Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0536

    Prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0505 – C7-0286/2010 – 2010/0258(COD))
    P7_TC1-COD(2010)0258 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 1 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (riformulazzjoni)

    ĠU C 165E, 11.6.2013, p. 112–113 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 165/112


    Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011
    Prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I

    P7_TA(2011)0536

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0505 – C7-0286/2010 – 2010/0258(COD))

    2013/C 165 E/25

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0505),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0286/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-ittra tal-15 ta' April 2011 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu f'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-28 ta' Ottubru 2011 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0212/2011),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011
    P7_TC1-COD(2010)0258

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (riformulazzjoni)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 70/2012.)


    Top