This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0423
OPINION OF THE COMMISSIONpursuant to Article 294(7)(c) of the Treaty on the Functioning of the European Union,on the European Parliament's amendment[s]to the Council's position regarding the proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCILon textile names and related labelling of textile products
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,_dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropew_lill-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLdwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,_dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropew_lill-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLdwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti
/* KUMM/2011/0423 finali - 2009/0006 (COD) */
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,_dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropew_lill-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLdwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti /* KUMM/2011/0423 finali - 2009/0006 (COD) */
2009/0006 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea,_dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropew_lill-pożizzjoni
tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL
dwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti (Test b’relevanza
għaż-ŻEE) 1. Introduzzjoni L-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Kummissjoni għandha
tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni
qari. Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-opinjoni tagħha hawn taħt
rigward l-emendi proposti mill-Parlament. 2. Sfond Data li fiha ntbagħtet il-proposta
lill-Parlament u lill-Kunsill: it-30 ta' Jannar 2009 Data tal-ewwel qari tal-opinjoni
tal-Parlament: it-18 ta' Mejju 2010 Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali: is-16 ta' Diċembru 2009 Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni
tal-Kunsill: is-6 ta' Diċembru 2010 Data tal-ftehim tal-COREPER dwar il-kompromess
fit-tieni qari: l-20 ta' April 2011 Data tal-opinjoni tal-Parlament fit-tieni
qari: il-11 ta' Mejju 2011 3. l-għan tal-proposta
mill-Kummissjoni Il-proposta mill-Kummissjoni ġiet
adottata fil-kuntest tal-inizjattiva għal Regolamentazzjoni Aħjar.
L-għan tal-proposta huwa biex il-qafas regolatorju eżistenti
għall-ittikkettjar ta' prodotti tat-tessuti jiġi simplifikat u
mtejjeb biex b'hekk jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-użu ta'
fibri ġodda kif ukoll l-innovazzjoni fis-settur tat-tessuti u
tal-ħwejjeġ. Biex jintlaħaq dan l-għan ġenerali,
il-proposta għandha l-għan li: · Tiffaċilita l-proċess leġislattiv biex jaddatta
l-leġislazzjoni għall-progress tekniku billi jittrasforma t-tliet
Direttivi eżistenti f'Regolament wieħed, biex b'hekk tiġi
evitata t-traspożizzjoni tal-aġġornamenti tekniċi; · It-tqassir taż-żmien bejn is-sottomissjoni ta' applikazzjoni
u l-adozzjoni ta' isem ġdid għall-fibra. 4. Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi
mill-Parlament Ewropew L-opinjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni
qari tal-11 ta' Mejju 2011 hija kompromess bilanċjat li
jagħmel għadd limitat ta' emendi lill-pożizzjoni tal-Kunsill
sabiex jagħmel disponibbli aktar tagħrif għall-konsumaturi
fir-rigward tal-preżenza ta' partijiet mhux magħmula minntessuti u li
joriġinaw mill-annimali u l-kompożizzjoni sħiħa
tal-prodotti magħmula mittessuti. Klawżola ta' reviżjoni
komprensiva tistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-armonizzazzjoni
ulterjuri tal-ittikkettjar tal-prodotti tat-tessuti, flimkien ma' skema ta'
ittikkettjar dwar l-oriġini. Dan it-test ta' kompromess huwa konformi
mal-għan ġenerali tal-proposta Il-pożizzjoni tal-Parlament hija
riżultat ta’ kompromess miksub fi trijalogu li sar
fit-12 ta’ April 2011 u li ġie approvat
fl-20 ta’ April 2011 fil-Kunsill. 5. Konklużjoni Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi
vvutati mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari skont it-test ta' kompromess
deskritt hawn fuq tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.