This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0010
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the EU Solidarity Fund
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
/* KUMM/2011/0010 finali */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE /* KUMM/2011/0010 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 10 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (ippreżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'limitu massimu annwali ta' EUR 1 biljun, li ma jinkludix l-intestaturi relevanti tal-qafas finanzjarju. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2]. Abbażi tal-applikazzjoni għal assistenza mill-Fond min-naħa tal-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija relatata mad-diżastri tal-għargħar li seħħew f'Mejju, Ġunju u Lulju tal-2010, l-estimi totali tal-ħsara li ġiet ikkaġunata huma kif ġej: (f’EUR) | Ħsara diretta | Limitu minimu (f’miljuni) | Ammont ibbażat fuq 2.5 % | Ammont ibbażat Fuq 6 % | Ammont totali tal- għajnuna proposta | Il-Polonja – l-għargħar tal-2010 "diżastru maġġuri" | 2 998 989 248 | 2 124.920 | 53 123 000 | 52 444 155 | 105 567 155 | Is-Slovakkja – l-għargħar tal-2010 "diżastru maġġuri" | 561 133 594 | 378.205 | 9 455 125 | 10 975 716 | 20 430 841 | L-Ungerija – l-għargħar tal-2010 "diżastru maġġuri" | 719 343 706 | 590.710 | 14 767 750 | 7 718 022 | 22 485 772 | Ir-Repubblika Ċeka – l-għargħar tal-2010 "pajjiż ġar" | 204 456 041 | 824.029 | 5 111 401 | 0 | 5 111 401 | Il-Kroazja – l-għargħar tal-2010 "pajjiż ġar" | 153 039 303 | 275.804 | 3 825 983 | 0 | 3 825 983 | Ir-Rumanija – l-għargħar tal-2010 "diżastru maġġuri" | 875 757 770 | 787.935 | 19 698 375 | 5 269 366 | 24 967 741 | Total | 182 388 893 | Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet[3], u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien mal-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 182 388 893, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju. Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, il-Kummissjoni qiegħda tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata tat-trilogu, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jinkiseb il-ftehim tad-dirgħajn tal-Awtorità tal-Baġit dwar il-ħtieġa li jiġi użat il-Fond u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lil kull fergħa tal-awtorità tal-baġit li tinforma lill-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha. Fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' ftehim minn waħda mill-fergħat tal-Awtorità tal-Baġit, għandha tissejjaħ laqgħa formali tat-trilogu. Il-Kummissjoni ser tressaq abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) sabiex, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fil-baġit tal-2011 jiddaħħlu approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[4], u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[5], Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[6], Billi: (1) L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri. (2) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu annwali ta’ EUR 1 biljun. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat. (4) Il-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija ressqu l-applikazzjoni tagħhom għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastri kkaġunati minn żerżiq ta' materjal u għargħar kbir. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun immobilizzat sabiex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 182 388 893 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1 [2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3 [3] Il-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni SEC(2010) 1562 dwar l-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea mressqa mill-Polonja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Kroazja u r-Rumanija rispettivament. [4] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1. [5] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3. [6] ĠU C […], […], p. […].