EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011BP0301

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE - l-għargħar fl-islovenja, l-Kroazja u r-Repubblika Ċeka fl-2010 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0155 – C7-0081/2011 – 2011/2060(BUD))
ANNESS

ĠU C 33E, 5.2.2013, p. 209–209 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 33/209


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE - l-għargħar fl-islovenja, l-Kroazja u r-Repubblika Ċeka fl-2010

P7_TA(2011)0301

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0155 – C7-0081/2011 – 2011/2060(BUD))

2013/C 33 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0155 – C7-0081/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0238/2011),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

2.

Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm skop li approprjazzjonijiet jiġu allokati mill-ġdid taħt l-intestatura li teħtieġ nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ dan meta tagħmel il-proposta meħtieġa;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  GU L 311, 14.11.2002, p. 3.


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà Ewropew, b’konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/535/UE.)


Top