This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011BP0496
Mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund: application EGF/2010/019 IE/Construction 41 from Ireland European Parliament resolution of 16 November 2011 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2010/019 IE/Construction 41 from Ireland) (COM(2011)0617 – C7-0313/2011 – 2011/2252(BUD))#ANNEX
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament: applikazzjoni EGF/2010/019 IE/Kostruzzjoni 41, mill-Irlanda Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/019/IE/Kostruzzjoni 41, mill-Irlanda) (COM(2011)0617 – C7-0313/2011 – 2011/2252(BUD))
ANNESS
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament: applikazzjoni EGF/2010/019 IE/Kostruzzjoni 41, mill-Irlanda Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/019/IE/Kostruzzjoni 41, mill-Irlanda) (COM(2011)0617 – C7-0313/2011 – 2011/2252(BUD))
ANNESS
ĠU C 153E, 31.5.2013, p. 188–190
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 153/188 |
L-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament: applikazzjoni EGF/2010/019 IE/Kostruzzjoni 41, mill-Irlanda
P7_TA(2011)0496
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/019/IE/Kostruzzjoni 41, mill-Irlanda) (COM(2011)0617 – C7-0313/2011 – 2011/2252(BUD))
2013/C 153 E/35
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0617 – C7-0313/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
— |
wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0375/2011), |
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji u biex tgħin fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, |
B. |
billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, |
C. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG, |
D. |
billi l-Irlanda talbet l-għajnuna fir-rigward tal-każ li jikkonċerna 4 866 sensja, li 3 205 minnhom tqiegħdu fil-mira għall-għajnuna, f'1 482 impriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE ("Kostruzzjoni ta' bini") (3) fir-reġjuni NUTS II ta' Border, Midlands and Western (IE01) u Southern and Eastern (IE02) fl-Irlanda, Dawn iż-żewġ reġjuni kontigwi jikkostitwixxu l-Istat tal-Irlanda kollu, |
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG, |
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG; |
2. |
Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u l-anqas ikkwalifikati; |
3. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra minn hekk jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi għas-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi; jiddeplora l-fatt li l-FEG jista’ jipprovdi inċentivi għall-kumpaniji li jissostitwixxu l-ħaddiema kuntrattwali b’ħaddiema oħra impjegati b’mod aktar flessibbli u għal terminu ta' żmien qasir; |
4. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-kompatibbiltà u l-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tagħha; |
5. |
Jilqa' l-fatt li wara t-talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk ħaqqu allokazzjoni apposta, filwaqt li jieħu post trasferimenti minn linji baġitarji oħra, bħalma sar fil-passat, li jistgħu jkunu detrimentali għall-ilħuq tad-diversi objettivi politiċi; jinnota li l-ammont ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħal inizjalment fil-linja baġitarja 04 05 01 se jintuża kollu wara l-adozzjoni miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja tal-proposti mressqa sal-lum għall-mobilizzazzjoni tal-FEG; |
6. |
Jilqa' t-tisħiħ tal-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG b'EUR 50 000 000 permezz tal-Baġit Emendatorju 3/2011; jinnota li l-approprjazzjonijiet minn din il-linja baġitarja se jintużaw biex ikopru EUR 6 091 460 tal-ammont meħtieġ għall-applikazzjoni attwali, u billi l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet huma disponibbli fl-2011 fil-linja baġitarja 04 02 01 "Ikkompletar tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) – Objettiv 1 (2000 sa 2006)", ammont addizzjonali ta' EUR 6 598 378 meħtieġ għall-applikazzjoni preżenti jista' għalhekk isir disponibbli għal trasferiment; |
7. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
L-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/019/IE/Kostruzzjoni 41, mill-Irlanda)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/772/UE.)