EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0304

Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – 2009/0089(COD))
P7_TC1-COD(2009)0089 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja
ANNESS GĦALL-ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

ĠU C 33E, 5.2.2013, p. 229–230 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 33/229


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja ***I

P7_TA(2011)0304

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – 2009/0089(COD))

2013/C 33 E/30

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0093),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 74, Artikolu 77(2)(a) u (b), Artikolu 78(2)(e), Artikolu 79(2)(c), Artikolu 82(1)(d), Artikolu 85(1), Artikolu 87(2)(a) u Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0046/2009),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-7 ta' Diċembru 2009 (1),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0241/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsell annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 70, 19.3.2010, p. 13.


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2009)0089

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1077/2011.)


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS GĦALL-ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu ċ-ċirkustanzi partikulari abbażi tal-arranġament speċifiku dwar is-sede u s-siti tal-Aġenziji kif ukoll il-fatt la ma tippreġudikax il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fi Brussell fit-13 ta' Diċembru 2003 (1), partikolarment fir-rigward tal-prijorità li għandha tingħata lill-Istati Membri, li saru membri tal-UE fl-2004 u fl-2007, fid-distribuzzjoni tas-sedi jew l-aġenziji li għandhom jitwaqqfu fil-ġejjieni.


(1)  Ara d-dokument 05381/2004, p. 27.


Top