Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XP0344

    Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur Gijs M. de Vries - NL) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nomina proposta ta’ Gijs M. de Vries bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0191/2010 – 2010/0819(NLE))

    ĠU C 371E, 20.12.2011, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 371/46


    Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
    Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur Gijs M. de Vries - NL)

    P7_TA(2010)0344

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nomina proposta ta’ Gijs M. de Vries bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0191/2010 – 2010/0819(NLE))

    2011/C 371 E/11

    (Konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0191/2010),

    wara li kkunsidra l-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0255/2010),

    A.

    billi Gijs M. de Vries jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

    1.

    Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta’ Gijs M. de Vries bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


    Top