EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0416
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the common organisation of the markets in fishery and aquaculture products
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura
/* KUMM/2011/0416 finali - 2011/0194 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura /* KUMM/2011/0416 finali - 2011/0194 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA L-Organizzazzjoni
Komuni tas-Suq (OKS) għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ilha
fis-seħħ mill-1970. Hija waħda mill-pilastri tal-Politika Komuni
tas-Sajd (PKS). Il-bażi legali attwali tagħha hija
r-Regolament 104/2000, adottat fl-1999. Ir-riforma tal-Politika Komuni
tas-Sajd tipprovdi opportunità mill-aqwa għall-analiżi u
possibbilment ir-reviżjoni tal-għanijiet u l-istrumenti
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Problemi
identifikati u għanijiet għar-riforma Il-Kummissjoni
ilha mill-2008 twettaq evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet estensivi biex
tivvaluta l-prestazzjoni tal-qafas legali attwali, biex tagħraf u
tanalizza żviluppi u xejriet fis-suq tal-UE matul l-aħħar
għaxar snin u biex tisma' l-opinjonijiet tal-partijiet konċernati. L-analiżi
wasslet għall-identifikazzjoni ta' ħames oqsma problematiċi
ewlenin, li jistgħu jitqassru kif ġej. L-Organizzazzjoni
Komuni tas-Suq tal-UE ma kienetx tikkontribwixxi biżżejjed
għall-produzzjoni sostenibbli: waqt li bosta sajd tal-UE mhux sfruttat
b'mod sostenibbli, sa dan l-aħħar, kien hemm primjums tas-suq
verament limitati għal prassi sostenibbli jew ebda sanzjoni tas-suq
għal prassi potenzjalment jew realment mhux sostenibbli. Il-politika
attwali ma pprovdietx is-sinjali għal politika tajba b'mod
suffiċjenti. Il-pożizzjoni
tas-suq tal-produzzjoni tal-UE marret għall-agħar: il-produtturi
tal-UE qed jiffaċċjaw opportunitajiet limitati jew imnaqqsa
tal-produzzjoni (sajd u akkwakultura). Barra minn hekk, in-naħa
tal-produzzjoni hija frammentata minħabba l-għadd ta' speċijiet,
il-ħatt l-art u s-siti tal-bejgħ, waqt li n-naħa tad-domanda
hija kkonċentrata ħafna. Il-produzzjoni tal-UE hija wkoll nieqsa
mill-kompetittività f'suq li dejjem qed isir iżjed globalizzat. Aħna ma
konniex kapaċi nbassru jew nimmaniġġaw iċ-ċaqliq
fis-suq: Is-sajd, aktar minn settur ieħor tal-produzzjoni tal-ikel, huwa
kkaratterizzat minn inċertezza fir-rigward ta' kundizzjonijiet ta'
produzzjoni u aċċess. Madankollu l-provvista tal-UE ma tistax
titbassar f'termini ta' volum u kwalità mitluba min-naħa tad-domanda.
Min-naħa l-oħra, il-produtturi tal-UE, il-biċċa l-kbira ma
jantiċipawx id-domanda tas-suq fl-ippjanar tal-produzzjoni tagħhom.
Dan iwassal għal differenzi kbar fil-prezzijiet tal-ewwel bejgħ. Il-potenzjal
tas-suq tagħna huwa fil-biċċa l-kbira mhux sfruttat: il-konsum
li qed jiżdied madwar l-UE joffri opportunitajiet ekonomiċi
tanġibbli għall-produtturi tal-UE. Iżda l-kosti
tal-informazzjoni u t-tranżazzjonijiet huma għoljin matul il-katina
tal-kummerċjalizzazzjoni. Mill-perspettiva tal-konsumatur, l-informazzjoni
limitata li tingħata ma tippermettix li ssir għażla infurmata u
responsabbli. L-implimentazzjoni
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq qed tinżamm lura minn qafas ikkumplikat
u kumpless iżżejjed. F'dan il-kuntest
il-proposta għal riforma tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tiffoka fuq
l-għanijiet li ġejjin: It-titjib
fil-livell tal-inċentivi tas-suq bħala appoġġ għal
prassi ta' produzzjoni sostenibbli: il-produtturi tal-UE (sajd u akkwakultura)
fi ħdan l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi huma l-ewwel li jħabbtu
wiċċhom mal-produzzjoni, l-immaniġġar ta' kuljum
tar-riżorsi u l-kwistjonijiet tas-suq. Jeħtieġ li r-rwol,
ir-responsabbiltà u l-mandat tagħhom jiġu analizzati skont
l-għanijiet tar-riforma tal-PKS sabiex l-attivitajiet tal-produzzjoni
jingħataw direzzjoni lejn is-sostenibbiltà. Għandhom jiġu
mmirati wkoll operaturi oħra iktar ’il fuq fil-katina f'dan is-settur
sabiex ikabbru l-impenn tagħhom u jsiru iżjed responsabbli
għas-sostenibbiltà tal-provvista tagħhom. It-titjib
tal-pożizzjoni tas-suq tal-produzzjoni tal-UE: Meta jiġu indirizzati
l-imperfezzjonijiet tas-suq, il-kosti għoljin tal-informazzjoni u
t-tranżazzjonijiet, kif ukoll kwistjonijiet tal-organizzazzjoni,
wieħed irid jiffoka fuq l-attivitajiet ta' produzzjoni (ir-raggruppament
tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni aħjar fl-ewwel bejgħ),
fuq iż-żieda fil-kompetittività tal-produzzjoni tal-UE (kwalità,
innovazzjoni u valur miżjud), fuq li jissaħħaħ il-poter
tal-innegozjar tal-produtturi u fuq li jiġu żgurati kundizzjonijiet
ekwi għall-prodotti kollha kkumerċjalizzati fl-Unjoni. L-istrateġiji
tal-produtturi għandhom jagħtu iżjed każ ta' titjib
fir-rabta bejn il-produzzjoni tal-UE u l-bidliet strutturali fis-suq tal-UE, u
l-varjazzjonijiet fuq medda qasira. Dan jappoġġa l-iżvilupp
tal-għarfien dwar is-suq u l-analiżi tan-naħa tad-domanda u
tal-provvisti li jikkompetu. Trasparenza aħjar matul il-katina
tal-kummerċjalizzazzjoni tas-swieq għandha tiffaċilita li
l-provvista tilħaq id-domanda u ttejjeb it-teħid ta'
deċiżjonijiet dwar il-politika. Id-differenzi fil-prezzijiet
tal-ewwel bejgħ jistgħu jitnaqqsu permezz ta' kundizzjonijiet imtejba
għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-Organizzazzjonijiet
tal-Produtturi u billi jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi
ppjanata u aġġustata għad-domanda f'termini ta' kwalità,
kwantità u preżentazzjoni. It-titjib
tal-potenzjal tas-suq tal-prodotti tal-UE: It-tħaddim tas-suq intern
tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura huwa 'l bogħod mill-ideali b'mod
partikulari minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni. Il-vantaġġ
komparattiv tal-produzzjoni tal-UE (freskezza, lokali, varjetà, eċċ)
jista' jiġi sfruttat aħjar billi jkun hemm aktar diversifikazzjoni u
kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-konsumaturi tal-UE għandhom
id-dritt li jingħataw informazzjoni aktar preċiża u affidabbli
biex tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fil-prodotti
tas-sajd u l-akkwakultura. L-appoġġ
għal governanza aħjar, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u
s-simplifikazzjoni tal-qafas legali: Id-dispożizzjonijiet u l-istrumenti
eżistenti għandhom jiġu rriveduti, issimplifikati u
ċċarati. L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandhom tiġi
appoġġata fil-kuntest ta' fond finanzjarju ġdid li ser jiġi
implimentat fi ħdan il-PKS riformata. L-interazzjoni
mar-riforma tal-PKS L-għan
ewlieni tar-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tippromwovi
l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' settur
ekonomikament vijabbli, li mbagħad għandu jiggwadanja dejjem aktar
saħħa mill-immaniġġar tiegħu stess. Il-valutazzjoni
tal-impatt tal-PKS ikkonkludiet li, meta jitqiesu l-għanijiet u
l-istrumenti l-ġodda tal-PKS, kienet meħtieġa riforma estensiva
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq: l-istrumenti orjentati lejn is-suq
għandhom jikkontribwixxu, direttament jew indirettament, biex
jintlaħqu l-għanijiet ewlenin tal-PKS . Biex tindirizza
s-sajd żejjed u l-prassi mhux sostenibbli u titbiegħed
mill-istrateġiji tal-produzzjoni bbażati biss fuq il-volum, l-Organizzazzjoni
Komuni tas-Suq il-ġdida se tappoġġa: l-għoti
tas-setgħa lil organizazzjonijiet tal-produtturi u
tal-koimmaniġġar tagħhom tad-drittijiet tal-aċċess kif
ukoll tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni; miżuri
tas-suq li jżidu l-poter tan-negozjar tal-produtturi (fis-sajd u
l-akkwakultura), itejbu t-tbassir, il-prevenzjoni u l-immaniġġar ta’
kriżi tas-suq u jrawmu t-trasparenza u l-effiċjenza tas-suq; inċentivi
tas-suq u primjums għal prassi sostenibbli; sħubijiet għal produzzjoni,
għal provvista tagħhom u għal konsum sostenibbli;
ċertifikazzjoni (l-ekotikketti), promozzjoni, informazzjoni
lill-konsumaturi; miżuri
tas-suq addizzjonali dwar il-ħut skartat. Id-dispożizzjonijiet
eżistenti tal-UE f'dan il-qasam Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 104/2000 li jistabbilixxi Organizzazzjoni Komuni tas-Suq
fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura huwa l-qafas regolatorju attwali. Din
il-proposta għandha l-għan li tieħu post dan ir-Regolament. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Sa mill-2008 saru
konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati f'diversi livelli. Konsultazzjoni
pubblika bbażata fuq l-internet dwar kwistjonijiet tas-suq u
l-kummerċ twettqet mid-9 ta' April 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009
fil-qafas tal-Green Paper għar-Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd
(COM(2009)163 finali). Kważi l-400 kontribuzzjoni kollha li saru dwar
il-Green Paper indirizzaw kwistjonijiet relatati ma' riforma tal-Organizzazzjoni
Komuni tas-Suq. Dawn huma miġburin f'sinteżi f'kapitolu
speċifiku (3.4) fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni
dwar "Sinteżi tal-Konsultazzjoni dwar ir-Riforma tal-Politika Komuni
dwar is-Sajd" SEC(2010)428 finali – April 2010. Konsultazzjoni
wiesgħa tas-settur (produtturi, importaturi, proċessuri,
bejjiegħa bl-imnut) u ta' atturi mhux governattivi (NGOs
għall-iżvilupp u l-ambjent, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi) fi
ħdan l-entitajiet konsultattivi eżistenti fi ħdan il-PKS u
seminars tematiċi. Sar djalogu estensiv mal-Istati Membri inkluż
laqgħat bilaterali ma' rappreżentanti nazzjonali mis-settur,
l-amministrazzjoni nazzjonali u reġjonali, u l-Kumitat ta’ Ġestjoni.
Il-Parlament Ewropew, b'mod partikulari il-Kumitat tas-Sajd, kien assoċjat
mil-qrib ma' dawn il-konsultazzjonijiet u avvenimenti. Valutazzjonijiet
tal-impatt Twaqqaf grupp
tat-tmexxija b'rappreżentazzjoni minn diversi servizzi fi ħdan
il-Kummissjoni li kkontribwixxa matul il-proċess tal-valutazzjonijiet
tal-impatt. L-analiżi tal-qafas politiku attwali u tal-iżvilupp
tas-suq tal-UE għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ġiet segwita
bl-identifikazzjoni tal-għanijiet preliminari għal Organizzazzjoni
tas-Suq Komuni riformata. Skont dawn l-għanijiet ġew ikkunsidrati
diversi għażliet alternattivi ta' politika għar-riforma. It-tkomplija
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq attwali għall-prodotti tas-sajd u
l-akkwakultura. Din tfisser li jkun hemm enfasi prinċipalment fuq
interventi fis-suq biex jappoġġaw l-istabbilità tal-prezzijiet. Ir-reviżjoni
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq attwali għall-prodotti tas-sajd u
l-akkwakultura billi jitnaqqsu l-mekkaniżmi ta' intervent għal
għajnuna unika għall-ħżin ta' prodotti tas-sajd
intenzjonati għal konsum mill-bniedem u billi strumenti oħra jsiru
aktar issimplifikati, xierqa, u flessibbli (standards
tal-kummerċjalizzazzjoni u informazzjoni lill-konsumaturi). Titjib
fl-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura
billi l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi u l-Organizzazzjonijiet interprofessjonali
jingħataw aktar setgħa b'għanijiet ġodda u jingħataw
appoġġ finanzjarju biex ifasslu u jimplimentaw pjanijiet sostenibbli
għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni. Il-kontenut u l-ambitu
tal-informazzjoni obbligatorja tal-konsumatur jiġu estiżi. Jiġu
kkunsidrati l-eżattezza u l-kontroll tat-tikkettar volontarju. Titwettaq
id-deregolazzjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq attwali
għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Din l-għażla
trażżan l-appoġġ finanzjarju kollu (l-intervent u
l-appoġġ għal azzjonijiet kollettivi) u kwalunkwe strument
legali speċifiku għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. L-għażla
tal-istatus quo ġiet evalwata bħala pjuttost ineffiċjenti u
kumplessa wisq biex tilħaq l-għanijiet attwali tagħha. Illum,
12-il sena wara l-adozzjoni tagħha, l-OKS attwali tidher bħala mhux
adattata għall-isfidi tas-suq tal-UE. Se tirriżulta aktar ineffettiva
fil-PKS riformata, u possibbilment inkonsistenti mal-għanijiet
tagħha. Il-korrezzjoni
tan-nuqqasijiet ewlenin tal-OKS eżistenti permezz ta'
aġġustamenti u simplifikazzjonijiet proposti għandha ttejjeb
it-tħaddim tagħha. Ir-rilevanza għall-għanijiet ewlenin
tar-riforma tal-PKS tibqa’ madankollu limitata. It-tneħħija
għal kollox tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tal-UE, anke jekk
wieħed jikkunsidra li l-iżviluppi u l-inċentivi tas-suq proprju
lejn is-sostenibbiltà żdiedu, ma tindirizzax kompletament il-problemi
ewlenin identifikati, jiġifieri s-settur frammentat u kumpless
tal-provvista tal-UE u r-riskji ta' informazzjoni li tisgwida jew tħawwad
lill-konsumatur. Għalhekk
il-Kummissjoni tappoġġa it-titjib tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq
sabiex takkumpanja lis-settur tas-sajd u l-akkwakultura filwaqt li tersaq lejn
prassi sostenibbli ta' produzzjoni. Jista’ jsir ħafna f'termini ta’ organizzazzjoni
u kummerċjalizzazzjoni biex jitjieb it-tbassir tal-provvista u jitnaqqsu
l-kosti tat-tranżazzjonijiet. Din l-għażla tenfasizza r-rwol ta'
kull parti interessata ewlenija fil-preferenza ta’ prassi sostenibbli.
L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tgħin biex jiżdied
il-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura f'kuntest fejn
l-appoġġ finanzjarju jitbiegħed mill-flotta (speċjalment
l-iskrappjar u l-waqfien temporanju), favur soluzzjonijiet intelliġenti,
ekoloġiċi, innovattivi u orjentati lejn is-suq għas-settur
tas-sajd u l-akkwakultura. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Bażi legali L-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt kompetenza
kondiviża, u għalhekk japplika l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: Il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni u għalhekk għandha tiġi implimentata permezz ta' Regolament adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Huwa meħtieġ u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar sabiex jintlaħaq l-għan sottostanti li jiġu żgurati industriji tas-sajd u l-akkwakultura li jipprovdu kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli fuq medda twila u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Din ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan. 2011/0194 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq
fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42
u 43(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Europea, Wara li għaddew l-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[2], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
L-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi
għal miżuri dwar is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fl-Unjoni.
L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, minn
hawn 'il quddiem "Organizzazzjoni Komuni tas-Suq", hija parti
integrali tal-Politika Komuni tas-Sajd u għandha tikkontribwixxi biex
jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Billi l-Politika Komuni tas-Sajd
qed tiġi riveduta, l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tiġi
adattata skont dan. (2)
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar
l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura[3]
jiġi rivedut biex jitqiesu n-nuqqasijiet misjuba fl-implimentazzjoni
tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ attwalment, l-iżviluppi
riċenti fl-Unjoni u s-swieq dinjija, u l-evoluzzjoni tal-attivitajiet
tas-sajd u l-akkwakultura. (3)
Għandhom jiġu implimentati
d-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq skont l-impenji
internazzjoni tal-Unjoni, partikularment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet
tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. (4)
L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha
tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni
tas-Sajd. (5)
Peress li dawn l-għanijiet ma jistgħux
jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura
komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u jistgħu
għalhekk, minħabba l-ħtieġa għal azzjoni komuni
ulterjuri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, min-naħa tagħha
din tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif
stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan
ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li huma meħtieġ sabiex
jintlaħqu dawk l-għanijiet. (6)
Huwa importanti li l-immaniġġar
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq jitmexxa fuq il-prinċipji ta'
governanza tajba tal-Politika Komuni tas-Sajd. (7)
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi
ewlenin għall-applikazzjoni xierqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. Huwa għalhekk meħtieġ li
jsaħħu l-għanijiet tagħhom biex jiżguraw li l-membri
tagħhom iwettqu attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura b'mod sostenibbli,
itejbu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti, u jiġbru informazzjoni
ekonomika dwar l-akkwakultura. Filwaqt li jilħqu dawn l-għanijiet,
l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkunsidraw
il-kundizzjonijiet differenti tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura li
jeżistu fl-Unjoni, b'mod partikulari l-ispeċifiċitajiet tas-sajd
fuq skala żgħira. (8)
L-organizzazzjonijiet interprofessjonali billi
jiġbru kategoriji differenti ta' operaturi jistgħu jgħinu biex
itejbu l-koordinazzjoni ta' attivitajiet tal-kummerċjalizzajoni matul
il-katina tal-attivitajiet u biex jiżviluppaw miżuri ta' interess
għas-settur kollu. (9)
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet
komuni għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u
organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-Istati Membri, biex ir-regoli
adottati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi jiġu
estiżi, u biex il-kosti li jirriżultaw minn din l-estensjoni
jiġu kondiviżi. Il-proċedura għall-estensjoni ta' regoli
għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni
mill-Kummissjoni. (10)
Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi
jistgħu jidderiġu lill-membri lejn attivitajiet ta' sajd u
akkwakultura sostenibbli, huma għandhom jiddefinixxu u jissottomettu
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pjan ta' produzzjoni u
kummerċjalizzazzjoni bil-miżuri meħtieġa biex jilħqu
l-għanijiet tagħhom. (11)
Id-diffikulta biex jitbassru l-attivitajiet
tas-sajd teżiġi li jitwaqqaf mekkaniżmu għal ħżin
ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem bil-għan li titrawwem
stabbilità akbar tas-suq u jiżdied ir-redditu fuq il-prodotti,
partikularment billi jinħoloq valur miżjud. Dan il-mekkaniżmu
għandu jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni u l-konverġenza
tas-swieq lokali tal-Unjoni bil-għan li jinħoloq is-suq uniku. (12)
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu
joħolqu fond kollettiv biex jiffinanzja l-pjanijiet ta' produzzjoni u
kummerċjalizzazzjoni u l-mekkaniżmu ta' ħżin. (13)
Biex tiġi kkunsidrata d-diversità
fil-prezzijiet madwar l-Unjoni, kull organizzazzjoni tal-produtturi
għandha tkun intitolata li tagħmel proposta għal prezz li
jiskatta l-mekkaniżmu ta' ħżin. Dan il-prezz ma għandux
iwassal biex jiġu ffissati prezzijiet minimi li jistgħu jfixklu
l-kompetizzjoni. (14)
Billi l-istokkijiet tal-ħut huma riżorsi
kondiviżi, l-isfruttar sostenibbli u effiċjenti tagħhom jista',
f'xi ċirkustanzi, jintlaħaq aħjar permezz ta' organizzazzjoniiet
magħmula minn membri minn Stati Membri differenti.
Għalhekk jeħtieġ li tiġi prevista wkoll il-possibbiltà
li jitwaqqfu organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta'
organizzazzjonijiet ta' produtturi fuq livell transnazzjonali, li jibqgħu
soġġetti għal regoli tal-kompetizzjoni kif previst
fir-regolament preżenti. (15)
L-applikazzjoni ta' standards komuni
tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tippermetti li s-suq ikun fornut bi
prodotti sostenibbli, li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-suq
intern tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li jiġi ffaċilitat
il-kummerċ fuq bażi ta' kompetizzjoni ġusta, u b'hekk tgħin
biex tintlaħaq il-profitabbiltà tal-produzzjoni. (16)
Minħabba l-varjetà wiesgħa tal-prodotti
tas-sajd u l-akkwakultura, jeħtieġ li l-konsumaturi jingħataw
ammont minimu ta' informazzjoni obbligatorja dwar il-karatteristiċi
ewlenin tal-prodotti. Għall-promozzjoni tad-divrenzjar tal-prodotti,
jeħtieġ ukoll li titqies informazzjoni addizzjonali li tista'
tiġi indikata fuq bażi volontarja. (17)
Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni relatata ma'
ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi msemmija fl-Artikolu 101
tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni jew
il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, sakemm
l-applikazzjoni tagħhom ma tfixkilx it-tħaddim tal-organizzazzjoni
komuni tas-swieq jew thedded li jintlaħqu l-għanijiet
tal-Artikolu 39 tat-Trattat. (18)
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli
tal-kompetizzjoni applikabbli għall-produzzjoni u
l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, waqt li
jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd u
l-akkwakultura, inklużi l-frammentazzjoni tas-settur, il-fatt li
l-ħut huwa riżorsa kondiviża u l-ammont estensiv
tal-importazzjoni. Minħabba raġunijiet ta' simplifikazzjoni,
id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006
tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni
għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ f'ċerti prodotti agrikoli[4]
għandhom jiġu inkorporati fir-regolament preżenti. Għalhekk
ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ma għandux jibqa' japplika għal
prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. (19)
Jeħtieġ li tittejjeb l-informazzjoni
ekonomika dwar is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fl-Unjoni. (20)
Is-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 24,
33, 41 u 46, sabiex tkun tista' tissupplimenta jew temenda l-kundizzjonijiet u
r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet
tal-produtturi, tissupplima jew temenda l-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u
kummerċjalizzazzjoni, tiddefinixxi u temenda l-istandards komuni
tal-kummerċjalizzazzjoni, tissupplimenta jew temenda informazzjoni
obbligatorja u tistipula kriterji minimi għall-informazzjoni pprovduta
volontarjament minn operaturi lill-konsumaturi. (21)
Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni
twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija
tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal
atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir
trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill. (22)
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi
għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 25, 31, 34 u 37 ta' dan
ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu
konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu
eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi
r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll
mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat
ta’ implimentazzjoni. (23)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
għandu jiġi rrevokat iżda l-Artikoli 9, 10, 11, 17, 18, 19,
20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 34, 35, 36, 37, 38 u 39 għandhom
jibqgħu japplikaw sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament dwar
il-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 1
Suġġett 1.
B'dan qed tiġi stabbilita organizzazzjoni
komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, minn hawn 'il quddiem
"Organizzazzjoni Komuni tas-Suq". 2.
L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha
tħaddan l-istrumenti li ġejjin: (a) organizzazzjonijiet professjonali; (b) standards ta' kummerċjalizzazzjoni; (c) informazzjoni għall-konsumatur; (d) regoli dwar il-kompetizzjoni; (e) għarfien intelliġenti dwar
is-suq. Artikolu 2
Ambitu L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha
tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati
fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li jiġu
kkummerċjalizzati fl-Unjoni. Artikolu 3
Għanijiet L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha
tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati
fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd. Artikolu 4
Prinċipji L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha
tipproċedi fuq il-prinċipji ta' governanza tajba stipulati
fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd. Artikolu 5
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3
tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd. Għandhom japplikaw ukoll
id-definizzjonijiet li ġejjin: (a)
'prodotti tas-sajd' tfisser organiżmi
akwatiċi li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd jew prodotti
li ġejjin minnhom, kif elenkat fl-Anness I; (b)
'prodotti tal-akkwakultura' tfisser organiżmi
akwatiċi, fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja
tagħhom, li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura jew
prodotti li ġejjin minnhom, kif elenkat fl-Anness I; (c)
'produttur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika
jew ġuridika li tuża mezzi ta' produzzjoni biex tikseb prodotti ta'
sajd jew akkwakultura bl-intenzjoni li tqiegħdhom fis-suq; (d)
'settur tas-sajd jew l-akkwakultura' tfisser
is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni,
tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u
l-akkwakultura; (e)
'tagħmel disponibbli fis-suq' tfisser
kwalunkwe provvista ta' prodott tas-sajd jew l-akkwakultura
għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul
attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr
ħlas; (f)
'tqegħid fis-suq' tfisser l-ewwel darba li
prodott tas-sajd jew l-akkwakultura jsir disponibbli fis-suq tal-Unjoni. Kapitolu II
Organizzazzjonijiet professjonali Taqsima I
Stabbiliment, Għanijiet u Miżuri Artikolu 6
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd
jistgħu jiġu stabbiliti bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva
proprja ta' produtturi ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru wieħed jew
aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II. Artikolu 7
Għanijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd
għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin: (a)
jippromwovu attivitajiet vijabbli tas-sajd
mill-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta'
konservazzjoni stipulata fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u
l-leġiżlazzjoni ambjentali; (b)
jieħdu ħsieb qabdiet ta' stokkijiet
kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom; (c)
itejbu l-kundizzjonijiet għat-tqegħid
fis-suq tal-prodotti tas-sajd tal-membri tagħhom; (d)
jistabbilixxu s-swieq; (e)
itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi. Artikolu 8
Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd
jistgħu jużaw l-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet
stipulati fl-Artikolu 7: (a)
jippjanaw l-attivitajiet tas-sajd tal-membri
tagħhom; (b)
jagħmlu l-aħjar użu ta' qabdiet ta'
stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom billi: - jiddisponu minn prodotti li jkunu
nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta'
kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi
oħrajn għajr konsum mill-bniedem; - jqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu
nħattu l-art li huma konformi mad-daqsijiet minimi ta'
kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a); - jiddistribwixxu mingħajr ħlas
prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew
karitatevoli. (c)
jaġġustaw il-produzzjoni
għall-bżonnijiet tas-suq; (d)
jidderiġu l-provvista u
l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom; (e)
jimmaniġġaw ħżin temporanju ta'
prodotti tas-sajd b'konfomità mal-Artikoli 35 u 36; (f)
jikkontrollaw u jieħdu miżuri biex
l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikun konformi mar-regoli stabbiliti
mill-organizzazzjoni tal-produtturi. Artikolu 9
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura Organizzazzjonijiet ta' produtturi
tal-akkwakultura jistgħu jiġu stabbiliti bħala grupp imwaqqaf
fuq l-inizjattiva proprja ta' produtturi ta' prodotti tal-akkwakultura fi Stat
Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II. Artikolu 10
Għanijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura L-organizzazzjonijiet ta' produtturi
tal-akkwakultura għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin: (a)
jippromwovu attivitajiet sostenibbli
tal-akkwakultura tal-membri tagħhom billi jipprovdu opportunitajiet
għall-iżvilupp tagħhom; (b)
jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel u
għall-impjieg f'żoni kostali u rurali; (c)
jaċċertaw li l-attivitajiet tal-membri
tagħhom huma konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali
msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd; (d)
itejbu l-kundizzjonijiet għat-tqegħid
fis-suq tal-prodotti tal-akkwakultura tal-membri tagħhom; (e)
itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi. Artikolu 11
Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi
tal-akkwakultura Organizzazzjonijiet ta' produtturi
tal-akkwakultura jistgħu jużaw il-miżuri li ġejjin biex
jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10: (a)
jippromwovu akkwakultura responsabbli u
sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien tal-ambjent,
saħħa u benessri tal-annimali; (b)
jaġġustaw il-produzzjoni
għall-bżonnijiet tas-suq; (c)
jidderiġu l-provvista u
l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom; (d)
jikkontrollaw u jieħdu miżuri biex
l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti
mill-organizzazzjoni tal-produtturi; (e)
jiġbru informazzjoni dwar il-prodotti
kkumerċjalizzati inkluża informazzjoni ekonomika dwar l-ewwel
bejgħ u t-tbassir ta' produzzjoni. Artikolu 12
Stabbiliment ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi 1.
Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta'
produtturi tas-sajd jew akkwakultura tista' tiġi stabbilita bħala
grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed jew aktar. 2.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament
applikabbi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom japplikaw
għal assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
ħlief jekk indikat mod ieħor. Artikolu 13
Għanijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta'
produtturi Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet
ta' produtturi tas-sajd jew l-akkwakultura għandu jkollhom
l-għanijiet li ġejjin: (a)
iwettqu b'mod iktar effiċjenti kwalunkwe
għan tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri stipulati
fl-Artikoli 7 u 10; (b)
jikkoordinaw u jiżviluppaw attivitajiet ta'
interess komuni għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi membri. Artikolu 14
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma Tista' tiġi stabbilita organizzazzjoni
interprofessjonali bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta'
operaturi ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fi Stat Membru wieħed jew
aktar u li hija rikonoxxuta skont it-Taqsima II. Artikolu 15
Għanijiet ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma L-organizzazzjonijiet interprofessjonali
għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin: (a)
itejbu l-kundizzjonijiet biex prodotti tas-sajd
u l-akkwakultura jkunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni; (b)
jgħinu biex jikkoordinaw aħjar
it-tqegħid fis-suq u d-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u
l-akkwakultura tal-Unjoni. Artikolu 16
Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet minn diversi oqsma Organizzazzjonijiet interprofessjonali
jistgħu jużaw il-miżuri li ġejjin biex jilħqu
l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 15: (a)
it-tfassil ta’ kuntratti standard li huma
kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni; (b)
il-promozzjoni ta' prodotti tas-sajd u
l-akkwakultura tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju permezz tal-użu
tal-potenzjal ta' ċertifikazzjoni, partikularment denominazzjonijiet
tal-oriġini, siġilli ta' kwalità, indikazzjonijiet
ġeografiċi u merti ta' sostenibbiltà; (c)
l-istipular ta' regoli dwar il-produzzjoni u
l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li huma
iktar stretti minn dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew
tal-Unjoni; (d)
it-titjib fil-kwalità, tal-għarfien dwar u
t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; (e)
it-twettiq ta' riċerka u studji tas-suq, u
l-iżvilupp ta' tekniki li jwasslu għall-aqwa livell tal-operat
tas-suq, inklużi l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni; (f)
il-forniment ta' informazzjoni u t-twettiq ta'
riċerka meħtieġa biex twassal għal provvisti sostenibbli
b'ammont, kwalità u prezz skont il-ħtiġijiet tas-suq u l-aspettattivi
tal-konsumatur; (g)
il-kontroll u t-teħid ta' miżuri biex
l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikun konformi mar-regoli stabbiliti
mill-organizzazzjoni minn diversi oqsma. Taqsima II
Rikonoxximent Artikolu 17
Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu
bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd u l-akkwakultura kull
grupp tas-sajd jew l-akkwakultura li japplikaw għal dan ir-rikonoxximent,
bil-kundizzjoni li: (a)
ikun attiv b'mod suffiċjenti ekonomikament
fit-territorju tiegħu jew parti minnu, partikularment fir-rigward ta'
għadd ta' membri u volum ta' produzzjoni kummerċjabbli; (b)
għandu personalità ġuridika skont
il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, għandu l-kwartieri ġenerali
uffiċjali tiegħu u huwa stabbilit fit-territorju tiegħu; (c)
huwa kapaċi li jsegwi l-għanijiet
stipulati fl-Artikoli 7 u 10; (d)
huwa konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni
stipulati fil-Kapitolu VI; (e)
jista' ma jkollux pożizzjoni dominanti f’suq
partikolari ħlief jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu
l-miri tal-Artikolu 39 tat-Trattat. Artikolu 18
Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu
kwalunkwe grupp stabbilit fit-territorju tagħhom li jagħmel
applikazzjoni xierqa, bħala organizzazzjoni minn diversi oqsma, waqt li
jqisu r-regoli tal-Unjoni partikularment fir-rigward tal-kompetizzjoni,
bil-kundizzjoni li: (a)
jirrappreżenta sehem sinifikanti talanqas ta'
tnejn mill-attivitajiet li ġejjin f'żona/i partikulari: produzzjoni,
kummerċjalizzazzjoni u pproċessar ta' prodotti tas-sajd u
l-akkwakultura jew prodotti pproċesstati minn prodotti tas-sajd u
l-akkwakultra; (b)
mhuwiex huwa nnifsu impenjat f'attivitajiet li
għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew
il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jew ta'
prodotti pproċessati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultura; (c)
għandu personalità ġuridika skont
il-liġi nazzjonali ta' Stat Membri, għandu l-kwartieri ġenerali
uffiċjali tiegħu u huwa stabbilit fit-territorju ta' dak l-Istat
Membru; (d)
jista' jwettaq l-għanijiet stipulati
fl-Artikolu 15; (e)
jikkunsidra l-interess tal-konsumaturi; (f)
ma jfixkilx t-tħaddim tajjeb
tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. Artikolu 19
Verifiki u rtirar tar-rikonoxximenti mill-Istati Membri L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki
f'intervalli regoli biex jiżguraw jekk l-organizzazzjonijiet
tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformawx
mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 17 u 18,
u għandhom fejn xieraq, jirtiraw ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet
tal-produtturi jew minn diversi oqsma. Artikolu 20
Organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta'
organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi fil-livell
transnazzjonali L-Istati Membri li għandhom
ċittadini li huma membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi jew organizzazzjoni
interprofessjonali fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u dawk l-Istati
Membri li jospitaw il-kwartieri ġenerali uffiċjali ta'
assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati
Membri differenti, għandhom jistabbilixxu, b'kollaborazzjoni mal-Istati
Membri rilevanti, il-kooperazzjoni ammistrattiva meħtieġa biex
jitwettqu l-verifiki fuq l-attivitajiet tal-organizzazzjoni jew
tal-assoċjazzjoni konċernata. Artikolu 21
Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd
Organizzazzjoni tal-produtturi li l-membri
tagħha huma ċittadini ta' Stati Membri differenti jew
assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati
Membri differenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom mingħajr
preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni
ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont l-Artikolu 16
tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd. Artikolu 22
Komunikazzjoni lill-Kummissjoni, L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw
lill-Kummissjoni, b'mezzi elettroniċi, kwalunkwe deċiżjoni biex
jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent. Artikolu 23
Verifiki mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u
tista' meta jkun xieraq, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent
ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi
oqsma, sabiex tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet
għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew
organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulati fl-Artikoli 17 u 18. Artikolu 24
Atti delegati Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex (a)
temenda jew tissupplimenta l-kundizzjonijiet
għar-rikonoxximent imsemmija fl-Artikoli 17 u 18. Dawk ir-regoli
jistgħu jikkonċernaw it-tħaddim intern ta' organizzazzjoni ta'
produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi oqsma, ir-regoli ta'
assoċjazzjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji,
obbligi għall-membri tagħhom u l-infurzar tal-applikazzjoni
tar-regoli tagħhom inkluż penali; (b)
jistabbilixxu regoli dwar il-frekwenza, il-kontenut
u l-metodi prattiċi tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati
Membri skont l-Artikoli 20 u 21. Artikolu 25
Atti ta’ implimentazzjoni 1.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta'
implimentazzjoni dwar (a) l-iskadenzi taż-żmien u
l-proċeduri li l-Istati Membri għandhom japplikaw
għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta'
organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikoli 17 u 18 jew
għall-irtirar ta' tali rikonoxximent skont l-Artikolu 19; (b) il-format, l-iskadenzi
taż-żmien u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati
mill-Istati Membri għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' kwalunkwe
deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent
skont l-Artikolu 22. 2.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija
fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51. Taqsima III
Estensjoni tar-Regoli Artikolu 26
Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi 1. Stat Membru jista'
jeżiġi li r-regoli miftiehma f'organizzazzjoni tal-produtturi jsiru
vinkolanti għal produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni u li
jbiegħu kwalunkwe prodott fiż-żona li fiha l-organizzazzjoni
tal-produtturi hija rrapreżentata bil-kundizzjoni li: (a)
l-organizzazzjoni tal-produtturi hija kkunsidrata
li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fi Stat
Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti
nazzjonali; (b)
ir-regoli li se jiġu estiżi
jikkonċernaw kwalunkwe miżura għall-organizzazzjonijiet
tal-produtturi stipulata fl-Artikolu 8(a), (b), (c), (d), (e). 2. Għall-finijiet
tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies
bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas
65 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul
is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi
r-regoli. 3. Għall-finijiet
tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies
bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas
40 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul
is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi
r-regoli. 4. Ir-regoli li se jiġu
estiżi għal dawk li mhumiex membri għandhom japplikaw għal
perjodu ta' bejn 90 jum u 12-il xahar. Artikolu 27
Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma 1.
Stat Membru jista' jeżiġi li xi wħud
mill-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prassi ġenerali miftiehma fi
ħdan organizzazzjoni interprofessjonali tkun vinkolanti f'żona
speċifika jew f'żoni speċifiċi għal operaturi
oħra li mhumiex affiljati mal-organizzazzjoni bil-kundizzjoni li: (a)
l-organizzazzjoni interprofessjonali hija
responsabbli għal talanqas 65 % ta' talanqas tnejn minn dawn
l-attivitajiet: produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew ipproċessar
tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona jew
iż-żoni kkonċernati ta' Stat Membru, u tressaq applikazzjoni
lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. (b)
ir-regoli li ser jiġu estiżi għal
operaturi oħra jikkonċernaw kwalunkwe miżura għall-organizzazzjonijiet
interprofessjonali stipulata fl-Artikolu 16(a), (b), (c), (d), (e), (f) u
ma jikkawżaw l-ebda dannu lil operaturi oħra fl-Istat Membru
kkonċernat jew fl-Unjoni. 2.
L-estensjoni tar-regoli tista' ssir vinkolanti
għal mhux iktar minn tliet snin. Artikolu 28
Responsabbiltà Meta r-regoli jiġu estiżi għal
dawk li mhumiex membri skont l-Artikoli 26 u 27, l-Istat Membru
kkonċernat jista' jiddeċiedi li dawk li mhumiex membri huma
responsabbli għall-organizzazzjoni tal-produtturi jew għall-organizzazzjoni
minn diversi oqmsa għall-ekwivalenti tal-kosti kollha, jew parti minnhom,
li tħallsu minn membri li jirriżultaw mill-applikazzjoni
tal-estensjoni tar-regoli. Artikolu 29
Awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni 1.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu
minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma beħsiebhom jagħmlu
vinkolanti għall-produtturi jew l-operaturi kollha f’żona
speċifika jew f'żoni speċifiċi skont l-Artikoli 26 u
27. 2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta
deċiżjoni li tawtorizza l-estensjoni tar-regoli nnotifikati minn Stat
Membru jekk: (a)
id-disposizzjonijiet tal-Artikoli 26 u 27 huma
mħarsa; (b)
hemm konformità mal-Kapitolu VI dwar regoli
ta' kompetizzjoni; (c)
l-estensjoni ma tipperikolax il-kummerċ
ħieles; (d)
l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat
mhumiex mhedda. 3.
Fi żmien xahrejn minn meta l-Kummissjoni
tirċievi n-notifika, għandha tieħu deċiżjoni
tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni għall-estensjoni tar-regoli
u għandha tinforma lill-Istati Membri. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet
deċiżjoni fil-perjodu ta' xahrejn, l-estensjoni tar-regoli titqies li
ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni. Artikolu 30
Irtirar ta' awtorizzazzjoni Il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u
tista' tirtira l-awtorizzazzjoni ta' estensjoni ta' regoli fil-każ li
tistabbilixxi li kwalunkwe rekwiżit għall-awtorizzazzjoni ma
jitħarisx. Il-Kummissjoni għandhom tinforma lill-Istati Membri. Artikolu 31
Atti ta’ implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi
regoli li jikkonċernaw il-format u l-proċedura ta' notifika msemmija
fl-Artikolu 29(1) permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont
il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51. Taqsima IV
Ippjanar tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni Artikolu 32
Pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni 1. Kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha
tissottometti pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni
lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet
stipulati fl-Artikolu 3. 2. L-Istat Membru għandu japprova l-pjan. Ladarba
jiġi approvat, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha immedjatament
timplimenta l-pjan. 3. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu
jirrevedu l-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u għandhom
jibagħtu r-reviżjoni għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet
kompetenti tal-Istat Membru. 4. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha
tistabbilixxi rapport annwali tal-attivitajiet tagħha skont il-pjan ta'
produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, u
għandha tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. 5. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki biex
jiżguraw li kull organizzazzjoni ta' produtturi twettaq l-obbligi previsti
f'dan l-Artikolu. Artikolu 33
Atti delegati Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex
tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni
u kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 32(1). Artikolu 34
Atti ta’ implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi
r-regoli tal-proċedura u l-iskadenzi taż-żmien biex
jintbagħtu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-regoli
tal-approvazzjoni mill-Istati Membri tal-pjan ta' produzzjoni u
kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 32 permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 51. Taqsima V
Stabbilizzazzjoni tas-swieq Artikolu 35
Mekkaniżmu ta' ħżin L-organizzazzjonijiet ta' produtturi
jistgħu jiffinanzjaw il-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati
fl-Anness II għal dan ir-Regolament, sakemm: (a)
il-prodotti jkunu tqiegħdu
għall-bejgħ mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, iżda ma
kienx hemm bejgħ tagħhom bil-prezz skattatur imsemmi
fl-Artikolu 36. (b)
il-prodotti jilħqu l-istandards
tal-kummerċjalizzazzjoni adottati skont l-Artikolu 39 u huma ta'
kwalità adegwata għal konsum mill-bniedem. (c)
il-prodotti huma stabbilizzati jew proċessati
u maħżuna billi jiġu ffriżati, jew abbord bastimenti jew
f'faċilitajiet fuq l-art, immellħa, imnixxfa, immarinati, u, fejn
rilevanti, mgħollija u pasturizzati. Jistgħu jiġu mqatta' fi
fletti jew maqtugħin f'biċċiet, u fejn xieraq, tinqata' rashom,
flimkien mal-proċessi msemmija qabel; (d)
il-prodotti maħżuna jerġgħu
jitqiegħdu mill-ġdid fis-suq għal konsum tal-bniedem fi stadju
aktar tard. Artikolu 36
Prezzijiet li jiskattaw il-mekkaniżmu tal-ħżin 1. Qabel il-bidu ta' kull sena,
kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' tagħmel individwalment proposta
għal prezz li jiskatta l-mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi
fl-Artikolu 35 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II. 2. Il-prezz skattatur ma jistax
jaqbeż it-80 % tal-prezz medju peżat irreġistrat
għall-prodott ikkonċernat fiż-żona tal-attività
tal-organizzazzjoni tal-produtturi rilevanti matul it-tliet snin li jiġu
immedjatament qabel is-sena li għaliha qed jiġi ffissat il-prezz
skattatur. 3. Meta jiġi ffissat
il-prezz skattatur, għandhom jitqiesu: (a)
ix-xejriet fil-produzzjoni u d-domanda; (b)
l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq; (c)
il-konverġenza tas-swieq; (d)
l-introjtu tal-produtturi; (e)
l-interessi tal-konsumaturi. 4. L-Istati Membri, meta jeżaminaw il-proposti
tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fit-territorju tagħhom,
għandhom jiddeterminaw il-prezzijiet skattaturi li għandhom jiġu
applikati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dawn il-prezzijiet
għandhom jiġu ffissati abbażi tal-kriterji msemmija
fil-paragrafi 2 u 3. Il-prezzijiet għandhom jitqiegħdu
għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Artikolu 37
Atti ta’ implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi
regoli li jikkonċernaw il-format tan-notifika mill-Istati Membri
tal-prezzijiet skattaturi msemmija fl-Artikolu 36(4) permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 51. Taqsima VI Fond Kollettiv Artikolu 38
Fond Kollettiv Kull organizzazzjoni tal-produtturi tista'
toħloq fond kollettiv, li għandu jintuża biss biex jiffinanza
l-miżuri li ġejjin: (a)
il-pjanijiet ta' produzzjoni u
kummerċjalizzazzjoni approvati mill-Istati Membri skont
l-Artikolu 32; (b)
il-mekkaniżmu ta' ħżin stipulat
fl-Artikoli 35 u 36. Kapitolu III
L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni Artikolu 39
Stabbiliment tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni 1.
Jistgħu jiġu stabbiliti standards komuni
tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I
intenzjonati għal konsum mill-bniedem. 2.
Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1
jistgħu jiġu relatati partikularment ma': (a)
daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni li
jqisu l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u b'konformità mad-daqsijiet
ta' referenza tal-konservazzjoni għall-prodotti tas-sajd kif imsemmi
fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd; (b)
speċifikazzjonijiet ta' prodotti fil-landi
skont ir-rekwiżiti ta' konservazzjoni u l-obbligi internazzjonali. 3.
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw
mingħajr preġudizzju għal: (a) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti regoli
speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina
mill-annimali[5]. (b) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat[6].
kif ukoll (c) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll
għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd[7]. Artikolu 40
Konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni 1. Il-prodotti li għalihom
ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu
jiġu kkummerċjalizzati biss fl-Unjoni għal konsum mill-bniedem
skont dawk l-istandards. 2. L-Istati Membri għandhom
jivverifikaw jekk il-prodotti soġġetti għal standards komuni
tal-kummerċjalizzazzjoni jikkonformawx ma' dawk l-istandards. Il-verifiki
jistgħu jitwettqu fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni u waqt
it-trasport. 3. Il-prodotti tas-sajd kollha
li jinħattu l-art, inkluż dawk li mhumiex konformi mal-istandards ta'
kummerċjalizzazzjoni, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tal-Istati
Membri, jitqassmu bla ħlas lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew
karitatevoli stabbiliti fl-Unjoni jew lill-persuni li huma rikonoxxuti
bil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala li huma
intitolati għall-assistenza pubblika. Artikolu 41
Atti delegati Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex
tiddefinixxi l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija
fl-Artikolu 39(1) fir-rigward ta' kwalità, daqs jew piż,
imballaġġ, preżentazzjoni u tikkettar, u, jekk l-esperjenza
miksuba fl-implimentazzjoni tal-istandards hekk tirrekjedi, li temendahom,
filwaqt li tiżgura li l-istandards jiġu definiti b'mod ġust u
transparenti. Kapitolu IV
Informazzjoni għall-konsumatur Artikolu 42
Informazzjoni obbligatorja 1.
Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija
fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Anness I li jiġu
kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini
tagħhom, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ
lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq
b'indikazzjoni ta': (a)
l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi; (b)
il-metodu ta' produzzjoni, partikularment bil-kliem
li ġej "...maqbud..." jew "...maqbud f'ilma frisk ..."
jew "...imrobbi..."; (c)
iż-żona fejn il-prodott inqabad jew
trabba; (d)
id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew
tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura; (e)
jekk il-prodott hux frisk jew kienx iddifrostjat. 2.
Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija
fil-partijiet (h) u (i) tal-Anness I li jiġu
kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini
tagħhom, jistgħu jiġu offruti biss għall-bejgħ
lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq
b'indikazzjoni ta': (a)
l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi; (b)
il-metodu ta' produzzjoni, partikularment bil-kliem
li ġej "...maqbud..." jew "...maqbud f'ilma frisk ..."
jew "...imrobbi..."; (c)
iż-żona fejn il-prodott inqabad jew
trabba. 3.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2
għandha tintwera b'mod ċar u distint. 4.
Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw
mingħajr preġudizzju għal: (a) Id-Direttiva 2000/13/KE
tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet
tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni
u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel[8]. (b) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE)
Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jistabbilixxi
ċerti standards komuni dwar il-marketing [kummerċjalizzazzjoni]
tas-sardin ippriservat[9]. (c) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE)
Nru 1536/92 tad-9 ta' Ġunju 1992 li jippreskrivi
l-istandards ta' marketing [kummerċjalizzazzjoni] komuni għat-tonn u
għall-plamtu/tumbrell priservat[10]. Artikolu 43
Indikazzjoni kummerċjali Għall-finijiet tal-Artikolu 42,
il-paragrafi 1(a) u 2(a), l-Istati Membri għandhom ifasslu u
jippubblikaw lista tal-indikazzjonijiet kummerċjali aċċettati
fit-territorju tagħhom. Il-lista għandha tindika: (a) l-isem xjentifiku għal kull
speċi skont is-Sistema ta' Informazzjoni FishBase; (b) l-isem tagħha bil-lingwa jew
bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru; (c) fejn applikabbli, kwalunkwe isem jew
ismijiet oħra aċċettati jew permessi lokalment jew
reġjonalment. Artikolu 44
Indikazzjoni taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni 1. L-indikazzjoni
taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni skont l-Artikolu 42(1)(c)
u 2(c) għandha tkun tikkonsisti f'dan li ġej: (a)
fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda
fil-baħar, l-isem ta' waħda miż-żoni, is-subżoni jew
id-diviżjonijiet elenkati fiż-Żoni tas-Sajd tal-FAO; (b)
fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma
ħelu, referenza għall-Istat Membru jew il-pajjiż terz
tal-oriġini tal-prodott; (c)
fil-każ ta' prodotti tal-akkwakultura,
referenza għall-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fih il-prodott
jgħaddi mill-aħħar stadju ta' trobbija jew kultivazzjoni ta'
talanqas 3 xhur. 2. Barra mill-informazzjoni
msemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jindikaw żona ta'
qbid jew produzzjoni aktar preċiża. Artikolu 45
Informazzjoni addizzjonali volontarja 1.
Barra mill-informazzjoni obbligatorja
meħtieġa skont l-Artikolu 42, tista' tingħata
l-informazzjoni li ġejja fuq bażi volontarja: (a) informazzjoni dwar l-ambjent; (b) informazzjoni etika jew soċjali; (c) informazzjoni dwar tekniki ta'
produzzjoni; (d) informazzjoni dwar tekniki ta'
produzzjoni; (e) informazzjoni dwar il-kontenut nutrittiv
tal-prodott. 2.
L-informazzjoni volontarja m'għandhiex
tintwera għad-detriment tal-ispazju li hemm provdut
għall-informazzjoni obbligatorja fuq il-marka jew it-tikketta. 3.
Il-paragrafu 1 għandu japplika
mingħajr preġudizzju għal: (a) Id-Direttiva 2000/13/KE; (b) Id-Direttiva 90/496/KEE
tal-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni
għall-oġġetti tal-ikel[11]; (c) Ir-Regolament (KE) 1924/2006
tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar
in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel[12]; (d) Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar
il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet
tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel[13]; (e) Ir-Regolament (KE) Nru 509/2006 dwar
prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet
tradizzjonali garantiti[14], u (f) Ir-Regolament Nru 834/2007 dwar
il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi. Artikolu 46
Atti delegati Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 50 sabiex (a) tissupplimenta jew temenda
r-rekwiżiti obbligatorji tal-informazzjoni msemmija
fl-Artikoli 42(1), 42(2), 43 u 44, filwaqt li tiżgura li
l-informazzjoni obbligatorjia tingħata b'mod preċiż u
trasparenti; (b) tistabbilixxi kriterji minimi
għall-informazzjoni volontarja mogħtija mill-operaturi msemmija
fl-Artikolu 45(1), waqt li tiżgura li l-kundizzjonijiet
għall-wiri tal-informazzjoni volontarja huma preċiżi,
trasparenti u mhux diskriminatorji. Kapitolu V
Regoli dwar il-kompetizzjoni Artikolu 47
Applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni L-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat u
d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom għandhom
japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi msemmija
fl-Artikoli 101(1) u 102 tat-Trattat li huma relatati mal-produzzjoni
jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Artikolu 48
Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni 1. Minkejja l-Artikolu 47
ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux
japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta'
organizzazzjonijiet ta' produtturi li jikkonċernaw il-produzzjoni jew
il-bejgħ ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jew l-użu ta'
faċilitajiet konġunti għall-ħżin, it-trattament jew
l-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li (d)
huma meħtieġa biex jintlaħqu
l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat u, (b) ma jimplikaw l-ebda obbligu li jintalbu
prezzijiet identiċi; (c) ma jwasslux għal separazzjoni ta'
kwalunkwe għamla ta’ swieq fl-Unjoni, (d) ma jeskludux il-kompetizzjoni (e) ma jheddux il-kisba tal-għanijiet
tal-Artikolu 39 tat-Trattat. 2. Minkejja l-Artikolu 47
ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux
japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta'
organizzazzjonijiet interprofessjonali li (a)
huma meħtieġa biex jintlaħqu
l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat u, (b)
ma jeżiġu l-ebda obbligu li jiġi
applikat prezz fiss; (c)
ma jwasslux għal separazzjoni ta’ kwalunkwe
għamla ta’ swieq tal-Unjoni; (d)
ma japplikawx kundizzjonijiet mhux simili għal
xulxin għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma' sħab oħra
tal-kummerċ, u b'hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ
kompetittiv; (e)
ma jeliminawx il-kompetizzjoni fir-rigward ta’
proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati; (f)
ma jxekklux il-kompetizzjoni b’mod li huma
kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd. Kapitolu VI
Intelliġenza dwar is-Suq Artikolu 49
Intelliġenza dwar is-Suq 1.
Il-Kummissjoni għandha: (a)
tiġbor, tanalizza u tqassam għarfien u
fehim ekonomiku tas-suq tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura
matul il-katina tal-provvista, waqt li tqis il-kuntest internazzjonali; (b)
tistħarreġ il-prezzijiet regolarment
għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista
tal-Unjoni u tmexxi l-analiżi tax-xejriet tas-suq; (c)
tipprovdi studji ad hoc u metodoloġija
għal stħarriġ dwar il-formazzjoni tal-prezzijiet. 2.
Sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija
fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn
dawn il-miżuri: (a)
tiffaċilita l-aċċess għal dejta
disponibbli dwar prodotti tas-sajd u l-akkwakultura miġbura skont
il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; (b)
tagħmel l-informazzjoni dwar is-suq
disponibbli fil-livell adegwat għal partijiet interessati. 3.
L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu biex
jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Kapitolu VII
Dispożizzjonijiet proċedurali Artikolu 50
Eżerċizzju tad-delega 1.
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija
mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet
stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2.
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 24,
33, 41 u 46 għandha tingħata għal perjodu ta' żmien
indeterminat minn […] 3.
Id-delega ta' setgħa msemmija
fl-Artikoli 24, 33, 41 u 46 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe
ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni
tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik
id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum wara
l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma
għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun
fis-seħħ. 4.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni
għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. 5.
Att delegat adottat skont l-Artikoli 24, 33,
41 u 46 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda
oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew
mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) ta’ notifika ta' dak l-att
lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak
il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll l-Kunsill ikunu infurmaw
lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu
għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament
Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 51
Implimentazzjoni 1.
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn
kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 2.
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu,
għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Kapitolu VIII
Dispożizzjonijiet finali Artikolu 52
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE)
Nru 1184/2006, għandhom jiżdiedu l-kliem li ġejjin: "u
r-Regolament (UE) Nru …. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' …. dwar
l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (*) (*) ĠU …" Artikolu 53
Revoka Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 huwa
b'dan irrevokat. Madankollu l-Artikoli 9, 10, 11, 17, 18, 19, 20, 21, 22,
23, 24, 25, 26, 27, 34, 35, 36, 37, 38 u 39 għandhom japplikaw
sal-31 ta' Diċembru 2013. Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom
jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw
b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness III. 54
Reviżjoni Il-Kummmissjoni għandha tibgħat
rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati
tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolalment qabel tmiem l-2022. Artikolu 55
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni
tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika
mill-1 ta' Jannar 2013, bl-eċċezzjoni
tal-Artikoli 32, 35 u 36, li għandhom japplikaw
mill-1 ta' Jannar 2014. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont
it-Trattati. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President […] Il-President
[…] ANNESS I Il-kodiċi tan-NM || Deskrizzjoni tal-prodotti (a) 0301 0302 0303 0304 || Ħut ħaj Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' titlu 0304 Ħut, friżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304 Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat (b) 0305 || Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub ta' ħut, tajbin għal konsum uman (c) 0306 0307 || Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfa, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub tal-krustaċji, tajbin għal konsum uman Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għal konsum uman (d) 0511 91 10 0511 91 90 || Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman: -Oħrajn Prodotti ta' ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn; annimali mejta tal-Kapitolu 3: - - - Skart tal-ħut - - - Oħrajn (e) 1212 20 00 || - Alka tal-baħar u alki oħrajn (f) 1504 10 1504 20 || Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament: - Żjut tal-fwied tal-ħut u l-frazzjonijiet tagħhom - Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, ħlief żjut tal-fwied (g) 1603 00 || Estratti u sugu ta’ laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn (h) 1604 || Ħut preparat jew preservat; kavjar jew sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut (i) 1605 || Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati (j) 1902 20 1902 20 10 || Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le -Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le: - - Li fih iktar minn 20 % tal-piż ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn (k) 2301 20 00 || Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, tal-ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, mhux tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam (greaves): Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn (l) 2309 90 ex 2309 90 10 || Preparazzjonijiet ta’ tip użati għall-għalf tal-annimali Oħrajn: Materjali li jinħallu ta’ ħut ANNESS II Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-prodotti 0302 22 00 || Barbun tat-tbajja’ (Pleonectes platessa) ex 0302 29 90 || Dab (Limanda limanda) 0302 29 10 || Megrim (Lepidorhombus spp.) ex 0302 29 90 || Barbun (Platichthys flesus) 0302 31 10 kif ukoll 0302 31 90 || Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga) ex 0302 40 || Arringa tal-ispeċi Clupea harengus 0302 50 10 || Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua 0302 61 10 || Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus 0302 62 00 || Haddock (Melanogrammus aeglefinus) 0302 63 00 || Pollakju (saithe) (Pollachius virens) ex 0302 64 || Kavalli tal-ispeċijiet Scomber scombrus u Scomber japonicus 0302 65 20 kif ukoll 0302 65 50 || Mazzola (Squalus acanthias u Scyliorhinus spp) 0302 69 31 kif ukoll 0302 69 33 || Redfish (Sebastes spp.) 0302 69 41 || Merlangu (Merlangius merlangus) 0302 69 45 || Lipp (Molva spp.) 0302 69 55 || Inċova (Engraulis spp.) ex 0302 69 68 || Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius 0302 69 81 || Xkatlu komuni (Lophius spp.) ex 0307 41 10 || Siċċ (Sepia officinalis u Rossia macrosoma) ex 0306 23 10 ex 0306 23 31 ex 0306 23 39 || Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis) 0302 23 00 || Lingwata (Solea spp.) 0306 24 30 || Granċijiet li jittieklu (Cancer pagurus) 0306 29 30 || Ksampu (Nephrops norvegicus) 0303 31 10 || Ħalibatt miż-żgħir jew tal-Groenlandja (Reinhardtius hipoglossoides) 0303 78 11 0303 78 12 0303 78 13 0303 78 19 kif ukoll 0303 29 55 0304 29 56 0304 29 58 || Marlozz tal-ġeneru Merluccius 0303 79 71 || Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.) 0303 61 00 0304 21 00 0304 91 00 || Pixxispad (Xiphias Gladius) 0306 13 40 0306 13 50 ex 0306 13 80 || Gambli tal-familja Penaeidae 0307 49 18 0307 49 01 || Siċċ tal-ispeċijiet Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti 0307 49 31 0307 49 33 0307 49 35 kif ukoll 0307 49 38 || Klamari (Loligo spp.) 0307 49 51 || Klamari (Ommastrephes sagittatus) 0307 59 10 || Qarnit (Octopus spp.) 0307 99 11 || Illex spp. 0303 41 10 || Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga) 0302 32 10 0303 42 12 0303 42 18 0303 42 42 0303 42 48 || Tonna safra(Thunnus albacares) 0302 33 10 0303 43 10 || Palamit jew plamtu bl-istrixxi fuq iż-żaqq (Katsuwomus pelamis) 0303 45 10 || Tonn (Thunnus thynnus) 0302 39 10 0302 69 21 0303 49 30 0303 79 20 || Speċijiet oħra tal-ġeneri Thunnus u Euthynnus ex 0302 29 90 || Lemon sole (Microstomus kitt) 0302 35 10 kif ukoll 0302 35 90 || Tonn tax-xewka kaħla (Thunnus thynnus) ex 0302 69 51 || Pollakkju (Pollachius pollachius) 0302 69 75 || Pixxiluna (Brama spp.) ex 0302 69 82 || Stokkafixx (Micromesistius poutassou jew Gadus poutassou) ex 0302 69 99 || Pout (Trisopterus luscus) u mankana (Trisopterus minutus) ex 0302 69 99 || Vopi (Boops boops) ex 0302 69 99 || Arżnell (Spicara smaris) ex 0302 69 99 || Gringu (Conger conger) ex 0302 69 99 || Gallina (Trigla spp.) ex 0302 69 91 ex 0302 69 99 || Sawrell (Trachurus spp.) ex 0302 69 99 || Mulett (Mugil spp.) ex 0302 69 99 kif ukoll ex 0304 19 99 || Rebekkin skur (Raja spp.) ex 0302 69 99 || Xabla (Lepidopus caudatus u Aphanopus carbo) ex 0307 21 00 || Moxt il-baħar komuni (Pecten maximus) ex 0307 91 00 || Bronja komuni (Buccinum undatum) ex 0302 69 99 || Trilja tal-faxxi jew bla faxxi (Mullus surmuletus, Mullus barbatus) ex 0302 69 99 || Tannuta (Spondyliosoma cantharus) ANNESS III TABELLA TA' KORRELAZZJONI Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikoli 1, 2, 3, 4, 5 Artikoli 2, 3 || Artikoli 39, 40, 41 Artikolu 4 || Artikoli 42, 43, 44, 45, 46 Artikolu 5(1) || Artikoli 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 Artikoli 5(2), 5(3), 5(4), 6 || Artikoli 17, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25 Artikolu 7 || Artikoli 26, 28, 29, 30, 31 Artikolu 8 || - Artikoli 9, 10, 11, 12 || Artikoli 32, 33, 34, 38 Artikolu 13 || Artikoli 14, 15, 16, 18, 19, 20, 22, 23, 24, 25 Artikolu 14 || Artikolu 48(2) Artikolu 15 || Artikolu 27 Artikolu 16 || Artikoli 28, 29, 30, 31 Artikoli 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27 || Artikoli 35, 36, 37, 38 Artikoli 28, 29, 30, 31, 32, 33 || - Artikolu 34 || Artikoli 22, 25, 37 Artikolu 35 || - Artikolu 36 || - Artikolu 37 || Artikoli 50, 51 Artikoli 38, 39 || Artikolu 51 Artikolu 40 || - Artikolu 41 || Artikolu 54 Artikolu 42 || Artikoli 52, 53 Artikolu 43 || Artikolu 55 - || Artikolu 47 - || Artikolu 48(1) - || Artikolu 49 [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. [4] ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7 [5] ĠU L 139, 30.4..2004, p. 55 [6] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1 [7] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1 [8] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29 [9] ĠU L 212, 22.07.1989, p.79 [10] ĠU L 163, 17.06.1992, p. 1 [11] ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40 [12] ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9 [13] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12 [14] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1