This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0070
COMMISSION OPINION on the draft European Council Decision amending Article 136 of the Treaty on the Functioning of the European Union with regard to a stability mechanism for Member States whose currency is the euro
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro
/* KUMM/2011/0070 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussell, 15.2.2011 KUMM(2011) 70 finali OPINJONI TAL-KUMMISSJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro OPINJONI TAL-KUMMISSJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(6) tiegħu, Billi: 1. Fis-16 ta' Diċembru 2010, il-gvern Belġjan ippreżenta lill-Kunsill Ewropew, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(6), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), proposta għar-reviżjoni tal-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tikkonsisti fiż-żieda ta' paragrafu li jipprovdi li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jkunu jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta' stabbilità li se jkun attivat jekk dan ikun indispensabbli biex tinżamm l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha kemm hi, u li jipprovdi wkoll li l-għotja ta' assistenza finanzjarja neċessarja taħt dan il-mekkaniżmu, għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet stretti. 2. Waqt il-laqgħa tiegħu tas-16 u s-17 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew qabel li l-TFUE għandu jiġi emendat sabiex l-Istati Membri taż-żona tal-euro jistabbilixxu tali mekkaniżmu Ewropew ta' stabbiltà. 3. Għal dan l-għan, il-Kunsill Ewropew approva t-test ta' abbozz ta' deċiżjoni li temenda t-TFUE u ddeċieda li jniedi minnufih il-proċedura ta' reviżjoni ssimplifikata prevista fl-Artikolu 48(6), tat-TUE. 4. Il-President tal-Kunsill Ewropew approva l-opinjoni tal-Kummissjoni bl-ittra tal-20 ta' Diċembru 2010. 5. L-abbozz ta' deċiżjoni adottat mill-Kunsill Ewropew jżid mal-Artikolu 136 tat-TFUE paragrafu 3 li jipprovdi li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jkunu jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta' stabbilità li se jkun attivat jekk dan ikun indispensabbli biex tinżamm l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha kemm hi, u li jipprovdi wkoll li l-għotja ta' assistenza finanzjarja neċessarja taħt dan il-mekkaniżmu, għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stretti. 6. Dan il-paragrafu ġdid, maħsub li se jkun wieħed mid-dispożizzjonijiet tat-TFUE speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, jikkonferma li l-qafas ġuridiku tal-Unjoni ma jipprevjenix l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro milli jistabbilixxu mekkaniżmu ta' stabbiltà permanenti li jippermetti li tinkiseb l-assistenza finanzjarja neċessarja. 7. Madankollu ċerti fatturi ġenerali tal-mekkaniżmu futur kienu soġġetti għal dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro waqt il-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Novembru 2010 u ġew approvati mill-Kunsill Ewropew. 8. Permezz ta' din l-opinjoni, il-Kummissjoni tixtieq, minn naħa, teżamina l-abbozz ta' deċiżjoni approvat mill-Kunsill Ewropew fir-rigward tal-kundizzjonijiet marbuta mal-użu tal-proċedura ta' reviżjoni ssimplifikata u, min-naħa l-oħra, li tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-kontenut tal-emenda tat-Trattat. 9. L-ewwel nett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tkun tista' tagħmel rikors għal proċedura ta' reviżjoni ssimplikata prevista mill-Artikolu 48(6) tat-TUE għandhom ikunu ssodisfati. 10. Minn naħa, l-emenda proposta tikkonċerna dispożizzjoni tat-tielet parti tat-TFUE dwar il-politiki u l-azzjonijiet interni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li hi ma taffettwa la direttament u lanqas indirettament il-partijiet l-oħra tat-TFUE. 11. Min-naħa l-oħra, din l-emenda ma taffettwax il-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. L-iskop mhuwiex li tinħoloq bażi ġuridika ġdida maħsuba biex tippermetti lill-Unjoni biex tieħu azzjoni li ma setgħetx tkun possibbli qabel l-emenda tat-Trattat . Skont l-abbozz ta' deċiżjoni, il-mekkaniżmu permanenti ta' stabbiltà se jkun stabbilit direttament mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. 12. L-abbozz ta' deċiżjoni ma jnaqqasx il-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni u lill-Istituzzjonijiet tagħha. B'mod partikolari, l-abbozz ta' deċiżjoni ma jaffettwa la l-mekkaniżmi speċifiċi ta' solidarjetà li huma pprovduti fl-Artikoli 122 u 143 tat-TFUE f'każ ta' diffikultà jew ta' theddida serja ta' diffikultajiet fi Stat Membru, u lanqas il-kompetenzi tal-Unjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri b'mod ġenerali u tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. 13. Rigward dan l-aħħar punt, fid-29 ta' Settembru 2010 il-Kummissjoni pproponiet pakkett leġiżlattiv ambizzjuż li għandu l-għan li jsaħħaħ ferm sew il-governanza ekonomika speċjalment fiż-żona tal-euro, u hija tilqa' l-appoġġ politiku li dan il-pakkett irċieva mill-Kunsill Ewropew. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija uriet biċ-ċar u żiedet il-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas stabbilit għall-Unjoni ekonomika u monetarja (UEM), sabiex tikkonsolida l-istabbiltà makroekonomika u l-vijabbiltà tal-finanzi pubbliċi. Dan it-tisħiħ jeżiġi koordinazzjoni iktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u baġitarji mmexxija mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, għan ewlieni li huwa l-bażi tal-pakkett leġiżlattiv tal-Kummissjoni, li attwallment qed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Dan l-għan ġie wkoll rikonoxxut u żviluppat fir-rapport finali li l-grupp ta' ħidma mmexxi mill-President tal-Kunsill Ewropew ippreżenta lill-Kunsill Ewropew f'Ottubru 2010. 14. Il-governanza ekonomika mmexxija mill-Unjoni fiż-żona tal-euro se tikkostitwixxi wkoll bażi li fuqha se jinbena l-mekkaniżmu futur ta' stabbiltà. Il-kundizzjonijiet stretti li għalihom għandha tkun soġġetta l-għotja ta' kull assistenza mill-mekkaniżmu għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida adottati fil-livell tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tal-UEM. Il-Kummissjoni se tieħu l-inizjattivi kollha, leġiżlattivi jew oħra, sabiex tigarantixxi l-koerenza bejn dan il-mekkaniżmu futur u l-governanza ekonomika mmexxija mill-Unjoni speċjalment fiż-żona tal-euro, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi li t-Trattat jagħti lill-Unjoni u lill-Istituzzjonijiet tagħha. 15. Apparti governanza ekonomika msaħħa, it-tisħiħ tal-qafas tal-UEM jeħtieġ ukoll mekkaniżmu istituzzjonali u finanzjarju b'saħħtu sew sabiex jaffaċċja d-diffikultajiet jew it-theddid serju fi Stat Membru wieħed jew iktar taż-żona tal-euro. L-avvenimenti li ġraw fl-2010 urew ir-riskji ta' kontaġju li jistgħu jseħħu meta' Stat Membru taż-żona tal-euro jsib ruħu f'diffikultajiet finanzjarji serji. Anke jekk setgħu nstabu soluzzjonijiet tranżitorji malajr permezz tal-istabbilment tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilità Finanzjarja u tal-Fond Ewropew ta' Stabbiltà Finanzjarja, il-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ il-prinċipju ta' mekkaniżmu permanenti. B'DAN TESPRIMI OPINJONI FAVOREVOLI: dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Kunsill Ewropew.