This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0597
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT pursuant to Article 294(6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the position of the Council on the adoption of a Decision of the European Parliament and of the Council granting an EU guarantee to the European Investment Bank against losses under loans and loan guarantees for projects outside the European Union and repealing Decision No 633/2009/EC
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeadwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment f’każ ta’ telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeadwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment f’każ ta’ telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE
/* KUMM/2011/0597 finali - 2010/0101 (COD) */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeadwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment f’każ ta’ telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE /* KUMM/2011/0597 finali - 2010/0101 (COD) */
2010/0101 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar
l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti
garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment f’każ ta’ telf minn
self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Unjoni
Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE 1. Sfond Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM((2010)174) finali – 2010/101 COD): || Il-21 ta’ April 2010 Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: || Mhux applikabbli Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: || Is-17 ta' Frar 2011 Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: || Mhux applikabbli Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: || L-20 ta’ Settembru 2011 2. L-għan tal-proposta
mill-Kummissjoni Id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009
tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f’każ
telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-UE
sabiex tkabbar il-kontribuzzjoni tal-BEI lejn it-twettiq tal-għanijiet ta’
politika tal-UE permezz tal-finanzjament ta’ proġetti. Il-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni
għandha l-għan li temenda d-Deċiżjoni 633/2009/KE wara
reviżjoni ta’ nofs it-term tal-applikazzjoni tal-mandat estern tal-BEI,
kif stabbilit mid-Deċiżjoni 633/2009/KE. 3. Kummenti dwar il-pożizzjoni
tal-Kunsill 3.1 Kummenti
ġenerali dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari Il-Kummissjoni tista' taċċetta
bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kunsill li hija r-riżultat ta’
negozjati kostruttivi bejn it-tliet istituzzjonijiet. Din taqbel
mal-għanijiet essenzjali u l-approċċ bażiku tal-proposta
inizjali tal-Kummissjoni. 3.2 Ftehim
fl-istadju tal-Pożizzjoni tal-Kunsill Il-pożizzjoni tal-Kunsill hija
r-riżultat ta' negozjati interistituzzjonali intensivi li saru wara
l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel
qari fis-17 ta' Frar 2011. Wara n-negozjati bejn it-tliet partijiet,
fis-27 ta' Ġunju 2011, il-President tal-Kumitat BUDG
tal-Parlament Ewropew, is-Sur Alain Lamassoure, bagħat ittra
lill-Presidenza Ungeriża li tikkonferma li jekk, bħala l-pożizzjoni
tiegħu fl-ewwel qari, il-Kunsill jadotta t-test approvat mill-ECOFIN
(suġġett għall-verifika lingwistika-legali), hu se jirrakkomanda
lill-Kumitat BUDG u mbagħad lill-Parlament kollu fis-sessjoni plenarja, li
l-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi aċċettata mingħajr
emendi fit-tieni qari tal-Parlament. Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali
laħaq ftehim politiku fuq din il-bażi
fit-18 ta' Lulju 2011. Il-punti ewlenin li ġew innegozjati u li
ntlaħaq ftehim dwarhom mit-tliet istituzzjonijiet huma dawn li ġejjin: a) L-ammont
tal-limiti massimi reġjonali: – Żieda
ta’ EUR 1 biljun tal-limitu massimu għar-reġjun
tal-Viċinat tan-Nofsinhar. Żieda ta’ 4 % tal-limiti massimi
reġjonali u subreġjonali l-oħra kollha tal-mandat ġenerali;
iż-żieda ġenerali tkun ta’ madwar EUR 1.7 biljun (li
jiżdiedu mal-EUR 2 biljuni addizzjonali tal-mandat
għat-tibdil fil-klima). – Iż-żidiet imsemmija hawn fuq ikunu mmarkati bħala
żidiet ta’ natura temporanja u b’kundizzjonalità mhux stretta (żidiet
mogħtija lil pajjiżi li għaddejjin minn riforma politika kif
ivvalutat mill-Kummissjoni bl-involviment tal-SEAE (Servizz Ewropew
għall-Azzjoni Esterna)). – F’dak li jirrigwarda l-flessibbiltà, il-korpi ta’ tmexxija tal-BEI
jistgħu jiddeċiedu li jallokaw mill-ġdid ammont li jasal sa
10 % tal-limiti massimi reġjonali tal-mandat ġenerali fir-reġjuni
u bejniethom (qabel din kienet biss għal bejn ir-reġjuni). b) L-aspetti
ta’ żvilupp: Ġew introdotti xi emendi fuq talba
tal-Parlament Ewropew li jiffukaw fuq il-ħtieġa tal-BEI li
jirrapporta u jivvaluta aħjar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq
l-iżvilupp kif ukoll l-impatt soċjali, ambjentali u l-impatt fuq
id-drittijiet tal-bniedem (pereż. billi jiġu definiti indikaturi
tal-prestazzjoni u billi jsir monitoraġġ profond ta’ dawk l-aspetti
matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett). It-test ġie kkjarifikat aktar biex
jirrifletti l-fatt li l-appoġġ tal-BEI lejn it-tnaqqis tal-faqar u
l-kisba tal-Għanijet ta' Żvilupp tal-Millenju jkun
fil-biċċa l-kbira indirett billi jitrawmu t-tkabbir inklussiv u
l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli permezz tal-finanzjament
tal-operazzjonijiet skont l-għanijiet ġenerali stipulati
fid-Deċiżjoni. c) L-eliġibbiltà
tal-pajjiżi: Wara żviluppi politiċi riċenti,
il-Bjelorussja se tkun dikjarata bħala mhux eliġibbli (filwaqt li se
tibqa' 'potenzjalment' eliġibbli). Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa
tattiva l-mandat għall-pajjiżi potenzjalment eliġibbli kif ukoll
biex tiddeattiva/tissospendi l-mandat permezz ta' atti delegati (skont
id-Deċiżjoni preċedenti, dan kien jirrikjedi proċedura
leġiżlattiva ordinarja). Dan se jippermetti lill-Kummissjoni biex
tattiva/tissospendi l-mandat aktar malajr f’ċerti pajjiżi jekk
jinbidlu ċ-ċirkostanzi politiċi. Mill-aspett tekniku, ġew stipulati
żewġ listi fl-Annessi għad-Deċiżjoni: il-lista
tar-reġjuni u l-pajjiżi potenzjalment eliġibbli kollha u l-lista
tar-reġjuni u l-pajjiżi li huma fil-fatt eliġibbli (it-tieni
lista fiha biss pajjiżi mill-ewwel lista). Il-Kummissjoni kieku
jkollha s-setgħa biex timmodifika t-tieni lista permezz ta’ atti delegati. d) Il-Pjattaforma
tal-UE dwar il-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp: Kien hemm qbil
dwar il-fatt li l-Kummissjoni se tistabbilixxi u tippresjedi Grupp ta’ Esperti
(GoE) biex jistudja l-kunċett ta' Pjattaforma tal-UE
għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp. Il-GoE se jkun magħmul
mill-Kummissjoni, l-SEAE, l-Istati Membri u l-BEI. Se jiġu kkonsultati
istituzzjonijiet finanzjarji oħra iżda dawn mhux se jkunu membri
permanenti tal-GoE. e) Il-qafas ta’ politika reġjonali: Il-premessi (15),
(16), (17), (18), (19) u (20) tal-proposta tal-Kummissjoni tpoġġew
fl-Anness IV il-ġdid “qafas ta’ politika reġjonali”, wara li sar
l-abbozzar mill-ġdid ix-xieraq. 4. Konklużjoni Il-Kummissjoni ssostni b'mod sħiħ
ir-riżultati tan-negozjati interistituzzjonali u għalhekk tista'
taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.