Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0442

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adeżjoni tal-Unjoni mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali

/* KUMM/2011/0442 finali - 2011/0191 (NLE) */

52011PC0442

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adeżjoni tal-Unjoni mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali /* KUMM/2011/0442 finali - 2011/0191 (NLE) */


2011/0191 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adeżjoni tal-Unjoni mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsil 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu mmuntati fuq u/jew użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawk il-preskrizzjonijiet (Il-Ftehim Rivedut tal-1958)[1], u partikolarment l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tiegħu ,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

1. Il-ħtiġijiet standardizzati tar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta' vettura kummerċjali[3] huma intiżi biex ineħħu l-barrieri tekniċi għan-negozju tal-vetturi bil-mutur bejn il-partijiet Kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien għall-okkupanti tal-vettura.

2. Fid-data tal-adeżjoni tagħha għall-Ftehim Rivedut tal-1958, l-UE aderiet għal numru limitat tar-Regolamenti tal-UNECE elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 97/836/KE; Ir-Regolament tal-UNECE Nru 29 ma kienx inkluż f'dik il-lista.

3. Fid-dawl tal-emendi sussegwneti u tal-Artikolu 6.4 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur[4] li jippreskrivi għall-Unjoni li tqies ir-Regolament tal-UNECE Nru 29, il-Kummissjoni Ewropea tqies li r-Regolament tal-UNECE Nru 29 għandu issa jsir parti mis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi bil-mutur.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-UNECE Nru 29 dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali huwa hawn approvat.

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-UNECE Nru 29 dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali għandu jiġi parti mis-sistema ta' approvazzjoni tal-UE għall-vetturi bil-mutur.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun notifikata mill-Kummissjoni lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

(…)

Il-President

[1] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[2] ĠU (…) (għadu mhux ippubblikat).

[3] ĠU L 304, 20.11.2010, p. 21.

[4] Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

Top