This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AP0036
Repeal of Council Regulation (EC) No 1964/2005 on the tariff rates for bananas ***I European Parliament legislative resolution of 3 February 2011 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council repealing Council Regulation (EC) No 1964/2005 on the tariff rates for bananas (COM(2010)0096 – C7-0074/2010 – 2010/0056(COD))#P7_TC1-COD(2010)0056 Position of the European Parliament adopted at first reading on 3 February 2011 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2011 of the European Parliament and of the Council repealing Council Regulation (EC) No 1964/2005 on the tariff rates for bananas
Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 3 ta’ Frar 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana (COM(2010)0096 – C7-0074/2010 – 2010/0056(COD))
P7_TC1-COD(2010)0056 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana

ĠU C 182E, 22.6.2012, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/48 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana ***I
P7_TA(2011)0036
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana (COM(2010)0096 – C7-0074/2010 – 2010/0056(COD))
2012/C 182 E/12
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0096), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0074/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0003/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
P7_TC1-COD(2010)0056
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 306/2011.)