This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0435
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position of the European Union in relation to the draft Regulation of the United Nations Economic Commission for Europe concerning Pedestrian Safety and to the draft Regulation of the United Nations Economic Commission for Europe concerning Light Emitting Diode (LED) light sources together with its corrigenda
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) flimkien mal-corrigenda tagħhom
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) flimkien mal-corrigenda tagħhom
/* KUMM/2011/0435 finali - 2011/0188 (NLE) */
/* KUMM/2011/0435 finali - 2011/0188 (NLE) */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) flimkien mal-corrigenda tagħhom
2011/0188 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) flimkien mal-corrigenda tagħhom IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut tal-1958)[1], u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: 1. Ir-rekwiżiti standard tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tas-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq[3] u l-abbozz tar-Regolament tal-UNECE dwar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tas-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED)[4] huma maħsuba li jneħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u jiżguraw li tali vetturi jkunu joffru livell għoli ta' sikurezza u protezzzjoni. 2. Jixraq li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward l-abbozzi tar-Regolamenti msemmija tiġi ddefinita, u b'konsegwenza ta' dan issir proviżjoni għall-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, biex tivvota favur dawn l-abbozzi. 3. Il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-abbozzi tar-Regolamenti dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq u dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) għandhom jiġu inkorporati fis-sistema tal-Unjoni Ewropea għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-abbozz tar-Regolament tal-UNECE dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq, kif jidher fid-dokument ECE TRANS/WP.29/2010/127 huwa b'dan approvat. Artikolu 2 L-abbozz tar-Regolament tal-UNECE dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED), kif jidher fid-dokument ECE TRANS/WP.29/2010/44 huwa b'dan approvat. Artikolu 3 L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, se tivvota favur l-abbozzi tar-Regolamenti tal-UNECE msemmija fl-Artikoli 1 u 2 f'laqgħa fil-ġejjieni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Forum Dinji tal-UNECE għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-vetturi. Artikolu 4 B'referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 35 u 36 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-abbozz tar-Regolament tal-UNECE dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq u dawk stipulati fil-paragrafi 3.1, 3.3, 3.4, 3.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mixjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq[5], għandha tiġi rikonoxxuta. Artikolu 5 L-abbozzi tar-Regolamenti tal-UNECE dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mixjin fit-Triq u s-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) għandhom isiru parti mis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni Ewropea għall-vetturi bil-mutur. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78. [2] ĠU (…) (għadu mhux ippubblikat). [3] Dokument tal-UNECE ECE TRANS/WP.29/2010/127. [4] Dokument tal-UNECE ECE TRANS/WP.29/2010/44. [5] ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.