riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa oħra ta' natura amminsitrattiva || || || || || || || || Subtotal barra mill- INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || TOTAL || 18.85050 || 19.228 || 19.611 || 20.004 || 20.404 || 20.812 || 21.228 || 140.137 3.2.3.2. L-istima
tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu
tar-riżorsi umani –
X Il-proposta/L-inizjattiva
teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn
taħt: L-istima
għandha titfisser f'FTE || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) || XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 110 || 110 || 110 || 110 || 110 || 110 || 110 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[34] || || || || || || || XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 58 || 58 || 58 || 58 || 58 || 58 || 58 XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 yy[35] || fil-Kwartieri Ġenerali[36] || || || || || || || || fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || || Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 168 || 168 || 168 || 168 || 168 || 168 || 168 XX huwa l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani meħtieġa se
jiġu sodisfatti permezz tal-persunal mid-DĠ li huma diġà
assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew skjerati
mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk neċessarju ma’
kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’
ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-ristrezzjonijiet baġitarji. DĠ ENTR jipprevedi proċess ta’
esternalizzazzjoni parzjali lil aġenzija eżekuttiva eżistenti.
L-ammonti u l-imputazzjonijiet se jiġu aġġustati, jekk ikun
neċessarju, skont ir-riżultati tal-proċess ta'
esternalizzazzjoni. Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu Uffiċjali u aġenti temporanji || Persunal estern || 3.2.4. Kompatibilità
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali –
X Il-proposta/L-inizjattiva hija
kompatibbli mal-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju
multiannwali 2014-2020, COM (2011) 500 finali. –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva se tinvolvi programmar
mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega xi
programmmar mill-ġdid hu meħtieġ, billi tispeċifika l-linji
baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. […] –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
multiannwali[37]. Spjega x’inhu
meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji
baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. […] 3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet
mill-parti terza [għandha timtela’] –
Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix għall-kofinanzjament
minn partijiet terzi Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa
tliet (3) punti deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total Pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE u li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm[38] || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm 3.3. L-istima
tal-impatt fuq l-introjtu –
X Il-proposta/L-inizjattiva m’għandha
l-ebda impatt finanzjarju fuq l-introjtu. –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq introjtu mixxellanju Miljuni f’EUR (sa tliet (3) punti
deċimali) Linja baġitarja tal-introjtu: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[39] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kemm ikunu meħtieġa kolonni biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …........... || || || || || || || || Għall-introjtu mixxellanju assenjat,
speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i. […] Speċifika l-metodu
għall-kalkulazzjoni tal-impatt fuq l-introjtu. [1] COM(2011) 500 finali. [2] Aktar minn 50 000 utenti differenti tas-servizzi
tal-web portal tal-IPR u l-e-learning matul l-ewwel tliet (3) snin, b' iktar
minn żewġ (2) miljun hit; aktar minn 30 seminar ta’ taħriġ
u workshops interattiv jiġu organizzati kull sena, li minnhom 2/3 mwettqa
fl-Ewropa, biex jiġbru t-tħassib tal-SMEs. [3] Studji/sondaġġi mwettqa minn Stati Membri
iżgħar individwali li jkollhom inqas valur miżjud Ewropew u
jonqsu li jkopru l-ambitu wiesa’ tal-UE u jistgħu jiġġeneraw
d-duplikazzjoni tar-riċerka li diġà tkun twettqet f 'pajjiżi
oħra. [4] Dan it-tip ta’ miżuri jimplika valur miżjud u
impatt ogħla jekk magħmulin b’approċċ koordinat/kompletat
bejn l-Istati Membri; barra minn hekk l-Istati Membri ż-żgħar
għandhom it-tendenza li jkollhom inqas riżorsi għall-promozzjoni
ta’ destinazzjonijiet tagħhom u speċjalment għall-promozzjoni
ta’ prodotti turistiċi transnazzjonali. [5] COM(2011) 500 finali u SEC(2011) 867-868
finali. Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Baġit għall-Ewropa 2020 – Parti II Skedi ta' Politika. [6] Rapport finali, Evaluation of the Executive Agency for
Competitiveness and Innovation; 12 Mejju 2011 http://ec.europa.eu/cip/files/docs/evaluation-of-eaci-may-2011_en.pdf [7] http://ec.europa.eu/cip/files/docs/public-consultation-annex2-to-final-report_en.pdf
[8] http://ec.europa.eu/enterprise/dg/files/evaluation/final_report_eip_interim_evaluation_04_2009_en.pdf
[9] http://ec.europa.eu/cip/files/docs/eip-final-evaluation-report_en.pdf
[10] Il-baġit tal-Programm tnaqqas meta mqabbel mal-ammont
ippubblikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “A budget for Europe 2020” (COM(2011)500)
minħabba l-fatt li l-azzjonijiet li se jsostnu l-istandardizzazzjoni se
jkun ffinanzjati sal-ammont ta' EUR 182 miljun barra mill-Programm
sabiex tinżamm struttura ta' suċċess u implimentazzjoni
effiċjenti. [11] COM(2010) 2020 finali. [12] COM(2010) 614 finali. [13] COM(2008) 394 finali. [14] COM(2011) 78 finali. [15] COM(2011) 398 finali. [16] ĠU L 124, 20.5.2003,
p. 36 [17] Stħarriġ tal-Eurobarometer
dwar l-intraprenditorija takl-2009 [18] COM(2010) 352 finali. [19] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [20] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. [21] ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15. [22] Dawn l-indikaturi jirreferu għall-iżviluppi
fil-qasam tal-politika għall-Intrapriża u l-Industrija. Il-Kummissjoni
nnifisha mhix unikament responsabbli għall-kisba tal-miri. Firxa ta’ fatturi
oħra li mhumiex fil-kontroll tal-Kummissjoni taffetwa wkoll
ir-riżultati f’dan il-qasam. [23] NEER/REER ibbażat fuq ULC,, eskluż l-impatt
taċ-ċaqliq fil-munita (NEER = ir-rata ta' skambju nominali effettiva;
REER = ir-rata ta’ skambju reali effettiva; ULC = unità ta’ spejjeż
tax-xogħol [24] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar
Ibbażat fuq l-Attività [25] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [26] Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [27] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [28] COM(2011)376, 24.06.2011 [29] L-għajnuna teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa
bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew
azzjonijiet tal-UE (linji ex "BA"), l-aġenziji eżekuttivi
(mingħajr ma titqies l-esternalizzazzjoni addizzjonali prevista),
ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [30] DĠ ENTR jipprevedi proċess ta’
esternalizzazzjoni parzjali lil aġenzija eżekuttiva eżistenti. L-ammonti
u l-imputazzjonijiet se jiġu aġġustati, jekk ikun
neċessarju, skont ir-riżultati tal-proċess ta'
esternalizzazzjoni. "Nefqa oħra amministrattiva" tkopri
l-finanzjament tal-laqgħat mandatorji tal-kumitat. [31] Dan il-qsim indikattiv
tal-approprjazzjonijiet operattivi u d-distribuzzjoni baġitarja bejn
l-azzjonijiet proposti li ġejjin minnha, hu bbażat fuq in-natura
tal-azzjonijiet previsti: pereżempju
l-attivitajiet biex tiġi żviluppata politika tal-SME u biex tiġi
promossa l-kompetittività tal-SMEs huma żvilupp fil-politika bbażati
fuq studji u avvenimenti li se jiġu implimentati permezz tal-akkwist pubbliku
u komparattivament se jkunu inqas għaljin mill-attivitajiet previsti
fl-oqsma tat-turiżmu u l-oġġetti tal-konsumatur li se jinvolvu
sejħiet għall-proposti. [32] Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li
għandhom jiġu fornuti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’
studenti ffinanzjati, in-numru ta' km ta' toroq li nbnew, eċċ.). [33] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew
l-azzjonijiet tal-UE (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta,
ir-riċerka diretta. [34] CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal
tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert
en Délégation" Esperti Żgħażagħ
fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; [35] Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn
approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu linji "BA"). [36] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali,
għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u
għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [37] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim
Interistituzzjonali. [38] Il-programm għandu, taħt kondizzjonijiet
speċifiċi u soġġett għal ħlas ta’ kontribuzzjoni
finanzjarja fil-Programm, ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni
tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
(EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE),
il-pajjiżi kandidati u dawk li jistgħu jsiru kandidati,
il-pajjiżi li jaqgħu taħt il-kamp tal-applikazzjoni tal-politiki
Ewropej tal-Viċinat (ara l-Artikolu 5). [39] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha
stess (dazji doganali, tariffi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu
ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 %
għall-ispejjeż tal-ġbir.