This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0248
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Communication on migration COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Communication on migration
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni
/* KUMM/2011/0248 finali */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni /* KUMM/2011/0248 finali */
WERREJ 1. Introduzzjoni 3 2. Il-qsim tal-fruntieri: 5 2.1. Kif nilqgħu għall-kriżi: miżuri fuq perijodu qasir. 5 2.2. Il-kontrolli tal-fruntieri esterni 7 2.3. Il-ġestjoni ta’ Schengen 8 2.4. Il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari 9 3. Iċ-ċirkolazzjoni u r-residenza f’żona mingħajr fruntieri interni 10 3.1. Il-mobbiltà organizzata 10 3.2. Politika konsistenti dwar il-mobbiltà għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkużi l-viżi 11 3.3. Migrazzjoni legali ġestita tajjeb 12 3.4. Il-bini ta’ soċjetà inklussiva bl-integrazzjoni tal-immigranti 14 4. L-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali lil persuni fil-bżonn 15 5. Il-Migrazzjoni fir-relazzjonijiet esterni lil hinn mill-kriżi 16 5.1. Approċċ globali għall-migrazzjoni 16 5.2. Lil hinn mill-kriżi: l-UE u n-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran f’tisħib 17 ANNESS 1 19 ANNESS 2 22 INTRODUZZJONI Il-ġrajjiet fin-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran jnisslu tama ta’ ħajja aħjar għal miljuni ta’ nies fil-viċinat tagħna, kif ukoll ta’ rispett akbar tad-drittijiet tal-bniedem, tal-pluraliżmu, tal-istat tad-drtitt u tal-ġustizzja soċjali. Bħalma ħafna drabi jiġri meta jkun hemm irvellijiet demokratiċi, dan jista’ wkoll ifisser, għal perjodu ta’ żmien qasir u medju, taqlib u inċertezza. L-inkwiet politiku u l-kunflitti militari wasslu għat-telf ta’ ħajjiet ta’ bnedmin u għall-ispostament ta’ mijiet ta’ eluf ta’ persuni, mhux biss mill-pajjiżi direttament milquta bit-tibdil, bħal ma huma t-Tuneżija u l-Libja, iżda wkoll minn pajjiżi oħra. Dawn il-ġrajjiet storiċi reċenti fin-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran ikkonfermaw li teżisti l-ħtieġa ta’ politika tal-UE qawwija u komuni fil-qasam tal-migrazzjon u l-ażil. Aktar minn qatt qabel, huwa meħtieġ li jsir progress sostanzjali fejn tidħol il-leġiżlazzjoni, il-kooperazzjoni operattiva u fejn jidħlu r-relazzjonijiet tagħna ma’ pajjiżi terzi. L-iskop ta’ din il-Komunikazzjoni huwa dak li proposti li saru reċentement, u li se jsiru fil-futur, jitqiegħdu f’qafas li jieħu f’kunsiderazzjoni l-aspetti relevanti kollha u jippermetti lill-UE u l-Istati Membri tagħha li jkunu jistgħu jiġġestixxu l-ażil, il-migrazzjoni u l-mobbiltà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’ambjent ta’ sigurtà. Xi Stati Membri, bħal ma huma l-Italja, Malta, il-Greċja u Ċipru, huma esposti b’mod aktar dirett għall-wasla massiva ta’ migranti irregolari u, f’livell limitat, ta’ persuni li jkollhom bżonn il-protezzjoni internazzjonali. Din mhix biss problema nazzjonali, iżda trid tiġi wkoll indirizzata f’livell tal-UE u tinħtieġ solidarjetà reali bejn l-Istati Membri. L-UE trid tara li tingħata assistenza malajr lil dawk kollha li jinħtiġuha – bħalma fil-fatt għamlet fuq il-fruntiera bejn it-Tuneżija u l-Libja – kif ukoll li tipprovdi kenn lil dawk kollha li jinħtieġu l-protezzjoni internazzjonali. Filwaqt li l-UE għandha żżomm u ssaħħaħ it-tradizzjoni tagħha li tagħti l-ażil u l-protezzjoni, hija għandha wkoll tieħu ħsieb tistabbilixxi l-istrumenti xierqa biex ma jiġrix li għadd kbir ta’ migranti ekonomiċi jaqsmu l-fruntieri b’mod irregolari. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-ġestjoni effettiva tal-fruntieri tal-UE hija kundizzjoni għall-kredibilità sew ġewwa l-Unjoni kif ukoll ‘il barra minnha. Is-sitwazzjoni fil-viċinat tagħna lejn in-Nofsinhar, li qiegħda tevolvi l-ħin kollu, tinħtieġ reazzjonijiet malajr. Fl-24 ta’ Mejju, il-Kummissjoni se tippreżenta pakkett ta’ proposti, imsejsa fuq il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tal-25 ta’ Marzu, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April[1], kif ukoll fuq il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentanta Għolja tat-8 ta’ Marzu, sabiex tiżgura approċċ koerenti tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mal-pajjiżi tan-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran. Madankollu, il-ħtieġa li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata, sitwazzjoni li qed tevolvi malajr u li hija ta’ sfida, m’għandhiex twassal għal xi approċċ ta’ malajr limitat għal kontroll tal-fruntieri mingħajr ma jittieħed kont ta’ kwistjonijiet għat-tul. Huwa essenzjali li jkun hemm djalogu u kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu ta’ dawn il-migranti. Din il-kollaborazzjoni trid tinbena fuq is-sigurtà u t-tmexxija tajba għall-istabbiliment ta’ linji ta’ politika li jkunu ta’ benefiċċju reċiproku fil-qasam tal-migrazzjoni legali. Timplika wkoll kooperazzjoni ekonomika mtejba sabiex jiġu żviluppati l-kundizzjonijiet għat-tkabbir u l-impjiegi fil-pajjiżi ta’ oriġini, biex jiġu indirizzati l-kawżi tal-migrazzjoni irregolari. Kooperazzjoni bħal din għandha wkoll tibni fuq il-prinċipju tal-kondizzjonalità applikat għal kwistjonijiet ta’ migrazzjoni sabiex jiġi inkoraġġit l-impenn effettiv mis-sħab tagħna fil-prevenzjoni tal-flussi migratorji irregolari, li jiġġestixxu b’mod effiċjenti l-fruntieri tagħhom u li jikkooperaw fejn jidħol ir-ritorn u r-riammissjoni ta’ migranti irregolari. Politika ta’ migrazzjoni komprensiva għal ċittadini mhux tal-UE, ibbażata fuq proċeduri komuni ta’ ammissjoni, li tittratta liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’mod ġust, tkun ukoll ta’ kontribut għall-prosperità tal-UE fil-futur. Kif kien sottolineat fl-Istrateġija Ewropa 2020 tal-UE, waħda mill-isfidi ekonomiċi l-aktar urġenti li għandha quddiemha l-Ewropea hija l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-problema tat-tnaqqis fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, flimkien man-nuqqas sinifikanti pproġettat ta’ ħiliet f’ċerti setturi. Sabiex tibqa’ kompetittiva u tkun tista’ żżomm il-mudell soċjali b’mod sostenibbli, l-Ewropa trid tadotta miżuri li jtejbu r-rati ta’ impjieg tar-residenti tal-UE, iżda fl-istess ħin trid tieħu passi konkreti biex tlaħħaq mal-bżonn ta’ ħaddiema permezz ta’ immigrazzjoni mmirata ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi. L-UE trid ukoll tara li jkollha proċeduri ta’ ażil sikuri u effiċjenti għal persuni li jkollhom bżonn il-protezzjoni. Sittin sena wara l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati, wasal iż-żmien li l-UE tirriafferma l-impenn tagħha li toffri protezzjoni li kull ċittadin ippersegwitat minn pajjiż terz, jew lil kull persuna apolidi, li tasal fit-territorju tagħha. Sas-sena 2012, skont il-qbil li ntlaħaq fil-Kunsill Ewropew, trid tiġi stabbilita s-Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil li toffri livell għoli ta’ protezzjoni, u tnaqqas id-differenza bejn is-sistemi ta’ ażil tal-Istati Membri. Il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni qed ikollhom impatt politiku sinifikanti fl-UE. Il-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru tal-2008 adotta Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil biex jagħti imbuttatura għall-iżvilupp ta’ politika komuni tal-UE b’ħames impenji: l-organizzazzjoni tal-migrazzjoni legali, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, it-tisħiħ tal-fruntieri esterni, it-tiswir ta’ sistema tal-ażil tal-UE u l-ħolqien ta’ tisħib globali għall-migrazzjoni u l-iżvilupp. Il-presuppożizzjoni bażika tagħha għadha valida u għandha tkompli tiggwida l-azzjoni tagħna: filwaqt li l-migrazzjoni, jekk tkun ma tkunx iġġestita tajjeb, tista’ taffettwa l-koeżjoni soċjali u l-fiduċja taċ-ċittadini f’żona ta’ moviment liberu mingħajr fruntieri interni, migrazzjoni li tkun iġġestita tajjeb tista’ tkun ta’ vantaġġ għall-UE. Dawn l-impenji ġew enfasizzati u mfissra f’aktar dettal fil-Programm ta’ Stokkolma adottat mill-Kunsill f’Diċembru 2009, u d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li żgura qafas legali stabbli, komprensiv u aktar trasparenti għall-iżvilupp tal-politika ta’ migrazzjoni tal-UE, speċjalment permezz ta’ parteċipazzjoni akbar tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Fl-istess waqt, kif rajna biċ-ċar bil-ġrajjiet ta’ dan l-aħħar, l-UE għad għandha quddiemha sfidi serji fl-iżvilupp tal-politika tal-migrazzjoni tagħha. Il-vulnerabbiltà ta’ xi sezzjonijiet tal-fruntieri esterni tal-UE huwa eżempju ċar, speċjalment fil-parti ta’ Isfel tal-Mediterran u fil-fruntiera fuq l-art bejn il-Greċja u t-Turkija. Iridu jittieħdu b’mod partikolari miżuri biex ma jitħalliex għadd kbir ta’ migranti irregolari, li ħafna drabi jkunu esplojtati minn xbieki kriminali bla skruplu, milli jaslu fl-UE. Għaldaqstant, l-UE għandha jkollha politika tal-migrazzjoni bbażata fuq l-assikurazzjoni li l-migrazzjoni lejha tkun iġġestita b’mod effettiv, u li l-ħtieġa għal mobbiltà mtejba ma timminax is-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Filwaqt li din il-Komuniazzjoni, naturalment, tiffoka fuq reġjuni li dwarhom hemm l-aktar tħassib, il-politika tal-migrazzjoni tal-UE issegwi approċ ġeografikament komprensiv. IL-QSIM TAL-FRUNTIERI: Kif nilqgħu għall-kriżi: miżuri fuq perjodu qasir Mill-bidu ta’ din is-sena kien hemm spustjar massiċċ tal-popolazzjonijiet minn għadd ta’ pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, u b’mod partikolari mil-Libja. Skont l-aktar stimi reċenti, aktar minn 650,000 persuna telqu mit-territorju Libjan sabiex jaħarbu mill-vjolenza hemmhekk. Dawn in-nies sabu minn jilqagħhom f’pajjiżi ġirien, l-aktar fit-Tuneżija u fl-Eġittu, u ħafna minnhom irnexxielhom jirrittornaw lejn il-pajjiżi tagħhom ta’ orġini, jew ingħataw għajnuna biex jagħmlu dan. Dan l-isforz ta’ ospitalità u ta’ rimpatriju sar permezz ta’ mobilizzazzjoni massiva ta’ riżorsi min-naħa tal-pajjiżi ospitanti, tal-UE, tal-NGOs u tal-komunità internazzjonali. Permezz tal-iffinanzjar umanitarju tagħha, u l-provvista ta’ mezzi ta’ trasport, l-UE sa issa ikkontribwiet għar-ripatrijazzjoni ta’ madwar 50,000 ċittadin minn pajjiżi terzi. Eluf ta’ nies reċentement ippruwaw jiġu fl-UE, b’mod li s-sistemi ta’ protezzjoni u ta’ lqugħ ta’ xi wħud mill-Istati Membri tagħha tpoġġew taħt pressjoni dejjem tiżdied. Aktar minn 20,000 migranti, l-aktar mit-Tuneżija u, f’livell anqas, minn pajjiżi Afrikani oħrajn irnexxielhom jidħlu fl-Unjoni b’mod irregolari, u waslu sax-xtut tal-Italja (l-aktar il-gżira ta’ Lampedusa) u ta’ Malta, u ż-żewġ pajjiżi jinsabu taħt pressjoni migratorja qawwija. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma migranti ekonomiċi u għandhom jintbagħtu lura lejn il-pajjiżi tagħhom ta’ oriġini. B’żieda mal-persuni spostjati u l-migranti, għadd konsiderevoli ta’ refuġjati minn nazzjonalitajiet differenti, inklużi Somali, Eritej u Sudaniżi telqu mil-Libja, u xi wħud minnhom irnexxielhom jaslu l-Italja u Malta. Dawn il-flussi sinifikanti, li jinkludu tfal mhux akkumpanjati li jkunu jinħtieġu miżuri ta’ lqugħ maħsuba għat-tfal, poġġew ukoll pressjoni addizzjonali fuq is-sistemi ta’ saħħa tal-Istati Membri l-aktar milquta, sabiex tingħata kura tas-saħħa lil dawk il-migranti li jkunu jinħtiġuha u sabiex jiġi żgurat screening mediku xieraq kif ukoll li jkun hemm prevenzjoni. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn migranti irregolari (migranti ekonomiċi li jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri tal-UE illegalment), refuġjati, jew persuni li jistgħu jitolbu ażil, u persuni li jkunu spostjati b’mod temporanju (bħal ma huma ħaddiema barranin fil-Libja li kellhom jitilqu minħabba l-kunflitt u li jixtiequ jmorru lura lejn il-pajjiż tagħhom ta’ oriġini). L-istatus quddiem il-liġi ta’ dawn in-nies, kif ukoll l-għajnuna li l-UE tista’ ttihom, huma differenti. L-UE wieġbet għal dawn l-isfidi kollha malajr u b’mod proattiv. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri immobilizzaw fondi biex jgħinu fil-ġestjoni tal-emerġenza umanitarja ġġenerata mill-wasla f’daqqa ta’ refuġjati u ta’ persuni spostjati fil-pajjiżi ġirien tal-Libja. Permezz ta’ dan, seta’ jingħata kenn temporanju lil refuġjati u lil persuni spostjati, biex il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom jintlaqgħu u biex jingħataw assistenza fir-ritorn tagħhom lejn il-pajjiżi tal-oriġini. Sa issa, il-kontribuzzjoni totali tal-UE kienet ta’ €100 miljun f’għajnuna umanitarja, li minnhom kważi n-nofs - €48,8 miljun - kienu pprovduti mill-Kummissjoni. Barra minn dan, il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE ġie mmobilizzat sabiex jiffaċilita r-ripatrijazzjoni sew ta’ ċittadini tal-UE kif ukoll ta’ pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, 15-il Stat Membru ipprovdew mezzi ta’ trasport, ikkordinati miċ-Ċentri ta’Monitoraġġ u Informazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa ċar li dan l-isforz kollettiv irid ikompli. Bħala reazzjoni għall-bidu ta’ flussi migratorji irregolari u mħallta madwar il-Baħar Mediterran, FRONTEX nediet l-Operazzjoni Konġunta EPN ( European Patrols Network ) Hermes Estiża 2011, biex tgħin lill-Italja tikkontrolla opri tal-baħar li jrikkbu lill-migranti u lir-refuġjati. EUROPOL bagħat tim ta’ esperti lejn l-Italja biex jgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħha biex jidentifikaw persuni li jistgħu jkunu kriminali fost il-migranti irregolari li jkunu waslu fit-territorju Taljan. Dawk l-Istati Membri li huma l-aktar esposti għall-flussi dejjem jikbru ta’ refuġjati u ta’ migranti irregolari taw l-għajnuna tagħhom għall-konsegwenzi finanzjarji tal-ispustar. Għal dan il-għan, madwar €25 miljun ġew identifikati taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond Ewropew għar-Refuġjati. Madankollu, filwaqt li l-kriżi ta’ bħalissa tikkonferma l-ħtieġa li jkun hemm aktar solidarjetà fuq livell Ewropew, u ta’ tqassim aħjar tar-responsabbiltà, wieħed irid jagħraf li l-UE mhix għal kollox mgħammra biex tgħin lil dawk l-Istati Membri li huma l-aktar esposti għal movimenti migratorji massiċċi. Ir-riżorsi finanzjarji disponibbli skont il-programm ġenerali “Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”[2] mhumiex biżżejjed biex tintlaqa’ kull talba għall-assistenza. L-ewwel nett, dawn il-fondi ma jistgħux jiġu mmobilizati faċilment; huma mfassla biex l-intervent isir f’sitwazzjoni stabbli u mhux biex jiġu ffaċċjati emerġenzi u kriżijiet. It-tieni, id-daqs tal-problemi jiżboq fil-biċċa l-kbira tal-każi il-faċilitajiet eżistenti. Fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummmissjoni se jkollhom jużaw l-esperjenza li kisbu minn dawn il-kriżijiet ta’ bħalissa. Sabiex l-UE tkun tista’ tirreaġixxi malajr u b’mod effettiv fil-każ ta’ ġrajjiet jew emerġenzi mhux previsti, l-iffinanzjar tal-UE għandu jkun adattat b’mod li jkun jista’ jiġi mobbilizzat b’mod aktar mgħaġġel u b’mod flessibbli, inkluż fil-pajjiżi terzi. Barra minn dan, fil-kuntest tar-reviżjoni li għaddejja tar-regolamentazzjoni finanzjarja tal-UE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jappoġġjaw il-proposta tal-Kummissjoni li tippermetti lill-UE toħloq il-fondi fiduċjarji tagħha stess li jkunu jistgħu jiġbru l-kontribuzzjonijiet tad-donaturi speċjalment f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ krizi u ta’ wara l-kriżi. Fil-prinċipju, jeżistu forom oħra ta’ solidarjetà bħala reazzjoni għall-ġrajjiet drammatiċi li għaddejjin fir-reġjun. Abbażi tal-esperjenza miksuba sa issa bil-proġett pilota ta’ rilokazzjoni minn Malta, il-Kummissjoni se tappoġġja estensjoni ta’ dan il-proġett fid-dawl tal-influss ta’ bħalissa ta’ migranti li qed ifittxu l-protezzjoni internazzjonali hemmhekk, li jkun implimentat f’kooperazzjoni fil-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni. Madankollu, l-istrumenti li hemm disponibbli bħalissa ma jwettqux għal kollox il-ħtiġijiet u mhumiex biżżejjed għal reazzjoni komprensiva. Jistgħu jintużaw biss b’manjiera ad hoc u huma dipendenti għal kollox fuq ir-rieda tal-Istati Membri li b’mod voluntarju joffru l-assistenza - fil-forma li tkun - f’xi mument partikolari. Min-naħa tiegħu, dan jesponi lill-UE għall-kritika u hemm ir-riskju li minħabba f’hekk tiġi mminata l-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni kif tkun qiegħda kontinwament tevolvi u tista’ tiddeċiedi, jekk ikun hemm il-kundizzjonijiet relevanti, li tuża d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja[3] biex tipprovdi protezzjoni immedjata u temporanja lil persuni spustjati minn pajjiżi terzi li ma jkunux jistgħu jmorru lejn il-pajjiż tagħhom ta’ oriġini. Il-Kummissjoni se tagħmel aktar proposti matul l-2011 dwar kif tintwera solidarjetà b’mod ħolistiku u kif tista’ din l-assistenza tiġi konkretament imwassla. Bħalissa qed jiġu studjati għadd ta’ approċċi differenti, bil-ħsieb li jiġu żviluppati alternattivi li jkunu jippermettu li jkun hemm reazzjoni aktar malajr u f’manjiera strutturata għal ħtiġijiet urġenti. Din l-inizjattiva se tibni fuq il-bażi legali xierqa tat-Trattat ta’ Lisbona, bħal ma huma l-Artikoli 80 u 78 paragrafu 3, u se tissejjes fuq il-lezzjonijiet meħuda mis-sitwazzjoni fil-Greċja, b’mod partikolari fil-fruntiera tal-art bejn il-Greċja u t-Turkija, u l-kriżi fin-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran; se tinkludi miżuri ad hoc possibbli li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ pressjoni partikolari temporanja fuq Stat Membru wieħed jew ħafna, kif ukoll mezzi aktar strutturati ta’ kif tiġi żgurata s-solidarjetà, sew finanzjarja kif ukoll fil-forma ta’ kooperazzjoni prattika u assistenza teknika (pereżempju permezz ta’ FRONTEX, EASO, operazzjonijiet konġunti). Fl-aħħar nett, bħala ġest importanti ta’ solidarjetà mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq (speċjalment it-Tuneżija) li bħalissa qed jilqgħu għadd kbir ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali li ma jistgħux jintbagħtu lura lejn il-pajjiżi tagħhom ta’ oriġini, u sabiex jinżamm ‘spazju ta’ protezzjoni’ f’dawn il-pajjiżi, huwa importanti li l-Istati Membri tal-UE jaċċettaw li jilqgħu xi wħud minn dawn il-persuni biex jirresjedu fihom. Il-kontrolli tal-fruntieri esterni Huwa essenzjali li jkun hemm fruntieri esterni effettivi u kredibbli. L-UE trid tkun fil-pożizzjoni li tiġġestixxi l-flussi tal-persuni li jkunu jixtiequ jivvjaġġaw għal perjodu qasir jew li jemigraw b’mod legali lejn l-UE filwaqt li ma tippermettix li jidħlu dawk li ma jkunux intitolati li jidħlu. Il-kontroll tal-fruntieri huwa wkoll ta’ kontribut maġġuri fil-ġlieda kontra l-kriminalità, kif spjegat fl-Istrateġija tas-Sigurtà Interna, ippreżentata mill-Kummissjoni fl-2010[4]. L-għan doppju tal-Unjoni għandu għalhekk ikun dak li jinżammu livelli għolja ta’ sigurtà filwaqt li l-qsim tal-fruntieri jsir aktar sempliċi għal dawk li għandhom id-dritt jidħlu, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Il-kontroll tal-aċċess għat-territorju tiegħu huwa wieħed mill-funzjonijiet ċentrali ta’ Stat jew ta’ żona mingħajr fruntieri interni. Fiż-żona ta’ Schengen, kull stat parteċipanti huwa koresponsabbli li jeżerċita din il-funzjoni b’mod affidabbli. Kull stat jiġġestixxi l-fruntieri esterni tiegħu mhux biss biex jikkontrolla l-aċċess għat-territorju tiegħu stess iżda wkoll biex jikkontrolla l-aċċess għaż-żona Schengen kollha kemm hi; għalhekk, huwa jkun qed jaġixxi fl-interess tal-Istati Membri l-oħra u jkun qed iwettaq servizz f’isem l-UE. Bl-istess mod, is-sitwazzjoni ta’ dawk l-Istati Membri li jkollhom quddiemhom pressjoni kbira fil-fruntieri esterni tagħhom trid tingħata għarfien u tkun affaċċjata fir-rispett sħiħ tal-prinċipju tas-solidarjetà. Il-kontroll tal-fruntiera esterna tal-UE irid ikun imtejjeb il-ħin kollu fid-dawl ta’ sfidi ġodda fejn jidħlu l-migrazzjoni u s-sigurtà. L-avvenimenti ta’ dan l-aħħar urew kif parti mill-fruntiera esterna li tkun titqies bħala ta’ riskju baxx malajr tista’ ssir suġġetta għal pressjoni migratorja kritika. Il-kriminalità organizzata hija responsabbli għat-traffikar tal-bnedmin, jew li tiffaċilita l-migrazzjoni irregolari, u hija tadatta l-ħin kollu l-metodu u r-rotot tagħha. Fl-istess ħin, it-tendenza ġenerali hija li l-flussi tal-vjaġġaturi jiżdiedu, u li n-nies jippretendu li jaqsmu l-fruntieri malajr u mingħajr kumplikazzjonijiet. Punti dgħajfa f’xi partijiet mill-fruntiera esterna jimminaw il-fiduċja fil-kredibbiltà tal-ħila tal-Unjoni li tikkontrolla l-aċċess għat-territorju tagħha, u jimminaw il-fiduċja reċiproka. Iċ-ċittadini wkoll għandhom bżonn li jħossuhom moħħhom mistrieħ li l-kontrolli tal-fruntieri esterni qed jaħdmu kif suppost. Diġà jeżisti sett komuni ta’ regoli, iżda huwa wkoll meħtieġ li tkompli tiġi żviluppata kultura komuni fost l-awtoritajiet nazzjonali. Għal dan il-fini, il-Kummissjoni f’Mejju se tadotta verżjoni emendata tal-Manwal SIRENE u f’Ġunju se taġġorna l-Manwal Prattiku Komuni għall-Gwardji tal-Fruntieri. Barra minn dan, għandha wkoll tiġi kkunsidrata l-vijabbiltà li tinħoloq sistema Ewropea ta’ gwardji tal-fruntieri. Dan ma jkunx neċessarjament jimplika l-istabbiliment ta’ amministrazzjoni Ewropea ċentralizzata, iżda l-ħolqien ta’ kultura komuni, ta’ kapaċitajiet u standards komuni, appoġġjati minn kooperazzjoni prattika. Bl-istess mod, huwa meħtieġ li jiġi adottat approċ ibbażat fuq ir-riskji u li jiġi żgurat użu akbar tat-tekonoloġija moderna sew fil-fruntieri fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar. Trid tittejjeb il-kooperazzjoni ta’ kuljum bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Stati Membri ġirien għandhom jaqsmu bejniethom informazzjoni operattiva dwar kull inċident fil-fruntiera esterna, fi żmien reali. Dan hu l-iskop tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri ( EUROSUR ), li qed tiġi żviluppata ftit ftit sa mill-2008. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva matul l-2011 biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jkunu qed iwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza tal-fruntiera jaqsmu bejniethom informazzjoni operattiva u jikkoperaw ma’ xulxin u ma’ FRONTEX. Ir-rwol ta’ FRONTEX huwa ċentrali biex ir-riżorsi jiġu diretti lejn postijiet fejn il-fruntiera tkun taħt pressjoni, kif intwera bl-użu - għall-ewwel darba - ta’ timijiet ta’ intervent ta’ malajr fil-fruntiera fuq l-art bejn il-Greċja u t-Turkija fl-2010 u l-użu tal-operazzjoni navali konġunta HERMES biex jingħata appoġġ lill-Italja fl-2011. Il-qafas legali ta’ FRONTEX jeħtieġ li jiġi aġġornat biex din tkun aktar effettiva fejn tidħol il-kapaċità tagħha li taġixxi fil-fruntiera esterna. Il-Kummissjoni pproponiet it-tibdil meħtieġ fi Frar tas-sena l-oħra[5] u issa huwa urġenti, speċjalment fid-dawl tal-ġrajjiet ta’ dawn l-aħħar, li l-Kunsill u l-Parlament japprovaw din il-proposta qabel tmiem dan is-semestru, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew. Il-ġestjoni ta’ Schengen Il-ħolqien taż-żona ta’ Schengen hu wieħed mill-kisbiet l-aktar tanġibbli, popolari u ta’ suċċess tal-UE. Sabiex din il-kisba titħares, u titwitta t-triq għall-iżvilupp kontinwu tagħha, wieħed għandu jaħseb għal fruntieri esterni aktar b’saħħithom, kif imfisser hawn fuq. Barra minn dan, hija meħtieġa sistema ċara għall- ġestjoni ta’ Schengen . Bħalissa l-Unjoni għadha trid toqgħod fuq sistema intergovernattiva ta’ reviżjoni bejn il-pari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-regoli komuni. Ir-reviżjoni ta’ bħalissa tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen għandha tkun ibbażata fuq approċ Komunitarju bil-parteċipazzjoni ta’ esperti mill-Istati Membri, minn FRONTEX u għandha titmexxa mill-Kummissjoni. Il-mekkaniżmu li qed jiġi propost jiżgura aktar trasparenza u jtejjeb is-segwitu ta’ nuqqasijiet identifikati waqt l-evalwazzjonijiet mill-esperti. Il-Kummissjoni se toħroġ ukoll linji-gwida biex tiżgura implimentazzjoni u interpretazzjoni koeranti tar-regoli ta’ Schengen. Għandu jiġu wkoll stabbilit mekkaniżmu biex l-Unjoni tkun tista’ tiġġestixxi sitwazzjonijiet fejn jew Stat Membru ma jkunx qed iwettaq l-obbligi tiegħu li jikkontrolla s-sezzjoni tiegħu tal-fruntiera esterna, jew fejn parti partikolari tal-fruntiera esterna tiġi taħt pressjoni qawwija u mhux mistennija minħabba ġrajjiet esterni. Reazzjoni kkoordinata bbażata fuq il-Komunità mill-Unjoni f’sitwazzjonijiet kritiċi bla dubju żżid il-fiduċja fost l-Istati Membri. Tnaqqas ukoll l-użu ta’ inizjattivi unilaterali mill-Istati Membri li unilateralment jerġgħu jdaħħlu kontroll mal-fruntieri interni jew li jsaħħu l-kontrolli tal-pulizija f’reġjonijiet tal-fruntieri interni, li inevitabbilment itawlu għal kulħadd il-ħin meħtieġ biex jinqasmu l-fruntieri interni. Jista’ għalhekk ikun hemm bżonn li jiddaħħal mekkaniżmu bħal dan, li jippermetti deċiżjoni f’livell Ewropew li tiddefinixxi liema Stati Membri jdaħħlu mill-ġdid, b’mod eċċezzjonali, il-kontroll fuq il-fruntieri interni, u għal kemm żmien. Il-mekkaniżmu għandu jintuża bħala miżura tal-aħħar ċirkostanza f’sitwazzjonijiet tassew kritiċi, sakemm ikunu ttieħdu miżuri oħra (ta’ emerġenza) biex is-sitwazzjoni tiġi stabbilizzata fis-sezzjoni relevanti tal-fruntiera esterna f’livell Ewropew, fi spirtu ta’ solidarjetà, u/jew f’livell nazzjonli, biex ikun hemm osservanza aħjar tar-regoli komuni. Il-Kummissjoni qed tesplora l-vijabbiltà li jiddaħħal mekkaniżmu bħal dan, u tista’ dalwaqt tippreżenta proposta għal dan dalwaqt. Il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari Min-natura tagħha stess, l-immigrazzjoni irregolari hija fenomenu li diffiċli tikkwantifikah. Madankollu, ċerti indikaturi jistgħu jixħtu dawl. Fl-2009, l-għadd ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li nqabdu waqt li kienu qed jirresjedu illegalment fl-UE kien ta’ madwar 570 000 (7% anqas minn fl-2008). L-Istati Membri rritornaw madwar 250 000 persuna (4.5% aktar milli fl-2008)[6]. Approċ sod u effettiv fejn tidħol il-migrazzjoni irregolari huwa prekundizzjoni għal politika kredibbli tal-migrazzjoni u tal-mobbiltà. Jekk il-probabbiltà li jintbagħtu lura migranti irregolari li ma jkollhomx bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali tkun baxxa, dan iservi ta’ fattur ta’ attrazzjoni u jimmina l-fiduċja fl-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej. Għandu jinkiseb użu aktar koordinat fil-livell Ewropew ta’ strumenti u linji ta’ politika relevanti. L-eżistenza ta’ suq tax-xogħol informali huwa wkoll fattur attraenti għall-immigrazzjoni irregolari, u jservi wkoll ta’ esplojtazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi. Huwa għalhekk li t-traspożizzjoni mill-Istati Membri tad- Direttiva dwar Sanzjonijiet għal Min Iħaddem[7] hija essenzjali. Kull sena, mijiet ta’ eluf ta’ persuni jiġu ttraffikati lejn l-UE jew fi ħdan l-UE. L-adozzjoni dan l-aħħar tad-Direttiva dwar it-traffikar tal-bnedmin se żżomm lill-UE fuq quddiem fil-ġlieda internazzjonali kontra din il-forma ta’ skjavitù billi jiġu kkastigati kriminali bħal dawn b’mod eħrex, kif ukoll billi jiġu indirizzati l-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-assistenza u l-appoġġ lill-vittmi, b’enfasi fuq dawk l-aktar vulnerabbli. L-UE qiegħda wkoll tagħti aktar enfasi fuq id-dimensjoni esterna tal-politika tagħha dwar it-traffikar tal-bnedmin. Il-ħatra ta’ koordinatur tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar se jkun ta’ għajnuna biex jiġu msaħħa l-isforzi fil-ġlieda kontra t-traffikar. Bħala kontribut għal politika tar-ritorn tal-UE li tkun koerenti, ibbilanċjata u effettiva, il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni fl-2012 biex tara x’progress ikun sar u tagħmel proposti dwar kif jista’ jsir aktar progress. Dan għandu jinvolvi, fost affaraijiet oħra, il-promozzjoni tar-ritorn volontarju, it-titjib tal-bini tal-kapaċitajiet fl-Istati Membri, li jisseddaq l-għarfien reċiproku ta’ deċiżjonijiet tar-ritorn u li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ migranti irregolari li ma jistgħux jiġu rritornati. Id-Direttiva tar-Ritorn[8] stabbiliet qafas sod u ġust li fih ikunu jistgħu jitwettqu ritorni effettivi, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-migranti u tal-istat tad-dritt. Dan l-istrument jiżgura li persuna jew tkun legalment preżenti fl-UE jew tkun inħarġitilha deċiżjoni ta’ ritorn. Il-livell baxx tal-implimentazzjoni tad-Direttiva huwa ta’ tħassib serju u l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jaraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji jiġu adottati u applikati mingħajr dewmien. Fl-evalwazzjoni komprensiva reċenti tagħha tal- politika ta’ rijamissjoni [9] tal-UE, il-Kummisjsoni tikkonkludi li l-ftehimijiet ta’ riammissjoni tal-UE huma siewja biex jiġu irripatrijati l-migranti irregolari. Din il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi għandha tkompli tissaħħaħ. Madankollu, huwa wkoll ċar li n-negozjati ta’ riammissjoni ma’ diversi pajjiżi, inklużi mal-pajjiżi l-aktar importanti ta’ oriġini u t-tranżitu tal-migrazjoni irregolari, huma diffiċli. Barra minn dan, l-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Cotonou bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP għadu mhux qed jiġi implimentat għal kollox. B’mod partikolari, il-fatt li l-UE mhix qed toffri inċentivi lill-kontraparti tagħha fost il-pajjiżi terzi, bħal pereżempju miżuri marbuta mal-viżi jew inkella assistenza finanzjarja biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi terzi li japplikaw il-ftehim kif xieraq, itellef il-ħila tal-UE li b’mod effettiv tikkonkludi u timplimenta dawn il-ftehimiet. Jidher ċar għalhekk li m’għadx hemm sens li wieħed ifittex mandati indipendenti għan-negozjati ta’ riammissjoni. Barra minn dan, il-ftehimiet ta’ riammissjoni għandhom jiġu kkunsidrati fi ħdan perspettiva aktar wiesgħa tar-relazzjoni ġenerali tal-UE mal-pajjiż sieħeb partikolari. Għal dan il-għan, għandha tiġi ppreferuta l-inkorporazzjoni ta’ obbligi mtejba ta’ rijamissjoni fi ħdan il-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ pajjiżi terzi. Iċ-ċIRKOLAZZJONI U R-RESIDENZA F’żONA MINGħAJR FRUNTIERI INTERNI Il-mobbiltà organizzata Il-fruntieri esterni tal-UE jservu ta’ protezzjoni u biex jiżguraw passaġġ bla problemi għal ċittadini tal-UE u għall-membri tal-familja tagħhom, u għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jiġu fl-UE skont regoli miftehma. Meta wieħed iqis li jkun hemm 650 miljun qasma tal-fruntiera għaż-żona ta’ Schengen kollha kemm hi, wieħed irid jagħraf l-ammont ta’ xogħol ta’ kuljum fil-postijiet minn fejn tinqasam il-fruntiera[10]. Irid isir użu massimu tar-riżorsi disponibbli fil-postijiet fejn tinqasam il-fruntiera, biex jiġu żgurati ekonomiji ta’ skala filwaqt li jiġu evitati s-sovrappożizzjonijiet. Għal dan l-iskop hija essenzjali l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-aġenziji (FRONTEX, EUROPOL, l-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana u tal-pulizija), speċjalment bejn l-awtoritajiet ta’ għassa tal-fruntiera li jikkontrollaw il-persuni, u l-awtoritajiet doganali li għandhom il-kompitu li jikkontrollaw il-prodotti. Sabiex il-kontrolli fil-fruntieri esterni jiġu kkordinati aħjar, il-Kummissjoni se tippreżenta proposti fl-2010, li fihom tagħti suġġerimenti lill-Istati Membri dwar l-aħjar prattiċi. Għandha tingħata attenzjoni wkoll għat-tisħiħ tal-verifiki fuq il-fruntiera filwaqt li fl-istess ħin jitħaffef il-qsim tal-fruntieri għal vjaġġaturi regolari. Xi Stati Membri diġà qed jiżviluppaw sistemi nazzjonali għal sistemi tad-dħul u tal-ħruġ. Sistema ta’ dħul u ħruġ Ewropea tiżgura li d-dejta dwar il-qsim tal-fruntiera minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-kontroll fuq il-fruntiera u tal-immigrazzjoni, b’mod li tiġi kompluta l-iskema VIS għad-detenturi tal-viża. Dan ikun ta’ għajnuna biex iż-żjara ta’ detenturi tal-viża tkun ikkontrollata aħjar u biex jiġi evitat li jkun hemm min idum aktar miż-żmien li għalih ikollu permess, li, kontra l-perċezzjoni komuni, huwa s-sors ewlieni tal-immigrazzjoni irregolari fl-UE. Fl-istess ħin, programm ta’ vjaġġaturi rreġistrati jippermetti lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jużaw mezzi awtomatizzati tal-qsim tal-fruntiera biex b’hekk l-aċċess għall-UE jsir aktar faċli għal vjaġġaturi frekwenti. Dawn is-sistemi jwittu t-triq lejn il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ verifiki fuq il-fruntiera li jkunu jiddependu fuq teknoloġiji ġodda filwaqt li jibnu fuq il-lezzjonijiet meħuda mill-proġetti ta’ IT kbar li bħalissa qed jiġu żviluppati. Ikunu jinħtieġu investiment sostanzjali mill-UE u mill-Istati Membri fejn jidħol l-użu tal-IT u n-nefqa pubblika, u sforzi biex jiġu żgurati livelli ogħla għall-protezzjoni ta’ dejta personali. Qabel ma jiġu ppreżentati proposti speċifiċi, għalhekk, il-Kummissjoni fix-xhur li ġejjin se tkompli bil-konsultazzjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill kif ukoll ma’ dawk kollha involuti biex tinstab it-triq ‘il quddiem. Politika konsistenti dwar il-mobbiltà għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkużi l-viżi Il-politika komuni dwar il-viża tal-UE hija waħda mill-miżuri ta’ protezzjoni li jeliminaw il-ħtieġa ta’ fruntieri interni. Lil hinn minn dan, il-politika dwar il-viża hija strumenti influwenti għal politika dwar il-mobbiltà li tħares ‘il quddiem. Għandha impatt mill-akbar fuq pajjiżi terzi li jqisu l-mobbiltà taċ-ċittadini tagħhom bħala prijorità ewlenija tal-politika barranija tagħhom. Fl-2009, madwar 11-il miljun viża tqassmu mill-Istati Membri li joħorġu viżi ta’ Schengen[11]. Fi snin reċenti, l-UE kkonkludiet diversi ftehimiet ta’ faċilitazjoni tal-viżi u daħlet fi djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. F’xi każi, u darba jintlaħqu l-prerekwiżiti kollha, l-UE ddeċidiet li tneħħi l-obbligu tal-viża għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi. Dawn l-esperjenzi huma fil-biċċa l-kbira pożittivi u juru li huwa possibbli li tiġi żgurata mobbiltà ġġestita tajjeb fi ħdan ambjent sikur. Il-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u ż-żamma tas-sigurtà pubblika huma kumpatibbli mal-objettiv ta’ iżjed mobbiltà. Il-bilanċ it-tajjeb bejn iżjed mobbiltà ta’ vjaġġaturi bona fide u r-riskji tal-migrazzjoni irregolari u t-theddid għall-politika pubblika u għas-sigurtà għandu jkun dejjem żgurat. Kull fejn ikun xieraq, il-verifika dwar jekk dan il-bilanċ ikunx intlaħaq għandha ssir permezz ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li jiġi stabbilit wara l-liberalizzazzjoni tal-viżi, bħal ma hu dak stabbilit mill-Kummissjoni f’Jannar 2011, li jkopri ħames pajjiżi fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent li ngħataw eżenzjoni mill-viża fl-2009 u l-2010 (l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja). F’każ li eżenzjoni mill-visa twassal għal migrazjoni irregolari fuq skala kbira jew inkella għal abbuż, jew tkun ta’ periklu għas-sigurtà, l-UE għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha strumenti xierqa biex tirremedja minnufih dawn il-problemi. Sabiex tiżgura dan, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi modifika tar- Regolament dwar il-Viża [12] li jistabbilixxi klawżola ta’ salvagwardja li jippermetti biex, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm ir-riintroduzzjoni tal-bżonn tal-viża għal ċittadini ta’ pajjiż terz. L-UE għandha tibqa’ miftuħa għal skambji kulturali, ekonomiċi u ta’ kummerċ, sabiex jissaħħaħ ir-rwol tagħha ta’ attur dinji, u sabiex iġġib ‘l quddiem l-interess tal-komunità tagħha tan-negozju, is-settur universitarju u dawk involuti fil-kultura. Hemm bżonn ta’ aktar koerenza bejn il-politika dwar il-viża u linji ta’ politika oħrajn tal-UE, bħal ma huma l-linji ta’ politika dwar il-kummerċ u r-riċerka. Għandu jintuża sal-livell massimu l-potenzjal offrut mill- Kodiċi tal-Viża - applikabbli minn April 2010. Għad hemm riluttanza, pereżempju li jinħarġu viżi ta’ diversi dħul li jkollhom perjodu twil ta’ validità lil vjaġġaturi frekwenti minkejja l-fatt li l-affidabbiltà tagħhom tkun ippruvata mingħajr lok għal dubji. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tippreżenta fix-xhur li ġejjin l-ewwel rapport annwali dwar il-Koperazzjoni Lokali dwar Schengen. F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni beħsiebha tressaq proposti konkreti għall-benefiċċju tal-konsulati tal-Istati Membri u tal-applikanti għall-viża, dwar il-mod kif taħdem il-Kooperazjoni Lokali dwar Schengen, pereżempju fejn tidħol l-armonizzazzjoni tal-listi ta’ dokumenti ta’ prova li għandhom jiġu ppreżentati mill-applikanti tal-viża, u l-ottimizzazzjoni tal-ħruġ ta’ viża ta’ diversi dħul lil vjaġġaturi bona fide. L-aċċessibbiltà tas-servizz konsulari hija wkoll ta’ importanza mill-akbar. Il-Kummissjoni se tippreżenta, aktar tard din is-sena, Komunikazzjoni dwar programmi reġjonali ta’ kooperazzjoni konsulari. B’mod partikolari, din se teżamina kif jista’ jitħaffef l-istabbiliment ta’ ċentri komuni ta’ applikazzjoni għall-viża Għat-tul, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li jkunu fuq viżi Schengen għal żjarat qosra tkun tista’ tiġi estiża għal viżi għal żjarat twal. Migrazzjoni legali ġestita tajjeb Kif ġie enfasizzat fl-Istrateġija Ewropa 2020, politika razzjonali tal-migrazzjoni għandha tagħraf li l-migranti jistgħu jġibu dinamiżmu ekonomiku u ideat ġodda u jkunu ta’ għajnuna fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Il-migranti jistgħu wkoll jgħinu biex jimtela’ l-vojt fis-suq tax-xogħol, liema vojt ma jkunx jista’ jimtela minn ħaddiema mill-UE, jew li l-ħaddiema mill-UE ma jkunux jixtiequ jimlew, u jkunu wkoll ta’ kontribut biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi li għandha quddiemha l-UE. Sabiex il-proporzjon tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol mal-popolazzjoni totali jinżamm fil-livell tal-2008, huwa stmat li l-UE jkollha bżonn immigrazzjoni netta sinifikanti. Ix-xejriet demografiċi għat-tul juru li d-dipendenza fuq forza tax-xogħol ġejja minn flussi tax-xogħol bejn l-Istati Membri tal-UE tista’ ssir limitata tul l-għaxar snin li ġejjin[13]. L-aċċettazzjoni ta’ migranti bil-ħiliet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-UE tista’ tkun reazzjoni għan- nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet li jeżisti f’ċerti setturi. It-tkabbir tal-impjiegi fil-futur se jkun ikkonċentrat f’attivitajiet tas-servizzi u ħafna minn dawn l-impjiegi se jkunu marbuta mas-servizzi pubbliċi kif ukoll ma’ servizzi marbuta mal-unitajiet domestiċi. Biex nagħtu żewġ eżempji, l-Aġenda tal-Kumissjoni għal ħiliet u impjiegi ġidda tistma li sal-2020 se jkun hemm nuqqas ta’ madwar miljun (1) professjonist fis-settur tas-saħħa – ċifra li titla’ sa żewġ miljuni jekk wieħed jieħu f’kunsiderazzjoni wkoll il-professjonijiet anċillari fil-kura tas-saħħa. Huwa stmat li sal-2015 in-nuqqas ta’ dawk li jaħdmu fl-ICT jkun jilħaq bejn it-384 000 u s-700 000 impjieg[14]. L-UE tirrekjedi wkoll żieda qawwija ħafna fl-għadd ta’ riċerkaturi attivi hawnhekk, li xi wħud minnhom ikunu jridu jiġu minn pajjiżi terzi, jekk l-ekonomija għandha ssir dinamika u innovattiva kemm ikun hemm bżonn biex tibqa’ kompetittiva f’ekonomija globali. Huwa meħtieġa aktar xogħol biex jiġu antiċipati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet u biex jiġi identifikat ir-rwol li jista’ jkollha l-migrazzjoni biex jimtlew dawn in-nuqqasijiet filwaqt li jittieħed ħsieb li jiġi evitat li l-aħjar imħuħ iħallu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Qed jiġi żviluppat qafas legali tal-UE dwar il-migrazzjoni filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-għadd ta’ ċittadini ta’ terzi pajjiżi li huma jdaħħlu għal skopijiet ta’ impjieg. Li tara li n-nies bil-ħiliet it-tajba jkunu fil-post it-tajjeb fil-ħin it-tajjeb hija ċ-ċavetta tas-suċċess tan-negozju, tar-riċerka u tal-innovazzjoni fl-Ewropa. Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u r-reviżjoni tar-restrizzjonijiet fil-possibbiltajiet tal-migranti ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu mobbli fi ħdan l-UE u bejn l-UE u pajjiżi terzi, mingħajr ma jintilfu drittijiet akkwistati ta’ residenza u impjiegi tista’ tkun ta’ għajnuna biex is-swieq tax-xogħol jaħdmu aħjar. Barra minn dan, terz tal-migranti huma kwalifikati aktar milli hemm bżonn għall-impjiegi li jokkupaw, u dan hu ħela ta’ kapital uman li l-Ewropa ma tiflaħx għalih. Għalhekk, l-UE trid tagħmel aktar sforzi biex tagħraf il-kwalifiki formali tal-migranti, sew dawk li huma preżenti legalment kif ukoll dawk li jkunu għadhom kif waslu. Il-kriżi fl-impjiegi li għadha għaddejja f’ħafna Stati Membri tfisser li s-swieq tax-xogħol fl-UE bħalissa jinsabu taħt pressjoni. Il-Kummissjoni bħalissa qed tistabbilixxi għadd ta’ strumenti biex tanalizza kemm jaqblu bejniethom il-ħiliet meħtieġa mal-għadd ta’ ħaddiema li għandhom dawn il-ħiliet u biex tidentifika setturi ekonmiċi u xogħlijiet li bħalissa qed jaffaċċjaw diffikultajiet fir-reklutaġġ jew nuqqas ta’ ħiliet disponibbli. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi se jgħinu lill-Kummissjoni teżamina liema huma l-impjiegi fejn hemm nuqqas ta’ ħiliet għalihom li jistgħu jimtlew permezz ta’ strateġiji ta’ migrazzjni mmirati tajjeb. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra li sal-2012 tippreżenta Green Paper dwar kif għandhom jiġu indirizzati nuqqasijiet fl-għadd ta’ ħaddiema permezz tal-migrazzjoni fl-Istati Membri tal-UE. Wasal iż-żmien li jintlaħaq ftehim dwar il-proposta tal-2007 dwar “il-permess uniku” li jissimplifika l-proċeduri amministrattivi għall-migranti u jagħtu sett ċar u komuni ta’ drittijiet. Fl-istess waqt, sabiex tibqa’ kompetittiva, l-Ewropa trid tkun destinazzjoni attraenti għal migranti b’livell għoli ta’ ħiliet, hekk kif tiżdied id-domanda globali għal ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet . L-iskema Blue Card tal-UE tistabbilixxi pakkett ta’ miżuri li jiffaċilitaw ir-reklutaġġ ta’ dawn il-persuni fl-UE. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex isaħħu l-isforzi biex jittrasponu kif suppost id-Direttiva. Barra minn dan, sabiex jingħalaq vojt fil-qafas legali tal-UE il-Kummissjoni ressqet proposti dwar ħaddiema staġjonali u ħaddiem trasferiti fi ħdan korporazzjoni fl-2010. Fejn jidħlu inizjattivi leġiżlattivi futuri fil-qasam tal-migrazzjoni legali, il-Kummissjoni qegħda kontinwament tevalwa l-qafas legali sabiex tara jekk l-istrumenti eżistenti humiex implimentati tajjeb, jekk jistgħux jittejbu jew jekk hemmx bżonn ta’ oħrajn ġodda. Ir-rapport dwar id-Direttivi marbuta ma’ residenti għat-tul, studenti u riċerkaturi, li ġejjin minn pajjiżi terzi, se jiġi ppreżentat fl-2011. Il-migranti potenzjali jeħtieġu informazzjoni dwar l-UE kif ukoll iridu jsiru jafu l-qafas legali nazzjonali, ir-rekwiżiti fejn tidħol lingwa, il-viżi u l-permessi tax-xogħol. Il-portal tal-UE dwar l-immigrazzjoni , websajt li għandha titnieda fi tmiem l-2011 se jkun post b’informazzjoni ċara u aċċessabbli li tinkiseb minn post wieħed. Fl-ewwel snin wara l-2000, fi Stati Membri li jipprovdu dejta affidabbli, il-migrazzjoni għal raġunijiet marbuta mal-familja jidher li kienet tgħodd għal aktar minn 50% tal-immigrazzjoni legali totali. Din il-perċentwali qiegħda kull ma jmur tonqos u llum madwar terz tal-immigrazzjoni kollha lejn l-UE hija marbuta ma’ raġunijiet familjari. Kuntrarju għall-każ tal-migrazzjoni tal-ħaddiema, l-Istati Membri ma jistgħux jiddefinixxu minn qabel il-volumi ta’ persuni bħal dawn li għandhom jiġu ammessi. Tabilħaqq, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, flimkien ma’ ħafna strumenti tal-liġi internazzjonali, u d-Direttiva tal-UE dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi[15] jagħrfu l-obbligu li l-ħajja tal-familja tiġi rispettata. Il-Kummissjoni se tiddiskuti din il-kwistjoni mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u ma’ dawk kollha involuti u se toħroġ Green Paper sa tmiem is-sena. Il-bini ta’ soċjetà inklussiva bl-integrazzjoni tal-immigranti L-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti għadha kwistjoni ċentrali u xi drabi kontroversjali. Għal raġunijiet umani u kulturali, l-integrazzjoni b’suċċess hija essenzjali. Hija wkoll neċessarja sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tal-immigrazzjoni, kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetajiet. Ma hemmx mezz wieħed li jiżgura s-suċċess tal-integrazzjoni. Iżda huwa ċar li jridu jsiru aktar sforzi, sew fil-livell tal-UE, dak nazzjonali u dak lokali biex jinkisbu riżultati aħjar. Kull migrant għandu jħossu milqugħ fl-Ewropa, fir-rispett tal-liġijiet u l-valuri tagħha, u għandu jkun fil-pożizzjoni li jikkontribwixxi għall-futur tal-Ewropa. L-integrazzjoni tirrekjedi sforzi mill-migrant u mis-soċjetà li tkun laqgħetu. Il-migranti għandhom jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fil-komunitajiet il-ġodda tagħhom, b’mod partikolari billi jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż li laqagħhom, li jkollhom aċċess għall-impjiegi, l-edukazzjoni u s-sistemi tas-saħħa, kif ukoll li jkollhom il-kapaċità soċjo-ekonomika li jmantnu lilhom infushom. Il-migranti għandhom ikunu jafu l-valuri fundamentali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha sabiex jifhmu l-kultura u t-tradizzjonijiet tal-pajjiż fejn jgħixu. L-integrazzjoni tal-migranti timplika bilanċ bejn it-tgawdija tad-drittijiet u r-rispett tal-liġijiet u l-kultura tal-pajjiżi ospitanti. F’dan il-kuntest, il-Kummisjoni sejra dalwaqt tippreżenta Komunikazzjoni dwar Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi, li tikkonċentra fuq il-parteċipazzjoni tal-migranti fil-pajjiżi li jilqgħuhom, l-azzjoni fil-livell lokali u l-involviment tal-pajjiżi tal-oriġini fil-proċess ta’ integrazzjoni. Din l-aġenda se tkun kontribut għad-dibattitu dwar kif nifhmu u nappoġġjaw l-integrazzjoni. Qed jiġi żviluppat "pakkett" ta’ approċi li kienu ta’ suċċess fl-integrazzjoni tal-migranti, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prassi biex b’hekk l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jitgħallmu minn xulxin u jagħżlu l-miżuri li huma l-aktar probabbli li jkunu effettivi fil-kisba tal-għanijiet ta’ integrazzjoni partikolari. Qed jiġu mfassla hekk imsejħa ‘moduli Ewropej’ biex jiġu sostnuti linji ta’ politika u prattiki li jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-ibliet individwali, B’mod partikolari, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni se tappella għal tisħiħ tal-involviment ta’ atturi lokali u reġjonali fid-definizzjoni ta’ linji ta’ politika ta’ integrazzjoni, inkluż, pereżempju, permezz ta’ tisħib strateġiku mal-Kumitat tar-Reġjuni u ta’ netwerks Ewropej ta’ bliet u reġjuni. L-GħOTI TA’ PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI LIL PERSUNI FIL-BżONN Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tas- Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil huwa dak li titnaqqas id-diverġenza bejn pajjiżi differenti tal-UE fejn jidħol ir-riżultat aħħari ta’ talba għall-ażil, u biex jiġi żgurat sett komuni ta’ drittijiet proċedurali u sostantivi li wieħed ikun jista’ jserraħ fuqhom madwar l-Unjoni, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 dwar ir-refuġjati u obbligi internazzjonali relevanti oħra. Fl-2010 kien hemm madwar 257,800 persuna qed jitolbu l-ażil fl-UE, jew 515 applikant għal kull miljun abitant. Għaxar Stat Membri kellhom aktar minn 90% tal-applikanti rreġistrati fl-UE[16]. Wasal iż-żmiem li s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil titlesta billi jintlaħaq qbil dwar pakkett ibbilanċjat sal-iskadenza tal-2012 kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2009. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni dalwaqt se tressaq proposti mmodifikati dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Lqugħ u d-Direttivi ta’ Proċeduri dwar l-Ażil. Għandu jintlaħaq ftehim ibbilanċjat dwar ir-reviżjoni tar-Regolament ta’ Dublin, inkluż dwar mekkaniżmu ta’ emerġenza biex jintuża fl-agħar każijiet ta’ pressjoni eċċezzjonali, u dwar is-sistema riveduta tal-Eurodac. Flimkien mad-Direttiva ta’ Kwalifika u l-estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva dwar l-Istatus ta’ Resident għal Żmien fit-tul buex tkopri lil benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, is-sistema komuni tal-ażil għandha tipprovdi għal (a) trattament ġust ta’ dawk li jitolbu l-ażil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, u garanziji xierqa għalihom; (b) strumenti proċedurali li jkunu ta’ għajnuna għall-awtoritajiet nazzjonali li jevalwaw kif xieraq u malajr it-talbiet tal-ażil b’mod aktar konverġenti u bi strumenti biex jaġixxu fil-każ ta’ talbiet abużivi; (c) il-livell xieraq ta’ approssimazzjoni ta’ drittijiet għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjoanli li se tikkontribwixxi biex jiġu ffrankati l-ispejjeż fi proċessi amministrattivi u biex jiġu limitati l-movimenti sekondarji kif ukoll it-tiftix tal-ażil minn pajjiż għall-ieħor, filwaqt li fl-istess ħin jitjiebu l-prospetti tal-integrazzjoni; (d) it-titjib tal-effiċjenza tas-’Sistema ta’ Dublin’, filwaqt li tipprovdi għal sitwazzjonijiet ta’ pressjonijiet eċċezzjonali li jista’ jkollhom quddiemhom l-Istati Membri individwali; u (e) database tal-EURODAC li tkompli ssostni l-effiċjenza tar-Regolament ta’ Dublin, filwaqt li tilqa’ wkoll ħtiġijiet oħra tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi iżda taħt kundizzjonijiet stretti ħafna. Il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-impimentazzjoni xierqa tagħha trid tkun akkumpanjata minn kooperazzjoni prattika aktar b’saħħitha. L-uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Azil se jkun qed jaħdem bil-kapaċità totali tiegħu f’Ġunju ta’ din is-sena u l-attività tiegħu se twassal għal aktar fiduċja u kooperazzjoni fost is-sħab Ewropej. Is-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-immaniġġjar tal-flussi tal-ażil u r-refuġjati hija importanti wkoll. B’mod partikolari, il-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali għandhom jibqgħu jitħaddmui. Dawn jipprovdu għal tisħib wiesa’ ma’ pajjiżi u reġjuni ta’ oriġini, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR, li jikkombina d-djalogu u l-appoġġ għal miżuri ta’ bini ta’ kapaċità, għal aċċess għal soluzzjonijiet fit-tul, titjib fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-ażil, l-ilqugħ ta’ dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil u r-refuġjati, miżuri ta’ ripatrijazzjoni u risistemazzjoni. Matul l-2010, madwar 5,000 refuġjat ġew risistematizzati fl-UE kollha kemm hi. Dan jitqabbel mal-madwar 75,000 refuġjat li ġew risistematizzati fl-Istati Uniti fl-istess sena. Tabilħaqq, l-Istati Membri tal-UE meħuda flimkien bħalissa jaċċettaw anqas refuġjati risistematizzati mill-Kanada waħedha. Ir-risistemazzjoni trid issir parti integrali tal-politika tal-EU dwar l-ażil. Hija tirrappreżenta miżura li ssalva ħajjet ir-refuġjati ġenwini li altrimenti jistgħu jkunu obbligati li jagħmlu vjaġġ perikoluż lejn post ta’ kenn permanenti. Huwa wkoll ġest importanti ta’ qsim ta’ responsabbiltà lejn pajjiżi tal-ewwel ażil, li l-biċċa l-kbira minnhom huma pajjiżi li qed jiżviluppaw, jgħin li jinżamm ‘spazju ta’ protezzjoni’ fil-pajjiżi ospitanti, u jikkontribwixxi għad-djalogu u l-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet oħra ta’ migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw mingħajr dewmien l-iskema ta’ risistemazzjoni konġunta tal-UE proposta mill-Kummissjoni[17]. IL-MIGRAZZJONI FIR-RELAZZJONIJIET ESTERNI LIL HINN MILL-KRIżI Approċċ globali għall-migrazzjoni L-UE jeħtieġ li ssaħħaħ il-linji ta’ politika esterni tagħha dwar il-migrazzjoni. Hemm bżonn ta’ tisħib ma’ pajjiżi terzi li jindirizza l-kwistjonijiet marbuta mal-migrazzjoni u l-mobbiltà b’mod li jagħmel mill-kooperazzjoni benefiċċju reċiproku. Fl-iżvilupp ta’ politika bħal din, il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni għandhom ikunu integrati fir-relazzjonijiet esterni tal-UE biex jiġu promossi l-interessi u l-ħtiġijiet tal-UE. Trid tingħata attenzjoni speċjali għar-relazzjoni bejn il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima. Il-konsistenza bejn il-linji ta’ politika interni u esterni hija essenzjali fil-kisba ta’ riżultati tajba daqs kemm huma l-koerenza u l-kumplimentarità bejn l-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni dwar l- Approċ Globali għall-Migrazzjoni aktar tard din is-sena. Wara l-ewwel ħames snin ta’ implimentazzjoni, wasal iż-żmien li tiddaħħal fażi ġdida u jiġu esplorati modi kif dan l-approċ strateġiku jsir aktar effiċjenti u koerenti, b’objettivi definiti b’mod aktar ċar. Dan il-qafas ta’ politika jeħtieġ li jkun jirrifletti aħjar l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, sew esterni kif ukoll interni u jikkonvertihom fi proposti konkreti għall-iżvilupp tat-tisħib ċentrali tagħna (l-aktar dak bejn l-UE u l-Afrika, it-Tisħib mal-Lvant, u t-Tisħib EuroMed kif ukoll il-pajjiżi involuti fit-tkabbir). Għandu jkun hemm bilanċ tematiku aħjar bejn it-tliet oqsma ewlenin tal-intervent ta’ politika: a) l-organizzazzjoni tal-migrazzjoni legali; b) it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari; u c) mmassimizzar tal-benefiċċji reċiproki tal-migrazzjoni għall-iżvilupp. Id-dimensjoni esterna jista’ jkollha rwol aktar importanti bil-kuntatti li jistgħu jsiru ma’ pajjiżi terzi li għandhom jitqiesu bħala sħab meta jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ fejn jidħol l-għadd ta’ ħaddiema fl-UE, flwaqt li tiġi rispettata l-preferenza tal-UE għal ċittadini tal-UE. Fi sforz biex il-provvista u l-ħtiġijiet ta’ ħaddiema jiġu konnessi aħjar, u biex l-industrija tal-UE issibha eħfef li tirrekluta l-ħiliet it-tajba, jista’ jsir xogħol importanti f’pajjiżi terzi f’oqsma bħal ma huma l-għarfien ta’ kwalifiki barranin u taħriġ vokazzjonali u tal-lingwa, qabel ma dak li jkun iħalli pajjiżu. Ix-xogħol fuq il-migrazzjoni u l-iżvilupp għandu issa jsir b’mod aktar profond u rfinut. L-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex tindirizza r-raġunijiet li jwasslu għall-migrazzjoni, b’attenzjoni speċjali fuq kwistjonijiet marbuta mal-impjiegi, il-governanza u l-iżviluppi demografiċi. Hemm bżonn li jittieħdu inizjattivi ġodda biex jinkoraġġixxu l-impatt pożittiv fuq l-iżvilupp li jħalli d-dħul li jibagħtu l-migranti lura pajjiżhom. Id-dimensjoni umana tal-linji ta’ politika dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp se tissaħħaħ ukoll bl-introduzzjoni ta’ approċċ iċċentrat fuq il-migrant. F’dan il-kuntest, ir-rwol tad-diaspora għandu jingħata aktar attenzjoni. Għandhom jiġu kkunsidrati inizjattivi maħsuba biex jippermettu lil membri tad-diaspora jikkontribwixxu lejn il-pajjiż tagħhom ta’ oriġini, inkluż il-promozzjoni tar-ritorn temporanju ta’ migranti kkwalifikati. Hemm bżonn li jiġu ulterjorment żviluppati l-possibbilitajiet tal-migrazzjoni ċirkulari, fuq is-sisien tal-ewwel esperjenzi pożittivi. Sa issa l-attenzjoni ewlenija tal-Approċċ Globali kienet fuq l-Afrika u l-Lvant u x-Xlokk tal-Ewropa. Fit-tisħiħ tal-linji ta’ politika tal-UE dwar il-migrazzjoni esterna, il-prijoritajiet ġeografiċi għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid, abbażi tal-interessi tal-UE u tal-pajjiżi terzi, kif ukoll tal-isfidi komuni b’mod partikolari fid-dawl ta’ żviluppi reċenti fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq. Lil hinn mill-kriżi: l-UE u n-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran f’tisħib Il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tal-25 ta’ Marzu kkonfermaw għal darba oħra l-impenn li jiġi żviluppat tisħib mal-pajjiżi tal-Viċinat tan-Naħa ta’ Isfel. Il-Parlament Ewropew ukoll saħaq, fir-Riżoluzzjoni reċenti tiegħu[18], fuq il-ħtieġa li jkun hemm approċ ibbilanċjat u komprensiv għal dawn il-kwistjonijiet. Fuq din il-bażi ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kummissjoni se tippreżenta Politika Ewropea ta’ Viċinat riveduta kif ukoll pakkett ta’ proposti dwar l-approċċ tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mal-pajjiżi tan-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran. F’dan il-qafas, se tkompli l-ħidma mal-pajjiżi tan-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran biex jitjieb l-għarfien tal-ħiliet tal-migranti u tal-livelli ta’ edukazzjoni tagħhom. Barra minn dan, il-kuntatti “tan-nies man-nies” madwar il-Mediterran għandhom ikunu ta’ sostenn hekk kif qed titfaċċa d-demokratizzazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq. Żieda fil-mobbiltà tħajjar il-fehim reċiproku u tagħti spinta lir-relazzjonijiet kummerċjali. L-UE jeħtiġilha toffri lil sħabha fil-viċinat politika dinamika tal-mobbiltà, inkluż fejn jidħlu l-viżi, li tkun ukoll ankrata fis-sod fi ħdan il-politika esterna tal-UE. L-għoti liberalizzat ta’ servizzi, l-iskambji mtejba ta’ studenti u ta’ riċerkaturi, il-kuntatti intensifikati li jġibu flimkien is-soċjetà ċivili, in-negozjanti, il-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem huma strumentali biex jinkisbu l-għanijiet tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat. Dawn jistgħu biss iseħħu jekk ikun hemm passaġġi xieraq għall-migrazzjoni regolari u jekk ikuin hemm faċilitazzjoni tal-viża. Bħala l-ewwel pass, l-UE pproponiet lill-pajjiżi tan-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran li jistabbilixxu djalogu strutturat dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà bil-ħsieb li jiġi stabbilit Tisħib ta’ Mobbiltà relatat, abbażi tal-mertu speċifiku ta’ kull pajjiż għalih. Id-djalogu għandu jkollu l-għan li jistabbilixxi Tisħib ta’ Mobbiltà, bil-kundizzjonijiet xierqa, kif ukoll li jgħin lil pajjiżi sħab li jsaħħu l-bini tal-kapaċità fl-oqsma tal-ġestjoni ta’ flussi migratorji. Is-sħubijiet tal-mobbiltà għandhom ikopru, fost affarijiet oħra, modi biex tiġi ffaċilitata u organizzata aħjar il-migrazzjoni legali, miżuri effettivi u umani biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni irregolari, kif ukoll passi konkreti lejn it-tisħiħ tar-riżultati għall-iżvilupp li jinkiseb bil-migrazzjoni. L-implimentazzjoni tagħhom se jkollha bħala kundizzjoni li l-pajjiżi terzi jimpenjaw ruħhom li jerġgħu jdaħħlu migranti irregolari li mhumiex intitolati li jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri u li jieħdu azzjoni effettiva mmirata lejn il-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari, jistabbilixxu ġestjoni integrata tal-fruntieri, sigurtà tad-dokumenti u biex jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-migranti. Pajjiżi sħab li jkunu lesti li jaħdmu mal-UE dwar l-ażil, il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri, kif ukoll dwar infurzar aktar effettiv tal-istat tad-dritt jingħataw għajnuna fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom għal dak il-għan. Din il-kooperazzjoni se tgħin ukoll biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba. Bl-istess mod se tippermetti li l-UE toffri aktar inizjattivi biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod parallel ma’ miżuri fil-qasam tal-politika dwar il-viża, bħala parti minn riorganizzazzjoni ġenerali tar-relazzjonijiet tal-UE ma’ dawn il-pajjiżi. ANNESS 1 Inizjattivi tal-Kummissjoni marbuta mal-Komunikazzjoni | Nru ta’ Referenza | Titolu Sħiħ | KAPITOLU 2 Il-qsim tal-fruntieri esterni u l-mobbiltà | 2011/HOME/040 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar kooperazzjoni lokali dwar Schengen | Ġunju 2011 | 2011/HOME/182 | Rakkomandazzjoni li temenda Rakkomandazzjoni COM li tistabbilixxi Manwal Prattiku Komuni għal Għassiesa tal-Fruntieri | Ġunju 2011 | 2011/HOME/045 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Manwali tal-Kodiċi tal-Viża | Ġunju 2011 | 2011/HOME/050 | Deċiżjoni tal-Kummisjoni li temenda l-Manwal SIRENE | Mejju 2011 | 2011/HOME/041 | Proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament tal-PE u tal-Kunsill 539/2001 dwar il-viżi | l-24 ta’ Mejju 2011 | 2011/HOME/044 | Komunikazzjoni dwar programmi għal kooperazzjoni konsulari reġjonali u t-twaqqif ta’ ċentri komuni ta’ applikazzjoni | Novembru 2011 | 2011/HOME/088 | Proposta leġiżlattiva li tiddefinixxi l-għan, l-ambitu u l-qafas tekniku u operattiv tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) | Diċembru 2011 | 2011/HOME/.. | Komunikazzjoni dwar il-“Fruntieri Għaqlin” (Sistema ta’ Dħul u Ħruġ u Programm ta’ Vjaġġaturi Reġistrati) | Settembru 2011 | 2011/HOME/016 | Komunikazzjoni dwar solidarjetà mtejba fi ħdan l-UE | Novembru 2011 | KAPITOLU 3 Iċ-ċirkolazzjoni u r-residenza f’żona mingħajr fruntieri interni | Schengen: mekkaniżmu għar-riintroduzzjoni kkoordinata u temporanja tal-kontrolli, li għandha tiżdied mal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni ta’ Schengen | Ġunju/Lulju 2011 | 2011/HOME/037 | Il-migrazzjoni u l-ażil fl-UE fl-2010 (It-tieni rapport annwali dwar il-Patt tal-Immigrazzjoni u l-Ażil), akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni | l-24 ta’ Mejju 2011 | 2011/HOME/017 | Komunikazzjoni dwar aġenda tal-UE għall-integrazzjoni, akkumpanjata minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni | l-24 ta’ Mejju 2011 | 2010/HOME/085 | Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul | Settembru 2011 | 2010/HOME/086 | Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/114/KE dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju. | Settembru 2011 | 2011/HOME/039 | Rapport dwar id-Direttiva 2005/71/KE dwar l-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika u possibilment segwitu | Diċembru 2011 | 2009/HOME/057 | Green Paper dwar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, | Novembru 2011 | Komunikazzjoni dwar il-Politika tal-UE dwar ir-Ritorn | 2012 | Green Paper dwar l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema permezz tal-migrazzjoni fl-Istati Membri tal-UE | 2012 | KAPITOLU 4 L-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali lil persuni fil-bżonn | 2011/HOME/186 | Proposta modifikata dwar id-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Azil | l-1 ta’ Ġunju 2011 | 2011/HOME/187 | Proposta modifikata dwar id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Lqugħ | l-1 ta’ Ġunju 2011 | Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida | Diġà ppreżentata | Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-’EURODAC’ | Diġà ppreżentata | Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija | Diġà ppreżentata | Proposta tal-Kummissjoni dwar Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni | Diġà ppreżentata | KAPITOLU 5 L-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni | Komunikazzjoni “Djalogu għall-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà man-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran | l-24 ta’ Mejju 2011 | 2010/HOME+/011 | Proposta tal-Kummissjoni għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar il-mobbiltà u r-riammissjoni | Novembru 2011 | 2011/HOME/001 | Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni | Novembru 2011 | 2011/HOME/022 | DĦPK dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp | Novembru 2011 | 2011/HOME/023 | DĦPK dwar il-Migrazzjoni u t-Tibdil fil-Klima | Novembru 2011 | 2001/HOME/019 | Pjan ta’ Azzjoni dwar il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Isħubija tal-Lvant | Settembru 2011 | Proposta tal-Kummissjoni għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni | Lulju 2011 | Proposta tal-Kummissjoni għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni | Lulju 2011 | ANNESS 2 Tabella nru 1 : Statistiċi totali tal-viza 2009 [pic] Sors: Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [pic]Tabella nru 2 : Tabella dwar qbid, tkeċċija u ritorni. Sors: Eurostat Tabella nru 3 : Popolazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE fl-Istati Membri, 2010 Popolazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE fl-Istati Membri, 2010 | Ċittadini ta’ pajjiżi mbux tal-UE (f’eluf) | % | UE27 | 20 126.1 | 4.0 | Il-Belġju | : | : | Il-Bulgarija | 20.3 | 0.3 | Ir-Repubblika Ċeka | 287.4 | 2.7 | Id-Danimarka | 214.3 | 3.9 | Il-Ġermanja | 4 584.7 | 5.6 | L-Estonja | 201.7 | 15.1 | L-Irlanda | 67.9 | 1.5 | Il-Greċja | 791.7 | 7.0 | Spanja | 3 335.7 | 7.3 | Franza | 2 451.4 | 3.8 | L-Italja | 2 993.7 | 5.0 | Ċipru | 43.8 | 5.5 | Il-Latvja | 382.4 | 17.0 | Il-Litwanja | 34.6 | 1.0 | Il-Lussemburgu | 29.5 | 5.9 | L-Ungerija | 81.1 | 0.8 | Malta | 11.3 | 2.7 | Il-Pajjiżi l-Baxxi | 341.3 | 2.1 | L-Awstrija | 548.0 | 6.5 | Il-Polonja | 30.7 | 0.1 | Il-Portugall | 363.1 | 3.4 | Ir-Rumanija | 25.3 | 0.1 | Is-Slovenja | 77.6 | 3.8 | Is-Slovakkja | 24.2 | 0.4 | Il-Finlandja | 98.5 | 1.8 | L-Isvezja | 324.7 | 3.5 | Ir-Renju Unit | 2 445.1 | 3.9 | Sors: Eurostat [pic] Tabella nru 4 : Għadd ta’ permessi ta’ residenza maħruġa fl-2008 u fl-2009 Sors: Eurostat Tabella nru 5 : Deċiżjoni ta’ ażil tal-ewwel istanza, skont ir-riżultat u l-Istati Membri, 2010 | Il-Belġju | 16665 | 3510 | 2700 | 805 | : | 13160 | Il-Bulgarija | 515 | 140 | 20 | 120 | : | 375 | Ir-Repubblika Ċeka | 510 | 175 | 75 | 75 | 20 | 335 | Id-Danimarka | 3300 | 1345 | 660 | 520 | 170 | 1950 | Il-Ġermanja | 45400 | 10450 | 7755 | 545 | 2145 | 34955 | L-Estonja | 40 | 15 | 10 | 5 | : | 25 | L-Irlanda | 1600 | 25 | 25 | 5 | : | 1575 | Il-Greċja | 3455 | 105 | 60 | 20 | 30 | 3350 | Spanja | 2785 | 610 | 245 | 350 | 15 | 2175 | Franza | 37620 | 5115 | 4095 | 1020 | : | 32505 | L-Italja | 11325 | 4305 | 1615 | 1465 | 1225 | 7015 | Ċipru | 2440 | 425 | 30 | 370 | 25 | 2015 | Il-Latvja | 50 | 25 | 5 | 20 | : | 25 | Il-Litwanja | 190 | 15 | 0 | 15 | : | 175 | Il-Lussemburgu | 475 | 70 | 55 | 15 | : | 410 | L-Ungerija | 1040 | 260 | 75 | 115 | 70 | 785 | Malta | 350 | 220 | 45 | 165 | 15 | 125 | Il-Pajjiżi l-Baxxi | 17145 | 7565 | 810 | 4010 | 2745 | 9575 | L-Awstrija | 13780 | 3450 | 2060 | 1390 | : | 10330 | Il-Polonja | 4420 | 510 | 80 | 195 | 230 | 3910 | Il-Portugall | 130 | 55 | 5 | 50 | : | 75 | Ir-Rumanija | 425 | 70 | 40 | 30 | 0 | 355 | Is-Slovenja | 115 | 25 | 20 | 0 | : | 95 | Is-Slovakkja | 295 | 90 | 5 | 55 | 30 | 205 | Il-Finlandja | 4880 | 1595 | 165 | 1240 | 190 | 3285 | L-Isvezja | 27700 | 8495 | 1935 | 5955 | 605 | 19205 | Ir-Renju Unit | 26720 | 6440 | 4445 | 1850 | 140 | 20280 | Sors: Eurostat | [1] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-flussi migratorji li ġejjin minħabba instabbiltà: l-ambitu u r-rwol tal-politika barranija tal-UE (2010/2269(INI)) [2] Il-Programm Ġenerali jinkludi erba’ Fondi li huma relevanti f’dan il-kuntest: il-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati u l-Fond għall- Integrazzjoni [3] Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tal-20 ta’ Lulju 2001. [4] COM(2010) 673, 22.11.2010. [5] COM(2010) 61, 24.2.2010. [6] Ara l-Anness 1 – Tabella dwar il-qbid, it-tkeċċija u r-ritorni. [7] Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 [8] Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008. L-iskadenza għal-implimentazzjoni tad-Direttiva ntemmet f’Diċembru 2010. [9] COM(2011) 76, 23.2.2011. [10] Skont eżerċizzju ta’ ġbir ta’ dejta fil-punti kollha fejn tinqasam il-fruntiera esterna tal-UE, bejn il-31 ta’ Awwissu u s-6 ta’ Settembru 2009: 12,6 miljun persuna jaqsmu l-fruntiera b’mod regolari kull ġimgħa. 73,5 miljun huma ċittadini tal-UE, jew persuni li jgawdu mid-dritt tal-Unjoni ta’ moviment ħieles (9,1 miljun fil-ġimgħa), 15,2% huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’għandhomx bżonn ta’ viża (2,1 miljun fil-ġimgħa) filwaqt li 11,3% huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kellhom viża (1,4 miljun fil-ġimgħa). [11] Ara l-Anness 2, tabella 1, dwar l-istatistika totali ta’ ħruġ ta’ viżi fl-2009. [12] Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001. [13] Polarizzazzjoni tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa. Dokument ta’ riċerka ta’ Cedefop nru. 9 2011. [14] Monitoraġġ tad-domanda u l-provvista tal-ħiliet elettroniċi fl-Ewropa - is-sitwazzjoni u x-xenarji preżenti u t-tbassir tal-iżvilupp għall-futur sal-2015, DG ECFIN [15] Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE. [16] Franza, u warajha l-Ġermanja, l-Isvezja, il-Belġju, ir-Renju Unit, l-Olanda, l-Awstrija, il-Greċja, l-Italja u l-Polonja. Ara Anness 2, it-tabella 5. [17] COM(2009) 447, 2.9.2009. [18] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-flussi migratorji li ġejjin minħabba instabbiltà: l-ambitu u r-rwol tal-politika barranija tal-UE (2010/2269(INI))