Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0568

    L-użu tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ (COM(2010)0597 – C7-0356/2010 – 2010/0298(COD))
    P7_TC1-COD(2010)0298 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti ▐ tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti għall-konsumatur

    ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 154–154 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 168/154


    L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
    L-użu tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ ***I

    P7_TA(2011)0568

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ (COM(2010)0597 – C7-0356/2010 – 2010/0298(COD))

    2013/C 168 E/41

    (Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0597),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0356/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Marzu 2011 (1),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Novembru 2011 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0246/2011),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 71.


    L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
    P7_TC1-COD(2010)0298

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti ▐ tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti għall-konsumatur

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 259/2012).


    Top