EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011IP0112

Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta’ Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)

ĠU C 247E, 17.8.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/12


Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)

P7_TA(2011)0112

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)

2012/C 247 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta’ Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (1),

wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol),

wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi Carlos Montalvo jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010),

1.

Japprova l-ħatra ta’ Carlos Montalvo bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol).


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.


Top