Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0456

    Proposta għal DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali

    /* KUMM/2011/0456 finali - 2011/0197 (COD) */

    52011PC0456

    /* KUMM/2011/0456 finali - 2011/0197 (COD) */ Proposta għal DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-kuntest ġenerali

    Id-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni[1] ġiet adottata fl-1994 biex tirregola t-tqegħid fis-suq ta' dgħajjes tad-divertiment fis-suq Ewropew.Din tistipula rekwiżit ta' sikurezza essenzjali li l-manifatturi għandhom jirrispettaw meta jiddisinjaw l-inġenji tal-ilma sabiex ikunu jistgħu jqiegħdu fis-suq tal-UE inġenji tal-ilma sikuri. Il-manifatturi għandhom jissodisfaw diversi obbligazzjonijiet sabiex juru li l-prodott tagħhom jikkonforma mad-Direttiva; dawn jinkludu d-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-inġenju tal-ilma bir-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva, it-twaħħil tal-marka CE fuq il-prodott u l-forniment ta' informazzjoni għall-utenti dwar l-użu u l-manutenzjoni tal-prodott.

    Id-Direttiva 94/25/KE ġie emendat bid-Direttiva 2003/44/KE li tintroduċi sett ta' valuri ta' limitu għall-emissjonijiet tal-egżost għall-magni tal-propulsjoni u livelli ta' ħsejjes għal dgħajjes b'magni tal-propulsjoni, kemm għall-magni li jaqbdu bil-kompressjoni (CI) kif ukoll għall-magni li jaqbdu bl-ispark (SI). L-inkwinanti ewlenin tal-arja rregolati fid-Direttiva dwar id-Dgħajjes illi jintużaw għar-Rikreazzjoni huma: l-Ossidi tan-Nitroġenu (NOx), l-Idrokarburi (HC) u l-Partikulati (PT). Barra minn hekk, id-Direttiva 2003/44/KE twessa l-ambitu tad-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni biex din tkopri wkoll l-inġenji tal-ilma personali.

    L-istess Direttiva li temenda, tipprovdi klawżola ta' reviżjoni (l-Artikolu 2) li għandha l-għan li ssaħħaħ il-limiti ta' emissjoni biex tirrifletti l-progress teknoloġiku tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni kif ukoll il-bżonn li jkun hemm armonizzazzjoni tal-limiti madwar fid-dinja kollha, partikolarment fl-Istati Uniti. Fl-istess waqt, għandha titqies il-qagħda vulnerabbli tal-SMEs (impriżi żgħar u medji) peress li dan is-settur jikkonsisti prinċipalment f'impriżi żgħar u medji (aktar minn 95 % tan-negozji huma SMEs).

    L-SMEs attivi f'dan is-settur huma involuti prinċipalment fil-bini tad-dgħajjes jew tal-magni tal-baħar (il-modifika u l-installazzjoni ta' magni awtomobilistiċi jew mhux fid-dgħajjes). Hemm ukoll xi manifatturi tal-magni f'volum żgħir joperaw biss fis-suq tal-UE jew li jfornu lilu biss.

    Il-klawżola ta' reviżjoni (l-Artikolu 2) tistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-possibbiltajiet li l-karatteristiċi ambjentali tal-magni jkomplu jitjiebu u, jekk jitqies xieraq fid-dawl ta' dan ir-rapport, tissuġġerixxi proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fl-2007 l-Kummissjoni ppubblikat rapport (COM(2007/313) fejn fih ħabbret li se tevalwa l-alternattivi biex tkompli tnaqqas il-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta' magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni.

    Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

    Id-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni hija integrata fil-qafas ta' Leġiżlazzjoni Ewropea li tgħaqqad flimkien is-sikurezza marittima u l-aspetti ambjentali.

    Waħda mill-politiki ewlenin definiti fl-istrateġija Ewropa 2020[2] għandha l-għan li tistabbilixxi Ewropa għall-effiċjenza tar-riżorsi biex tissodisfa l-miri tal-klima/l-enerġija. Il-politika marittima integrata[3] jissimplifika l-ħarsien tal-ambjent f'kull politika tal-Unjoni, speċjalment dawk li jaffettwaw l-ambjent marittimu. Id-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni sseħħ f'dan il-kuntest ġenerali. Tikkontribwixxi wkoll għall-għan tal-2010 Is-Sena Internazzjonali tal-Bijodiversità.

    Id-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni hija konformi mal-għanijiet tal-inizjattiva (Arja Nadifa għall-Ewropa) (Clean Air for Europe (CAFE))[4] li tipprovdi strateġija integrata u fuq medda twila ta' żmien għat-tnaqqis tal-impatt negattiv tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent kif speċifikat fid-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.[5]

    Id-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni tkopri biss inkwinanti relatati mas-saħħa minn emissjonijiet tal-egżost bħal ma huma l-materji partikulati (PT), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-idrokarburi (HC). Ma tindirizzax is-CO2. Illum il-ġurnata m'hemm l-ebda inventarju jew dejta disponibbli dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn magni tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni. Minkejja dan, l-emissjonijiet tas-CO2 minn magni f'dan is-settur jistgħu jiġu indirizzati fil-futur skont l-iżviluppi riċenti fis-settur tat-toroq, kemm jekk b'miżuri volontarji jew dawk obbliga

    KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

    Konsultazzjoni ta' partijiet interessati

    Ir-reviżjoni ilha tiġi kkunsidrata mill-2008 u kienet is-suġġett ta’ konsultazzjoni wiesgħa, l-aktar fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet interessati oħra bħall-industrija, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni u rappreżentanti tal-entitajiet li jivvalutaw il-konformità.

    Konsultazzjoni pubblika fuq l-internet ġiet organizzata f'Mejju/Lulju 2009. Is-servizzi tal-Kummissjoni jirċievu 32 risposta għall-kwestjonarju ppubblikat bl-Ingliż biss. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika huma ppubblikati fuq: http://ec.europa.eu/enterprise/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=3088&tpa_id=160&lang=en

    Ir-risposti għal din il-konsultazzjoni wrew appoġġ għall-introduzzjoni ta' limiti aktar ristrettivi għall-emissjonijiet tal-egżost filwaqt li jqisu l-qagħda tal-SMEs. Dawk li wieġbu indikaw li l-limiti għandhom ikunu komuni mhux biss għall-istati tal-UE/ŻEE (iż-Żona Ekonomika Ewropea) imma wkoll għall-partijiet l-oħra tad-dinja, b'mod partikolari l-Istati Uniti. L-istħarriġ ikkonferma wkoll li aktar tnaqqis fil-limiti għall-ħsejjes tal-inġenji tal-ilma b'magni ta' propulsjoni mhux se jsolvi effettivament il-problema ta' ħsejjes eċċessivi fiż-żona esposta.

    Il-konsultazzjoni enfasizzat il-fatt li l-ispeċifiċitajiet tas-settur marittimu li jintuża għar-rikreazzjoni għandhom ikunu riflessi aħjar fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Tqajjem tħassib fir-rigward tas-suq ta' oġġetti użati li huwa ferm attiv kif ukoll fir-rigward tad-dgħajjes li jinbnew mill-persuna nnifisha. Ir-risposti indikaw ukoll li tinħass il-ħtieġa li jiġu kkjarifikati l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi li jinkludu importaturi privati kif ukoll il-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Ġew ikkummissjonati diversi studji esterni biex ikomplu jeżaminaw it-titjib tal-karatteristiċi ambjentali tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-impatt tagħhom.

    - “Stocktaking study on the current status and developments of technology and regulations related to the environmental performance of recreational marine engines – Final Report”, (studju ta' rendikont imwettaq mit- TNO[6] dwar l-istatus attwali u l-iżviluppi tat-teknoloġija u r-regolamenti relatati mal-prestazzjoni ambjentali tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni – rapport finali", Jannar 2005. ("Studju ta' rendikont"). Il-Kummissjoni talbet dan l-istudju wara li introduċiet rekwiżiti ambjentali fid-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni, biex tevalwa l-impatt ambjentali tal-użu tal-magni ta' propulsjoni fid-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni.

    - “ Study on The Feasibility and Impact of Possible Scenarios for Further Emission Reduction Measures for Recreational Craft Engines in the Context of Directive 94/25/EC, as Amended by Directive 2003/44/EC: (studju mwettaq mill- Konfederazzjoni Ewropea tal-Industriji Nawtiċi dwar il-fattibilità u l-impatt li jista' jkollhom xenarji fejn ikun hemm miżuri li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet ta' magni għad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni fil-kuntest tad-Direttiva 94/25/KE, kif emendata bid-Direttiva 2003/44/KE: Rapport Finali" 26 ta' Ottubru 2006”. Dan l-istudju jidentifika u jkejjel fid-dettall l-impatti u l-effetti ta' distribuzzjoni tal-erba' xenarji possibbli ta' miżuri li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet, liema xenarji huma identifikati fl-istudju tat-TNO.

    - “Complementary Impact Assessment Study on possible emission reduction measures for recreational marine engines” – (studju kumplimentari dwar il-valutazzjoni tal-impatt imwettaq minn ARCADIS[7] dwar miżuri possibbli li jnaqqsu l-emissjonijiet għall-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni) Ġunju 2008. Wara r-riżultati tal-istudju preċedenti, il-Kummissjoni nediet studju ieħor sabiex tidentifika u tevalwa xenarji ġodda li jqisu l-qagħda partikolari tal-SMEs fis-settur tad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni.

    - L-istudji huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/maritime/documents/index_en.htm

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni dettaljata tal-impatt elenkata fil-Programm ta’ Ħidma tagħha.

    Il-valutazzjoni tal-impatt tiffoka fuq it-tliet partijiet tar-reviżjoni li għandhom impatti sostanzjali, li huma:

    A. emissjonijiet tal-egżost,

    B emissjonijiet tal-ħsejjes; u

    C armonizzazzjoni mal-Qafas Legali l-Ġdid:

    Għal dawn it-tliet partijiet ġew analizzati fid-dettall l-alternattivi li ġejjin.

    A. Limiti għall-emissjonijiet tal-egżost għall-magni

    Alternattiva 1 – L-ebda bidla

    Il- limiti għall-emissjonijiet tal-egżost li jeżistu fid-Direttiva jibqgħu kif definiti mill-emenda 2003/44/KE.

    Alternattiva 2 – Limiti għall-emissjonijiet tal-egżost li huma aktar stretti(Stadju II)

    Ġiet valutata l-possibbiltà li jiġi introdott Stadju II tal-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost. B'kollox ġew proposti ħames xenarji li jistgħu jkomplu jnaqqsu l-limiti (għad-dettalji ara l-valutazzjoni tal-impatt p. 21).

    Ġie magħżul ix-Xenarju 5 bħala l-aktar xenarju adattat għal aktar evalwazzjoni. Ix-Xenarju 5 jarmonizza l-limiti mal-Istati Uniti kemm għal : Magni li jaqbdu bl-ispark (SI) kif ukoll għal magni li jaqbdu bil-kompressjoni (CI). Għal magni li jaqbdu bil-kompressjoni (CI), il-limiti huwa dawk stipulati mill-Aġenzija Amerikana għall-Ħarsien tal-Ambjent (EPA) 40 CFR Parti 1042 għall-magni rikreattivi tal-baħar li jaħdmu bid-diżil. Għal magni li jaqbdu bl-ispark (SI), il-limiti huma dawk stipulati mill-Aġenzija Amerikana għall-Ħarsien tal-Ambjent (EPA) 40 CFR Parti 1045 għall-magni mobbli ġodda li jaqbdu bl-ispark (SI), tagħmir u bastimenti.

    Alternattiva 3 – Limiti għall-emissjonijiet tal-egżost li huma aktar stretti (Stadju II) flimkien ma' miżuri ta' tnaqqis biex jillimitaw l-effetti negattivi kemm dawk soċjali kif ukoll dawk ekonomiċi

    Din l-alternattivi tħares lejn possibbiltajiet differenti biex ir-regoli għall-emissjonijiet tal-egżost ikunu aktar stretti filwaqt li jinkludu miżura ta' tnaqqis biex tillimita l-effetti negattivi ekonomiċi kif ukoll dawk soċjali, li l-introduzzjoni ta' limiti ogħla għall-emissjonijiet jista' jkollha fuq il-manifatturi.

    Subalternattiva 3.1 – Użu ta' skema ta' flessibbiltà

    Alternattiva biex tnaqqas l-effetti tar-regoli aktar stretti dwar l-emissjoni tal-egżost tista' tkun l-introduzzjoni ta' skema ta' flessibbiltà. L-idea hija li l-manifatturi tal-magni jitħallew iqiegħdu fis-suq għadd limitat ta' magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni li jkunu konformi mal-istadju preċedenti tal-emissjonijiet, anke wara d-dħul fis-seħħ tal-valuri l-ġodda dwar il-limiti għall-emissjonijiet.

    Subalternattiva 3.2 – L-użu ta' perjodu ta' tranżizzjoni għall-manifatturi kollha tal-magni (tliet snin)

    Din il-proposta għandha l-għan li tipprovdi perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva sabiex tippermetti lill-manifatturi tal-magni biex jadattaw il-magni għat-teknoloġiji l-ġodda.

    Subalternattiva 3.3 - L-użu ta' perjodu ta' tranżizzjoni għall-manifatturi kollha tal-magni + perjodu ta' tranżizzjoni speċifiku għal manifatturi tal-magni li huma ta' daqs żgħir u medju li jqiegħdu fis-suq tal-UE magni li jitpoġġew fuq barra ta' dgħajsa < 15 kW (tliet snin + tliet snin).

    Il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin jibqa' jgħodd għall-industrija. Apparti dan, se jingħata perjodu addizzjonali ta' tliet snin (sitt snin mid-dħul fis-seħħ) lill-manifatturi tal-magni SME li jqiegħdu fis-suq magni li jaqbdu bl-ispark (SI) inqas minn 15 kW.

    Din is-subalternattiva tal-aħħar ġiet magħżula fil-valutazzjoni tal-impatt bħala l-alternattiva preferita.

    B. Limiti għall-emissjonijiet tal-ħsejjes għal inġenji tal-ilma b'magni ta' propulsjoni.

    Alternattiva 1 – L-ebda bidla

    Il- limiti għall-emissjonijiet tal-ħsejjes li jeżistu fid-Direttiva jibqgħu kif definiti mill-emenda 2003/44/KE.

    Alternattiva 2 – Limiti għall-emissjonijiet tal-ħsejjes li huma aktar stretti

    Il-limiti attwali tal-UE għall-emissjonijiet tal-ħsejjes li jirregolaw il-ħoss magħmul mill-inġenju tal-ilma se jsiru aktar stretti.

    Alternattiva 1 (jinżammu l-valuri ta' limiti attwali) instabet li hija l-alternattiva preferita minħabba li

    - ma tinvolvix kost ta' konformità (il-kumpaniji mhux se jkollhom jinvestu f'teknoloġiji ġodda biex jiksbu l-limiti ta' emissjonijiet meħtieġa);

    - tipprovdi l-possibbiltà li jinkisbu benefiċċji ambjentali akbar permezz ta' miżuri nazzjonali mfassla apposta, u ddisinjati speċifikament għaż-żoni fejn jitħaddmu l-inġenji tal-ilma f'kull pajjiż.

    L-Istati Membru jkollhom aktar libertà biex ifasslu miżuri speċifiċi li jippermettulhom inaqqsu l-ħsejjes b'mod effettiv, peress li l-ħoss magħmul mill-inġenju tal-ilma mhuwiex l-uniku riżultat tal-magni, imma dan jiddependi wkoll fuq fatturi bħalma huma t-tħaddim, il-kundizzjonijiet tat-temp, eċċ.

    C. Armonizzazzjoni tad-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni mal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid

    Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u tad-Deċiżjoni 768/2008/KE, id-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni għandha tkun konformi mal-prinċipji tal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid. Bażikament dan ifisser l-inklużjoni tal-kapitoli li jiddeskrivu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, il-kompetenzi tal-entitajiet li jivvalutaw il-konformità u l-awtoritajiet li jissorveljaw is-suq, moduli ġodda li jivvalutaw il-konformità u l-istatus tal-marka CE.

    Peress li l-Kummissjoni hija impenjata biex tarmonizza l-leġiżlazzjoni settorjali mal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid, il-valutazzjoni tal-impatt ikkonċentrat biss fl-analiżi tal-impatti tal-armonizzazzjoni. Dawn l-impatti għandhom ikunu l-aktar pożittivi, peress li d-dispożizzjonijiet orizzontali huma l-ikkjarifikar ta' ċerti kwistjonijiet li bħalissa huma soġġett għal inċertezza. Iċ-ċertezza legali se tkun għall-ġid tal-partijiet kollha: tal-operaturi ekonomiċi, tal-amministrazzjoni nazzjonali u dik tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-konsumaturi. Ċerti obbligi ġodda stabbiliti għall-operaturi ekonomiċi, jista' jkollhom impatt ekonomiku f'dawk li huma kosti għall-operaturi ekonomiċi.[8]

    ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Elementi ewlenin tar-reviżjoni

    L-iċċarar tal-ambitu u l-kunċetti tad-Direttiva

    L-ambitu u xi wħud mid-definizzjonijiet ta' din id-Direttiva ġew ikkjarifikati sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni mill-manifatturi u l-awtoritajiet nazzjonali.

    Fil-passat kien hemm dibattiti dwar il-kontenut tat-terminu "dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni" fid-Direttiva li ġieli ġie kkunsidrat bħala terminu ġenerali li jkopri kemm id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni kif ukoll l-inġenji tal-ilma personali. Dan in-nuqqas ta' ċarezza issa ġie eliminat bl-introduzzjoni fid-definizzjonijiet tal-kunċett ġenerali ġdid "inġenji tal-ilma" li jkopri kemm id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni kif ukoll l-inġenji tal-ilma personali.

    Peress li t-terminu "dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni" issa huwa limitat biss b'mod ċar għal ċerti tipi ta' prodotti koperti minn din id-Direttiva, it-titolu tad-Direttiva qed jinbidel għal "Direttiva dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji personali tal-ilma" sabiex it-titolu jikkorrispondi aħjar mal-ambitu.

    Fir-rigward tal-lista tal-prodotti esklużi, huwa neċessarju li mal-lista tiżdied dgħajsa anfibja sabiex tiġi eskluża mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Għal raġunijiet ta' konsistenza u ċarezza, huwa wkoll speċifikat li huma biss l-inġenji tal-ilma personali maħsuba għall-isport u għad-divertiment li huma inklużi fid-Direttiva, u mhux pereżempju inġenji tal-ilma personali maħsuba biex jipprovdu servizzi ta' salvataġġ u ta' pulizija . Barra minn hekk, id-definizzjoni ta' "Kenuri" li huma esklużi mill-ambitu, hija ċċarata biex tindika li kenur għandu jkun "iddisinjat biex jitmexxa biss permezz tal-pallelli" sabiex jiġi eskluż mill-ambitu tad-Direttiva.

    Jixraq ukoll li jkun hemm definizzjonijiet ta' "inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali" u ta' "importatur privat" li huma speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva.

    Rekwiżit tas-sikurezza ġenerali

    Għal raġunijiet ta' ċarezza u konsistenza mad-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat espliċitament li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitħaddmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali li jeħtieġuhom li ma jkunux ta' periklu għas-sikurezza u s-saħħa tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent u dan biss jekk jissodisfaw ir-rewkiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I. Huwa importanti li jiġi stabbilit dan ir-rekwiżit peress li jista' jintuża bħala bażi legali biex jitneħħew mis-suq inġenji tal-ilma li mhumiex sikuri partikolarment f'sitwazzjoni fejn jiġi skopert riskju ġdid li mhuwiex kopert mill-istandards armonizzati.

    Emissjonijiet tal-egżost

    Il-limiti l-ġodda u aktar stretti għall-emissjonijiet

    Huma previsti limiti ġodda u aktar stretti għall-emissjonijiet tal-egżost tal-Ossidi tan-Nitroġenu (NOx), l-Idrokarburi (HC) u l-Partikulati (PT).

    Għal magni li jaqbdu bil-kompressjoni (CI), dawn il-limiti huma stipulati bl-applikazzjoni tal-istandards tal-Aġenzija Amerikana għall-Ħarsien tal-Ambjent (EPA) għall-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni u jaħdmu bid-diżil (40 CFR Parti 1042). Għal magni li jaqbdu bl-ispark (SI), il-limiti huma stipulati bl-użu tal-istandards tal-Aġenzija Amerikana għall-Ħarsien tal-Ambjent (EPA) għal magni ġodda mhux awtomobilistiċi li jaqbdu bl-ispark (SI), tagħmir u bastimenti (40 CFR Parti 1045). Dan l-approċċ jistipula l-limiti f'livell li jirrifletti l-iżvilupp tekniku ta' teknoloġiji tal-magni tal-baħar li huma iktar nodfa u li jippermetti żvilupp lejn l-armonizzazzjoni ta' limiti għall-emissjonijiet tal-egżost fid-dinja kollha.

    Il-limiti tas-CO huma xi ftit inqas stretti minħabba għażla ta' kompromess għall-kisba ta' tnaqqis sinifikanti ta' inkwinanti tal-ajra oħra u biex jiġi żgurat li l-kost tal-konformità għall-industrija jibqa' proporzjonat. Madankollu, il-fatt li huma inqas stretti ma jwassalx għal xi riskju għas-sikurezza.

    Fjuwils ta' referenza u ċikli tat-test

    Il-fjuwils tat-test użati fil-valutazzjoni tal-konformità mal-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost jeħtieġ li jirriflettu l-kompożizzjoni tal-fjuwils użati fis-suq rilevanti, u għaldaqstant il-fjuwils Ewropej tat-test għandhom jintużaw fit-tip approvat mill-manifatturi tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, peress li l-manifatturi li mhumiex tal-UE jista' jkollhom aċċess għall–fjuwils ta' referenza, huwa neċessarju li jiġi previst li l-awtoritajiet iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità (Entitajiet notifikati) jistgħu jaċċettaw ukoll li l-magni jiġu ttestjati bi fjuwils ta' referenza oħrajn. L-għażla tal-fjuwils ta' referenzja hija, madankollu limitata għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Istati Uniti u dawk Ġappuniżi kif speċifikat fl-istandard ISO rilevanti sabiex tiġi żgurata l-kwalità u t-tqabbil tar-riżultati tat-test. (Magni ta' kombustjoni interna ta' reċiproċità – Kejl tal-emissjoni tal-eġżost – Parti 5: Fjuwils tat-test. Attwalment EN ISO 8178-5:2008).

    Apparti minn dan, iċ-ċikli tat-test rilevanti għandhom ikunu speċifikati b'referenza għall-istess standard ISO (Magni ta' kombustjoni interna ta' reċiproċità – Kejl tal-emissjoni tal-eġżost – Parti 4: Iċ-ċikli tat-test għal applikazzjonijiet differenti tal-magna li attwalment hija EN ISO 8178-4:1996).

    Is-settur tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni huwa involut b'mod attiv fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi għal sistemi ta' propulsjoni, li jinvolvu magni ibridi, dawk elettriċi u anke ċelluli tal-fjuwil. Ċikli speċifiċi tat-test jistgħu jiġu żviluppati għal sistemi ibridi fil-ġejjieni.

    Miżuri ta' tnaqqis għall-industrija

    Huwa previst perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin għall-industrija. Apparti minn dan, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost, qegħdin jingħataw tliet snin supplimentari lill-manifatturi SME tal-magna li jqiegħdu fis-suq magni li jaqbdu bl-ispark (SI) taħt il-15 kW. Dan hu meħtieġ biex jippermetti lill-SMEs li joperaw f'dan il-qasam tas-suq biex jevitaw interruzzjoni finanzjarju u biex jaġġustaw il-produzzjoni tagħhom għar-regoli l-ġodda.

    Rekwiżiti ta' kostruzzjoni

    Huwa previst rekwiżit ġdid biex jimponi l-installazzjoni mandatorja għal tankijiet kontenituri għall-inġenji tal-ilma li għandhom tojlit sabiex ikun hemm aktar ħarsien ambjentali tal-baħar.

    Valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni u importatur privat

    Id-Direttiva 94/25/KE tinkludi regoli dwar il-valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni ta' dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li titwettaq minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tqiegħed il-prodott fis-suq f'sitwazzjonijiet, fejn la l-manifattur, u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ma jissodisfa r-responsabbiltajiet għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti mad-Direttiva. Għal raġunijiet ta' konsistenza, huwa xieraq li l-ambitu ta' din il-proċedura jiġi estiż biex ikopri mhux biss dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni imma wkoll għal inġenji tal-ilma personali. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandu jiġi speċifikat eżattament f'liema sitwazzjonijiet u minn min tista' tiġi użata din il-proċedura. Dawn huma:

    - Importatur privat huwa persuna fiżika jew ġuridika li matul attività li mhix kummerċjali timporta prodott minn pajjiż terz fl-Unjoni bl-intenzjoni stabbilita fl-Unjoni li matul attività mhux kummerċjali, timporta fl-Unjoni prodott li beħsiebha tħaddmu għall-użu tagħha stess.

    - Kull persuna li tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz magna jew inġenju tal-ilma wara modifikazzjoni jew konverżjoni kbira tiegħu jew kull persuna li tbiddel l-iskop maħsub ta' inġenju tal-ilma mhux kopert mill-ambitu ta' din id-Direttiva b'mod li jaqa' fl-ambitu tagħha

    - Kull persuna li tqiegħed fis-suq inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 2 (2) (a) (vii).

    Fir-rigward tal-importazzjoni ta' dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u inġenji tal-ilma personali, ta' min jiġbed l-attenzjoni li meta mqabbel mad-Direttiva 94/25/KE, l-użu tal-valutazzjonijiet ta' wara l-kostruzzjoni huwa ristrett għal każijiet ta' importazzjoni mhux kummerċjali minn importaturi privati. L-għan huwa li jiġi evitat abbuż ta' din il-proċedura għal tmiemijiet kummerċjali. Finalment, sabiex tiġi żgurata valutazzjoni affidabbli tal-konformità tal-prodott mill-entità nnotifikata fir-rigward tal-valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni, hemm bżonn li l-obbligi tal-persuna li titlob valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni jitwessgħu biex il-persuna tintalab tipprovdi dokumenti lill-entità nnotifikata. Huwa previst li hu għandu jipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott.

    It-twaħħil tal-marka CE

    Ir-Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE fuq l-inġenju tal-ilma, il-komponenti u l-magni huma stipulati f’din id-Direttiva. Meta mqabbel mad-Direttiva 94/25/KE, huwa xieraq li l-obbligu jitwessa' biex ikun hemm twaħħil tal-marka CE mal-magni interni u mal-magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat ukoll, peress li dawn jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I.B u I.C.

    Il-marka CE għandha titwaħħal mal-inġenji tal-ilma, mal-magni u mal-komponenti. Fil-każ tal-komponenti, fejn dan mhuwiex possibbli jew mhuwiex iġġustifikat minħabba d-daqs jew in-natura ta' dak il-prodott, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumenti ta' akkumpanjament.

    Rappurtar

    Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-effiċjenza ta' din id-Direttiva, huwa previst obbligu ġdid għall-Istati Membri biex kull ħames snin jibagħtu rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva lill-Kummissjoni. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti koperti mid-Direttiva u tal-effettività tad-Direttiva, kif ukoll preżentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imwettqa mill-Istati Membri.

    Armonizzazzjoni tad-Direttiva dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni mal-Qafas Legali l-Ġdid (NLF) u l-proċeduri applikabbli ta' valutazzjoni tal-konformità

    Regoli Orizzontali

    Fid-9 ta' Lulju 2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw żewġ strumenti legali li japplikaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti[9] u d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[10].

    Ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet orizzontali dwar l-akkreditazzjoni tal-entitajiet li jivvalutaw il-konformità, dwar il-marka CE u dwar il-qafas tal-Komunità tas-sorveljanza tas-suq għall-prodotti, u l-kontroll tagħhom, li jidħlu fis-suq tal-Komunità li japplikaw ukoll għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva. Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-applikazzjoni tar-Regolament hija msemmija espliċitament f'din id-Direttiva.

    Id-Deċiżjoni tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta' referenza għall-iskopijiet ta' leġiżlazzjoni bbażata fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, l-oġġezzjonijiet formali kontra standards armonizzati, ir-regoli għall-marka CE, ir-rekwiżiti għall-entitajiet li jivvalutaw il-konformità u l-proċeduri ta’ notifika kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar proċeduri li jittrattaw prodotti li huma ta’ riskju huma armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni. Devjazzjonijiet speċifiċi għas-settur huma meħtieġa b'mod partikolari biex iqisu s-sitwazzjoni partikolari tal-importazzjoni privata tal-inġenji tal-ilma fl-UE.

    Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità

    Il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità disponibbli għall-manifattur għandhom ukoll jiġu stabbiliti b'referenza għad-Deċiżjoni orizzontali. Madankollu, ċerti rekwiżiti supplimentari huma stabbiliti fl-Artikolu 25 sabiex iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur fir-rigward tat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità u li huma inklużi fil-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità tad-Direttiva 94/25/KE. Apparti minn dan, il-possibbiltà li f'ċerti moduli jintużaw entitajiet interni akkreditati minflok entitajiet Innotifikati msemmija fid-Deċiżjoni orizzontali ma ġietx inkluża fid-Direttiva peress li mhix xierqa għas-settur.

    L-esperjenza wriet li sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-manifattur, huwa xieraq li jkun hemm aktar għażla tal-proċeduri ta' ċertifikazzjoni minn qabel fil-każijiet li ġejjin:

    - għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni tal-kategorija C bit-tul tal-buq minn 12 m sa 24 m fejn ġew użati standards armonizzati (kontroll tal-prodott intern +testijiet issorveljati possibbli wkoll);

    - għall-komponenti (modulu B + E possibbli).

    - Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità tal-emissjoni tal-egżost u r-rekwiżiti tal-ħsejjes, issir distinzjoni bejn il-każijiet fejn l-istandards armonizzati ġew użati fuq naħa u l-każijiet fejn dawn ma ġewx użati fuq l-oħra. Fil-każijiet tal-aħħar, huwa ġġustifikat li tinħtieġ proċedura aktar stretta għall-valutazzjoni tal-konformità mill-każijiet ta' qabel. Apparti minn dan, il-possibbiltà li tintuża d-dejta ta' referenza dwar id-dgħajjes għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-ħsejjes tħassret għax hi meqjusa superfluwa, peress li ma ntużatx fil-prattika.

    Il-Komitoloġija u l-atti Delegati

    Sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona dwar l-atti delegati, ir-regoli dwar l-adozzjoni tal-atti delegati ddaħħlu fid-Direttiva.

    Bażi legali

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

    Id-Direttiva 94/25/KE hija direttiva ta’ armonizzazzjoni totali adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat bil-għan tat-twaqqif u tat-tħaddim tas-suq intern għall-inġenji tal-ilma. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax timponi dispożizzjonijiet addizzjonali fuq il-kostruzzjoni tal-inġenji tal-ilma jew fuq l-emissjonijiet tal-egżost u tal-ħsejjes tal-inġenji tal-ilma li jeħtieġu l-modifikazzjoni tal-prodott jew li jaffettwaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tiegħu fis-suq. Għalhekk, ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/25/KE hija, safejn għandhom x’jaqsmu r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-emissjonijiet tal-egżost huma kkonċernati, fi ħdan il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5, it-tieni paragrafu, tat-Trattat tal-KE mhijiex rilevanti.

    Ta’ min jinnota li r-reviżjoni għandha l-għan li tiċċara l-ambitu ta' prodotti koperti mid-Direttiva iżda mhux li testendi jew tibdilha b'xi mod ieħor. Għalhekk, il-kwistjoni tas-sussidjarjetà fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5, it-tieni paragrafu, tat-Trattat tal-KE mhijiex rilevanti għal dan il-każ lanqas.

    Ir-rispett għall-prinċipju tas-sussidarjetà jista' jissemma fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-infurzar effettiv tad-Direttiva li ġej l-aktar mill-Qafas Legali l-Ġdid (ara wkoll 3.7.). L-esperjenza wriet li l-infurzar u sorveljanza tas-suq koerenti u effettivi ma ntlaħqux biżżejjed mill-Istati Membri waħidhom. B’konsegwenza ta’ dan, tinqala’ l-kwistjoni li jiġu stabbiliti xi rekwiżiti komuni minimi. B’riżultat tal-proposta, din l-attività tibqa’ f’idejn l-awtorità tal-awtoritajiet nazzjonali iżda xi rekwiżiti ġenerali tal-UE jiġu introdotti biex jiġi żgurat trattament ugwali, kundizzjonijiet uniformi għall-operaturi ekonomiċi, u livell simili ta’ ħarsien għaċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha.

    Proporzjonalità

    Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-modifiki proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Sabiex jitħarsu l-benefiċċji tas-suq uniku fis-settur tal-inġenji tal-ilma, kwalunkwe bidla fid-Direttiva eżistenti jkollha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. Jekk l-Istati Membri jaġixxu waħidhom, ikun hemm proliferazzjoni ta' rekwiżiti li tfixkel u ddgħajjef il-kisbiet tas-suq uniku, u aktarx twassal għal konfużjoni għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi. Il-konsegwenzi jistgħu jkunu prezzijiet ogħla għall-konsumaturi, peress li l-produtturi jkollhom jerġgħu jibdew jimxu mar-rekwiżiti speċifiċi tal-Istat Membru.

    Il-modifiki tad-Direttiva ma jimponux piż u spejjeż bla bżonn fuq l-industrija, speċjalment fuq impriżi żgħar u medja, jew amministrazzjonijiet. Xi alternattivi jikkonċernaw it-titjib taċ-ċarezza tad-Direttiva eżistenti mingħajr ma jiġu introdotti rekwiżiti sinifikanti ġodda b’implikazzjoni finanzjarja. Fejn il-modifiki għandhom impatti iktar sinifikanti, l-analiżi tal-impatti tal-għażla għandhom jipprovdu l-iktar rispons proporzjonat għall-problemi identifikati.

    L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

    M'hemm l-ebda implikazzjoni għal din il-proposta fil-baġit tal-Komunità.

    TAGħRIF ADDIZZJONALI

    Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    L-adozzjoni tal-proposta għandha twassal għar-revoka tad-Direttiva 94/25/KEE dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni.

    Żona Ekonomika Ewropea

    Il-proposta tikkonċerna ż-ŻEE u, għalhekk, għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

    2011/0197 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[11],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[12],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

    Billi:

    1. Id-Direttiva tal-Kunsill 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni[13] ġiet adottata fil-kuntest tat-twaqqif tas-suq intern sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi ta’ sikurezza tad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni fl-Istati Membri kollha u biex jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ fid-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bejn l-Istati Membri.

    2. Oriġinarjament, id-Direttiva 94/25/KE kopriet biss id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li għandhom tul minimu ta' 2,5 m u tul massimu ta' 24 m. Id-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Direttiva 94/25/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni[14] estendiet l-ambitu tad-Direttiva 94/25/KE biex tinkludi f'dik id-Direttiva l-inġenji tal-ilma personali u r-rekwiżiti integrati għall-ħarsien ambjentali billi jiġu adottati l-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost (CO, HC, Nox u l-partikulati) u l-livelli tal-limiti għall-ħsejjes għal magni tal-propulsjoni, kemm għall-magni li jaqbdu bil-kompressjoni kif ukoll għall-magni li jaqbdu bl-ispark.

    3. Id-Direttiva 94/25/KE hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandards tekniċi[15]. Għalhekk, din tistipula biss ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza fir-rigward ta' dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni, filwaqt li d-dettalji tekniċi huma adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elektroteknika (Cenelec) skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi[16]. Il-konformità mal-istandards armonizzati stabbiliti b’dan il-mod, li n-numru ta’ referenza tagħhom huwa ppubblikat f 'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 94/25/KE. L-esperjenza wriet li dawn il-prinċipji bażiċi ħadmu sewwa f'dan is-settur tal-ġugarelli u għandhom jinżammu u anki jkomplu jiġu promossi.

    4. L-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq tal-ġugarelli, madankollu, qajmu kwistjonijiet ġodda fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali tad-Direttiva 94/25/KE. Sabiex jitqiesu dawk l-iżviluppi u biex ikun hemm kjarifika fir-rigward tal-qafas li fi ħdanu il-prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq, ċerti aspetti tad-Direttiva 94/25/KEE għandhom jiġu riveduti u mtejba u, fl-interessi taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi sostitwita minn din id-Direttiva.

    5. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[17] jistipula dispożizzjonijiet orizzontali dwar l-akkreditament tal-entitajiet li jivvalutaw il-konformità, dwar il-marka CE u dwar il-qafas tal-Unjoni għas-sorveljanza tas-suq, u l-kontrolli ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, li huma wkoll applikabbli għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva.

    6. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[18] tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, l-oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati, ir-regoli għall-marki CE, ir-rekwiżiti għall-entitajiet li jivvalutaw il-konformità u l-proċeduri ta’ notifika kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċeduri marbuta ma’ prodotti ta’ riskju għandhom jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni.

    7. L-ambitu u d-definizzjonijiet tad-Direttiva 94/25/KE għandhom jiġu kkjarifikati sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-manifatturi u l-awtoritajiet nazzjonali. B'mod partikolari, għandu jiġi ċċarat li dgħajjes anfibji huma esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Huwa wkoll neċessarju li jiġi speċifikat liema tip ta' kenuri u kayaks huma esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva u li jiġi ċċarat li huma biss l-inġenji tal-ilma personali maħsuba għall-isport u d-divertiment li huma koperti minn din id-Direttiva.

    8. Jixraq ukoll li jkun hemm definizzjonijiet ta' "inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali" u ta' "importatur privat" li huma speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva.

    9. Il-prodotti koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li jitħaddmu għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tal-irwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza u l-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, u biex tiġi garantita kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

    10. L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva ma jipperikolawx is-sikurezza u s-saħħa tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent meta mibnija u mantenuti b'mod korrett, u li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-prodotti biss li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti. Din id-Direttiva għandha tipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

    11. Billi ċertu xogħol jista’ jsir mill-manifattur biss, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar 'l isfel fil-katina ta’ distribuzzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, peress li l-importatur idaħħal prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni. L-importatur għalhekk għandu jassigura li dawn il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli.

    12. Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha ta' valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

    13. Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva li jidħlu fis-suq tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta' valutazzjoni xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti. Għaldaqstant, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq prodotti li ma jikkonformawx ma' dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għall-istess raġuni, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marka tal-prodott u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza.

    14. Fejn id-distributur jagħmel disponibbli prodott, kopert minn din id-Direttiva, fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, dan għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jassigura li t-trattament tal-prodott min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tiegħu. Iżda, wieħed jistenna li kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri jaġixxu bil-kura dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq.

    15. Meta jqiegħdu prodott kopert minn din id-Direttiva fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-prodott isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura ta' komponent ma jippermettux din l-identifikazzjoni.

    16. Kwalunkwe operatur ekonomiku li jqiegħed prodott f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

    17. Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu aktar involuti fil-kompiti ta' sorveljanza tas-suq li jsiru minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv billi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-prodott ikkonċernat.

    18. L-importazzjoni tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u tal-inġenji tal-ilma personali minn individwi privati minn pajjiżi terzi għall-Unjoni hija karatteristika ta' dan is-settur. Madankollu, id-Direttiva 94/25/KE tinkludi biss dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-obbligi tal-importaturi privati fir-rigward tat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità (valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni). Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu ċċarati l-obbligi l-oħra tal-importaturi privati li fil-prinċipju għandhom jiġu armonizzati ma' dawk tal-manifattur, b'ċerti eċċezzjonijiet relatati man-natura mhux kummerċjali tal-attivitajiet tagħhom.

    19. Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà ta' prodott fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta' traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza biex jittraċċaw lill- operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq prodott mhux konformi.

    20. Għal raġunijiet ta' ċarezza u konsistenza mad-Direttivi l-oħra dwar l-Approċċ il-Ġdid, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat espliċitament li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitħaddmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali li ma jkunux ta' periklu għas-sikurezza u s-saħħa tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent u dan biss jekk jissodisfaw ir-rewkiżiti essenzjali stabbiliti f'din id-Direttiva.

    21. L-alternattivi biex ikomplu jitnaqqsu l-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost tal-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni ġew ivvalutati fir-Rapport dwar il-Possibilitajiet ta' aktar titjib fil-karatteristiċi ambjentali tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni, imressaq skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/44/KE, li temenda d-Direttiva 94/25/KE li għandha x’taqsam mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni[19]. Dan ir-rapport ikkonkluda li huwa xieraq li jkun hemm limiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/44/KE. Dawn il-limiti għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jirrifletti l-iżvilupp tekniku ta' teknoloġiji tal-magni tal-baħar u li jippermetti żvilupp lejn l-armonizzazzjoni ta' limiti għall-emissjonijiet tal-egżost madwar id-dinja kollha. Il-limiti tas-CO, madankollu, għandhom jiżdiedu sabiex jippermettu li jkun hemm tnaqqis sinifikanti ta' inkwinanti tal-arja oħra filwaqt li jiżguraw li l-kosti tal-konformità għall-industrija jibqgħu proporzjonati.

    22. Għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test għall-magni f'applikazzjonijiet tal-baħar deskritti fl-istandard ISO rilevanti, skont il-fjuwil u l-kategorija ta' qawwa tagħhom.

    23. Il-fjuwils tat-test użati fil-valutazzjoni tal-konformità mal-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost għandhom jirriflettu l-kompożizzjoni tal-fjuwils użati fis-suq rilevanti, u għaldaqstant il-fjuwils Ewropej tat-test għandhom jintużaw fit-tip approvat mill-Unjoni. Madankollu, peress li l-manifatturi minn pajjiżi terzi jista' ma jkollhomx aċċess għall-fjuwils Ewropej ta' referenza, hemm bżonn li l-awtoritajiet li jagħtu l-approvazzjoni jitħallew jaċċettaw li l-magni jiġu ttestjati bi fjuwils ta' referenza oħrajn. L-għażla tal-fjuwils ta' referenzja għandha madankollu tkun limitata għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-istandard ISO rilevanti sabiex tiġi żgurata l-kwalità u t-tqabbil tar-riżultati tat-test.

    24. Huwa xieraq li jiġi adottat rekwiżit ġdid biex jimponi l-installazzjoni mandatorja għal tankijiet kontenituri għal dgħajjes li għandhom tojlit sabiex ikun hemm aktar ħarsien ambjentali tal-baħar.

    25. L-istatistiċi dwar l-inċidenti juru li r-riskju li dgħajsa b'aktar minn buq wieħed tinqaleb huwa baxx ħafna. Minkejja dan ir-riskju baxx, huwa xieraq li jiġi previst li r-riskju ta' qlib għandu jiġi kkunsidrat ukoll għal dgħajsa b'aktar minn buq wieħed, sabiex ikun biss f'każ ta' dgħajsa b'aktar minn buq wieħed li mhix suxxettibbli għall-qlib li ma jkunx hemm bżonn ta' konformità mar-rekwiżiti dwar kif wieħed jista' jżomm fil-wiċċ u jaħrab f'każ ta' qlib.

    26. Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jistabilixxu tali rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa għan-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet għall-iskop tal-ħarsien tal-ambjent, tal-istruttura tal-passaġġi tal-ilma, u l-assigurazzjoni tas-sikurezza fil-passaġġi tal-ilma, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jeħtieġu modifika għall-inġenju tal-ilma li tkun konformi ma' din id-Direttiva.

    27. Il-marka CE, li tindika l-konformità ta' prodott, hija r-riżultat viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni ta' konformità f'sens wiesa'. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Ir-Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE fuq l-inġenju tal-ilma, il-komponenti u l-magni għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva. Huwa xieraq li l-obbligu biex ikun hemm twaħħil tal-marka CE jitwessa' biex jinkludi wkoll il-magni interni kollha u l-magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat li huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stipulati f'din id-Direttiva.

    28. Huwa kruċjali li kemm il-manifatturi kif ukoll l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott.

    29. Il-marka CE għandha tkun l-unika marka ta' konformità li tindika li l-prodott kopert minn din id-Direttiva ikun konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Madankollu, għandhom jitħallew jiġu wżati marki oħra sakemm dawn jgħinu biex itejbu l-ħarsien tal-konsumatur u ma jkunux koperti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

    30. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti b'referenza għall-moduli li jivvalutaw il-konformità stipulati fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu mfassla fid-dawl tal-livell tar-riskju li jista' jkun hemm marbut mal-inġenji tal-ilma, il-magni u l-komponenti tagħhom. Għaldaqstant, kull kategorija ta' konformità għandha tiġi supplimentata bi proċedura xierqa jew għażla bejn diversi proċeduri ekwivalenti.

    31. L-esperjenza wrietna li huwa xieraq li jkun hemm varjetà akbar ta' moduli li jivvalutaw il-konformità fil-każijiet li ġejjin: għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni tal-kategorija C bit-tul tal-buq minn 12 m sa 24 m fejn ġew użati standards armonizzati kemm għalihom kif ukoll għall-komponenti. Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità tal-emissjoni tal-egżost u r-rekwiżiti tal-ħsejjes, għandha issir distinzjoni bejn il-każijiet fejn l-istandards armonizzati ġew użati u l-każijiet fejn dawn ma ġewx użati, peress li f'dawn tal-aħħar jagħmel sens li tintalab proċedura li tivvaluta l-konformità li tkun aktar stretta. Apparti minn dan, il-possibbiltà li tintuża d-dejta ta' referenza dwar id-dgħajjes għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għandha tiġi meqjusa superfluwa, peress li ma ntużatx fil-prattika.

    32. Id-Direttiva 94/25/KE tinkludi regoli dwar il-valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni ta' dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni li titwettaq minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed il-prodott fis-suq f'sitwazzjonijiet, fejn la l-manifattur, u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jissodisfa r-responsabbiltajiet għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti mad-Direttiva. Għal raġunijiet ta' konsistenza, huwa xieraq li l-ambitu ta' din il-proċedura jiġi estiż biex ikopri mhux biss dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni imma wkoll inġenji tal-ilma personali. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandu jiġi speċifikat eżattament f'liema sitwazzjonijiet u minn min tista' tiġi użata din il-proċedura. Apparti dan, fir-rigward tal-importazzjoni, l-użu tiegħu għandu jkun ristrett għal każijiet ta' importazzjoni għal raġunijiet mhux kummerċjali minn importaturi privati biex jevitaw l-abbuż ta' din il-proċedura għal skopijiet kummerċjali. Tinħass ukoll il-ħtieġa li l-obbligi tal-persuna li titlob valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni jitwessgħu biex il-persuna tintalab tipprovdi dokumenti lill-entità Notifikata sabiex tiġi żgurata valutazzjoni affidabbli tal-konformità tal-prodott mill-entità Nnotifikata.

    33. Billi jinħtieġ livell għoli b’mod uniformali ta’ rendiment mill-entitatjiet li jwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva madwar l-Unjoni, u billi dawn l-entitajiet kollha għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-entitajiet li jivvalutaw il-konformità li jkunu jixtiequ li jiġu nnotifikati sabiex jipprovdu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont din id-Direttiva.

    34. Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ kwalità fir-rendiment tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva, jeħtieġ mhux biss li jiġu konsolidati r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw l-entitajiet li jivvalutaw il-konformità li jixtiequ jiġu nnotifikati, imma wkoll, b’mod parallel, li jkunu stabbiliti r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw l-awtoritajiet li jinnotifikaw u entitajiet oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ ta’ entitajiet innotifikati.

    35. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jikkumplimenta u jsaħħaħ il-qafas eżistenti għas-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, inklużi l-prodotti koperti minn din id-Direttiva. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq ta' dawk il-prodotti b'konformità ma’ dak ir-Regolament, u fejn applikabbli b'konformità mad-Direttiva 2001/95/KE.

    36. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar, jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Kummissjoni li teżamina l-ġustifikazzjoni għall-miżura meħuda minn Stat Membru kontra prodotti li huwa jikkunsidra li mhumiex konformi, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u applikata b’mod uniformi u biex jintużaw il-ħiliet esperti disponibbli fl-Istati Membri.

    37. Is-sistema eżistenti għandha tkun ikkumplimentata bi proċedura li tħalli partijiet interessati li jkunu infurmati b’miżuri meħuda fir-rigward ta' prodotti koperti minn din id-Direttiva li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni jew kwistjonijiet oħra ta’ ħarsien tal-interess pubbliku. Għandha tippermetti l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

    38. F’każ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru ma jkunx hemm ħtieġa li l-Kummissjoni tinvolvi lilha nnifisha aktar.

    39. Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u evidenza xjentifika ġdida, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda t-Taqsima 2 tal-Parti B u t-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I, ħlief fil-każ ta' modifiki diretti jew indiretti fil-valuri għall-emissjoni tal-ħsejjes u fil-valuri tal-proporzjon Froude u P/D, u l-Annessi V, VII u IX. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, inkluż dak fil-livell ta' esperti.

    40. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    41. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan id-Direttiva, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[20].

    42. L-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti li jiżguraw li din id-Direttiva tkun applikata b'mod uniformi, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet supplimentari previsti fl-Artikolu 25 dwar il-proċeduri li jivvalutaw il-konformità, u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes, il-pjanċa ta' min jibni, il-prevenzjoni tal-iskarika u d-dwal ta' navigazzjoni.

    43. Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-effiċjenza ta' din id-Direttiva, għandu jiġi previst li l-Istati Membri jibagħtu rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha mbagħad tfassal u tippubblika sommarju tar-rapporti.

    44. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

    45. Sabiex il-manifatturi u operaturi ekonomiċi oħra jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva, jeħtieġ li jkun stabbilit perjodu tranżizzjonali ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva li matulhom il-prodotti li jkunu konformi mad-Direttiva 94/25/KEE jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

    46. Id-Direttiva 94/25/KEE għandha għaldaqstant tiġi rrevokata.

    47. Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, primarjament li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent filwaqt li jkun garantit it-tħaddim tas-suq intern billi jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati ta’ sikurezza għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva u rekwiżiti minimi għas-sorveljanza tas-suq, ma jistgħax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba fl-iskala u l-effett tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    KAPITOLU I DISPOżIZZJONIJIET ġENERALI

    Artikolu 1 Suġġett

    Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-manifattura tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) u r-regoli dwar il-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni.

    Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

    48. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin:

    49. inġenji għar-rikreazzjoni u inġenji għar-rikreazzjoni parzjalment kompletati;

    50. inġenji tal-ilma personali;

    51. il-komponenti elenkati fl-Anness II meta jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni separatament, minn hawn 'il quddiem imsejħa "komponenti";

    52. magni ta' propulsjoni li huma installati jew maħsuba speċifikamentbiex jiġu installati fl-inġenji tal-ilma jew fuqhom;

    53. magni ta' propulsjoni installati fl-inġenji tal-ilma jew fuqhom li huma suġġetti għal modifika kbira tal-magna;

    54. inġenji tal-ilma li huma suġġetti għal konverżjoni kbira tal-inġenju.

    55. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti li ġejjin:

    56. fir-rigward tar-rekwiżiti tad-disinn u l-kostruzzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I:

    (i) inġenji tal-ilma maħsuba biss għat-tlielaq, inklużi dgħajjes tal-qdif għat-tlielaq u dgħajjes tal-qdif għat-taħriġ, identifikati bħala tali mill-manifattur;

    (ii) kenuri u kayaks iddisinjati biex jitmexxew biss permezz tal-pallelli, gondoli u pedalos;

    (iii) surfboards bil-qlugħ;

    (iv) surfboards, inklużi surfboards b'magna;

    (v) inġenji tal-ilma storiċi oriġinali u repliki individwali tagħhom iddisinjati qabel l-1950, mibnija prinċipalment bil-materjal oriġinali u identifikati bħala tali mill-manifattur;

    (vi) inġenji tal-ilma sperimentali, bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux sussegwentement imqiegħda fis-suq tal-Unjoni;

    (vii) inġenji tal-ilma mibnija għall-użu proprju, bil-kundizzjoni li ma jkunux sussegwentement imqiegħda fis-suq tal-Unjoni matul perjodu ta' ħames snin;

    (viii) iġenji tal-ilma maħsuba speċifikament biex ikollhom ekwipaġġ u jġorru l-passiġġieri għal finijiet kummerċjali, b'mod partikolari dawk definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22], irrispettivament mill-għadd ta' passiġġieri;

    (ix) sommerġibbli;

    (x) vetturi bil-kuxxinett tal-arja;

    (xi) aliskafi;

    (xii) inġenji tal-ilma ta' kombustjoni esterna misjuqa bil-fwar, li jaħdmu bil-faħam, il-kokk, l-injam, iż-żejt jew il-gass;

    (xiii) inġenji anfibji;

    57. fir-rigward tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egożt stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I:

    (i) magni ta' propulsjoni installati jew speċifikament maħsuba għal installazzjoni fuq il-prodotti li ġejjin:

    - inġenji tal-ilma maħsuba biss għat-tlielaq u identifikati bħala tali mill-manifattur;

    - inġenji tal-ilma sperimentali, bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux sussegwentement imqiegħda fis-suq tal-Unjoni;

    - inġenji tal-ilma maħsuba speċifikament biex ikollhom ekwipaġġ u jġorru l-passiġġieri għal finijiet kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3), b'mod partikolari dawk definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/87/KE u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/45/KE, irrispettivament mill-għadd ta' passiġġieri;

    - sommerġibbli;

    - vetturi bil-kuxxinett tal-arja;

    - aliskafi;

    - inġenji anfibji;

    (ii) repliki oriġinali u individwali ta' magni storiċi ta' propulsjoni, li d-disinn tagħhom imur lura qabel l-1950, mhux prodotti fis-serje u mgħammra fuq inġenji tal-ilma msemmija fil-punti (v) u (vii) tal-punt (a);

    (iii) magni ta' propulsjoni mibnija għal użu proprju bil-kundizzjoni li ma jitqiegħdux sussegwentement fis-suq Komunitarju matul perjodu ta' ħames snin;

    58. fir-rigward tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ħsejjes imsemmija fil-Parti C tal-Anness I:

    (i) l-inġenji kollha msemmija fil-punt (b),

    (ii) inġenji tal-ilma mibnija għall-użu proprju, bil-kundizzjoni li ma jkunux sussegwentement imqiegħda fis-suq tal-Unjoni matul perjodu ta' ħames snin.

    59. Il-fatt li l-istess inġenji tal-ilma jistgħu jintużaw għall-kiri jew għat-taħriġ fl-użu tad-dgħajjes għar-rikreazzjoni ma għandux iżommhom milli jkunu koperti minn din id-Direttiva meta jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni għal finijiet ta' rikreazzjoni.

    Artikolu 3 Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    60. "inġenji tal-ilma" tfisser kwalunkwe inġenju għar-rikreazzjoni jew inġenju tal-ilma personali;

    61. "inġenji għar-rikreazzjoni" tfisser kwalunkwe dgħajsa ta' kwalunkwe tip maħsuba għal finijiet ta' sports u divertiment, li l-buq tagħha jkun twil bejn 2,5 m u 24 m, imkejjel skont l-istandard armonizzat, irrispettivament mill-mezzi ta' propulsjoni;

    62. "inġenji tal-ilma personali" tfisser inġenji tal-ilma maħsuba għal finijiet ta' sports u divertiment b'tul ta' inqas minn 4 m li jużaw magna ta' kombustjoni interna li għandha pompa bil-ġett tal-ilma bħala s-sors ta' propulsjoni primarju tagħha u maħsuba biex titħaddem minn persuna jew persuni bilqiegħda, bilwieqfa jew għarkopptejhom fuq il-buq, minflok ġewwa fih;

    63. "inġenji tal-ilma mibnija għal użu proprju" tfisser inġenju tal-ilma mibni mill-utent futur tiegħu għall-użu tiegħu u li ma nbeniex parzjalment jew kompletament minn operatur ekonomiku għal persuna privata skont ftehim kuntrattwali.

    64. "magna ta' propulsjoni" tfisser kwalunkwe magna ta' kombustjoni interna, li taqbad bl-ispark jew bil-kompressjoni, użata għal finijiet ta' propulsjoni;

    65. "modifika kbira tal-magna" tfisser il-modifika ta' magna li tista' potenzjalment twassal biex il-magna taqbeż il-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I jew iżżid is-saħħa nominali b'aktar minn 15 %;

    66. "konverżjoni kbira tal-inġenju" tfisser konverżjoni ta' inġenju tal-ilma li tbiddel il-mezz ta' propulsjoni tal-inġenju tal-ilma, tinvolvi modifika kbira tal-magna, jew tbiddel l-inġenju tal-ilma sa tali punt li dan jitqies inġenju tal-ilma ġdid;

    67. "mezz ta' propulsjoni" tfisser il-metodu mekkaniku li bih jinsaq l-inġenju tal-ilma:

    68. "familja tal-magna" tfisser ir-raggruppament tal-magni mill-manifattur, li, permezz tad-disinn tagħhom, ikollhom karatteristiċi simili ta' emissjonijiet tal-egżost jew tal-ħsejjes u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost jew tal-ħsejjes ta' din id-Direttiva;

    69. “isir disponibbli fis-suq” tfisser kull provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk bla ħlas;

    70. "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

    71. "it-tqegħid fis-servizz" tfisser l-ewwel użu ta' prodott kopert mid-Direttiva fl-Unjoni mill-utent aħħari tiegħu;

    72. "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha tali prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;

    73. “rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub mill-manifattur biex taġixxi f'ismu fir-rigward ta' kompiti speċifiċi;

    74. "importatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

    75. "importatur privat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li matul attività mhux kummerċjali, timporta fl-Unjoni prodott minn pajjiż terz, bil-ħsieb li tqiegħdu fis-servizz għall-użu tagħha stess.

    76. “distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta' provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq;

    77. “operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

    78. “standard armonizzat” tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE fuq il-bażi ta’ talba magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva;

    79. "akkreditazzjoni" tfisser akkreditazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

    80. "korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni" tfisser korp tal-akkreditazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

    81. “valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva marbuta ma’ prodott ġewx sodisfatti;

    82. "korp tal-valutazzjoni tal-konformità" tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;

    83. “teħid lura” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

    84. “irtirar” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

    85. "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni u li dawn ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta' protezzjoni tal-interess pubbliku;

    86. “marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

    87. "leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni" tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti.

    Artikolu 4 Rekwiżiti essenzjali

    88. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) jistgħu biss isiru disponibbli jew jitqiegħdu fis-servizz għall-użu skont l-għan maħsub tagħhom jekk ma jipperikolawx is-sikurezza u s-saħħa tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent meta jinbnew u jinżammu b'mod korrett, u b'kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I.

    89. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) ma jitqiegħdux fis-suq jew ma jitqiegħdux fis-servizz sakemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

    Artikolu 5 Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar in-navigazzjoni

    Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet dwar in-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet bl-għan li jitħarsu l-ambjent u l-istruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u jiżguraw is-sikurezza tal-passaġġi fuq l-ilma, bil-kundizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux il-modifika tal-inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 6 Moviment liberu

    90. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom ta' inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

    91. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' inġenji tal-ilma parzjalment kompletati fejn il-manifattur jew l-importatur jiddikjara, skont il-Parti A tal-Anness III, li dawn huma maħsuba biex jiġu kompletati minn oħrajn.

    92. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-suq ta' komponenti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva, li huma maħsuba biex jiġu inkorporati fl-inġenji tal-ilma, skont id-dikjarazzjoni tal-manifattur jew l-importatur imsemmija fil-Parti B tal-Anness III.

    93. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-ebda wieħed mill-prodotti li ġejjin:

    94. il-magni ta' propulsjoni, kemm jekk installati fl-inġenji tal-ilma kemm jekk le, li jikkonformaw ma' din id-Direttiva;

    95. magni tat-tip approvat skont id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23] li huma konformi mal-istadju IIIA, IIIB jew l-istadju IV li jirregolaw il-limiti ta' emissjoni għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni użati f'applikazzjonijiet oħra għajr il-propulsjoni ta' lokomottivi, vaguni tal-ferrovija u bastimenti tal-passaġġ fuq l-ilma intern, kif previst fil-punt 4.1.2. tal-Anness I ta' dik id-Direttiva;

    96. magni tat-tip approvat skont id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24] fejn il-manifattur jiddikjara skont il-punt 9 tal-Anness IV li l-magna se tissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta' din id-Direttiva meta tiġi installata f'inġenju tal-ilma skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur.

    97. Fil-fieri kummerċjali, wirjiet, dimostrazzjonijiet u avvenimenti oħra simili, l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b'mod ċar li dawn il-prodotti ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva u mhumiex se jkunu disponibbli jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni qabel ma jkunu jikkonformaw.

    KAPITOLU II OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIċI

    Artikolu 7 Obbligi tal-manifatturi

    98. Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.

    99. Il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 26 u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli, jew jiżguraw li din titwettaq skont l-Artikoli 20 sa 23 u l-Artikolu 25.

    Fejn ikun intwera, permezz ta' dik il-proċedura, li prodott ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom iħejju dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, kif imsemmi fl-Artikolu 16 u jwaħħlu l-marka CE kif stabbilit fl-Artikolu 18(1).

    100. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformita tal-UE għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

    101. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi. It-tibdil fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott u t-tibdil fl-istandards armonizzati li b'rabta magħhom ġiet iddikjarata l-konformità tal-prodott, għandhom jitqiesu b'mod xieraq.

    Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji ta' prodotti disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' teħid lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

    102. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom fuqhom in-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-komponenti ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott, skont il-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I.

    103. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

    104. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza pprovduti b’lingwa jew b'lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

    105. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

    106. Il-manifatturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkoperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

    Artikolu 8 Rappreżentanti awtorizzati

    107. Manifattur, permezz ta’ mandat bil-miktub, jista’ jaħtar rappreżentant awtorizzat.

    108. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

    109. Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat mogħti lilu mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex jagħmel mill-inqas dan li ġej:

    110. li jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq;

    111. fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, huwa għandu jipprovdi dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;

    112. jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

    Artikolu 9 Obbligi tal-importaturi

    113. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss dawk il-prodotti li jkunu konformi.

    114. Qabel ma prodott jitqiegħad fis-suq, l-importatur għadu jiżgura li l-proċedura xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 16 u l-punt 2.5 tal-parti A tal-Anness I, il-punt 4 tal-parti B tal-Anness I u l-punt 2 tal-parti C tal-Anness I u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6).

    Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jgħarraf lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

    115. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, fil-każ tal-komponenti, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott.

    116. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza pprovduti b’lingwa jew b'lingwi li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

    117. L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.

    118. Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, l-importaturi, għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu testijiet kampjunarji ta' prodotti kummerċjalizzati, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' teħid lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

    119. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

    120. L-importaturi għandhom, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

    121. L-importaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkoperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu qiegħdu fis-suq.

    Artikolu 10 Obbligi tad-distributuri

    122. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b'rabta mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

    123. Qabel ma jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 16 u l-punt 2.5 tal-parti A tal-Anness I, il-punt 4 tal-parti B tal-Anness I u l-punt 2 tal-parti C tal-Anness I kif ukoll minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew b'lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru li fih il-prodott irid isir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3).

    Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, dan ma għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jgħarraf lill-manifattur jew l-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, dwar dan.

    124. Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.

    125. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

    126. Id-distributuri għandhom, fuq talba li ssirilhom minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu lil dik l-awtorità, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott. Dawm għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

    Artikolu 11 Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

    Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7, fejn ikun qiegħed prodott fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika prodott li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 12 Obbligi ta' importaturi privati

    127. Jekk la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni ma jissodisfa r-responsabbiltajiet marbuta mal-konformità tal-prodott b'din id-Direttiva, importatur privat għandu jwettaq l-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 u l-paragrafi 7 u 9 tal-Artikolu 7, jew jiżgura li dawn jitwettqu.

    128. Jekk id-dokumentazzjoni teknika meħtieġa mhijiex disponibbli mill-manifattur, l-importatur privat għandu jara li din titfassal permezz tal-kompetenza xierqa, li tista' tinkludi Korp notifikat li mhuwiex involut fil-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott ikkonċernat.

    129. L-importatur privat għandu jiżgura li fuq il-prodott ikun hemm immarkati l-isem u l-indirizz tal-Korp notifikat li jkun wettaq il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott.

    Artikolu 13 Identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi

    130. L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

    131. kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott;

    132. kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bi prodott.

    L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.

    133. L-importaturi privati għandhom, fuq talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:l-operatur ekonomiku li jkun fornihom bil-prodott.

    L-importaturi privati għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott.

    KAPITOLU III KONFORMITÀ TAL-PRODOTT

    Artikolu 14 Preżunzjoni ta' konformità

    Il-prodotti li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Anness I.

    Artikolu 15 Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati

    134. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti li jkopri u li huma stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jippreżenta l-każ tiegħu. Il-Kumitat, wara li jkun ikkonsulta mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni rilevanti, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

    135. Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b'mod ristrett, li żżomm, li żżomm b'mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minnu.

    136. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp Ewropew ta’ standardizzazzjoni kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jkunu riveduti l-istandards armonizzati kkonċernati.

    Artikolu 16 Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

    137. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I ġew sodisfatti.

    138. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell speċifikat fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 768/2008/KE u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Din għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu l-prodott ikun disponibbli jew imqiegħed fis-servizz.

    139. Billi jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur jew l-importatur privat għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott.

    140. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha dejjem takkumpanja dan li ġej:

    141. l-inġenji tal-ilma u għandha tiġi inkluża fil-manwal tas-sid imsemmi fil-punt 2.5 tal-Parti A tal-Anness I;

    142. il-komponenti meta jitqiegħdu fis-suq separatament;

    143. il-magni ta' propulsjoni u għandha tiġi inkluża fil-manwal tas-sid imsemmi fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I.

    Artikolu 17 Prinċipji ġenerali tal-marka CE

    Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

    Artikolu 18 Prodotti suġġetti għall-marka CE

    144. Il-prodotti li ġejjin għandu jkollhom fuqhom il-marka CE meta jsiru disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz:

    145. l-inġenji tal-ilma u l-komponenti li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fl-Anness I;

    146. magni li jitqiegħdu fuq barra tad-dgħajsa li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness I;

    147. magni li jinsaqu mill-poppa bl-egżost integrat li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness I;

    148. magni interni u magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness I.

    149. L-Istati Membri għandhom jassumu li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom il-marka CE jkunu konformi ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 19 Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

    150. Il-marka CE għandha titwaħħal b'mod li tkun tidher, tista' tinqara u ma titħassarx, mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 18(1). Fil-każ tal-komponenti, fejn dan mhuwiex possibbli jew mhuwiex iġġustifikat minħabba d-daqs jew in-natura ta' dak il-prodott, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ jew mad-dokumenti ta' akkumpanjament.

    151. Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Taħt il-marka CE u n-numru ta' identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jkun hemm pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

    152. Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta' kontroll tal-produzzjoni.

    In-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew fuq istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    KAPITOLU IV VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

    Artikolu 20 Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli

    153. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu japplika l-proċeduri stabbiliti fil-moduli msemmija fl-Artikoli 21, 22 u 23 qabel ma jqiegħed fis-suq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1).

    154. L-importatur privat għandu japplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 qabel ma jqiegħed fis-servizz il-prodott imsemmi fl-Artikolu 2(1), jekk la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun wettaq il-valutazzjoni ta' konformità għall-prodott ikkonċernat.

    155. Kull persuna li tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz magna jew inġenju tal-ilma wara modifikazzjoni jew konverżjoni kbira tiegħu jew kull persuna li tbiddel l-iskop maħsub ta' inġenju tal-ilma mhux kopert minn din id-Direttiva b'mod li jaqa' fl-ambitu tagħha, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 qabel ma tqiegħed il-prodott fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz.

    156. Kull persuna li tqiegħed fis-suq inġenju tal-ilma mibni għal użu proprju qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-punt (vii) tal-Artikolu 2(2)(a) għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 qabel ma tqiegħed il-prodott fis-suq.

    Artikolu 21 Disinn u kostruzzjoni

    157. Fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni ta' inġenji għar-rikreazzjoni, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE li ġejjin:

    158. Għall-kategoriji A u B imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I.

    (i) Għal inġenji għar-rikreazzjoni b'tul ta' 2,5 m sa 12 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    - il-modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott),

    - il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F,

    - il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    - il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    (ii) Għal inġenji għar-rikreazzjoni b'tul ta' 12 m sa 24 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    - il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F,

    - il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    - il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    - Għall-kategorija C imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I.

    (i) Għal inġenji għar-rikreazzjoni b'tul ta' 2,5 m sa 12 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    - fejn ikun hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: il-modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni), modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott), il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità) jew il-modulu H (konformità abbażi ta' assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    - fejn ma jkunx hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: il-modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott), il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità) jew il-modulu H (konformità abbażi ta' assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    (ii) Għal inġenji għar-rikreazzjoni b'tul ta' 12 m sa 24 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    - fejn ikun hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: Il-modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott), il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità); jew il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    - fejn ma jkunx hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità) jew il-modulu H (konformità abbażi ta' assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    - għall-kategorija D imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I:

    (i) għal inġenji għar-rikreazzjoni b'tul ta' 2,5 m sa 24 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    - il-modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni)

    - il-modulu A1 (il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott),

    - il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F,

    - il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    - il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

    - Fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-inġenji tal-ilma personali, għandha tapplika kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

    - il-modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni)

    - il-modulu A1 (il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott),

    - il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F,

    - il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    - il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

    - Fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni ta' komponenti, għandha tapplika kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

    - il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F,

    - il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    - il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

    Artikolu 22 Emissjonijiet tal-egżost

    Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (e), il-manifattur tal-magna jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fl-Unjoni għandu japplika l-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

    159. meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    (i) il-modulu B (l-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F,

    (ii) il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    (iii) il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    160. meta t-testijiet jitwettqu mingħajr l-użu tal-istandard armonizzat, il-modulu B flimkien mal-modulu C1.

    Artikolu 23 Emissjonijiet ta' ħsejjes

    161. Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għall-inġenji għar-rikreazzjoni mgħammra b'magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat jew magni ta' propulsjoni interni kif ukoll tal-inġenji għar-rikreazzjoni mgħammra b'magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat jew b'magni ta' propulsjoni interni, li huma suġġetti għal konverżjoni kbira tal-inġenju u sussegwentement imqiegħda fis-suq tal-Unjoni fi żmien ħames snin mill-konverżjoni, il-manifattur tal-inġenju jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

    162. meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    (i) il-modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott);

    (ii) il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    (iii) il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    163. Meta t-testijiet jitwettqu mingħajr l-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    164. Meta għall-valutazzjoni jintużaw in-numru Froude u l-metodu tal-proporzjon tas-saħħa u taċ-ċilindrata, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

    (i) il-modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni);

    (ii) il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    (iii) il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

    165. Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għall-inġenji tal-ilma personali kif ukoll il-magni li jitqiegħdu fuq barra tad-dgħajsa u magni li jinsaqu mill-poppa bl-egżost integrat biex jiġu installati fuq l-inġenji għar-rikreazzjoni, il-manifattur tal-inġenju tal-ilma personali jew tal-magna għandu japplika l-proċeduri li ġejjin stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

    166. Meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes:

    (i) il-modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott);

    (ii) il-modulu G. (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

    (iii) il-modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

    167. Meta t-testijiet jitwettqu mingħajr l-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità).

    Artikolu 24 Valutazzjoni wara l-kostruzzjoni

    Il-valutazzjoni wara l-kostruzzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2), (3) u (4) għandha titwettaq kif stabbilit fl-Anness V.

    Artikolu 25 Rekwiżiti supplimentari

    168. Meta jintuża l-Modulu B tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, l-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE għandha titwettaq bil-mod speċifikat fit-tieni inċiż tal-punt 2 ta' dak il-modulu.

    It-tip ta' produzzjoni msemmi fil-Modulu B jista' jkopri diversi verżjonijiet tal-prodott b'kundizzjoni li d-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx il-livell ta' sikurezza u r-rekwiżiti l-oħra rigward il-prestazzjoni tal-prodott.

    169. Meta jintuża l-modulu A1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-kontrolli tal-prodotti għandhom jitwettqu fuq wieħed jew bosta inġenji tal-ilma, li jirrappreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur u għandhom japplikaw ir-rekwiżiti supplimentari stabbiliti fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.

    170. Il-possibbiltà li jintużaw korpi interni akkreditati msemmija fil-moduli A1 u C1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE ma għandhiex tkun applikabbli.

    171. Meta jintuża l-modulu F tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-proċedura deskritta fl-Anness VII ta' din id-Direttiva għandha tapplika għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost.

    172. Meta jintuża l-Modulu C tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta' din id-Direttiva u jekk il-manifattur ma jkunx qed jaħdem taħt sistema ta' kwalità rilevanti kif deskritt fil-modulu H tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq il-kontrolli tal-prodott jew jassigura li dawn jitwettqu f'intervalli aleatorji determinati minn dak il-korp, sabiex tiġi verifikata l-kwalità tal-kontrolli interni fuq il-prodott. Meta l-livell ta' kwalità jidher mhux sodisfaċenti jew meta jidher neċessarju li tiġi verifikata l-validità tad-dejta ppreżentata mill-manifattur, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Anness VIII ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 26 Dokumentazzjoni teknika

    173. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) għandha tinkludi d-dejta jew id-dettalji rilevanti kollha tal-mezzi użati mill-manifattur biex jiġi żgurat li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I. Din għandha, b'mod partikolari, tinkludi d-dokumenti elenkati fl-Anness IX.

    174. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li jinftiehmu d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott, u għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva.

    KAPITOLU V NOTIFIKA TAL-KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

    Artikolu 27 Notifika

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jwettqu kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi, skont din id-Direttiva.

    Artikolu 28 Awtoritajiet tan-notifika

    175. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità ta' notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u għall-monitoraġġ tal-korpi notifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34.

    176. l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

    177. Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew b'xi mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29. Barra minn hekk, dak il-korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet li jiġu mill-attivitajiet tiegħu.

    178. L-awtorità tan-notifika għandha tieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

    Artikolu 29 Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

    179. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu stabbiliti b’mod li ma jseħħ l-ebda kunflitt ta’ interess ma’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.

    180. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu organizzati u jiffunzjonaw b’mod li jissalvagwardjaw l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom.

    181. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu organizzati b’tali mod li kull deċiżjoni marbuta man-notifika tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu wettqu l-valutazzjoni.

    182. L-awtoritajiet tan-notifika ma għandhom joffru jew jipprovdu l-ebda attività li titwettaq minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

    183. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkunu kisbu.

    184. L-awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa.

    Artikolu 30 Obbligazzjoni ta' informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f'dan il-qasam.

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

    Artikolu 31 Rekwiżiti marbuta mal-korpi notifikati

    185. Għall-finijiet tan-notifika skont din id-Direttiva, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.

    186. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformita’ għandhom ikunu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollhom personalità ġuridika.

    187. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta.

    Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta' prodotti li huwa jivvaluta, jista', bil-kundizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess, jitqies li jissodisfa din il-kundizzjoni.

    188. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li jinħtieġu għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' tali prodotti għal għanijiet personali.

    Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn jew il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

    Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

    189. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

    190. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 20 - 25 u li għalihom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu u kemm jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

    F'kull żmien u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta' prodotti li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:

    191. persunal b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

    192. deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li skonthom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri.Dan għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

    193. il-proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

    Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

    194. Il-persunal responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu:

    195. taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

    196. għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità adegwata biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

    197. għarfien u komprensjoni xierqa tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tal-armonizzazzjoni rilevanti u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti

    198. il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

    199. L-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni għandha tkun żgurata.

    Ir-rimunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

    200. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jaraw li tinħarġilhom polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma jeħodhiex l-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali tiegħu, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

    201. Il-persunal ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 20-25 jew kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal fis-seħħ dak il-Kapitolu, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

    202. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont l-Artikolu 44, jew jiżguraw li l-persunal ta' valutazzjoni tagħhom ikun informat dwar dan, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.

    Artikolu 32 Preżunzjoni ta' konformità

    Fejn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

    Artikolu 33 Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati

    Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jkollha oġġezzjoni formali kontra l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 32, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15.

    Artikolu 34 Sussidjarji u sottokuntrattar ta' korpi notifikati

    203. Meta korp notifikat jagħti b'sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31 u għandhu jinforma lill-awtorità tan-notifiki dwar dan.

    204. Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

    205. L-attivitajiet jistgħu jiġu mogħtija b'sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

    206. Il-korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol imwettaq minnhom skont l-Artikoli 20 -25.

    Artikolu 35 Applikazzjoni għal notifika

    207. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

    208. Dik l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli ta' valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew prodotti li għalihom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll b'ċertifikat ta' akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31.

    209. Jekk il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31.

    Artikolu 36 Proċedura ta' notifika

    210. L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31.

    211. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-għodda ta' notifika elettronika żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni.

    212. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità, il-prodott jew prodotti kkonċernati u l-attestament tal-livell ta' kompetenza.

    213. Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 35(2), l-awtorità ta' notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun monitorjat b'mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31.

    214. Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp tan-notifika biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimgħatejn min-notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn min-notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni.

    Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

    215. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

    Artikolu 37 Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi notifikati

    216. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp notifikat.

    Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

    217. Il-Kummissjoni għandha toħroġ għall-pubbliku l-lista ta’ korpi notifikati skont din id-Direttiva, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li ġew allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ġew notifikati.

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

    Artikolu 38 Tibdil fin-notifiki

    218. Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Din għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

    219. Fik-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-fajls ta' dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

    Artikolu 39 Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi notifikati

    220. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubji jew fejn jinġiebu dubji għall-attenzjoni tagħha dwar il-kompetenza ta' korp notifikat jew dwar l-issoktar tal-konformità ta' korp notifikat mar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li huwa suġġett għalihom.

    221. L-Istat Membru tan-notifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.

    222. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

    223. Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tgħarraf b'dan lill-Istat Membru tan-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluża d-denotifikazzjoni, jekk ikun meħtieġ.

    Artikolu 40 Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

    224. Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità stipulati fl-Artikoli 20 - 25.

    225. Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta' produzzjoni.

    B’dan il-mod huma għandhom, madankollu, jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa biex il-prodott jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

    226. Meta korp notifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Anness I jew fl-istandards armonizzati korrispondenti, ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat ta' konformità.

    227. Meta, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat, korp notifikat isib li prodott ma jkunx għadu konformi, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat jekk ikun meħtieġ.

    228. Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat, kif xieraq.

    Artikolu 41

    Proċedura ta' appell

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta' appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

    Artikolu 42 Obbligi ta’ informazzjoni dwar entitajiet notifikati

    229. Il-korpi nnotifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

    230. kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni;

    231. kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għan-notifika;

    232. kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità;

    233. fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li twettqu fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

    234. Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati skont din id-Direttiva, li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess prodotti, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, fuq talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

    Artikolu 43 Skambju ta’ esperjenza

    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għal politika tan-notifiki.

    Artikolu 44 Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu implimentati u jitħaddmu f’forma ta’ grupp jew gruppi settorjali ta’ korpi notifikati.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp jew dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

    KAPITOLU VI IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, IL-KONTROLL TAL-PRODOTTI LI JIDħLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROċEDURI TA' SALVAGWARDJA

    Artikolu 45 Is-Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u il-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

    L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għas-sorveljanza u l-kontroll tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva.

    Artikolu 46 Proċedura fir-rigward ta' prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

    235. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew fejn ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta' persuni jew għal rekwiżiti ambjentali jew ta' protezzjoni tal-konsumaturi koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-prodott ikkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat għandu jikkoopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

    Fejn, matul dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha biex il-prodott isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jiġi irtirat mis-suq jew jittieħed lura f'perjodu ta' żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jippreskrivu.

    L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-entità notifikata rilevanti kif meħtieġ.

    L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

    236. Fejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas tal-konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew li jieħu l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat.

    237. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

    L-importatur privat għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodott li importa fl-Unjoni għall-użu tiegħu stess.

    238. Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-prodott isir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom jew biex il-prodott jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

    Fejn l-importatur privat ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu tal-prodott fis-suq nazzjonali tagħhom.

    L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

    239. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex minħabba:

    240. in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni jew ma' rekwiżiti ambjentali u ta' protezzjoni tal-konsumaturi stabbiliti f'din id-Direttiva; jew

    241. nuqqasijiet fl-istandards armonizzati li l-Artikolu 15 jirreferi għalihom għaliex jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

    242. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta' konformità tal-prodott konċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

    243. Fejn, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

    244. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott konċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

    Artikolu 47 Proċedura ta’ salvagwardja segwita mill-Unjoni

    245. Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta’ Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat u għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

    Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat.

    246. Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott li ma jkunx konformi jiġi irtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont il-każ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

    247. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 46(5), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp jew il-korpi Ewropej rilevanti ta' standardizzazzjoni u għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Dak il-Kumitat għandu jikkonsulta mal-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej rilevanti u jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

    Artikolu 48 Nuqqas ta’ konformità formali

    248. Bla ħsara għall-Artikolu 46, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijet, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat ma jkomplix bin-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:

    249. il-marka tal-konformità tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 17, 18 jew 19;

    250. il-marka tal-konformità ma tkunx twaħħlet;

    251. id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità ma tkunx saret;

    252. id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità ma tkunx saret b'mod korrett;

    253. id-dokumentazzjoni teknika jew ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompluta.

    254. Fejn jippersisti n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq, jew fil-każ ta' prodott importat minn importatur privat għall-użu tiegħu stess, li l-użu tiegħu jkun projbit jew limitat.

    KAPITOLU VII ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

    Artikolu 49 Delegazzjoni tas-setgħa

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgaħ li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex temenda l-Annessi li ġejjin sabiex iqisu l-progress tal-għarfien tekniku u l-evidenza xjentifika ġdida:

    255. il-punt 2 tal-Parti B u l-punt 1 tal-Parti C tal-Anness I, minbarra l-modifiki diretti jew indiretti fil-valuri tal-emissjoni tal-egżost jew tal-ħsejjes u fil-valuri tal-proporzjoni Froude u P/D;

    256. l-Annessi V; VII u IX.

    L-emendi msemmija fil-punt (a) jistgħu jinkludu emendi għall-fjuwils ta' referenza u għar-rekwiżiti għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-istorbju u għall-kriterji ta' durabbiltà.

    Artikolu 50 Eżeċizzju tad-delegazzjoni

    257. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    258. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 għandha tkun konferita għal perjodu indeterminat ta' żmien mid-data speċifikata fl-Artikolu 60.

    259. Id-delegazzjoni tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 49 tista’ tiġi rrevokata f’kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f 'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

    260. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    261. Att delegat adottat skont l-Artikolu 49 għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

    Artikolu 51 Atti ta’ implimentazzjoni

    Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva li jiżguraw li tiġi applikata b'mod uniformi, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 25 u tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes, il-plakka tal-bennej, il-prevenzjoni tat-tnixxija u d-dwal tan-navigazzjoni previsti fil-Parti A tal-Anness I, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).

    Artikolu 52 Proċedura tal-kumitat

    262. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    263. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li kienu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

    KAPITOLU VIII DISPOżIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI SPEċIFIċI

    Artikolu 53 Rappurtar

    Sal- [[jj/xx/ssss] ħames snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1)] u kull ħames snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni tas-sitwazzjoni li tirrigwarda s-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u tal-effettività ta’ din id-Direttiva, kif ukoll preżentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imwettqa minn dak l-Istat Membru.

    Il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika sinteżi tar-rapporti nazzjonali.

    Artikolu 54 Motivazzjoni tal-miżuri

    Kull miżura meħuda skont din id-Direttiva li tipprojbixxi jew tillimita t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta' prodott, li tirtira jew issejjaħ lura mis-suq prodott, għandha tindika r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata.

    Tali miżuri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata wkoll dwar ir-rimedji disponibbli fil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru rilevanti u l-limiti ta’ żmien applikabbli għalihom.

    Artikolu 55 Trasparenza

    Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li d-dejta li taffettwa d-deċiżjonijiet rilevanti kollha marbuta mal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tkun disponibbli.

    Artikolu 56 Sanzjonijiet

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.

    Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jiżdiedu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat ikun wettaq ksur simili ta' din id-Direttiva qabel.

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard mill- [[jj/xx/ssss] id-data speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1)] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

    KAPITOLU IX DISPOżIZZJONIJIET FINALI U TRANżITORJI

    Artikolu 57 Traspożizzjoni

    264. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [jj/xx/ssss 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ previst fl-Artikolu 61] , il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jaslu f'konformitá ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn [jj/xx/ssss sentejn wara d-dħul fis-seħħ previst fl-Artikolu 61] .

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    265. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 58 Perijodu tranżizzjonali

    266. L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew il-bidu ta' servizz ta' prodotti koperti mid-Direttiva 94/25/KE li huma konformi ma' dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq jew bdew is-servizz tagħhom qabel il-[jj/xx/ssss]( sena wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57 ).

    267. L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew il-bidu ta' servizz ta' magni SI ta' fuq barra b'saħħa ta' inqas minn 15-il kilowatts li jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni tal-egżost tal-istadju I stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Parti B tal-Anness I u li ġew manifatturati minn impriżi żgħar u medji kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[25] u tqiegħdu fis-suq qabel il-[jj/xx/ssss] ( erba' snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57 ).

    Artikolu 59 Revoka

    Id-Direttiva 94/25/KE qed tiġi rrevokata minn [[jj/xx/ssss] id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1)] .

    Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

    Artikolu 60 Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 61 Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi […],

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President

    ANNESS I

    REKWIŻITI ESSENZJALI

    A. Rekwiżiti essenzjali ta' sigurtà għad-disinn u l-bini.

    IL-KATEGORIJI TAD-DISINN TAD-DGĦAJJES

    Kategorija tad-disinn | Forza tar-riħ (Skala Beaufort) | Il-għoli sinifikanti tal-mewġ (H 1/3, metri) |

    A – ’Fl-Oċean’ B – ’Fil-Baħar Miftuħ’ C – ’Qrib ix-xatt’ D – ’Fl-ilmijiet imkenna’ | aktar minn 8 sa u li jinkludi 8 sa u li jinkludi 6 sa u li jinkludi 4 | aktar minn 4 sa u li jinkludi 4 sa u li jinkludi 2 sa u li jinkludi 0,3 |

    Noti ta’ spjegazzjoni:

    A. FL-OCEAN: Maħsub għal vjaġġi estiżi fejn il-kundizzjonijiet jistgħu jaqbżu r-riħ forza 8 (skala Beaufort) u għoli sinifikanti tal-mewġ ta' 4 m u aktar imma esklużi kundizzjonijiet anormali, u dgħajjes fil-biċċa l-kbira awtosuffiċjenti.

    B. FIL-BAĦAR MIFTUĦ: Iddisinjati għal vjaġġi xi ftit 'il bogħod mill-kosta fejn jista' jkun hemm kundizzjonjiet tar-riħ, sa u li tinkludi, forza 8 u għoli sinifikattiv tal-mewġ sa u li jinkludi 4m.

    C. QRIB IX-XATT: Iddisinjati għal vjaġġi f'ilmijiet qrib il-kosta, f'bajjiet kbar, f'estwarji, f'lagi u fi xmajjar fejn jista' jkun hemm kundizzjonijiet tar-riħ, sa u li tinkludi, forza 6 u għoli sinifikattiv tal-mewġ sa li jinkludi 2 m.

    D. FL-ILMIJIET IMKENNA: Iddisinjati għal vjaġġi f'ilmijiet kostali kennija, bajjiet żgħar, lagi żgħar, xmajjar u kanali fejn jista' jkun hemm kundizzjonijiet tar-riħ, sa u li jinkludu, forza 4 u għoli sinifikanti tal-mewġ sa u li jinkludi 0,3 m, b'mewġ okkażjonali ta' għoli massimu ta' 0,5 m, pereżempju minn dgħajjes oħra li jkunu għaddejjin.

    Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni f'kull Kategorija għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew sabiex jifilħu dawn il-parametri fir-rigward tal-istabbilità, u l-kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma, u rekwiżiti essenzjali oħra rilevanti elenkati fl-Anness I, u li jkollhom karatteristiċi tajbin tal-immaniġġjar.

    REKWIŻITI ĠENERALI

    Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma

    Kull inġenju tal-ilma għandu jkun immarkat b'numru ta identifikazzjoni b'14-il ċifra li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (29) il-kodiċi tal-manifattur,

    (30) il-pajjiż tal-manifattura,

    (31) numru tas-serje uniku,

    (32) xahar u sena tal-produzzjoni,

    (33) is-sena tal-mudell.

    Ir-rekwiżiti dettaljati għall-immarkar imsemmija fl-ewwel paragrafu huma stabbiliti fl-istandard armonizzat rilevanti.

    Il-plakka tal-bennej

    Kull inġeju tal-ilma għandu jġorr plakka mwaħħla b'mod permanenti li tkun separata min-numru tal-identifikazzjoni tal-buq, li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    268. l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata;

    269. il-marka CE

    270. il-kategorija tad-disinn tad-dgħajsa skont it-Taqsima 1,

    271. it-tagħbija massima rakkomandata tal-manifattur derivata mill-punt 3.6 eskluż il-piż tal-kontenut tat-tankijiet fissi meta jkunu mimlija;

    272. in-numru ta' persuni rakkomandat mill-manifattur li l-inġenju tal-ilma jkun ġie ddisinjat iġorr meta jkun qed jimxi.

    Fil-każ ta' importazzjoni privata, id-dettalji tal-kuntatt u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (d) u (e) għandhom jinkludu dawk tal-korp innotifikat li jkun wettaq il-valutazzjoni tal-konformità.

    Il-protezzjoni mill-waqgħat minn fuq id-dgħajsa fl-ilma u l-mezzi tat-tlugħ lura.

    L-inġenju tal-ilma għandu jkun iddisinjat sabiex jiminimizza r-riskji li wieħed jaqa' għal ġo l-ilma u biex jiffaċilita t-tlugħ lura.

    Il-viżibilità mill-pożizzjoni tat-tmexxija prinċipali

    Għad-dgħajjes bil-mutur, il-pożizzjoni tas-sewqan prinċipali għandha tagħti lill-operatur, taħt kundizzjonijiet tal-użu normali (ħeffa u tagħbija), viżibbiltà tajba mad-dawra kollha.

    Il-manwal tas-sid

    Kull inġenju tal-ilma għandu jkollu manwal tas-sid skont l-Artikolu 7(7) u l-Artikolu 9(4). Dan il-manwal għandu jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għar-riskji tal-ħruq u li d-dgħajsa timtela bl-ilma u għandu jkollu l-informazzjoni msemmija fil-punti 2.2, 3.6 u 4 kif ukoll il-piż f'kilogrammi tal-inġenju tal-ilma mingħajr it-tagħbija.

    INTEGRITÀ U REKWIŻITI STRUTTURALI

    Struttura

    L-għażla u t-tagħqid u t-taħlit flimkien tal-materjali u l-bini għandhom jiżguraw li l-inġenju tal-ilma jkun b'saħħtu biżżejjed minn kull aspett. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kategorija tad-disinn skont it-Taqsima 1, u lit-taghbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-punt 3.6.

    L-istabbilità u l-freeboard

    L-inġenju tal-ilma għandu jkollu biżżejjed stabbilità freeboard meta tiġi kkunsidrata l-kategorija tad-disinn skont it-Taqsima 1 u t-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-Taqsima 3.6.

    Il-kapaċità li żżomm f'wiċċ l-ilma u l-flotazzjoni

    L-inġenju tal-ilma għandu jinbena b'mod li jiġi żgurat li għandu karatteristiċi tal-kapaċità li żżomm f'wiċċ l-ilma skont il-kategorija tad-disinn tiegħu skont il-punt 1.1, u t-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-Taqsima 3.6. Kull inġenju abitabbli li jkollu aktar minn buq wieħed għandu jkun iddisinjat sabiex ma jkunx suxxettibbli li jinqaleb jew ikun jista' jibqa' f'wiċċ l-ilma jekk jinqaleb.

    L-inġenji tal-ilma ta' inqas minn sitt metri fit-tul li għandhom it-tendenza li jintelgħu bl-ilma meta jintużaw fil-kategorija tad-disinn tagħhom għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi xierqa ta' flotazzjoni meta jkunu mimlijin bl-ilma.

    Il-fetħiet fil-buq, fil-gverta u fis-soprastruttura

    Il-fetħiet fil-buq, fil-gverta(iet) u fis-soprastruttura ma għandhomx itellfu mill-integrità strutturali tal-inġenju tal-ilma jew l-integrità tiegħu kontra l-maltemp meta jingħalaq.

    It-twieqi, it-twieqi żgħar tal-ġenb, il-bibien u l-portelli tal-bokkaporti għandhom jifilħu l-pressjoni tal-ilma illi x'aktarx jagħmel magħhom fil-pożizzjoni speċifika tagħhom, kif ukoll piżijiet speċifiċi applikati bil-piż tal-persuni li jimxu fuq il-gverta.

    Tagħmir fil-buq iddisinjat sabiex iħalli l-ilma jgħaddi għal ġewwa l-buq jew joħroġ barra mill-buq, taħt il-linja fejn wicc l-ilma jmiss mal-ġenb li jikkorrispondi mat-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont il-punt 3.6, għandu jitwaħħal b'mezzi tal-għeluq illi jkunu aċċessibbli faċilment.

    Għargħar

    L-inġenji tal-ilma kollha għandhom jiġu ddisinjati b'mod li jimminimizza r-riskju tal-għarqa.

    Fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:

    273. il-cockpits u x-xaftijiet, li għandhom ikunu jitbattlu waħidhom jew ikollhom mezzi oħra li jżommu l-ilma barra mill-ġewwieni tad-dgħajsa;

    274. it-tagħmir tal-ventilazzjoni;

    275. it-tneħħija tal-ilma permezz ta' pompi jew mezzi oħra.

    It-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur

    Il-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur (fjuwil, ilma, proviżjonijiet, apparat divers u nies (f'kilogrammi)) li għaliha jkun ġie ddisinjat l-inġenju tal-ilma, għandha tiġi stabbilita skont il-kategorija tad-disinn (Taqsima 1), l-istabbilità u l-freeboard (il-punt 3.2) u l-kapaċità li żżomm f'wiċċ l-ilma u l-flotazzjoni (il-punt 3.3).

    L-istivar taċ-ċattra tas-salvataġġ

    L-inġenji tal-ilma kollha tal-kategoriji A u B, u l-inġenji tal-ilma tal-kategoriji C u D itwal minn sitt metri għandu jkollhom wieħed jew aktar postijiet għall-istivar ta' ċattra tas-salvataġġ (ċattri tas-salvataġġ) kbira biżżejjed biex tesa' n-numru ta' persuni rakkomandat mill-manifattur li d-dgħajsa tkun ġiet iddisinjata ġġorr. Il-post(ijiet) tal-istivar għandu(hom) jkun(u) dejjem aċċessibbli fil-pront.

    Ħelsien mill-periklu

    Kull inġenju abitabbli li jkollu aktar minn buq wieħed li huwa suxxettibbli li jinqaleb meta jintuża fil-kategorija tad-disinn tiegħu għandu jkollu mezzi vijabbli ta' ħelsien mill-periklu jekk jinqaleb.

    Kull inġenju tal-ilma għandu jkollu mezzi vijabbli ta' ħelsien mill-periklu fil-każ ta' ħruq.

    L-ankrar, l-irmiġġ u l-irmunkar

    Kull inġenju tal-ilma, skont il-kategorija tad-disinn u l-karatteristiċi tiegħu, għandu jkun mgħammar b'wieħed jew aktar punti b'saħħithom jew mezzi oħra li kapaċi jieħdu b'mod sigur il-piż tal-ankrar, tal-irmiġġ u tal-irmunkar.

    IL-KARATTERISTIĊI TAL-IMMANIĠĠJAR

    Il-manifattur għandu jiżgura li l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-inġenju tal-ilma huma sodisfaċenti bil-magna l-aktar b'saħħitha li għaliha d-dgħajsa tkun ġiet iddisinjata u mibnija. Għall-magni marittimi ta' rikreazzjoni kollha, is-saħħa tal-magna massima kkalkulata għandha tiġi ddikjarata fil-manwal tas-sid.

    REKWIŻITI TAL-INSTALLAZZJONI

    Il-magni u l-spazji għall-magni

    Il-magna fuq ġewwa

    Il-magni kollha mmuntati fuq ġewwa għandhom jitqiegħdu fi spazju magħluq separat mill-kwartieri tan-nies u installati b'mod li jimminimizza r-riskju tal-ħruq jew tat-tifrix tan-nirien kif ukoll perikli minn dħaħen tossiċi, sħana, storbju jew vibrazzjonijiet fil-kwartieri fejn joqgħodu n-nies.

    Il-partijiet tal-magna u l-aċċessorji li jeħtieġu spezzjoni frekwenti u/jew servizz sabiex jinzammu f'kundizzjoni tajba u jissewwew fejn hemm bżonn għandhom ikunu aċċessibbli malajr.

    Il-materjal tal-iżolazzjoni ġewwa l-spazji tal-magni għandu jkun li ma jieħux in-nar.

    Il-ventilazzjoni

    ll-kompartiment tal-magna għandu jkun ivventilat. Id-dħul perikoluż tal-ilma ġewwa l-kompartiment tal-magna minn kull ftuh ma għandux jitħalla.

    Il-partijiet esposti

    Sakemm il-magna ma tkunx protetta permezz ta' għata jew l-ispazju maghluq tagħha stess, il-partijiet esposti tal-magna li jiċċaqalqu jew li jkunu sħan li jistgħu jikkawżaw dannu personali għandhom jiġu protetti b'mod effettiv.

    It-tqabbid tal-magna li tkun fuq barra tad-dgħajsa

    Kull dgħajsa li jkollha magna fuq barra għandu jkollha apparat li ma jħallix il-magna taqbad meta tkun ingranata, ħlief:

    276. meta l-magna tipproduċi anqas minn 500 Newton (N) ta' static thrust;

    277. meta l-magna jkollha apparat li jillimita l-ftuħ tal-valvola li tikkontrolla l-ammont ta' karburanti li jidħol fil-magna sabiex jillimita l-imbottatura għal 500 N xħin il-magna tiġi mqabbda.

    Inġenji tal-ilma personali li joperaw mingħajr sewwieq

    L-inġenji tal-ilma personali għandhom ikunu ddisinjati jew bi qtugħ awtomatiku tal-magna jew b'apparat awtomatiku li jipprovdi moviment ċirkolari 'il quddiem b'veloċità mnaqqsa, meta s-sewwieq jinżel deliberatament jew jaqa' l-baħar.

    Sistema tal-fjuwil:

    Kummenti ġenerali

    L-arranġamenti u l-installazzjonijiet għall-mili, il-ħażna, il-ventilazzjoni u l-provvista tal-fjuwil għandhom ikunu ddisinjati u installati b'mod li jimminimizza r-riskju ta' ħruq u splużjoni.

    Tankijiet tal-fjuwil

    Tankijiet tal-fjuwil, linji u manek għandhom jintrabtu u jiġu sseparati jew protetti minn kwalunkwe fonti ta' sħana sinifikanti. Il-materjal li t-tankijiet huma magħmulin minnu u l-metodu tagħhom ta' kostruzzjoni għandu jkun skont il-kapaċità tagħhom u t-tip ta' fjuwil.

    It-tankijiet tal-fjuwil li jieħdu l-petrol ma għandhomx ikunu parti mill-buq u għandhom:

    278. ikunu protetti kontra n-nar mill-magna u minn kull fonti oħra ta' injezzjoni;

    279. ikunu separati mill-kwartieri li fihom joqgħodu n-nies.

    It-tankijiet tal-fjuwil li jieħdu d-diżil jistgħu jkunu parti mill-buq.

    Sistema elettrika

    Is-sistemi tal-elettriku għandhom ikunu ddisinjati u installati b'mod li jiżguraw l-operazzjoni kif suppost tal-inġenju tal-ilma taħt kundizzjonijiet normali tal-użu u għandhom jimminimizzaw ir-riskju ta' ħruq jew xokk elettriku.

    Għandha tingħata attenzjoni lill-provvista tal-protezzjoni kontra t-tagħbija żejda u x-short circuits fiċ-ċirkuwiti elettiriċi kollha li jistgħu jittieħdu minn batteriji, minbarra ċ-ċirkuwiti li jqabbdu l-magna.

    Għandu jkun hemm ventilazzjoni sabiex ma jakkumulawx il-gassijiet li jistgħu joħorġu mill batteriji. Il-batteriji għandhom ikunu mwaħħla sod u protetti mid-dħul tal-ilma.

    Sistema tal-iggwidar

    Kummenti ġenerali

    Is-sistemi tal-iggwidar u tal-propulsjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b'mod li jippermettu t-trasmissjoni tat-tagħbija tal-iggwidar taħt kundizzjonijiet tal-operazzjoni prevedibbli.

    L-arranġamenti tal-emerġenza

    Id-dgħajjes tal-qlugħ u d-dgħajjes b'mutur wieħed li jkun fuq ġewwa u b'sistema ta' kontroll mill-boghod tat-tmun għandhom ikollhom mezzi ta' emerġenza sabiex jiddirieġu l-inġenju tal-ilma b'ħeffa mnaqqsa.

    Is-sistema tal-gass

    Is-sistemi tal-gass għall-użu domestiku għandhom ikunu tal-għamla li jiġbdu l-fwar (vapour-withdrawal) u għandhom jiġu ddisinjati u installati b'mod li ma jkunx hemm tnixxija ta' gass u riskju ta' splużjoni u li jkunu jistgħu jiġu ttestjati għat-tnixxija. Il-materjali u l-komponenti għandhom ikunu adattati għall-gass speċifiku użat sabiex ikunu jifilħu l-pressjonijiet u l-kundizzjonijiet li jkunu esposti għalihom fl-ambjent marittimu.

    Kull apparat li jaħdem bil-gass għandu jkollu protezzjoni kontra t-tifi accidentali tal-fjamma li jaħdem fuq il-berners kollha. Kull apparat li jaħdem bil-gass għandu jkun provdut b'fergħa separata tas-sistema tad-distribuzzjoni, u kull apparat għandu jkun ikkontrollat b'sistema tal-għeluq separata. Għandu jkun hemm ventilazzjoni biżżejjed sabiex ma jkunx hemm perikli mit-tnixxija tal-gass u mill-prodotti ta' kombustjoni.

    L-inġenji tal-ilma kollha li jkollhom is-sistema tal-gass installata b'mod permanenti għandhom ikollhom spazju magħluq fejn jinżammu ċ-ċilindri tal-gass kollha. L-ispazju għandu jkun separat mill-kwartieri fejn joqgħodu n-nies, għandu jkun aċċessibbli minn barra biss u jkun ivventilat lejn in-naħa ta' barra sabiex il-gass li jnixxi jista' jinżel barra mid-dgħajsa.

    Protezzjoni min-nar

    Kummenti ġenerali

    It-tip ta' apparat li jiġi installat u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ilma għandhom jikkunsidraw ir-riskju u t-tifrix tan-nar. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-inħawi madwar l-apparat b'fjamma esposta, lil spazji sħan jew magni u magni awżiljarji, lit-tifwir taż-żejt u l-fjuwils, lil pajpijiet taż-żejt u tal-fjuwils mikxufa u li jitgħadda l-elettriku b'mod partikolari 'l bogħod minn sorsi tas-sħana u l-partijiet sħan.

    Tagħmir għat-tifi tan-nar

    L-inġenji tal-ilma li jintużaw għar-rikreazzjoni għandhom ikunu forniti b'tagħmir għat-tifi tan-nar xieraq għall-perikolu tan-nar, jew il-pożizzjoni u l-kapaċità ta' tagħmir għat-tifi tan-nar xieraq għall-perikolu tan-nar għandhom jiġu indikati. L-inġenju ma għandux jitqiegħed fis-servizz sakemm ma jkunx qiegħed fil-post it-tagħmir xieraq għat-tifi tan-nar. L-ispazji magħluqin tal-magni bil-petrol għandhom jiġu protetti b'sistema għat-tifi tan-nar li tevita l-bżonn li jinfetaħ l-ispazju magħluq fil-każ ta' nar. Fejn ikunu pprovduti, it-teffejja tan-nar li jistgħu jinġarru għandhom ikunu aċċessibbli malajr u wieħed minnhom għandu jkun f'pożizzjoni li jista' jintlaħaq b'mod faċli mill-pożizzjoni prinċipali tat-tmexxija tal-inġenju li jintuża għar-rikreazzjoni..

    Id-dwal tan-navigazzjoni

    Meta jitwaħħlu dwal tan-navigazzjoni, dawn għandhom ikunu konformi mar-Regolamenti COLREG tal-1972 (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fuq il-Baħar) jew CEVNI (Kodiċi Ewropew għan-Navigazzjonijiet Interni għall-Mogħdiji tal-Ilma Interni) kif xieraq.

    Il-prevenzjoni tal-iskarika u l-installazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kunsinna fuq l-art tal-iskart

    L-inġenji tal-ilma għandhom ikunu mibnija b'mod li ma jkunx hemm ħruġ aċċidentali ta' sustanzi li jniġġsu (żejt, fjuwil, eċċ.) fil-baħar.

    L-inġenji tal-ilma li jkunu mgħammra b'tojlits għandu jkollhom tankijiet kontenituri, jew sistemi għat-trattament tal-ilma.

    L-inġenji tal-ilma b'tankijiet kontenituri installati għandhom ikunu mgħammra b'konnessjoni standard ta' skarika sabiex il-pajpijiet tal-faċilitajiet ta' reċezzjoni ikunu jistgħu jitqabbdu mal-linja tal-iskarika tal-inġenju.

    Barra minn dan, kwalunkwe pajpijiet għaddejjin mill-buq għal skart uman għandu jkollhom b'valvoli li huma kapaċi jitqiegħdu fil-pożizzjoni magħluqa.

    B. Rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-egżost minn magni ta' propulsjoni

    Il-magni ta' propulsjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-egżost li huma stabbiliti f'din il-Parti.

    IDENTIFIKAZZJONI TAL-MAGNA

    1.1. Kull magna għandha tiġi mmarkata b'mod ċar bl-informazzjoni li ġejja:

    280. il-marka kummerċjali jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-magna;

    281. it-tip ta' magna, il-familja tal-magna, jekk japplika;

    282. numru uniku ta' identifikazzjoni tal-magna;

    283. il-marka CE.

    1.2. Il-marki msemmijin fil-punt 1.1. għandhom jibqgħu għall-ħajja normali tal-magna u għandhom jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux. Jekk jintużaw tikketti jew pjanċi għandhom jitwaħħlu b'tali mod li t-twaħħil iservi għall-ħajja normali tal-magna, u t-tikketti/l-pjanċi ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jiġu distrutti jew jitħassrilhom il-wiċċ.

    1.3. Il-marki għandhom jitwaħħlu ma' parti tal-magna neċessarja għall-operazzjoni normali tal-magna u li normalment ma teħtieġx sostituzzjoni tul il-ħajja tal-magna.

    1.4. Il-marki għandhom jitwaħħlu f'post li jkunu viżibbli mill-ewwel wara li l-magna tkun inbniet bil-komponenti kollha neċessarji għall-operazzjoni tal-magna.

    REKWIŻITI TAL-EMISSJONIJIET TAL-EGŻOST

    Il-magni ta' propulsjoni għandhom jiġu ddisinjati, jinbnew u jiġu armati sabiex meta jkunu installati b'mod korrett u f'użu normali, l-emissjonijiet ma għandhomx jeċċedu l-valuri limiti miksuba mill-punt 2.1., it-tabella 1 u l-punt 2.2., it-tabelli 2 u 3:

    Valuri li japplikaw sa [jj/xx/ssss (it-tmiem tal-perjodu transitorju msemmi fl-Artikolu 58 (stadju I)]:

    Tabella 1 (g/kWh) |

    Tip | Monossidu tal-karbonju CO = A + B/PNn | Idrokarboni HC = A + B/PNn | Ossidi tan-nitroġenu NOx | Materja partikulata PT |

    Ċilindrata SV (L/cyl) | Saħħa tal-Magna kkalkulata PN (kW) | Materja partikulata PT (g/kWh) | Idrokarboni u Ossidi tan-Nitroġenu HC + NOX (g/kWh) |

    SV <0,9 | PN < 37 | Il-valuri msemmijin fit-Tabella 1: |

    37 ≤ PN <75(*) | 0,30 | 4,7 |

    75 ≤ PN < 3700 | 0,15 | 5,8 |

    0,9 ≤ SV<1,2 | PN < 3700 | 0,14 | 5,8 |

    1,2 ≤ SV <2,5 | 0,12 | 5,8 |

    2,5 ≤ SV <3,5 | 0,12 | 5,8 |

    3,5 ≤ SV <7,0 | 0,11 | 5,8 |

    (*) Min-naħa l-oħra, il-magni b'saħħa tal-magna kkalkulata ta 37 kW jew aktar u inqas minn 75 kW u b'ċilindrata inqas minn 0,9 L/cyl ma għandhomx jaqbżu l-limitu tal-emissjoni tal-PT ta' 0,20 g/kW-hr u limitu tal-emissjoni kkombinata tal-HC+NOX ta' 5,8 g/kW-hr.

    (**) Kull magna bi tqabbid bil-kompressjoni ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-emissjoni tal-monossidu tal-Karbonju (CO) ta' 5,0 g/kWh.

    Tabella 3: Limiti tal-emissjoni tal-egżost għall-magni bi tqabbid bi sparks |

    Tip ta’ magna | Saħħa tal-Magna kkalkulata PN (kW) | Monossidu tal-karbonju CO (g/kWh) | Idrokarboni u Ossidi tan-Nitroġenu HC + NOX (g/kWh) |

    Magni fuq ġewwa u stern-drive | PN ≤ 373 | 75 | 5 |

    373 < PN ≤ 485 | 350 | 16 |

    PN > 485 | 350 | 22 |

    Magni fuq barra u magni PWC | PN ≤ 4,3 | 500 – 5,0 x PN | 30 |

    40 >PN > 4,3 | 500 – 5,0 x PN | [pic] |

    PN >.40 | 300 | [pic] |

    Ċikli ta' prova u fjuwils ta' referenza:

    Ċikli ta' prova u fatturi ta' ponderazzjoni li għandhom jiġu applikati:'

    Għall-magni CI b'veloċità varjabbli għandu japplika ċ-ċiklu ta' prova E1 jew E5. Għall-magni SI b'veloċità varjabbli għandu japplika ċ-ċiklu ta' prova E4. Għall-magni CI b'veloċità varjabbli ta' aktar minn 130 kW iċ-ċiklu ta' prova E3 jista' jiġi applikat ukoll.

    Torque, % | 100 | 75 | 75 | 50 | 0 |

    Fattur ta’ ponderanza | 0,08 | 0,11 | 0,19 | 0,32 | 0,3 |

    Ċiklu E3, numru tal-Mod | 1 | 2 | 3 | 4 |

    Veloċità, % | 100 | 91 | 80 | 63 |

    Saħħa, % | 100 | 75 | 50 | 25 |

    Fattur ta’ ponderanza | 0,2 | 0,5 | 0,15 | 0,15 |

    Ċiklu E4, numru tal-Mod | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

    Veloċità, % | 100 | 80 | 60 | 40 | Mhux igranata |

    Torque, % | 100 | 71.6 | 46.50 | 25.3 | 0 |

    Fattur ta’ ponderanza | 0,06 | 0,14 | 0,15 | 0,25 | 0,40 |

    Ċiklu E5, numru tal-Mod | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

    Veloċità, % | 100 | 91 | 80 | 63 | Mhux igranata |

    Torque, % | 100 | 75 | 50 | 25 | 0 |

    Fattur ta’ ponderanza | 0,08 | 0,13 | 0,17 | 0,32 | 0,3 |

    Applikazzjoni tal-familja tal-magna u l-għażla tal-magna ewlenija

    Il-manifattur tal-magna għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi dawk il-magni mill-medda li joffri li għandhom jiġu inklużi f'familja.

    Għandha tintgħażel magna ewlenija minn familja tal-magna b'tali mod li l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tagħha jkunu rappreżentattivi għall-magni kollha f'din il-familja tal-magna. Il-magna li tinkorpora dawk il-karatteristiċi li huma mistennija li jirriżultaw fl-għola emissjonijiet speċifiċi (espressi fi g/kWh), meta jitkejlu fiċ-ċiklu ta' prova li japplika, normalment għandhom jintgħażlu bħala l-magna ewlenija tal-familja.

    Fjuwils ta' prova

    Il-fjuwil ta' prova li jintuża għall-ittestjar tal-emissjonijiet għandu jissodisfa l-karatteristiċi li ġejjin:

    Fjuwils petrol |

    Propjetà | RF-02-99 Mingħajr ċomb | RF-02-03 Mingħajr ċomb |

    min | mass | min | mass |

    Numru tar-Riċerka tal-Ottanu (RON) | 95 | --- | 95 | --- |

    Numru tal-Ottan tal-Mutur (MON) | 85 | --- | 85 | --- |

    Densità ta' 15 °C (kg/m3) | 748 | 762 | 740 | 754 |

    It-temperatura inizjali ta’ meta jibda jagħli (°C) | 24 | 40 | 24 | 40 |

    Piż skont il-piż tal-kubrit (mg/kg) | --- | 100 | --- | 10 |

    Kontenut taċ-ċomb (mg/l) | --- | 5 | --- | 5 |

    Pressjoni tal-fwar reid (kPa) | 56 | 60 | --- | --- |

    Pressjoni tal-fwar (DVPE) (kPa) | --- | --- | 56 | 60 |

    Fjuwils diżil |

    Propjetà | RF-06-99 | RF-06-03 |

    min | mass | min | mass |

    Numru ċetan | 52 | 54 | 52 | 54 |

    Densità ta' 15 °C (kg/m3) | 833 | 837 | 833 | 837 |

    It-temperatura finali ta’ meta jibda jagħli (°C) | --- | 370 | --- | 370 |

    Il-punt ta' fjammabbiltà (°C) | 55 | --- | 55 | --- |

    Piż skont il-piż tal-kubrit (mg/kg) | Għandu jiġi rrappurtat | 300 (50) | --- | 10 |

    Piż skont il-piż tal-irmied (%) | Għandu jiġi rrappurtat | 0,01 | --- | 0,01 |

    Il-Korp Notifikat jista' jaċċetta testijiet li jkunu twettqu fuq il-bażi ta' fjuwils ta' prova oħrajn kif speċifikat fi standard armonizzat.

    IT-TUL TAŻ-ŻMIEN LI JIBQA' JAĦDEM

    Il-manifattur tal-magna għandu jipprovdi l-installazzjoni tal-magna u l-istruzzjonijiet ta' manutenzjoni, li jekk applikati għandhom ifissru li l-magna f'użu normali tibqa' tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-punt 2.5. tul il-ħajja normali tal-magna u taħt kundizzjonijiet normali ta' użu.

    Din l-informazzjoni għandha tinkiseb mill-manifattur tal-magna permezz tal-użu ta' test preċedenti ta' reżistenza, ibbażat fuq ċikli normali ta' operazzjoni, u bil-kalkolu tal-għejja tal-komponent sabiex l-istruzzjonijiet neċessarji ta' manutenzjoni jistgħu jiġu ppreparati mill-manifattur u joħorġu mal-magni l-ġodda kollha meta jitqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq.

    Il-ħajja normali tal-magna hija kkunsidrata bħala dan li ġej:

    (a) Għall-magni CI 480 siegħa jew 10 snin ta' tħaddim, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

    (b) Għall-magni SI fuq ġewwa jew stern drive b'egżost integrali jew mingħajru:

    (i) ta' inqas minn 373 kW: 480 siegħa jew 10 snin ta' tħaddim, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

    (ii) għall-magni fil-kategorija 373 < PN ≤ 485 kW: 150 siegħa jew tliet snin ta' tħaddim, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

    (iii) għall-kategorija tal-magni PN > 485 kW: 50 siegħa jew sena ta' tħaddim, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

    (c) magni ta' inġenji tal-ilma personali: 350 siegħa jew ħames snin, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

    (d) magni fuq barra: 350 siegħa jew 10 snin, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel

    IL-MANWAL TAS-SID

    Kull magna għandha tiġi pprovduta b'librett tas-sid fil-lingwa jew lingwi tal-Unjoni determinata mill-Istat Membru li fih l-magna għandha titqiegħed fis-suq.

    Il-manwal tas-sid għandu:

    (a) jipprovdi istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni meħtieġa għall-iżgurar tat-tħaddim kif suppost tal-magna sabiex tissodisfa r-rekwiziti tal-punt 3., (Tul taż-żmien li jibqa' jaħdem);

    (b) jispeċifika s-saħħa tal-magna meta mkejla skont l-istandard armonizzat.

    C. Rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-istorbju

    L-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni b'magni fuq ġewwa jew stern drive mingħajr egżost integrali, inġenji tal-ilma personali u magni fuq barra u magni stern drive b'egżost integrali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-istorbju stabbiliti f'din il-Parti.

    LIVELLI TA' EMISSJONIJIET TAL-ISTORBJU

    L-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni b'magni fuq ġewwa jew stern drive mingħajr egżost integrali, inġenji tal-ilma personali u magni fuq barra u magni stern drive b'egżost integrali għandhom jiġu ddisinjati, jinbnew u jiġu armati sabiex l-emissjonijiet tal-istorbju ma jaqbżux il-valuri limiti fit-tabella li ġejja:

    Tabella |

    Saħħa tal-Magna kkalkulata (magna waħda) F'kW | Pressjoni Massima tal-Ħoss Livell = LpASmax F'dB |

    PN ( 10 | 67 |

    10 ( PN ( 40 | 72 |

    PN ( 40 | 75 |

    fejn PN = is-saħħa tal-magna kkalkulata f'kW ta' magna waħda b'veloċità kkalkulata u LpASmax = il-Livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss f'dB.

    Għall-unitajiet ta' magna doppja u magna multipla tat-tipi kollha ta' magna tista' tiġi applikata konċessjoni ta' 3 dB.

    Bħala alternattiva għat-testijiet tal-kejl tal-ħoss, l-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni b'konfigurazzjoni ta' magna fuq ġewwa jew konfigurazzjoni ta' magna stern drive, mingħajr egżost integrali, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-istorbju stabbiliti fil-punt 1.1. jekk għandhom numru Froude ta' ≤ 1,1 u proporzjon ta' spjazzament tas-saħħa ta' ≤ 40 u meta l-magna u s-sistema tal-egżost huma installati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-magna.

    In-"Numru Froude" għandu jiġi kkalkulat billi l-veloċità massima tad-dagħjsa V (m/s) tinqasam bl-isquareroot tat-tul tal-linja fejn il-wicc tal-ilma jmiss mad-dgħajsa lwl (m) multipplikat b'kostanti speċifiku ta' gravità, (g = 9,8 m/s2)

    Fn =[pic].

    "Il-proporzjon ta' spjazzament tas-saħħa" P/D għandu jiġi kkalkulat billi s-saħħa tal-magna kkalkulata PN (f'kW) tinqasam bl-ispjazzament tal-inġenju D (f'tunnellati) = [pic]

    IL-MANWAL TAS-SID

    Għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni b'magna fuq ġewwa jew magni stern drive mingħajr egżost integrali u għall-inġenji tal-ilma personali, il-manwal tas-sid meħtieġ skont il-punt 2.5 tal-Parti A tal-Anness I, għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex l-inġenju u s-sistema tal-egżost jinżammu f'kundizzjoni li, sa fejn hi prattikabbli, tiżgura l-konformità mal-valuri limiti speċifikati tal-istorbju f'użu normali.

    Għall-magni fuq barra u magni stern drive b'egżost integrali, il-manwal tas-sid meħtieġ skont il-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex il-magna tinżamm f'kundizzjoni, li sa fejn hi prattikabbli, tiżgura l-konformità mal-valuri limiti speċifikati tal-isotrbju f'użu normali.

    IT-TUL TAŻ-ŻMIEN LI JIBQA' JAĦDEM

    Id-dispożizzjonijiet dwar it-tul taż-żmien li jibqa' jaħdem fit-Taqsima 3 tal-Parti B għandhom japplikaw mutandis mutatis għall-konformità mar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tal-istorbju stabbiliti fi […].

    ANNESS II

    KOMPONENTI tal-inġenju tal-ilma

    284. Tagħmir bi protezzjoni kontra t-tqabbid aċċidentali għall-magni fuq ġewwa u l-magni stern drive u l-ispazji għat-tank tal-petrol.

    285. Apparat li jevita li l-magni fuq barra jitqabbdu meta jkunu ingranati.

    286. Roti tat-tmun, mekkaniżmi tat-tmun u immuntar tal-kejbils.

    287. Tankijiet tal-fjuwil maħsuba għall-installazzjonijiet fissi u manek tal-fjuwil;

    288. Sportelli fabbrikati minn qabel u dwal għall-ġenb tad-dgħajsa (port lights).

    ANNESS III

    DIKJARAZZJONI TAL-MANIFATTUR JEW IR-RAPPREŻENTANT AWTORIZZAT TIEGĦU STABBILIT FL-UNJONI JEW IL-PERSUNA RESPONSABBLI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-INĠENJU TAL-ILMA JEW KOMPONENT PARZJALMENT LEST

    (L-Artikolu 6(2) u (3))

    A. Id-dikjarazzjoni tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tinkludi dan li ġej:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

    (b) l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur stabbilit fl-Unjoni jew, jekk xieraq, tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq;

    (c) deskrizzjoni tal-inġenju tal-ilma parzjalment lest;

    (d) dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ilma parzalment lest jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li japplikaw f'dan l-istadju ta' bini; din għandha tinkludi referenzi għall-istandards rilevanti armonizzati użati, jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom hija dikjarata l-konformità f'dan l-istadju ta' bini; barra minn hekk, din hija maħsuba biex tiġi kompluta minn persuni legali jew fiżiċi oħra b'konformità sħiħa ma' din id-Direttiva.

    B. Id-dikjarazzjoni mill-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandha tinkludi dan li ġej:

    289. l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

    290. l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur stabbilit fl-Unjoni jew, jekk xieraq, tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq;

    291. deskrizzjoni tal-komponent;

    292. dikjarazzjoni li l-komponent jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti.

    ANNESS IV

    DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-UE

    293. Nru xxxxxx (identifikazzjoni unika tal-prodott: tip, numru tas-serje fejn xieraq):

    294. L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu [Ir-rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jagħti l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur] jew l-importatur privat.

    295. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur jew l-importatur privat jew il-persuna msemmija fl-Artikolu 20(3) jew (4) tad-Direttiva [...]

    296. L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà. Tista' tinkludi ritratt, fejn xieraq):

    297. L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt fi […] huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

    298. Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

    299. Fejn japplika, il-korp innotifikat ... (isem, numru)… wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent)… u ħareġ iċ-ċertifikat:

    300. L-identifikazzjoni tal-persuna mogħtija s-setgħa tiffirma f'isem il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni.

    301. Informazzjoni addizzjonali:

    Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-manifattur li l-magna se tissodisfa r-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-istorbju ta' din id-Direttiva, meta tiġi installata fuq inġenju tal-ilma, skont l-istruzzjonijiet pprovduti mill-manifattur u li din il-magna ma tistax titqiegħed fis-servizz sakemm l-inġenju tal-ilma li fih għandha tiġi installata ma jkunx ġie dikjarat konformi, jekk meħtieġ, mad-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva, fir-rigward ta' dan kollu li ġej:

    302. magni fuq ġewwa u magni stern drive mingħajr egżost integrali;

    303. magni approvati skont it-tip skont id-Direttiva 97/68/KE li huma konformi mal-istadju II previst fil-punt 4.2.3 tal-Anness I tad-Direttiva tal-aħħar;

    304. magni approvati skont it-tip skont id-Direttiva 88/77/KEE.

    Jekk il-magna tqiegħdet fis-suq fil-perjodu tranżitorju addizzjonali previst fl-Artikolu 58 (2), id-dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità għandha tinkludi indikazzjoni ta' dan.

    Iffirmata għal u f’isem:

    (post u data tal-ħruġ)

    (isem, kariga) (firma)

    ANNESS V

    Konformità ekwivalenti bbażata fuq il-valutazzjoni ta' wara l-bini

    (modulu PCA)

    305. Il-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni ta' wara l-bini hija l-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti ta' prodott li għalih la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkun ħa r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mad-Direttiva, u fejn persuna fiżika jew legali msemmija fl-Artikolu 20(2), (3) jew (4), li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah taħt ir-responsabbiltà tagħha, qed tieħu r-responsabbiltà tal-konformità ekwivalenti ta' dan il-prodott. Din il-persuna għandha tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 4 u għandha tiżgura u tiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tagħha li l-prodott ikkonċernat, li kien soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3, huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.

    306. Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew li qed tibda tużah għandha tressaq applikazzjoni għal valutazzjoni ta' wara l-bini tal-prodott lil korp innotifikat u għandha tipprovdi id-dokumenti u l-fajl tekniku lill-korp innotifikat biex dan ikun jista' jivvaluta l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u kull informazzjoni disponibbli dwar l-użu tal-prodott wara l-ewwel użu tiegħu.

    Il-persuni li qed tqiegħed tali prodott fis-suq jew tibda tużah għandha żżomm dawn id-dokumenti u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie vvalutat fuq il-konformità ekwivalenti tiegħu skont il-proċedura tal-valutazzjoni ta' wara l-bini.

    307. Il-korp innotifikat għandu jeżamina il-prodott individwali u jwettaq kalkoli, tests u valutazzjonijiet oħrajn, sa fejn ikun meħtieġ biex jiżgura li tintwera l-konformità ekwivalenti tal-prodott mar-rekwiżiti rilevanti ta' din id-Direttiva.

    Il-korp innotifikat għandu jfassal u joħroġ ċertifikat u rapport relatat tal-konformità fir-rigward tal-valutazzjoni mwettqa u għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat u tar-rapport relatat tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara jkun ħareġ dawn id-dokumenti.

    Il-korp innotifikat għandu jwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu ħdejn il-marka tal-konformità fuq il-prodott approvat jew jgħid lil xi ħadd iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

    Fil-każ li l-prodott ivvalutat ikun inġenju tal-ilma, il-korp innotifikat għandu wkoll jiżgura li xi ħadd iwaħħal, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma kif imsemmi fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, fejn l-ispazju riżervat għall-pajjiż tal-manifattur għandu jintuża biex wieħed jindika l-pajjiż ta' stabbiliment tal-korp innotifikat u l-ispazji riżervati għall-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-manifatturi jintużaw għall-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-valutazzjoni ta' wara l-bini li jkun ġie allokat lill-korp innotifikat, flimkien man-numru tas-serja taċ-ċertifikat tal-valutazzjoni ta' wara l-bini. L-ispazji fil-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma għax-xahar u s-sena tal-produzzjoni u għas-sena tal-mudell għandhom jintużaw biex jiġu indikati x-xahar u s-sena tal-valutazzjoni ta' wara l-bini.

    308. Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità

    4.1. Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah għandha twaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fit-Taqsima 3, in-numru tal-identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar mal-prodott li għalih il-korp innotifikat ivvaluta u ċċertifika l-konformità ekwivalenti tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva.

    4.2. Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah għandha tfassal dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità u għandha żżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara d-data li fiha jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-valutazzjoni ta' wara l-bini. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-prodott li għalih tkun tfasslet.

    Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti.

    4.3. Fil-każ li l-prodott ivvalutat ikun inġenju tal-ilma, il-persuna li qed tqiegħed l-inġenju tal-ilma fis-suq jew li qed tibda tużah għandha twaħħal il-plakka tal-bennej deskritta fil-punt 2.2 tal-Parti A tal-Anness I fuq l-inġenju tal-ilma, li għandha tinkludi l-kliem "valutazzjoni ta' wara l-bini", u n-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma deskritt fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.

    309. Il-korp innotifikat għandu jgħarraf lill-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew li qed tibda tużah bl-obbligi tagħha skont din il-proċedura tal-valutazzjoni ta' wara l-bini.

    ANNESS VI

    REKWIżITI ADDIZZJONALI META JINTUżA L-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA FLIMKIEN MA' TESTIJIET TA' PRODUZZJONI SORVELJATA STABBILITA FIL-MODULU A1 (L-ARTIKOLU 25(2))

    Disinn u kostruzzjoni

    Wieħed jew aktar mit-testijiet li ġejjin, kalkolu ekwivalenti jew kontroll għandhom isiru mill-manifattur jew għan-nom tiegħu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma li jirrapreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur:

    310. test tal-istabbiltà skont il-punt 3.2 tal-Parti A tal-Anness I;

    311. test tal-karatteristiċi tal-kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma skont il-punt 3.3 tal-Parti A tal-Anness I.

    Emissjonijiet tal-istorbju

    Għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni li huma mgħammra b'magni fuq ġewwa jew magni stern drive mingħajr egżost integrali u għall-inġenji tal-ilma personali, it-testijiet tal-emissjonijiet tal-ħoss stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I għandhom jitwettqu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma li jirrapreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur tal-inġenji tal-ilma minn dan tal-aħħar, jew f'ismu, taħt ir-responsabbiltà ta' korp innotifikat magħżul mill-manifattur.

    Għall-magni fuq barra u l-magni stern drive b'egżost integrali, it-testijiet tal-emissjonijiet tal-ħoss definiti fil-Parti C tal-Anness I għandhom jitwettqu mill-manifattur tal-magna, jew f'ismu, taħt ir-responsabbiltà ta' korp innotifikat magħżul mill-manifattur fuq magna waħda jew diversi magni ta' kull familja ta' magna li tirrappreżenta l-produzzjoni tal-manifattur tal-magna.

    Meta aktar minn magna waħda ta' familja tal-magna tiġi ttestjata, il-metodu statistiku deskritt fl-Anness VII għandu jiġi applikat sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-kampjun.

    ANNESS VII

    KONFORMITA` TAL-VALUTAZZJONI TAL-PRODUZZJONIGĦALL-EMISSJONIJIET TAL-EGŻOST U TAL-ISTORBJU

    312. Għall-verifika tal-konformità ta' familja ta' magna, għandu jittieħed kampjun ta' magni mis-serje. Il-manifattur għandu jiddeċiedi dwar id-daqs (n) tal-kampjun, bi ftehim mal-korp innotifikat.

    313. Il-medja aritmetika X tar-riżultati miksuba mill-kampjun għandha tiġi kkalkolata għal kull komponent regolat tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-istorbju. Il-produzzjoni tas-serja għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ("deċiżjoni li tkun għaddiet") jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja:

    X + k . S ( L |

    S hija d-devjazzjoni standard fejn: |

    S² = ( (x - X)² / (n – 1) |

    X = il-medja aritmetika tar-riżultati |

    x = ir-riżultati individwali tal-kampjun |

    L = il-valur limitu xieraq |

    n = l-għadd ta' magni fil-kampjun |

    k = il-fattur statistiku li jiddependi fuq n (ara t-tabella) |

    ANNESS VIII

    PROĊEDURA ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI APPLIKATA GĦALL-KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA ( MODULU C)

    Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 25(5) meta l-livell tal-kwalità jidher li mhuwiex sodisfaċenti, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    Tittieħed magna mis-serja u tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-Parti B tal-Anness I. Il-magni ta' prova għandu jkun sarilhom it-tħaddim tal-bidu (running in), parzjalment jew kompletament, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-emssjonijiet speċifiċi tal-egżost tal-magna meħuda mis-serje jaqbżu l-valuri limiti skont il-Parti B tal-Anness I, il-manifattur jista' jitlob li jsir kejl fuq kampjun ta' magni meħuda mis-serje u inkluż l-magna meħuda fil-bidu. Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-kampjun tal-magni definiti fi […] mar-rekwiżiti tad-Direttiva, il-metodu statistiku deskritt fl-Anness VII għandu jiġi applikat.

    ANNESS IX

    DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA

    Id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikoli 7(2) u 26, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, għandha tinkludi dan li ġej:

    314. Deskrizzjoni ġenerali tat-tip;

    315. Disinn kunċettwali u disinni tal-manifattura u skemi tal-komponenti, sottomontaturi, ċirkuwiti, u dejta rilevanti oħra;

    316. Deskrizzjonijiet u spjegazzjonijeit neċessarji għall-ftehim tad-disinni u tal-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott;

    317. Lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 14, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali meta l-istandards imsemmija fl-Artikolu 14 ma jkunux ġew applikati;

    318. Ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li twettqu, u dejta rilevanti oħra;

    319. Ir-rapporti tat-testjiet, jew il-kalkoli jiġifieri dwar l-istabbilità skont il-punt 3.2 tal-Parti A tal-Anness I u dwar il-kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma skont il-punt 3.3 tal-Parti A tal-Anness I,

    320. Ir-rapporti tat-testijiet dwar l-emissjonijiet tal-egżost li juru l-konformità mat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness I

    321. Ir-rapporti tat-testijiet dwar l-emissjonijiet tal-istorbju li juru l-konformità mat-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL

    LINJI BAĠITARJI:

    Il-Kapitolu u l-Artikolu:

    Ammont stmat għas-sena kkonċernata:

    IMPATT FINANZJARJU

    X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq, iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

    (EUR miljuni sa punt deċimali wieħed)

    Il-Linja baġitarja | Dħul[26] | Perjodu ta' 12-il xahar, li jibda jj/xx/ssss | [Sena n] |

    L-Artikolu 52 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji |

    L-Artikolu ... | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji |

    Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

    L-Artikolu … |

    L-Artikolu … |

    [1] Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 164, 30.6.1994; p. 15)

    [2] COM (2010) 2020 finali.

    [3] Pereżempju ara l-Green Paper COM (2006) 275 finali "Lejn Politika Marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra", il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM (2007) 575 finali "Politika Marittima integrata għall-Unjoni Ewropea", u aktar riċenti, l-Inizjattiva Clean Ship (Vapur Nadif) proposta mid-DĠ Mare fl-2009. Dawn l-inizjattivi kollha jirrikonoxxu l-bżonn għall-ħarsien aħjar tal-ambjent fil-kuntest ta' kwalunkwe politika marittima.

    [4] Ara l-link: http://europa.eu/legislation_summaries/environment/air_pollution/l28031a_en.htm#KEY

    [5] Ara l-link: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32008L0050:EN:NOT

    [6] “Stocktaking study on the current status and developments of technology and regulations related to the environmental performance of recreational marine engines – Final Report”, Jannar 2005, TNO għad-DĠ Intrapriża

    [7] “Complementary Impact Assessment Study on possible emission reduction measures for recreational marine engines”, Ġunju 2008, ARCADIS għad-DĠ Intrapriża

    [8] L-impatt tal-armonizzazzjoni mal-Qafas Legali l-ġdid huwa evalwat mill-qrib fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Omnibus (proposta COM li tarmonizza diversi direttivi mal-Qafas Legali l-ġdid fl-istess waqt).

    [9] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

    [10] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

    [11] ĠU C […], […], p. […].

    [12] ĠU C […], […], p. […].

    [13] ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.

    [14] ĠU L 214, 26.08.2003, p. 18.

    [15] ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

    [16] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

    [17] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

    [18] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

    [19] COM (2007) 313 finali.

    [20] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    [21] ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

    [22] ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.

    [23] ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

    [24] ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1.

    [25] ĠU [...]

    [26] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % ta' ispejjeż ta' ġbir.

    Top