Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0563

    Il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta’ mikroentitajiet (10765/1/2011 – C7-0323/2011 – 2009/0035(COD))
    P7_TC2-COD(2009)0035 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit- 13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet

    ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 150–150 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 168/150


    It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
    Il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet ***II

    P7_TA(2011)0563

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta’ mikroentitajiet (10765/1/2011 – C7-0323/2011 – 2009/0035(COD))

    2013/C 168 E/37

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10765/1/2011 – C7–0323/2011),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Lulju 2009 (1),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0083),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Novembru 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    wara li kkunsdira l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0393/2011),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari kif tidher hawn taħt;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 67.

    (2)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 111.


    It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
    P7_TC2-COD(2009)0035

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2012/6/UE.)


    Top